IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Strasburgu, 13.11.2018
COM(2018) 880 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Marzu 2019: Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kontinġenza
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018DC0880
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE EUROPEAN COUNCIL, THE COUNCIL, THE EUROPEAN CENTRAL BANK, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE, THE COMMITTEE OF THE REGIONS AND THE EUROPEAN INVESTMENT BANK Preparing for the withdrawal of the United Kingdom from the European Union on 30 March 2019: a Contingency Action Plan
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Marzu 2019: Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kontinġenza
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Marzu 2019: Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kontinġenza
COM/2018/880 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Strasburgu, 13.11.2018
COM(2018) 880 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Marzu 2019: Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kontinġenza
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT
Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Marzu 2019: Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kontinġenza
Il-Kunsill Ewropew iġedded l-appell tiegħu lill-Istati Membri, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-
partijiet ikkonċernati kollha biex isaħħu l-ħidma tagħhom fit-tħejjija fil-livelli kollha u għall-eżiti kollha.
Il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50), id-29 ta’ Ġunju 2018 1
1.Introduzzjoni
Ir-Renju Unit iddeċieda li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, billi invoka l-proċedura prevista mill-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha dwar din id-Deċiżjoni, iżda tirrispettaha.
Fit-30 ta’ Marzu 2019 2 , ir-Renju Unit se jsir pajjiż terz. Minn dan il-mument, il-liġijiet primarji u sekondarji kollha tal-Unjoni se jieqfu japplikaw għar-Renju Unit, sakemm ftehim ratifikat dwar il-ħruġ ma jistabbilixxix data oħra.
Kif enfasizzat fl-ewwel Komunikazzjoni ta’ tħejjija għall-Brexit tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2018 3 , irrispettivament mix-xenarju previst, l-għażla tar-Renju Unit se tikkawża tfixkil sinifikanti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni talbet b’mod konsistenti liċ-ċittadini Ewropej, lin-negozji u lill-Istati Membri biex iħejju għal kull xenarju possibbli, jivvalutaw ir-riskji rilevanti u jippjanaw ir-rispons għall-mitigazzjoni tagħhom. Fid-29 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill Ewropew ġedded l-appell tiegħu lill-Istati Membri, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-partijiet ikkonċernati kollha biex isaħħu l-ħidma tagħhom fit-tħejjija fil-livelli kollha u għall-eżiti kollha 4 .
L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni huwa li tiġi indirizzata din it-talba, b’enfasi fuq xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim. Hija tidentifika l-oqsma ewlenin u l-azzjonijiet prinċipali li għandhom jittieħdu, kif ukoll struttura għal diskussjonijiet u l-koordinazzjoni tal-Istati Membri bejn Novembru 2018 u d-29 ta’ Marzu 2019.
L-UE u r-Renju Unit ilhom jinnegozjaw ftehim dwar il-ħruġ minn Mejju 2017. Sar progress fuq it-test legali, inkluż dwar l-arranġamenti għal perjodu ta’ tranżizzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020, fil-livell tan-negozjaturi, li sar disponibbli għall-pubbliku fid-19 ta’ Marzu 2018 5 . Fid-19 ta’ Ġunju 2018 ġie rapportat iktar progress f’dikjarazzjoni konġunta tan-negozjaturi tal-Kummissjoni u tar-Renju Unit. 6 Fis-17 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) talab lill-Kummissjoni bħala n-negozjatur tal-Unjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha biex tilħaq ftehim skont il-linji gwida tal-Kunsill Ewropew, miftiehma minn qabel. Dawn in-negozjati għadhom għaddejjin u l-Kummissjoni bħala n-negozjatur tal-Unjoni tibqa’ impenjata biex tilħaq ftehim għal ħruġ ordnat. Filwaqt li nkiseb progress f’ħafna aspetti, u minkejja l-isforzi sinifikanti u negozjati intensivi, għad hemm nuqqas ta’ qbil f’xi oqsma. Barra minn hekk, il-fatt li jintlaħaq ftehim mal-Gvern tar-Renju Unit mhuwiex garanzija li r-Renju Unit se jirratifika l-Ftehim dwar il-Ħruġ sad-29 ta’ Marzu 2019.
2.Ħtieġa għal tħejjija – azzjoni fil-livell tal-UE
Il-ħidma fit-tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit tinsab għaddejja b’mod parallel man-negozjati. Il-Kummissjoni se tkompli tagħti s-sehem tagħha b’mod sħiħ.
Il-Kummissjoni analizzat l-acquis tal-UE, jiġifieri r-regoli eżistenti skont il-liġi tal-UE, biex jiġi determinat liema regoli jridu jiġu adattati f’kull xenarju u liema miżuri se jkollhom jiġu stabbiliti f’każ biss ta’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim. Wara l-eżitu ta’ din l-analiżi, il-Kummissjoni ressqet tmien proposti għat-tħejjija leġiżlattiva għall-miżuri li jridu jiġu adottati irrispettivament minn jekk il-ħruġ tar-Renju Unit ikunx ordnat jew mod ieħor. Dawn il-miżuri huma ppreżentati fl-Anness 1. Eżempji jinkludu aġġustamenti għar-regoli ta’ approvazzjoni ta’ vetturi awtomobilistiċi jew fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet ta’ spezzjoni tal-bastimenti u t-tqassim bejn ir-Renju Unit u l-EU-27 tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tal-merkanzija tal-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. B’mod parallel ma’ din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni adottat l-aħħar tnejn minn dawn il-proposti, jiġifieri proposta biex jiġu adattati r-referenzi għall-miri tal-UE dwar l-effiċjenza enerġetika (espressi f’valuri assoluti) għall-2030 u proposta dwar ir-regoli dwar il-viża li se japplikaw għal ċittadini tar-Renju Unit wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. 7 .
Barra minn hekk, ġew adottati jew qed jitħejjew għadd ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni li huma meħtieġa wkoll fi kwalunkwe xenarju. Eżempji ta’ dawn jinkludu t-trattament tar-Renju Unit fil-kuntest ta’ data statistika, l-attribuzzjoni mill-ġdid ta’ attività ta’ rapporteur għall-valutazzjoni ta’ ċerti sustanzi kimiċi mir-Renju Unit lejn Stat Membru ieħor, u l-emendi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-mediċini. Dawn l-atti huma kollha fil-mira u speċifiċi għall-Brexit u huma ppreżentati fl-Anness 2.
Il-Kummissjoni qed taħdem ukoll mal-aġenziji rilevanti. Minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi fis-settur tal-avjazzjoni, pereżempju, il-Kummissjoni stiednet lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (European Aviation Safety Agency, EASA) biex tibda l-ipproċessar ta’ ċerti applikazzjonijiet minn entitajiet tar-Renju Unit bħala tħejjija għal meta r-Renju Unit ma jkunx Stat Membru. L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (European Medicines Agency, EMA) mexxiet diversi stħarriġiet u, fejn meħtieġ, ikkuntattjat detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-UE biex tfakkar fil-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ tħejjija meħtieġa. L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (European Chemicals Agency, ECHA), l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (Community Plant Variety Office, CPVO), u l-EMA (European Medicines Agency) allokaw mill-ġdid il-funzjonijiet regolatorji mir-Renju Unit lejn Stati Membri oħra.
Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea qed tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-aġenziji u l-korpi tal-UE li jinsabu fir-Renju Unit (bħall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-Awtorità Bankarja Ewropea, il-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana, is-sit ta’ sostenn taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo u l-Kwartieri Ġenerali Operattivi) jiġu rilokati lejn l-EU-27 qabel id-data tal-ħruġ.
Fl-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni qed tappoġġa wkoll ir-Renju Unit fl-adeżjoni tiegħu mal-Konvenzjoni Komuni ta’ Tranżitu bħala pajjiż ta’ tranżitu mhux tal-UE, sakemm ikun lest li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Konvenzjoni, kif ukoll l-adeżjoni tiegħu mal-Konvenzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija. Għall-istess raġuni, il-Kummissjoni tappoġġa wkoll l-adeżjoni tar-Renju Unit mal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi.
Jinsabu għaddejjin ħidmiet oħrajn, inklużi aspetti prattiċi ħafna tat-tħejjija interna tal-UE, bħad-diskonnessjoni u l-adattament ta’ bażijiet ta’ data u sistemi tal-IT u pjattaformi oħrajn għall-komunikazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni li r-Renju Unit ma għandux jibqa’ jkollu aċċess għalihom.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kompliet tiddiskuti t-tħejjijiet għall-ħruġ mal-Istati Membri tal-EU-27, kemm dwar kwistjonijiet ta’ tħejjija ġenerali kif ukoll dwar passi ta’ tħejjija speċifiċi settorjali, ġuridiċi u amministrattivi. L-Istati Membri u l-Kummissjoni qed isaħħu din il-ħidma permezz ta’ seminars settorjali organizzati mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (l-Artikolu 50)
3.Ħtieġa għal tħejjija – azzjonijiet miċ-ċittadini, in-negozji u l-Istati Membri
Kif enfasizzat fl-ewwel Komunikazzjoni ta’ tħejjija għall-Brexit tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2018, it-tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit trid tkun sforz konġunt tal-Unjoni Ewropea, fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll min-naħa tal-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini. Biex ikunu mħejjija għall-ħruġ u jtaffu l-agħar impatt ta’ xenarju potenzjali b’effett ta’ preċipizju (cliff-edge scenario), l-atturi kollha jridu jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom.
Miżuri mill-Istati Membri tal-EU-27
L-Istati Membri bdew it-tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit billi identifikaw il-ħtieġa għal adattamenti tal-leġiżlazzjoni tagħhom u għal miżuri amministrattivi u prattiċi. Dawn l-isforzi jridu jissaħħu u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tingħata prijorità. Il-miżuri nazzjonali, inklużi ż-żieda meħtieġa fir-riżorsi umani (bħal uffiċjali tad-dwana u l-veterinarji uffiċjali) u d-dħul fis-seħħ, l-aġġustament jew it-tisħiħ tal-infrastrutturi meħtieġa (pereżempju f’portijiet u ajruporti), jirrappreżentaw element ċentrali tal-ippjanar ta’ kontinġenza.
L-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, se jkollhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi tal-UE fil-konfront tar-Renju Unit bħala pajjiż terz. Dan jinkludi t-twettiq tal-verifiki meħtieġa u l-kontrolli fil-fruntieri u l-ipproċessar tal-awtorizzazzjonijiet u l-liċenzji meħtieġa. Brexit se jwassal ukoll għall-ħolqien mill-ġdid ta’ fruntiera marittima fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-Atlantiku tat-Tramuntana. Se jkun hemm bżonn ta’ sforzi addizzjonali mill-Istati Membri u permezz ta’ kooperazzjoni reġjonali biex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv u kontroll tal-attivitajiet fl-ilmijiet tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li dan ix-xogħol jitlesta fil-ħin għall-ħruġ, filwaqt li jitqies li dawn l-infrastrutturi jistgħu fi kwalunkwe każ jiġu aġġustati jew imsaħħa fil-waqt tal-iskadenza ta’ xi perjodu tranżitorju.
Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex tikkoordina l-miżuri li huma jadottaw biex ikun żgurat li t-tħejjijiet ta’ kontinġenza jkunu konsistenti fl-Unjoni Ewropea u f’konformità mal-prinċipji ġenerali ppreżentati hawn taħt 8 . Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Istati Membri jastjenu minn diskussjonijiet u ftehimiet bilaterali mar-Renju Unit, li jdgħajfu l-unità tal-UE.
Fir-rigward tal-ħtieġa għal riżorsi finanzjarji u/jew assistenza teknika, ir-regoli eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat jagħmluha possibbli li jiġu indirizzati l-problemi li jiltaqgħu magħhom in-negozji fil-każ ta' Brexit li fih “ma jintlaħaq l-ebda ftehim”. Bħala eżempju, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jippermettu għajnuna ta’ konsulenza għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jew għajnuna għal taħriġ li tista’ tintuża biex l-SMEs jiġu megħjuna fit-tħejjija (inklużi formalitajiet doganali futuri possibbli). Il-Linji Gwida ta’ Salvataġġ u Ristrutturar jinkludu dispożizzjonijiet dwar skemi ta’ appoġġ temporanji għar-ristrutturar tal-SMEs, li jistgħu jkunu utli biex jiġu indirizzati l-problemi tagħhom ta’ likwidità kkawżati mill-Brexit. L-aċċess għall-finanzjament huwa possibbli f’formati differenti, pereż. permezz ta’ skemi ta’ self iffinanzjati mill-Istat li huma konformi mar-rata ta’ referenza jew garanziji mill-Istat skont l-avviż ta’ garanzija.
Il-Kummissjoni tinsab lesta biex timpenja ruħha minn issa mal-Istati Membri li se jkunu l-aktar affettwati minn ħruġ diżordinat u tesplora soluzzjonijiet pragmatiċi u effiċjenti ta’ appoġġ, f’konformità mal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat. B’mod partikolari, il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Irlanda biex issib soluzzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi speċifiċi tan-negozji Irlandiżi.
L-għajnuna teknika u finanzjarja mill-Unjoni tista’ ssir disponibbli wkoll f’ċerti oqsma, bħat-taħriġ ta’ uffiċjali tad-dwana skont il-programm Dwana 2020. Programmi oħra jistgħu jgħinu proġetti ta’ taħriġ simili fil-qasam ta’ kontrolli sanitarji u fitosanitarji. Rigward l-agrikoltura, il-liġi tal-Unjoni tipprovdi għadd ta’ strumenti biex jiġu indirizzati l-iktar effetti immedjati tal-ħruġ tar-Renju Unit, b’mod partikolari f’xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim.
Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE se jkollu impatt fuq l-Istati Membri kollha fi gradi differenti, iżda l-iktar fuq l-Irlanda. Abbażi tal-prinċipji deskritti hawn fuq, il-Kummissjoni tinsab lesta li tappoġġa lill-Irlanda biex issib soluzzjonijiet għal sfidi partikolari. Il-Kummissjoni hija impenjata wkoll biex tiżgura l-kontinwazzjoni tal-programmi attwali PEACE u INTERREG bejn il-kontej tal-fruntiera tal-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq, li magħhom ir-Renju Unit huwa sieħeb. Il-Kummissjoni għamlet proposti għal dan il-għan għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Fil-każ li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE jkun diżordinat, il-Kummissjoni tqis li dan l-appoġġ jenħtieġ li jkompli jissaħħaħ minħabba li l-isfidi se jkunu partikolarment qawwija.
Azzjoni miċ-ċittadini u n-negozji
Miżuri ta’ kontinġenza meħuda minn awtoritajiet nazzjonali jew mill-UE ma jistgħux jissostitwixxu t-tħejjijiet li kull ċittadin u negozju jridu jieħdu biex iħejju għall-ħruġ tar-Renju Unit. Fejn ikunu meħtieġa awtorizzazzjonijiet, liċenzji jew ċertifikati ġodda, kull parti għandha r-responsabbiltà li tapplika għalihom fil-waqt.
Sabiex tassisti lill-partijiet ikkonċernati fit-tħejjija tagħhom għall-ħruġ tar-Renju Unit, il-Kummissjoni ppubblikat 78 avviż ta’ informazzjoni settorjali dettaljati biex tiggwidahom dwar il-passi li għandhom jittieħdu 9 . Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jilħqu liċ-ċittadini u n-negozji, b’mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, sabiex jgħinuhom iħejju ruħhom għall-ħruġ.
4.Azzjoni ta’ kontinġenza fil-livell tal-UE
Lil hinn mill-miżuri ta’ tħejjija deskritti hawn fuq, l-ippjanar ta’ kontinġenza jikkonsisti fl-identifikazzjoni minn qabel tal-miżuri li jkunu meħtieġa biex jittaffew l-effetti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, f’każ li ma jintlaħaqx ftehim dwar il-ħruġ. Fil-każ ta’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, l-liġijiet primarji u sekondarji kollha tal-UE jieqfu japplikaw għar-Renju Unit u l-konsegwenzi tal-ħruġ jimmaterjalizzaw mid-data tal-ħruġ. Eċċezzjonalment, billi taġixxi fl-interess tal-Unjoni Ewropea u tipproteġi l-interessi bażiċi tagħha, il-Kummissjoni qed tipprevedi għadd limitat ta’ miżuri ta’ kontinġenza biex jittaffa t-tfixkil sinifikanti f’xi oqsma ddefiniti b’mod strett. Dawn l-interruzzjonijiet se jvarjaw minn settur għal ieħor u anki fost l-Istati Membri tal-EU-27.
Filwaqt li t-tħejjijiet biex ir-Renju Unit isir pajjiż terz f’ħafna aspetti jkunu l-istess kemm bi ftehim dwar il-ħruġ kif ukoll mingħajr ftehim li jipprovdi perjodu ta’ tranżizzjoni, ikun jenħtieġ li dawn jitwettqu b’pass ħafna aktar mgħaġġel. Barra minn hekk, l-għaġġla ta’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim ikun jirrikjedi li jiġu adottati miżuri speċifiċi.
Prinċipji għall-miżuri ta’ kontinġenza
B’mod ġenerali, ir-regoli tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk speċifiċi għall-funzjonament tas-Suq Intern, jistgħu jadattaw għal bidla tal-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tagħhom. Bosta regoli kienu tfasslu fi żmien meta l-Unjoni Ewropea kellha numru iżgħar ta’ membri, u komplew japplikaw meta l-għadd ta’ Stati Membri żdied minn sitta għal 28. Wara l-ħruġ tar-Renju Unit, l-Unjoni Ewropea se tkompli tiffunzjona u tapplika r-regoli tagħha fil-fruntieri tagħha.
Jenħtieġ li l-approċċ ġenerali ta’ kontinġenza jirrifletti l-fatt li f’xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim mit-30 ta’ Marzu 2019 ir-Renju Unit ma jkunx marbut bl-ebda regoli tal-UE u jkun jista’ jibda jitbiegħed minnhom b’mod rapidu. Il-miżuri ta’ kontinġenza se jintużaw biss fejn ikun strettament meħtieġ u fl-interess tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha. Dan se jkun fl-għadd limitat ta’ każijiet fejn ir-regoli attwali ma joffrux soluzzjonijiet sodisfaċenti biex itaffu l-iktar effetti ta’ tfixkil għall-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha f’każ ta’ ħruġ fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim. Jenħtieġ li l-miżuri ma jpoġġux lill-kumpaniji tal-UE fi żvantaġġ meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom fir-Renju Unit. Dawn m’għandhomx jikkumpensaw lill-kumpaniji li ma ħadux il-miżuri ta’ tħejjija meħtieġa meta l-kompetituri tagħhom ikunu għamlu dan, billi dan jgħawweġ il-kundizzjonijiet ekwi.
Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-miżuri ta’ kontinġenza adottati fil-livelli kollha jenħtieġ li jkunu konformi mal-prinċipji ġenerali li ġejjin:
·Jenħtieġ li l-miżuri ta’ kontinġenza ma jirreplikawx il-benefiċċji tas-sħubija tal-Unjoni, u lanqas it-termini ta’ kwalunkwe perjodu ta’ tranżizzjoni, kif previst fl-abbozz tal-Ftehim dwar il-Ħruġ;
·Il-miżuri ta’ kontinġenza b’mod ġenerali se jkunu ta’ natura temporanja, u jenħtieġ li fil-prinċipju ma jmorrux lil hinn minn tmiem l-2019;
·Il-miżuri ta’ kontinġenza se jiġu adottati b’mod unilaterali mill-Unjoni Ewropea favur l-interessi tagħha u għalhekk jistgħu, fil-prinċipju, ikunu revokati mill-Unjoni Ewropea fi kwalunkwe ħin;
·Il-miżuri ta’ kontinġenza jridu jiġu adottati b’konformità mad-diviżjoni tal-kompetenzi previsti mit-Trattati kif ukoll il-prinċipju tas-sussidjarjetà fl-Unjoni Ewropea;
·Il-miżuri ta’ kontinġenza nazzjonali jridu jkunu kompatibbli mal-liġi tal-UE, inklużi l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni; u
·Il-miżuri ta’ kontinġenza mhux se jirrimedjaw għad-dewmien li jkun seta’ ġie evitat b’miżuri ta’ tħejjija u azzjoni f’waqtha mill-partijiet ikkonċernati rilevanti.
5.Valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ kontinġenza
Xi oqsma ta’ politika jeħtieġu attenzjoni speċifika, minħabba l-importanza tagħhom mal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi, il-konsegwenzi sinifikanti li ħruġ diżordinat tar-Renju Unit se jkollu għalihom, u l-impatt negattiv sinifikanti li jirriżulta fuq iċ-ċittadini u l-kumpaniji. Il-Kummissjoni identifikat l-oqsma li ġejjin bħala li huma ta’ importanza partikolari 10 . Il-ħidma f’dawn l-oqsma qed titmexxa 'l quddiem b’ċerta urġenza partikolari.
Ċittadini
Fin-negozjati mar-Renju Unit, l-Unjoni Ewropea poġġiet liċ-ċittadini l-ewwel mill-bidu nett. F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ April 2017, kwistjonijiet marbutin maċ-ċittadini jiffurmaw l-ewwel parti sostantiva tal-abbozz tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Minn dejjem kienet l-intenzjoni tal-Unjoni Ewropea li ċ-ċittadini ma jħallsux il-prezz għall-Brexit. Dan se jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu pożizzjoni ġeneruża f’dak li jikkonċerna d-drittijiet taċ-ċittadini tar-Renju Unit li huma diġà residenti fit-territorju tagħhom 11 .
ØIl-Kummissjoni tqis li perjodi ta’ residenza legali ta’ ċittadini tar-Renju Unit fi Stat Membru tal-EU-27 qabel id-data tal-ħruġ, jenħtieġ li jitqiesu bħala perjodi ta’ residenza legali fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2003/109/KE dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul.
Dan se jgħin liċ-ċittadini tar-Renju Unit li huma residenti fl-EU-27 biex jiksbu status ta’ residenti għat-tul fl-Istat Membru fejn joqogħdu jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa. Dan se jwassal biex huma jirċievu l-istess trattament bħaċ-ċittadini nazzjonali rigward l-aċċess għal impjiegi, edukazzjoni, u benefiċċji soċjali ewlenin. Dan se jippermetti wkoll li jibbenefikaw minn drittijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja u taħt ċerti kundizzjonijiet, jiksbu d-dritt li jkunu residenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.
ØIl-Kummissjoni qiegħda wkoll tassisti lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom fl-oqsma li huma kompetenti fihom, biex jiġi żgurat approċċ koerenti għall-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini. Minħabba l-kobor tal-isfidi amministrattivi li l-awtoritajiet nazzjonali u lokali se jiffaċċjaw, u biex jiġi evitat dewmien amministrattiv, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jaċċettaw li l-applikazzjonijiet għal permessi ta’ residenza jiġu ppreżentati qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit.
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tilqa’ r-riassigurazzjonijiet mill-Prim Ministru May 12 li anki f’xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit jkunu protetti b’modi simili għal dawk deskritti hawn fuq. Il-Kummissjoni issa qiegħda tistenna li din l-assigurazzjoni tiġi fformalizzata dalwaqt sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jiddependu fuqha. L-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fir-Renju Unit qed jipprovdu l-informazzjoni u jiffaċilitaw il-pariri u l-għarfien legali sabiex iċ-ċittadini tal-EU-27 li huma residenti fir-Renju Unit jiġu megħjuna biex jiżguraw l-istatus ġuridiku tagħhom skont ir-regoli tar-Renju Unit li japplikaw wara l-ħruġ.
Flimkien ma’ din il-Komunikazzjoni, kif imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament dwar il-Viżi 13 . Il-proposta għandha l-għan li tiffaċilita l-moviment ta’ persuni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit billi teżenta liċ-ċittadini tar-Renju Unit mir-rekwiżit tal-viża għal soġġorni qosra fl-Unjoni Ewropea, dment li ċ-ċittadini mill-Istati Membri tal-EU-27 jiġu eżentati b'mod ugwali mir-rekwiżiti tal-viża tar-Renju Unit.
Servizzi finanzjarji 14
Il-ħruġ tar-Renju Unit iwassal għat-telf tad-dritt għal operaturi finanzjarji stabbiliti fir-Renju Unit biex jipprovdu s-servizzi tagħhom fl-Istati Membri tal-EU-27 skont il-passaporti tas-servizzi finanzjarji tal-UE. L-attivitajiet tal-operaturi tal-UE fir-Renju Unit se jkunu soġġetti għal-liġi tar-Renju Unit.
Fl-avviżi tal-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza ta’ tħejjija għax-xenarji kollha possibbli, inkluż ix-xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u l-Bank Ċentrali Ewropew fil-kapaċità tiegħu ta’ superviżur, il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, ħarġu opinjonijiet u gwida estensiva biex jenfasizzaw il-ħtieġa għal tħejjija u biex jiċċaraw l-aspettattivi superviżorji f’każ ta’ rilokazzjoni tan-negozju. Bosta kumpaniji ta’ servizzi finanzjarji ħejjew għal xenarju li fih ir-Renju Unit ma jibqax parti mis-Suq Uniku, pereżempju billi aġġustaw il-kuntratti tagħhom jew irrilokaw l-attivitajiet u l-kapaċitajiet għall-EU-27. Dan it-trasferiment ta’ attivitajiet u l-bini tal-kapaċità fl-EU-27 għadu għaddej u jenħtieġ li jitħaffef, iżda mhux se jkun possibbli li dan jitlesta fil-ħin fl-oqsma kollha sa Marzu 2019. Filwaqt li dan jista’ jikkawża riskji għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni Ewropea, ir-riskji f’dan is-settur marbutin ma’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim naqsu b’mod sinifikanti.
Pereżempju, bosta kumpaniji tal-assigurazzjoni ħadu azzjoni – billi ttrasferixxew kuntratti, stabbilixxew fergħat u sussidjarji jew ingħaqdu ma’ kumpaniji tal-EU-27, biex ikunu f’pożizzjoni li jkomplu jagħtu servizzi lill-klijenti tagħhom. L-awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (European Insurance and Occupational Pensions Authority, EIOPA) qed taħdem mal-awtoritajiet nazzjonali biex jiġu indirizzati r-riskji residwi għal ċerti detenturi ta’ polza tal-EU-27. 15
Kuntratti tad-derivati mhux ikklerjati “konklużi barra l-borża” bejn l-UE u r-Renju Unit, fil-prinċipju, se jibqgħu validi u eżegwibbli sal-maturità. Ma jidhirx li hemm problema ġeneralizzata ta’ twettiq ta’ kuntratti fil-każ ta’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim. Ċerti hekk imsejħa avvenimenti taċ-ċiklu tal-ħajja (pereżempju emendi fil-kuntratti, rifinanzjamenti u novazzjonijiet) jistgħu madankollu f’ċerti każijiet jimplikaw il-ħtieġa għal awtorizzazzjoni jew eżenzjoni, peress li l-kontroparti ma tkunx għadha kumpanija tal-UE. 16 Il-parteċipanti fis-suq huma mħeġġa biex ikomplu jħejju għal din is-sitwazzjoni billi jittrasferixxu l-kuntratti u jkollhom l-awtorizzazzjonijiet rilevanti.
Fl-isfond ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li l-miżuri ta’ kontinġenza jkunu meħtieġa f’dawn iż-żewġ oqsma.
ØFir-rigward ta’ derivati kklerjati, jidher li jista’ jkun hemm riskji għall-istabbiltà finanzjarja f’xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, li jirriżulta minn għeluq diżordinat ta’ pożizzjonijiet ta’ membri tal-ikklirjar tal-UE fil-kontropartijiet ċentrali tar-Renju Unit. Jista’ jkun hemm ukoll riskji potenzjali fir-rigward ta’ ċerti servizzi pprovduti lil operaturi tal-Unjoni minn depożitorji ċentrali tat-titoli tar-Renju Unit, li ma jistgħux jinbidlu fuq medda qasira ta’ żmien. F’dawn l-oqsma, is-sistemi eżistenti ta’ ekwivalenza jipprovdu għodod xierqa, li jistgħu jintużaw malajr. Iż-żmien li baqa’ sat-30 ta’ Marzu 2019 jenħtieġ li jintuża f’dan ir-rigward. Jekk il-Kummissjoni tkun teħtieġ taġixxi, din se tagħmel dan biss sa fejn ikun meħtieġ biex jiġu indirizzati r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja li jirriżultaw minn ħruġ mingħajr ftehim, b’kundizzjonalità stretta u b’durata limitata. Fil-każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza temporanja u kundizzjonali sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda tfixkil fl-ikklirjar ċentrali u fis-servizzi tad-depożitarji 17 . Dawn id-deċiżjonijiet se jiġu kkumplimentati minn rikonoxximent tal-infrastrutturi bbażati fir-Renju Unit, li għalhekk huma mħeġġa biex japplikaw minn qabel għal rikonoxximent mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA).
Fl-aħħar nett, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huma inkoraġġuti biex iħejju l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni mas-superviżuri tar-Renju unit biex jiġi żgurat li l-iskambju ta’ informazzjoni marbut mal-istituzzjonijiet finanzjarji u atturi jkun possibbli immedjatament wara d-data tal-ħruġ fil-każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim.
Trasport bl-ajru 18
Fil-qasam tat-trasport bl-ajru, il-ħruġ tar-Renju Unit mingħajr xi arranġament fis-seħħ fid-data tal-ħruġ, u mingħajr konklużjoni min-naħa tal-operaturi ta’ arranġamenti alternattivi possibbli u meħtieġa, iwassal għal interruzzjonijiet f’daqqa tat-traffiku tal-ajru bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, minħabba n-nuqqas ta’ drittijiet tat-traffiku u/jew l-invalidità tal-liċenzja operattiva jew ta’ ċertifikati tas-sikurezza tal-avjazzjoni.
ØRigward id-drittijiet tat-traffiku, il-Kummissjoni se tipproponi miżuri biex jiġi żgurat li t-trasportaturi bl-ajru mir-Renju Unit ikollhom permess li jtiru minn fuq it-territorju tal-Unjoni Ewropea, jagħmlu waqfiet tekniċi (pereż. riforniment mingħajr l-imbark / l-iżbark tal-passiġġieri), kif ukoll li jinżlu fl-Unjoni Ewropea u jtiru lura lejn ir-Renju Unit. Dawn il-miżuri jkunu soġġetti għall-kundizzjoni li r-Renju Unit japplika miżuri ekwivalenti għal trasportaturi tal-ajru mill-Unjoni Ewropea.
ØFir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni, għal ċerti prodotti ajrunawtiċi (“ċertifikati tat-tip”) u kumpaniji (“approvazzjonijiet ta’ organizzazzjoni”), l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) se tkun tista' toħroġ ċertifikati biss wara li r-Renju Unit ikun sar pajjiż terz. Il-Kummissjoni se tipproponi miżuri li jiżguraw validità kontinwa ta’ ċertifikati bħal dawn għal perjodu ta’ żmien limitat. Dawn il-miżuri se jkunu soġġetti għall-kundizzjoni li r-Renju Unit japplika miżuri simili. Bl-istess mod, il-Kummissjoni se tipproponi miżuri li jiżguraw li l-partijiet u t-tagħmir imqiegħda fis-suq tal-Unjoni qabel id-data tal-ħruġ abbażi ta’ ċertifikat maħruġ minn persuna ġuridika u fiżika ċċertifikata mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Renju Unit ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw taħt ċerti ċirkostanzi.
ØIl-Kummissjoni se tieħu azzjoni biex tiżgura li l-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom li jtiru mir-Renju Unit fi tranżitu via l-ajruporti tal-EU-27 ikomplu jiġu eżentati mit-tieni skrinjar tas-sigurtà, bl-applikazzjoni tal-hekk imsejħa sistema “Punt Uniku ta’ sigurtà” 19 (One Stop Security).
Dwar ir-rekwiżit fil-liġi tal-UE li t-trasportaturi tal-ajru jridu jkunu proprjetà maġġoritarja u kkontrollati minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi tal-UE, il-Kummissjoni tenfasizza li huwa essenzjali għal kumpaniji li jixtiequ jiġu rikonoxxuti bħala trasportaturi bl-ajru tal-UE li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li fit-30 ta’ Marzu 2019 jissodisfaw dan ir-rekwiżit.
Trasport bit-triq 20
Fir-rigward tat-trasport bit-triq, fil-każ ta’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, mid-data tal-ħruġ, it-trasportaturi tar-Renju Unit ikollhom drittijiet ta’ aċċess għas-suq limitat għall-permessi offruti taħt il-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport (European Conference of Ministers of Transport, ECMT) li jippermetti konsiderevolment inqas traffiku minn dak li attwalment iseħħ bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Il-liġi attwali tal-Unjoni ma fiha l-ebda mekkaniżmu li jestendi l-liċenzji Komunitarji, li jagħti drittijiet ta’ aċċess usa’ għal trasportaturi tal-merkanzija fl-Unjoni Ewropea.
Dwana 21
Fil-każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim, sad-data ta’ ħruġ, il-merkanzija li tidħol fl-Unjoni Ewropea mir-Renju Unit se tiġi trattata bħala importazzjoni u merkanzija li toħroġ mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Renju Unit se tiġi trattata bħala esportazzjoni. Il-leġiżlazzjoni kollha rilevanti tal-UE dwar merkanzija importata u esportata se tapplika, inkluża l-imposta fuq ċerti dazji u taxxi (bħal dazji doganali, taxxa fuq il-valur miżjud u dazji tas-sisa fuq l-importazzjonijiet), f'konformità mal-impenji tal-Unjoni Ewropea skont ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Se tapplika wkoll il-ħtieġa għal dikjarazzjonijiet doganali li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet doganali, u l-possibbiltà li jiġu kkontrollati l-konsenji.
ØIl-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ikunu f’pożizzjoni li japplikaw il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u r-regoli rilevanti rigward it-tassazzjoni indiretta fit-30 ta’ Marzu 2019, f’każ ta’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, għall-importazzjonijiet kollha mir-Renju Unit u l-esportazzjonijiet kollha lejn ir-Renju Unit. L-awtoritajiet doganali jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ miżuri ta’ faċilitazzjoni previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, meta l-operaturi ekonomiċi jitolbuhom, u soġġetti li r-rekwiżiti rilevanti jiġu ssodisfati. L-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi u flussi tal-kummerċ mingħajr xkiel se jirrappreżenta pjuttost sfida fl-oqsma tat-traffiku l-iktar dens tal-merkanzija mar-Renju unit. Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex tgħin sabiex jinstabu soluzzjonijiet b’konformità sħiħa mal-qafas legali attwali.
Ir-rekwiżiti sanitarji / fitosanitarji 22
F’xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, mid-data tal-ħruġ, id-dħul ta’ ħafna oġġetti u annimali li kienu soġġetti għal regoli sanitarji u fitosanitarji (SPS) se jkunu pprojbiti sakemm ir-Renju Unit ma jkunx “elenkat” fil-liġi tal-UE bħala pajjiż terz awtorizzat.
ØAbbażi tal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-UE, f’każ li jkun ġustifikat, il-Kummissjoni se “telenka” 23 r-Renju Unit b’mod rapidu, jekk il-kundizzjonijiet kollha applikabbli jiġu ssodisfati, sabiex jiġi permess id-dħul ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali mir-Renju Unit lejn l-Unjoni Ewropea 24 .
Madankollu, anki jekk ir-Renju Unit huwa elenkat, se jkunu meħtieġa kundizzjonijiet stretti fuq l-importazzjoni marbutin mas-saħħa applikati għal pajjiżi terzi, u dawn l-importazzjonijiet se jkollhom jgħaddu minn kontrolli sanitarji u fitosanitarji mill-awtoritajiet tal-Istati Membri f’Postijiet ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera, li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membri. Il-Kummissjoni, meta tapprova Postijiet ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera ġodda jew estiżi fl-Istati Membri tal-EU-27, se tqis il-flessibbiltajiet previsti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.
Data personali 25
Fil-każ ta’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, mid-data tal-ħruġ, it-trasferiment ta’ data personali lejn ir-Renju Unit se jkun soġġett għar-regoli dwar it-trasferimenti internazzjonali b’applikazzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680 għas-settur tal-infurzar tal-liġi u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 26 għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, id-Direttiva 2016/680 u r-Regolament 45/2001 jinkludu għadd ta’ għodod vasti għat-trasferimenti ta’ data lejn pajjiżi terzi. Dawn jinkludu b’mod partikolari l-hekk imsejħa “salvagwardji xierqa” (pereż. il-Klawżoli Kuntrattwali Xierqa approvati tal-Kummissjoni, ir-Regoli Korporattivi Vinkolanti, arranġamenti amministrattivi) li jistgħu jintużaw kemm mis-settur privat kif ukoll mill-awtoritajiet pubbliċi.
Barra minn hekk, it-tliet atti leġiżlattivi msemmijin hawn fuq jinkludu għadd ta’ derogi għal sitwazzjonijiet speċifiċi li jippermettu trasferimenti ta’ data anki fin-nuqqas ta’ salvagwardji xierqa, pereżempju jekk is-suġġett tad-data jagħti l-kunsens espliċitu, għat-twettiq ta’ kuntratt, għall-eżerċizzju ta’ talbiet legali jew għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku. Dawn huma l-istess għodod li jintużaw ma’ ħafna pajjiżi fid-dinja li għalihom ma teżisti l-ebda deċiżjoni ta’ adegwatezza.
Fl-isfond ta’ dawn l-għażliet disponibbli skont l-atti leġiżlattivi msemmijin, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni xierqa mhijiex parti mill-ippjanar ta' kontinġenza tal-Kummissjoni.
Politika tal-UE dwar il-klima
F’xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, mid-data tal-ħruġ, il-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-UE dwar it-tibdil fil-klima (Negozjar tal-UE tal-Emissjonijiet, gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u oħrajn) jieqfu japplikaw lejn u fir-Renju Unit. Għall-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet, il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib il-funzjonament tajjeb tas-sistema fil-kuntest tal-ħruġ. Il-Kummissjoni se tieħu l-passi meħtieġa biex iżżomm l-integrità ta’ dan il-mekkaniżmu, inkluż permezz tas-sospensjoni temporanja possibbli ta’ rkant u proċessi ta’ allokazzjoni / skambju fil-konfront tar-Renju Unit.
Sabiex tkun salvagwardata l-operazzjoni tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra tas-sistema tal-kwoti fin-nuqqas ta’ Ftehim dwar il-Ħruġ ratifikat sa Marzu 2019, il-kwantitajiet ta’ gassijiet ta’ sustanza mqiegħda legalment mill-kumpaniji tar-Renju Unit fis-suq domestiku tagħhom ma jibqgħux jiġu inklużi fl-allokazzjoni tal-kwoti annwali tal-2019, minħabba li s-suq tal-UE se jkun iżgħar mid-data tal-ħruġ.
ØIl-Kummissjoni se temenda l-valuri ta’ referenza tal-kumpaniji tar-Renju Unit bħala bażi għall-allokazzjoni jew il-kwoti annwali tagħhom għall-2019 għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra bbażati fuq l-attivitajiet tagħhom tal-EU-27 ddikjarati, u b’hekk teskludi l-kwoti bbażati fuq l-attivitajiet tagħhom domestiċi tar-Renju Unit iddikjarati 27 .
6.Il-passi li jmiss dwar il-kontinġenza
In-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit rigward il-Ftehim dwar il-Ħruġ ikomplu u l-Kummissjoni tibqa’ impenjata bis-sħiħ lejn dan il-proċess.
Madankollu, minħabba li d-data tal-ħruġ tar-Renju Unit qed toqrob, issa jeħtieġ li nimxu ’l quddiem fit-tħejjija għall-eżiti kollha possibbli. L-azzjonijiet ta’ kontinġenza deskritti hawn fuq, jeħtieġu koordinazzjoni mill-qrib ħafna fil-livelli kollha: livell tal-Unjoni Ewropea, nazzjonali u lokali, kif ukoll azzjonijiet mill-partijiet ikkonċernati. F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet l-azzjonijiet prinċipali li għandhom jittieħdu f’oqsma essenzjali 28 .
Il-Kummissjoni tenfasizza li xi miżuri jinvolvu rekwiżiti proċedurali inkompressibbli għall-adozzjoni tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward ta’ atti leġiżlattivi, li għalihom il-Protokolli 1 u 2 għat-Trattati jipprevedu perjodu ta’ tmien ġimgħat għall-konsultazzjoni tal-Parlamenti nazzjonali. Bl-istess mod, l-atti delegati huma soġġetti għal skrutinju obbligatorju mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li ma jistax jiġi aċċellerat fil-każijiet kollha.
L-adozzjoni f’waqtha tal-miżuri leġiżlattivi meħtieġa titlob il-kooperazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE involuti, sabiex jiġi evitat dewmien minħabba kunsiderazzjonijiet mhux marbutin mal-Brexit.
L-iskedi ta’ żmien minimi għall-atti legali tat-tieni livell, li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, huma deskritti fl-Anness 5.
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni beħsiebha:
·Tipproponi l-miżuri leġiżlattivi meħtieġa kollha u tadotta l-atti delegati kollha qabel il-31 ta’ Diċembru 2018.
·Fil-każ ta’ atti leġiżlattivi, dan għandu jippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkollhom iż-żmien meħtieġ biex titlesta l-proċedura leġiżlattiva ordinarja qabel il-plenarja tal-Parlament li jispiċċa f’Marzu 2019, u jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ kontroll għall-atti delegati.
·Tippreżenta l-abbozzi tal-atti ta’ implimentazzjoni kollha meħtieġa għal votazzjoni fil-kumitati kompetenti sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar 2019.
Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni xierqa fost l-Istati Membri. Għal dan il-għan, il-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (Artikolu 50) se jorganizza għadd ta’ laqgħat settorjali f’Novembru u Diċembru 2018, li jinvolvu l-koordinaturi tat-tħejjija tal-Brexit tal-Istati Membri tal-EU-27 u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, ara l-Anness 6. Dawn is-seminars ta’ tħejjija se jkunu opportunità biex is-sitwazzjoni attwali ta’ tħejjija tiġi vvalutata b’mod konġunt kif ukoll jiġi determinat fejn tista’ tkun meħtieġa azzjoni addizzjonali mill-partijiet ikkonċernati, l-amministrazzjonijiet nazzjonali u fil-livell tal-UE. Il-Kummissjoni se tieħu sehem fil-laqgħat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward kwistjonijiet ta’ tħejjija regolarment, kif meħtieġ.
Il-ħtieġa għal approċċ magħqud u kkoordinat mill-Istati Membri EU-27
Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex jibqgħu magħqudin f’dan il-proċess tal-ħruġ mingħajr preċedent, li jkomplu juru d-determinazzjoni u s-solidarjetà li kkaratterizzaw il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fin-negozjati u jkollhom fiduċja li pjan ta’ kontinġenza kollettiv, skont l-iskeda ta’ żmien proposta u abbażi tal-pjan hawnhekk issuġġerit, se jiġi implimentat. Il-Kummissjoni tfakkar li soluzzjonijiet bilaterali jkunu jew inkompatibbli mat-tqassim tal-kompetenzi fl-Unjoni Ewropea inkella, anki fejn ikunu kompatibbli mad-diviżjoni tal-kompetenzi, jispiċċaw li fl-aħħar mill-aħħar jipperikolaw l-integrità tal-Unjoni Ewropea, b’effetti negattivi għaċ-ċittadini, in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi.
L-abbozz tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jikkostitwixxi l-aħjar għażla għall-ħruġ. Fin-nuqqas ta’ Ftehim dwar il-Ħruġ, l-Unjoni Ewropea se taġixxi biex tipproteġi l-interessi tagħha, u jenħtieġ li tieħu approċċ magħqud u kkoordinat fl-oqsma kollha.
https://www.consilium.europa.eu/media/35966/29-euco-art50-conclusions-en.pdf .
Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit ressaq in-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li, sakemm ftehim ratifikat dwar il-ħruġ ma jistabbilixxix data oħra jew, f’konformità mal-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, jiddeċiedi b’mod unanimu li t-Trattati jieqfu japplikaw f’data iktar tard, il-liġijiet primarji u sekondarji kollha tal-Unjoni jieqfu japplikaw għar-Renju Unit mit-30 ta’ Marzu 2019, 00:00 (CET). F’dan il-mument, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda indikazzjoni li r-Renju Unit jista’ jitlob prolongazzjoni tas-sħubija tiegħu fl-UE.
COM(2018) 556 final/2.
https://www.consilium.europa.eu/media/35966/29-euco-art50-conclusions-en.pdf
Https://ec.europa.eu/commission/publications/draft-agreement-withdrawal-united-kingdom-great-britain-and-northern-ireland-european-union-and-european-atomic-energy-community-0_en. https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/draft_agreement_coloured.pdf
https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/joint_statement.pdf
Ara hawn taħt, it-taqsima dwar iċ-ċittadini.
Ara t-Taqsima 4.
Lista sħiħa hija disponibbli fl-Anness 3.
Il-lista hija mingħajr preġudizzju għal azzjoni addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa fi stadju aktar tard.
Għal ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu fl-Istati Membri tal-EU-27 fil-mument tal-ħruġ, l-Istati Membri se jkollhom bżonn jgħaddu u jibagħtu dokumentazzjoni xierqa liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Sabiex jibqgħu jgħixu u jaħdmu fi Stat Membru tal-EU-27, dawn iċ-ċittadini tar-Renju Unit se jeħtieġ li jkollhom permess ta’ residenza, maħruġ mill-awtoritajiet nazzjonali għall-migrazzjoni.
https://www.gov.uk/government/news/pm-brexit-negotiations-statement-21-september-2018.
COM (2018) 745.
L-avviżi tal-partijiet ikkonċernati tal-Kummissjoni ppubblikati f’dan il-qasam jistgħu jinkisbu fuq: https://ec.europa.eu/info/brexit/brexit-preparedness/preparedness-notices_mt#fisma .
Ara wkoll il-Komunikazzjoni tal-EIOPA tal-5 ta’ Novembru 2018, ara https://eiopa.europa.eu/Pages/News/EIOPA-calls-for-immediate-action-to-ensure-service-continuity-in-cross-border-insurance-.aspx.
Sabiex jiġi ffaċilitat it-trasferiment ta’ kuntratti fit-tul mal-Unjoni Ewropea, fit-8 ta’ Novembru 2018, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, ESMA) issottomettiet għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni standards tekniċi abbozzati, li jiżguraw li, wara trasferiment, tali kuntratti jibqgħu soġġetti għall-istess trattament regolatorju.
Dawn il-miżuri huma soġġetti għal vot favorevoli tal-Istati Membri fil-kumitat kompetenti.
L-avviżi tal-partijiet ikkonċernati tal-Kummissjoni ppubblikati f’dan il-qasam jistgħu jinkisbu fuq: https://ec.europa.eu/info/brexit/brexit-preparedness/preparedness-notices_mt#move
Din il-miżura hija soġġetta għal vot favorevoli tal-Istati Membri fil-kumitat kompetenti.
L-avviżi tal-partijiet ikkonċernati tal-Kummissjoni ppubblikati f’dan il-qasam jistgħu jinkisbu fuq: https://ec.europa.eu/info/brexit/brexit-preparedness/preparedness-notices_mt#move
L-avviżi tal-partijiet ikkonċernati tal-Kummissjoni ppubblikati f’dan il-qasam jistgħu jinkisbu fuq: https://ec.europa.eu/info/brexit/brexit-preparedness/preparedness-notices_mt#tradetaxud
L-avviżi ppubblikati tal-partijiet ikkonċernati tal-Kummissjoni f’dan il-qasam jistgħu jinkisbu f’dan l-indirizz: https://ec.europa.eu/info/brexit/brexit-preparedness/preparedness-notices_mt#sante
L-“elenkar” huwa soġġett għal vot favorevoli tal-Istati Membri fil-kumitat kompetenti.
Il-Kummissjoni tinnota li fl-24 ta’ Settembru 2018, il-Gvern tar-Renju Unit ħareġ notifika ta’ gwida dwar l-“importazzjoni ta’ annimali u prodotti tal-annimali”, fil-każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim Brexit, li tiddikjara li “mhux se jkun hemm bidla fil-jum meta r-Renju Unit joħroġ mill-UE fil-kontrolli attwali tal-importazzjonijiet jew fir-rekwiżiti għal notifiki ta’ importazzjonijiet ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali għal importazzjonijiet diretta mill-UE”.
L-avviż ippubblikat tal-partijiet ikkonċernati tal-Kummissjoni f’dan il-qasam jista’ jinkiseb f’dan l-indirizz: https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/data_protection_mt.pdf .
Jew l-istrument suċċessur, ladarba jkun daħal fis-seħħ
Din il-miżura hija soġġetta għal vot favorevoli tal-Istati Membri fil-kumitat kompetenti.
Fl-Anness 4 tingħata ħarsa ġenerali.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Strasburgu, 13.11.2018
COM(2018) 880 final
ANNESSI
tal-
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT
Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Marzu 2019: Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kontinġenza
ANNESS 1
PROPOSTI LEĠIŻLATTIVI
GĦALL-FINIJIET TA’ TĦEJJIJA GĦALL-BREXIT
(Il-progress tal-proċedimenti fit-13 ta’ Novembru 2018)
Qasam ta’ politika |
Emendi ġuridiċi proposti |
Il-progress tal-proċedimenti |
AGRI-TRADE |
||
Kwoti tariffarji |
Proposta COM(2018) 312 final adottata fit-22.5.2018. Ir-Regolament ikun jippermetti t-tqassim tal-kwoti tariffarji bejn l-EU-27 u r-Renju Unit f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim mal-membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar il-kwoti tariffarji rilevanti. Il-proposta hija akkumpanjata minn proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja TRQs ġodda fid-WTO abbażi tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT). |
Sa issa ma ġie adottat l-ebda mandat mill-Parlament jew mill-Kunsill. |
FISMA |
||
Awtorità Bankarja – rilokazzjoni tal-aġenzija |
Proposta COM(2017) 734 final adottata fid-29.11.2017. Il-proposta tikkonferma ċ-ċaqliq tal-Awtorità Bankarja Ewropea minn Londra għal Pariġi. |
Adottata fid-9 ta’ Novembru 2018 |
GROW |
|||
Suq intern – approvazzjoni tat-tip |
Proposta COM(2018) 397 final adottata fl-4.6.2018. Bis-saħħa ta’ din il-proposta, il-manifatturi li jkollhom approvazzjonijiet tat-tip maħruġa mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit se jkunu jistgħu japplikaw għall-istess tipi mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-EU-27. |
Il-mandat għall-bidu ta’ diskussjonijiet bejn tliet partijiet ġie adottat mill-Kunsill f’Ottubru 2018. Il-mandat għall-bidu ta’ diskussjonijiet bejn tliet partijiet mistenni li jiġi adottat mill-Parlament fis-sessjoni plenarja ta’ bejn it-12 u l-15 ta’ Novembru 2018 |
MOVE |
||
Netwerk trans-Ewropew |
Proposta COM(2018) 568 final adottata fl-1.8.2018. Il-proposta tfassal rotta marittima ġdida biex torbot l-Irlanda mal-parti kontinentali tal-kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana-Mediterran. |
Sa issa ma ġie adottat l-ebda mandat mill-Parlament jew mill-Kunsill. |
Trasport marittimu – spezzjonijiet tal-bastimenti |
Proposta COM(2018) 567 final adottata fl-1.8.2018. Il-proposta tindirizza t-trasferiment tar-rwol ta’ “sponsor” tar-Renju Unit lejn Stat Membru tal-EU-27 għall-faċilitazzjoni tal-valutazzjonijiet perjodiċi ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti mwettqa skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009. |
Sa issa ma ġie adottat l-ebda mandat mill-Parlament jew mill-Kunsill. |
SANTE |
||
Prodotti mediċinali – rilokazzjoni tal-aġenzija |
Proposta COM(2017) 735 final adottata fid-29.11.2017. Il-proposta tikkonferma ċ-ċaqliq tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini minn Londra għal Amsterdam. |
Adottata fid-9 ta’ Novembru 2018 |
ENER |
||
Effiċjenza fl-enerġija – miri |
Proposta COM(2018) 744 final adottata fit-13.11.2018. Il-proposta temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (COM(2016) 761) u l-Proposta għal Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija (COM(2016) 759 final/2). |
|
HOME |
||
Viżi |
Proposta COM(2018) 745 final adottata fit-13.11.2018. Il-proposta temenda r-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom irid jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa. |
ANNESS 2
LISTA TAL-MIŻURI TA’ TĦEJJIJA PPJANATI
(għajr il-proposti leġiżlattivi elenkati fl-Anness 1)
Qasam ta’ politika |
Tip ta’ att |
Azzjoni tal-Kummissjoni |
AGRI |
||
Kwoti Tariffarji |
Att ta’ implimentazzjoni |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni biex jitqassmu l-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni |
Kwoti Tariffarji |
Att ta’ implimentazzjoni |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jimmodifika l-kwantitajiet għal kull kwota tariffarja ġestita f’ordni kronoloġika tar-rikjesti |
Kwoti Tariffarji |
Att ta’ implimentazzjoni |
Att ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jimmodifika l-kwantitajiet għal kull kwota tariffarja ġestita mil-liċenzji kkonċernati u għall-istabbiliment ta’ regoli tranżitorji |
Programm ta’ Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità (POSEI) |
Att ta’ implimentazzjoni |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jimmodifika l-Annessi minn II sa VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 biex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-flussi kummerċjali bejn ir-reġjuni l-iktar imbiegħda tal-UE u r-Renju Unit |
CLIMA |
||
Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra |
Att ta’ implimentazzjoni |
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1191/2014 għar-rapportar separat (EU-27/Renju Unit) tal-bejgħ ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra |
Skema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet |
Att delegat |
Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 389/2013 rigward l-immarkar ta’ ċertifikati tar-Renju Unit |
Skema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet – avjazzjoni |
Att awtonomu tal-Kummissjoni |
Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 748/2009 biex ir-rwoli tal-Istat Membru amministrattiv jiġu attribwiti mill-ġdid jekk dan ir-rwol huwa attwalment miżmum mir-Renju Unit |
STATISTICS |
||
Statistika dwar il-bilanċ tal-pagamenti |
Att delegat |
Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament 184/2005 biex tiġi aġġornata l-kompożizzjoni tal-aggregati tal-UE |
Statistika dwar it-turiżmu |
Att delegat |
Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament 692/2011 dwar ir-rapportar u l-preżentazzjoni tal-istatistiki dwar it-turiżmu |
GROW |
||
Politika kummerċjali komuni |
Deċiżjoni tal-Kunsill |
Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi dwar l-adeżjoni tar-Renju Unit għall-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi |
Galileo |
Att ta’ implimentazzjoni |
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni 2016/413 biex l-istazzjonijiet tal-art li attwalment jinsabu fil-Gżejjer Falkland u Ascension jiġu rilokati |
RESEARCH |
||
Konsorzji għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka |
Att ta’
|
Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemendaw id-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-Konsorzji għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERICs) fir-rigward ta’ kwartieri ġenerali li bħalissa jinsabu fir-Renju Unit |
SANTE |
||
Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem |
Atti ta’ implimentazzjoni |
Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemendaw l-awtorizzazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għal prodotti mediċinali għall-aġġornament tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, jekk il-funzjonijiet li fil-preżent qed jiġu eżerċitati fir-Renju Unit iridu jiġu eżerċitati fl-UE |
Prodotti mediċinali veterinarji |
Atti ta’ implimentazzjoni |
Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemendaw l-awtorizzazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għal prodotti mediċinali veterinarji għall-aġġornament tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, jekk il-funzjonijiet li fil-preżent qed jiġu eżerċitati fir-Renju Unit iridu jiġu eżerċitati fl-UE |
OĠM |
Atti ta’ implimentazzjoni |
Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemendaw l-awtorizzazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat, jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni huwa attwalment stabbilit fir-Renju Unit |
Prodotti bijoċidali |
Att delegat |
Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament 1062/2014 biex ir-rwol tal-awtorità tal-evalwazzjoni kompetenti jiġi attribwit mill-ġdid, jekk attwalment ir-Renju Unit qed jaqdi dan ir-rwol |
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti |
Att ta’ implimentazzjoni |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 biex ir-rwol tal-Istat Membru relatur jiġi attribwit mill-ġdid, jekk attwalment ir-Renju Unit qed jaqdi dan ir-rwol |
Addittivi fl-għalf |
Atti ta’ implimentazzjoni |
Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemendaw l-awtorizzazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għall-addittivi fl-għalf, jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni huwa attwalment stabbilit fir-Renju Unit |
ANNESS 3
LISTA TAL-AVVIŻI FORMALI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARTIJIET IKKONĊERNATI
Avviżi ta’ tħejjija għall-Brexit ippubblikati mis-servizzi tal-Kummissjoni skont is-suġġett 1
(is-sitwazzjoni fit-13 ta’ Novembru 2018)
Suġġett |
|
BENI |
|
1 |
Prodotti industrijali |
2 |
Prodotti mediċinali (għall-użu mill-bniedem / veterinarji) |
3 |
Mistoqsijiet u tweġibiet dwar prodotti mediċinali |
4 |
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti |
5 |
Mistoqsijiet u tweġibiet dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u residwi tal-pestiċidi |
6 |
Prodotti bijoċidali |
7 |
Mistoqsijiet u tweġibiet dwar prodotti bijoċidali |
8 |
Vetturi awtopropulsivi |
9 |
Vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, vetturi b’żewġ roti jew tliet roti u kwadriċikli, makkinarju mobbli mhux tat-triq |
10 |
Sustanzi kimiċi industrijali (REACH) (ippubblikati mill-ECHA) |
11 |
Deterġenti |
12 |
Fertilizzanti |
13 |
Oġġetti pirotekniċi |
14 |
Splussivi għal użu ċivili |
15 |
Ekotikketta |
16 |
Skart |
IKEL, GĦALF, PJANTI, KWISTJONIJIET VETERINARJI |
|
17 |
Produzzjoni tal-ikel u organika |
18 |
Għalf tal-annimali |
19 |
OĠM |
20 |
Ilmijiet minerali naturali |
21 |
Materjal riproduttiv tal-pjanti |
22 |
Tnissil tal-annimali / żooteknika |
23 |
Saħħa tal-annimali |
24 |
Saħħa tal-pjanti |
DAZJI U TASSAZZJONI INDIRETTA, LIĊENZJI TAL-IMPORTAZZJONI / TAL-ESPORTAZZJONI |
|
25 |
VAT, sisa, dazji |
26 |
Regoli ta’ oriġini |
27 |
VAT |
28 |
Liċenzji tal-importazzjoni / tal-esportazzjoni |
29 |
Kampjun ta’ speċi fil-periklu (CITES) |
30 |
Importazzjoni tal-injam |
31 |
Infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali mill-awtoritajiet doganali |
SERVIZZI FINANZJARJI |
|
32 |
Awditjar statutorju |
33 |
Aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu |
34 |
Immaniġġjar ta’ assi |
35 |
Proċessar ta’ wara n-negozjar |
36 |
Servizzi ta’ investiment |
37 |
Servizzi bankarji u ta’ pagament |
38 |
(Ri)assikurazzjoni |
39 |
Istituzzjonijiet ta’ rtirar okkupazzjonali |
ĠUSTIZZJA ĊIVILI, DRITT TAL-KUMPANIJI, PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR, PROTEZZJONI TAD-DATA |
|
40 |
Protezzjoni ta’ data personali |
41 |
Dritt tal-kumpaniji |
42 |
Dritt internazzjonali privat |
43 |
Protezzjoni tal-konsumatur u drittijiet tal-passiġġieri |
PROPRJETÀ INTELLETTWALI |
|
44 |
Trademarks u disinji komunitarji |
45 |
Varjetajiet ta’ pjanti |
46 |
Drittijiet tal-awtur |
47 |
Ċertifikat supplimentari ta’ protezzjoni |
KWALIFIKI PROFESSJONALI |
|
48 |
Kwalifiki professjonali |
49 |
Kwalifiki tal-persunal tal-biċċeriji |
50 |
Kwalifiki tat-trasportaturi tal-annimali |
51 |
Kwalifiki tal-baħħara |
TRASPORT |
|
52 |
Trasport bl-ajru (aċċess) |
53 |
Sikurezza tal-avjazzjoni |
54 |
Sigurtà tal-avjazzjoni u marittima |
55 |
Trasport bit-triq |
56 |
Trasport marittimu (aċċess u sikurezza) |
57 |
Trasport bil-ferrovija |
58 |
Trasport f’ilma navigabbli intern |
SETTUR DIĠITALI |
|
59 |
Ismijiet ta’ dominju tal-ogħla livell b'.eu |
60 |
Kummerċ elettroniku (servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni) |
61 |
Telekomunikazzjoni |
62 |
Servizzi tal-midja awdjoviżiva |
63 |
eIDAS / servizzi fiduċjarji |
64 |
Sigurtà tan-netwerk |
65 |
Imblukkar ġeografiku |
ENERĠIJA |
|
66 |
Kwistjonijiet relatati mal-Euratom |
67 |
Suq tal-elettriku u tal-gass |
68 |
Garanziji tal-oriġini |
OĦRAJN |
|
69 |
Sustanzi ta’ oriġini umana |
70 |
Provi kliniċi |
71 |
Akkwist pubbliku |
72 |
Skema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-UE (EMAS) |
73 |
Riċiklaġġ tal-vapuri |
74 |
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej |
75 |
Acquis tas-sajd |
76 |
Kunsilli Ewropej tax-Xogħlijiet |
77 |
Sigurtà industrijali (EUCI) |
78 |
Vjaġġar bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit |
ANNESS 4
AZZJONIJIET TA’ KONTINĠENZA TAL-KUMMISSJONI
AZZJONIJIET ØIl-Kummissjoni tqis li perjodi ta’ residenza legali ta’ ċittadini tar-Renju Unit fi Stat Membru tal-EU-27 qabel id-data tal-ħruġ, jenħtieġ li jitqiesu bħala perjodi ta’ residenza legali fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2003/109/KE dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul. ØIl-Kummissjoni qiegħda wkoll tassisti lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom fl-oqsma li huma kompetenti fihom, biex jiġi żgurat approċċ koerenti għall-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini. Minħabba l-kobor tal-isfidi amministrattivi li l-awtoritajiet nazzjonali u lokali se jiffaċċjaw, u biex jiġi evitat dewmien amministrattiv, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jaċċettaw li l-applikazzjonijiet għal permessi ta’ residenza jiġu ppreżentati qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit. ØFir-rigward ta’ derivattivi kklerjati, jidher li jista’ jkun hemm riskji għall-istabbiltà finanzjarja f’xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, li jirriżulta minn għeluq diżordinat ta’ pożizzjonijiet ta’ membri tal-ikklirjar tal-UE fil-kontropartijiet ċentrali tar-Renju Unit. Jista’ jkun hemm ukoll riskji potenzjali fir-rigward ta’ ċerti servizzi pprovduti lil operaturi tal-Unjoni minn depożitorji ċentrali tat-titoli tar-Renju Unit, li ma jistgħux jinbidlu fuq medda qasira ta’ żmien. F’dawn l-oqsma, is-sistemi eżistenti ta’ ekwivalenza jipprovdu għodod xierqa, li jistgħu jintużaw malajr. Iż-żmien li baqa’ sat-30 ta’ Marzu 2019 jenħtieġ li jintuża f’dan ir-rigward. Jekk il-Kummissjoni tkun teħtieġ taġixxi, din se tagħmel dan biss sa fejn ikun meħtieġ biex jiġu indirizzati r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja li jirriżultaw minn ħruġ mingħajr ftehim, b’kundizzjonalità stretta u b’durata limitata. Fil-każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza temporanja u kundizzjonali sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda tfixkil fl-ikklirjar ċentrali u fis-servizzi tad-depożitarji. ØRigward id-drittijiet tat-traffiku, il-Kummissjoni se tipproponi miżuri biex jiġi żgurat li t-trasportaturi bl-ajru mir-Renju Unit ikollhom permess li jtiru minn fuq it-territorju tal-Unjoni Ewropea, jagħmlu waqfiet tekniċi (pereż. riforniment mingħajr l-imbark / l-iżbark tal-passiġġieri), kif ukoll li jinżlu fl-Unjoni Ewropea u jtiru lura lejn ir-Renju Unit. Dawn il-miżuri jkunu soġġetti għall-kundizzjoni li r-Renju Unit japplika miżuri ekwivalenti għal trasportaturi tal-ajru mill-Unjoni Ewropea. ØFir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni, għal ċerti prodotti ajrunawtiċi (“ċertifikati tat-tip”) u kumpaniji (“approvazzjonijiet ta’ organizzazzjoni”), l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) se tkun tista' toħroġ ċertifikati biss wara li r-Renju Unit ikun sar pajjiż terz. Il-Kummissjoni se tipproponi miżuri li jiżguraw validità kontinwa ta’ ċertifikati bħal dawn għal perjodu ta’ żmien limitat. Dawn il-miżuri se jkunu soġġetti għall-kundizzjoni li r-Renju Unit japplika miżuri simili. Bl-istess mod, il-Kummissjoni se tipproponi miżuri li jiżguraw li l-partijiet u t-tagħmir imqiegħda fis-suq tal-Unjoni qabel id-data tal-ħruġ abbażi ta’ ċertifikat maħruġ minn persuna ġuridika u fiżika ċċertifikata mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Renju Unit ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw taħt ċerti ċirkostanzi. Il-Kummissjoni stiednet lill-EASA biex tibda tipproċessa ċerti applikazzjonijiet minn entitajiet tar-Renju Unit, bħala tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit. ØIl-Kummissjoni se tieħu azzjoni biex tiżgura li l-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom li jtiru mir-Renju Unit fi tranżitu via l-ajruporti tal-EU-27 ikomplu jiġu eżentati mit-tieni skrinjar tas-sigurtà, bl-applikazzjoni tal-hekk imsejħa sistema “Punt Uniku ta’ sigurtà”. ØIl-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ikunu f’pożizzjoni li japplikaw il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u r-regoli rilevanti rigward it-tassazzjoni indiretta fit-30 ta’ Marzu 2019, f’każ ta’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, għall-importazzjonijiet kollha mir-Renju Unit u l-esportazzjonijiet kollha lejn ir-Renju Unit. L-awtoritajiet doganali jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ miżuri ta’ faċilitazzjoni previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, meta l-operaturi ekonomiċi jitolbuhom, u soġġetti li r-rekwiżiti rilevanti jiġu ssodisfati. L-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi u flussi tal-kummerċ mingħajr xkiel se jirrappreżenta pjuttost sfida fl-oqsma tat-traffiku l-iktar dens tal-merkanzija mar-Renju unit. Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex tgħin sabiex jinstabu soluzzjonijiet b’konformità sħiħa mal-qafas legali attwali. ØAbbażi tal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-UE, f’każ li jkun ġustifikat, il-Kummissjoni se “telenka” r-Renju Unit b’mod rapidu, jekk il-kundizzjonijiet kollha applikabbli jiġu ssodisfati, sabiex jiġi permess id-dħul ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali mir-Renju Unit lejn l-Unjoni Ewropea. ØIl-Kummissjoni se temenda l-valuri referenzjarji tal-kumpaniji tar-Renju Unit bħala bażi għall-allokazzjoni tal-kwoti tagħhom għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra għas-sena 2019, abbażi tal-attivitajiet tagħhom iddikjarati fl-EU-27 u b’hekk se jiġu esklużi l-kwoti bbażati fuq l-attivitajiet domestiċi tagħhom iddikjarati fir-Renju Unit. |
ANNESS 5
QAFAS TEMPORALI MINIMU MEĦTIEĠ GĦALL-ADOZZJONI TA’ ATTI LEGALI TAT-TIENI LIVELL
Atti ta’ implimentazzjoni
Proċedura normali: madwar xahar |
||
Pass Nru 1: is-sottomissjoni ta’ abbozz ta’ att lill-kumitat rilevanti u votazzjoni — l-abbozz irid jiġi sottomess mhux inqas minn 14-il jum qabel il-votazzjoni (f’każijiet ta’ urġenza estrema biss huma possibbli inqas minn ħamest ijiem) |
Pass Nru 2: l-adozzjoni mill-Kummissjoni |
Pass Nru 3: il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul fis-seħħ sat-30 ta’ Marzu 2019 |
Proċedura ta’ urġenza (jekk stipulata mill-att bażiku): mill-inqas jumejn |
||
Pass Nru 1: l-adozzjoni mill-Kummissjoni (konsultazzjoni u votazzjoni preċedenti mill-kumitat rilevanti mhumiex meħtieġa) |
Pass Nru 2: il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul fis-seħħ sat-30 ta’ Marzu 2019 |
Pass Nru 3: it-tħassir ex post f’każ ta’ vot kontra fil-kumitat |
Atti delegati
Proċedura normali: madwar tliet xhur |
|||
Pass Nru 1: il-konsultazzjoni tal-esperti tal-Istati Membri dwar l-abbozz ta’ att (bejn tnejn u tliet ġimgħat, tista’ tkun iqsar f’każijiet debitament ġustifikati) |
Pass Nru 2: l-adozzjoni mill-Kummissjoni |
Pass Nru 3: l-iskrutinju mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill — normalment xahrejn (jista’ jdum ħafna inqas fil-prattika f’każ li mill-bidu ma jkunx hemm oġġezzjoni, iżda jista’ wkoll ikun imtawwal) |
Pass Nru 4: il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul fis-seħħ sat-30 ta’ Marzu 2019 |
Proċedura ta’ urġenza (jekk stipulata mill-att bażiku): mill-inqas tlett ijiem |
|||
Pass Nru 1: il-konsultazzjoni tal-esperti tal-Istati Membri dwar l-abbozz ta’ att |
Pass Nru 2: l-adozzjoni mill-Kummissjoni |
Pass Nru 3: il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul fis-seħħ sat-30 ta’ Marzu 2019 |
Pass Nru 4: hija possibbli oġġezzjoni ex post mill-Parlament u l-Kunsill |
Proċedura regolatorja bi skrutinju
Proċedura normali: madwar erba’ xhur |
|||
Pass Nru 1: is-sottomissjoni ta’ abbozz ta’ att lill-kumitat u votazzjoni — l-abbozz irid jiġi sottomess mhux inqas minn 14-il jum qabel il-votazzjoni (f’każijiet ta’ urġenza estrema biss huma possibbli inqas minn ħamest ijiem) |
Pass Nru 2: l-iskrutinju mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill — tliet xhur (jista’ jdum ħafna inqas fil-prattika f’każ li mill-bidu ma jkunx hemm oġġezzjoni) |
Pass Nru 3: l-adozzjoni mill-Kummissjoni |
Pass Nru 4: il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul fis-seħħ sat-30 ta’ Marzu 2019 |
Proċedura ta’ urġenza (jekk stipulata mill-att bażiku): mill-inqas tlett ijiem |
|||
Pass Nru 1: is-sottomissjoni ta’ abbozz ta’ att lill-kumitat u votazzjoni |
Pass Nru 2: l-adozzjoni mill-Kummissjoni |
Pass Nru 3: il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul fis-seħħ sat-30 ta’ Marzu 2019 |
Pass Nru 4: hija possibbli oġġezzjoni ex post mill-Parlament u l-Kunsill |
ANNESS 6
LISTA TAS-SEMINARS TA’ TĦEJJIJA SETTORJALI MAL-ISTATI MEMBRI TAL-EU-27
Data |
Suġġett |
15 ta’ Novembru |
·Servizzi finanzjarji |
22 ta’ Novembru |
·Trasport bl-ajru · |
·Modi oħra ta’ trasport (bit-triq; bil-ferrovija; marittimu; passaġġi fuq l-ilma intern) |
|
27 ta’ Novembru |
·Ċittadini, koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali u kontrolli fil-fruntieri |
·Kwalifiki professjonali; proprjetà intellettwali; ġustizzja ċivili; dritt tal-kumpaniji; protezzjoni tal-konsumatur; protezzjoni ta’ data personali |
|
Mid-29/11 sas-6/12 (id-data eżatta trid tiġi kkonfermata) |
·Laqgħa mal-koordinaturi tat-tħejjija għall-Brexit |
6 ta’ Diċembru |
·Rekwiżiti sanitarji u fitosanitarji |
·Dazji u liċenzji tal-importazzjoni / tal-esportazzjoni ·Tassazzjoni indiretta / tassazzjoni diretta |
|
12 ta’ Diċembru |
·Sajd, klima, ambjent |
·Prodotti industrijali (inkluż prodotti mediċinali); provi kliniċi; sustanzi ta’ oriġini umana |
|
20 ta’ Diċembru |
·Kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali; ftehimiet internazzjonali |
·Baġit tal-Unjoni; aspetti oħra (settur diġital u telekomunikazzjonijiet, akkwist pubbliku, protezzjoni konsulari, enerġija eċċ.) |
L-avviżi formali huma ppubblikati fuq il-paġna web li ġejja: https://ec.europa.eu/info/brexit/brexit-preparedness/preparedness-notices_mt