Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018DP0047

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0052/2018 – C8-0036/2018 – 2018/0901(NLE))

    ĠU C 129, 5.4.2019, p. 72–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 129/72


    P8_TA(2018)0047

    Ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0052/2018 – C8-0036/2018 – 2018/0901(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2019/C 129/13)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Frar 2018 għall-ħatra tas-Sur Boštjan Jazbec bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0052/2018),

    wara li kkunsidra t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0030/2018),

    A.

    billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-Membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1)(b) ta' dak ir-Regolament għandhom jinħatru fuq il-bażi ta' mertu, ħiliet, għarfien ta' kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u esperjenza rilevanti għas-superviżjoni finanzjarja, ir-regolamentazzjoni u r-riżoluzzjoni bankarja;

    B.

    billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-proċedura tal-għażla għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki;

    C.

    billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni adottat fl-20 ta' Diċembru 2017 lista mqassra ta' kandidati għall-kariga ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1)(b) ta' dak ir-Regolament;

    D.

    billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-lista mqassra ġiet ipprovduta lill-Parlament;

    E.

    billi fl-14 ta' Frar 2018, il-Kummissjoni adottat proposta biex is-Sur Boštjan Jazbec jinħatar bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u ssottomettitha lill-Parlament;

    F.

    billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

    G.

    billi fil-21 ta' Frar 2018, il-Kumitat organizza smigħ ma' Boštjan Jazbec, li fih għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-Kumitat;

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra tas-Sur Boštjan Jazbec bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

    (1)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.


    Top