Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018DP0046

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar il-ħatra proposta ta' Annemie Turtelboom bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0008/2018 – 2018/0801(NLE))

    ĠU C 129, 5.4.2019, p. 71–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 129/71


    P8_TA(2018)0046

    Ħatra ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Annemie Turtelboom

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar il-ħatra proposta ta' Annemie Turtelboom bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0008/2018 – 2018/0801(NLE))

    (Konsultazzjoni)

    (2019/C 129/12)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0008/2018),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0027/2018),

    A.

    billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    B.

    billi waqt il-laqgħa tiegħu tal-20 ta' Frar 2018, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat innominat mill-Kunsill bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

    1.

    Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Annemie Turtelboom bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

    Top