Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018DC0816

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020 Rapport ta’ sinteżi għall-2018 tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-programm b’kopertura tal-implimentazzjoni fl-2014-2017

    COM/2018/816 final

    Brussell, 19.12.2018

    COM(2018) 816 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020
    Rapport ta’ sinteżi għall-2018 tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-programm
    b’kopertura tal-implimentazzjoni fl-2014-2017



    Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020
    Rapport ta’ sinteżi għall-2018 tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-programm
    b’kopertura tal-implimentazzjoni fl-2014-2017

    1.Introduzzjoni

    L-objettiv tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (“SIE”) huwa li jsaħħaħ il-konverġenza soċjoekonomika, ir-reżiljenza u l-koeżjoni territorjali dejjiema. Il-fondi SIE huma l-akbar sors ta’ appoġġ tal-UE għal oqsma ewlenin li jeħtieġu investimenti li jaqgħu taħt il-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni ta’ Juncker. Billi jappoġġaw il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir, l-investiment fis-Suq Uniku Diġitali u l-Unjoni tal-Enerġija, it-tisħiħ tas-Suq Uniku u tal-governanza ekonomika, dawn l-investimenti jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-ekonomija reali u jappoġġaw bidla strutturali u riformi identifikati permezz tal-proċess tas-Semestru Ewropew.

    Dan ir-Rapport jipprovdi t-tielet ħarsa ġenerali annwali tal-implimentazzjoni ta’ aktar minn 530 programm ta’ ġestjoni kondiviża (nazzjonali u reġjonali) fuq il-bażi tar-rapporti tal-programm annwali li waslu f’nofs l-2018 1 . Speċifikament, huwa jiġbor fil-qosor l-informazzjoni disponibbli dwar il-prestazzjoni li tkopri l-implimentazzjoni fis-snin 2014 sal-2017 2 .

    Wara r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014–2020 u l-aġġustament tekniku tal-PDG fl-2017, is-sehem tal-UE tal-baġit tal-Fondi SIE żdied b’EUR 6 biljuni għal total ta’ EUR 460 biljun. B’żieda fit-tqabbil fil-kofinanzjament nazzjonali, l-investiment totali ppjanat żdied b’EUR 9 biljuni għal total ta’ EUR 647 biljun.

    Sa tmiem l-2017, intgħażlu aktar minn 1,7 miljun proġett madwar l-Ewropa, li jammontaw għal volum ta’ investiment totali ta’ EUR 338 biljun, jew 53 % tat-total previst. Il-valur tal-proġetti magħżula fl-2017 biss kien jirrappreżenta EUR 158 biljun, l-akbar żieda annwali s’issa. Dan jindika biċ-ċar li l-Istati Membri qed ibiddlu l-pjanijiet ta’ investiment fi proġetti konkreti biex jitwasslu benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli.

    L-investiment miexi sew f’ħafna mill-oqsma fil-mira bħala prijoritajiet tematiċi tal-UE. Pereżempju, 55 % tal-investiment totali ppjanat fl-SMEs kien allokat għal proġetti. Filwaqt li l-għażla ta’ investimenti f’xi temi għadha inqas mill-medja ġenerali, naqsu d-differenzi fir-rati tal-għażla. Pereżempju, ir-rati tal-għażla tal-azzjonijiet klimatiċi u tal-investiment fl-ekonomija diġitali tjiebu sa tmiem l-2017. Rapporti aktar riċenti mill-programmi tal-politika ta’ koeżjoni jindikaw progress qawwi kontinwu fl-għażla tal-proġetti sat-30 ta’ Settembru 2018, b’67 % tal-fondi allokati għall-proġetti. Din hija żieda ta’ EUR 66 biljun f’9 xhur li ġġib it-total tal-investiment deċiż għal aktar minn EUR 400 biljun.

    Il-proġetti magħżula rrappurtaw nefqa totali ta’ kważi EUR 96 biljun sal-aħħar tal-2017, li aċċellerat u aktar milli rdoppjat fi 12-il xahar. Sa tmiem l-2017, 16 % tal-fondi totali disponibbli għall-perjodu tħallsu lill-Istati Membri mill-baġit tal-UE. (Dan laħaq 23% sa tmiem Ottubru 2018.) Minkejja dan, l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali qiegħda fit-triq it-tajba. Sal-ħarifa 2018, il-benefiċjarji appoġġati mill-FAEŻR rċevew ’il fuq minn EUR 33,8 biljun, li jirrappreżenta kważi 33 % tal-pakkett finanzjarju totali disponibbli għall-perjodu ta’ programmazzjoni.

    Il-prestazzjoni ġenerali tad-data rrappurtata sal-aħħar tal-2017 turi li

    -miljun negozju kienu fil-mira b’appoġġ biex titjieb il-produttività u t-tkabbir tagħhom jew biex jinħolqu l-impjiegi;

    -15,3 miljun ruħ ngħataw appoġġ biex ifittxu impjieg, taħriġ jew edukazzjoni jew li bbenefikaw minn miżuri ta’ inklużjoni soċjali;

    -15 % tal-erja agrikola totali hija koperta b’azzjonijiet relatati mal-klima u mal-ambjent biex titjieb il-ġestjoni tal-bijodiversità, tal-ħamrija u tal-ilma.

    It-Taqsima 2 ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali tal-progress fl-implimentazzjoni sa tmiem l-2017. It-Taqsima 3 tippreżenta f’aktar dettall il-progress skont il-qasam tematiku ewlieni. It-Taqsima 4 tippreżenta sinteżi tal-evalwazzjonijiet imwettqa s’issa mill-Istati Membri.

    2.Ħarsa ġenerali tal-progress fl-implimentazzjoni

    Biex jikkoincidi ma’ dan ir-Rapport, il-Pjattaforma 3 ta’ Data Miftuħa tal-Fondi SIE (ESI Funds Open Data Platform) ġiet aġġornata biex jintwera l-volum finanzjarju tal-għażla tal-proġetti u t-tbassir u l-kisbiet għall-indikaturi komuni kif irrappurtat mill-programmi fir-rapporti annwali tagħhom tal-2018. Id-data disponibbli skont l-Istat Membru, il-programm, it-tema u l-Fond SIE. Il-pjattaforma turi l-valuri l-aktar riċenti rrappurtati, li jistgħu ivarjaw mid-data disponibbli wara li jtemmu dan it-test.

    2.1.Ħarsa ġenerali lejn il-progress finanzjarju

    Matul l-2017 l-investiment totali ppjanat previst taħt il-Fondi SIE ġie soġġett għal għadd ta’ emendi li wasslu għal żieda netta. Ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-qafas pluriennali 2014–2020 wassal għal żieda fl-allokazzjoni għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (“YEI”) (ara l-Kaxxa 2). Aġġustament tekniku ibbażat fuq il-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjonijiet finanzjarji taħt il-politika ta’ Koeżjoni wassal għal żieda netta tal-baġits tal-FEŻR u tal-FSE. Skont il-FAEŻR kien hemm xi trasferimenti ulterjuri fil-livell nazzjonali mill-Politika Agrikola Komuni (“PAK”) tal-Pilastru 1 għall-Programmi ta’ Żvilupp Rurali.

    Fir-rapporti annwali tagħhom tal-2018, l-Istati Membri rrappurtaw żieda fl-allokazzjonijiet finanzjarji għall-proġetti magħżula. Il-volum totali tal-proġetti magħżula għall-appoġġ kien ta' EUR 338 biljun li jirrappreżentaw 53 % tal-volum totali tal-investiment ippjanat għall-perjodu 2014–2020. Il-kontribuzzjoni tal-UE għall-proġetti magħżula hija stmata li tammonta għal EUR 240 biljun. Dik ir-rata ġenerali tal-għażla tal-proġetti hija komparabbli mal-istess perjodu tal-aħħar perjodu ta’ programmazzjoni.

    L-Annessi 1.1 u 1.2 juru r-rendikont skont il-fond tal-volumi tal-għażla tal-proġetti fi tmiem l-2017 u fil-ħarifa tal-2018, rispettivament. L-Anness 2.1 u 2.2 jippreżentaw l-istess data finanzjarja kif irrappurtata minn kull Stat Membru. (F’9 xhur minn tmiem l-2017 'l hawn, il-volum finanzjarju totali tal-politika ta’ koeżjoni tal-proġetti magħżula żdied għal EUR 66 biljun sal-ħarifa 2018, u issa laħaq 67 % tal-investiment ippjanat.)

    Meta jitqabblu dawn iż-żewġ snap shots ma’ snin preċedenti, huwa evidenti li x-xejriet tal-implimentazzjoni huma dinamiċi. Sal-ħarifa tal-2018, kien hemm rati tal-għażla tal-proġetti aktar omoġenji globalment madwar objettivi tematiċi differenti. Madankollu, id-dewmien f’rati tal-għażla preċedenti f’xi temi u f'xi Stati Membri xorta għadu rifless f’nefqa inqas mill-medja. Il-graff ta’ hawn taħt juri grad għoli ta’ varjabbiltà fl-għażla u r-rati ta’ nfiq skont l-Istat Membru fi tmiem l-2017 meta mqabbla mal-medji tal-Fond SIE.

    Graff: Fondi SIE: plott ta’ dispersjoni tal-għażla tal-Istati Membri u tan-nefqa tal-2017

    Sors: Pjattaforma ta’ Data Miftuħa tal-Fondi SIE, il-Kummissjoni Ewropea
    Noti: L-assi vertikali =% tal-għażla; L-assi orizzontali =% tan-nefqa

    Dan il-graff juri li r-rata tal-għażla għolja ma tirriżultax awtomatikament f’nefqa immedjata. In-nefqa se tkun aktar kajmana biex jimmaterjalizzaw proġetti li għad iridu jkunu ppjanati jew akkwistati, fejn il-biċċa l-kbira tal-proġetti huma ta’ natura pluriennali jew il-proġetti huma immaturi.

    F’termini ta’ pagamenti mill-baġit tal-UE lill-Istati Membri, tħallas total ta’ EUR 75 biljun sa tmiem l-2017 (16 % tat-total previst, inklużi pagamenti ta’ prefinanzjament u interim tan-nefqa ddikjarata). Id-dispożizzjonijiet regolatorji għall-perjodu 2014–2020 (eż. regola N+3, il-livell ta’ prefinanzjament) ipprovdew inċentivi limitati għall-Istati Membri biex jinkoraġġixxu bidu veloċi għall-implimentazzjoni. Minkejja r-rata baxxa ta’ eżekuzzjoni b’mod ġenerali, l-eżerċizzju ta’ diżimpenn N+3 fl-2017 ikkonċerna biss ftit programmi adottati fl-2014. B’kollox, EUR 30 miljun biss ġew diżimpenjati taħt il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni. Ir-regola ta’ diżimpenn jinħtieġ li madankollu tinkoraġġixxi d-dixxiplina finanzjarja fl-2018. Għadd kbir ta’ programmi tal-Fondi SIE adottati fl-2015 se jkollhom bżonn iħaffu b’mod drastiku d-dikjarazzjoni tan-nefqa.



    2.2.Il-Progress lejn il-kisba tal-objettivi tal-programm

    Ir-rapporti annwali tal-2018 jipprovdu informazzjoni dwar il-progress lejn il-miri u l-objettivi tal-programmi. Sa tmiem l-2017, l-Istati Membri u r-reġjuni għażlu 1,7 miljun proġett, li jvarjaw minn investimenti f’infrastruttura kbira għal appoġġ lill-azjendi agrikoli.

    Fond

    Il-proġetti kumulattivi magħżula sa tmiem l-2017

    FEŻR

    160 000

    FAEŻR 4

    1 000 000

    FSE/YEI

    505 000

    Fond ta’ Koeżjoni

    8 600

    FEMS

    18 500

    Totali

    1 692 100

    Iċ-ċifri primarji tal-prestazzjoni rrappurtati minn dawk il-proġetti sal-aħħar tal-2017 għal indikaturi komuni huma:

    -(1) miljun intrapriża se jibbenefikaw minn proġetti magħżula (50 % tal-mira) b’appoġġ lil 450 000 intrapriża li diġà tlestew 5 ;

    -15-il miljun parteċipant ibbenefikaw minn proġetti appoġġati mill-FSE u mill-YEI;

    -Sa issa ġew appoġjati miljun proġett biex jgħinu lis-settur agrikolu u n-negozji rurali jsiru aktar kompetittivi u biex jinħolqu u jinżammu l-impjiegi fiż-żoni rurali;

    -26 miljun ettaru ta’ art agrikola jew 15 % tal-Erja Agrikola Utilizzata (EAU) huma magħżula għal appoġġ għall-ġestjoni tat-territorju sabiex ikun hemm ħarsien aħjar tal-bijodiversità;

    -56 % tal-popolazzjoni totali rurali (163 miljun abitant) huma koperti minn 2 700 Grupp ta' Azzjoni Lokali LEADER (GAL) magħżula skont l-FAEŻR;

    -mit-368 Grupp ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd (FLAGs) magħżula, 70 % huma operattivi.

    Il-punt fokali tal-programmi 2014-2020 dwar il-loġika ta’ intervent u dwar l-użu usa’ ta’ indikaturi komuni speċifiċi għall-fond qed iwassal għal rappurtar dwar il-prestazzjoni aktar robust u koerenti. Ir-rapporti tal-programm tal-2018, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, jippreżentaw sors ta’ informazzjoni ħafna aktar vasta fuq il-prestazzjoni, f’termini ta’ indikaturi komuni, milli fi snin preċedenti. Ġeneralment, il-valuri rrappurtati juru r-relazzjoni plawżibbli bejn il-miri tal-indikatur u l-valuri minn proġetti magħżula. Fejn jinstabu inkonsistenzi fir-rappurtar dawn huma riċerkati mal-programmi. Il-proċess tal-verifika ta’ kwalità tar-rapporti annwali wassal għall-korrezzjoni ta’ ċerti żbalji fir-rappurtar. Il-Kummissjoni tantiċipa li n-nuqqasijiet li fadal jistgħu jiġu eliminati permezz ta’ rappurtar imtejjeb permezz tal-programmi u/jew iż-żieda ta’ miri.

    Il-kisba ta' assigurazzjoni dwar id-data tal-prestazzjoni rrappurtata lill-Kummissjoni hija kruċjali għall-allokazzjoni tar-riżerva ta’ prestazzjoni fl-2019. Fl-2017, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ awditjar nazzjonali diġà bdew jeżaminaw is-sistemi fis-seħħ u d-data li ġiet irrappurtata s’issa. L-awditi tas-sistema mmirati ffukaw fuq il-ġestjoni u r-rappurtar tad-data tal-prestazzjoni mill-awtoritajiet tal-programmi. Il-maġġoranza l-kbira tal-awditi mwettqa s’issa mill-Kummissjoni waslu għal evalwazzjoni ġenerali pożittiva tal-affidabbiltà tas-sistemi ttestjati, ħlief għal ftit programmi li għalihom is-sistemi ta’ defiċjenza serja jew ineżattezzi tad-data serji ġew identifikati. Ir-riżultati tal-awditjar tal-Kummissjoni se jiġu kkomplementati minn ħidma mwettqa minn awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar li għandhom jiġu rrappurtati fir-rapporti annwali ta’ kontroll tagħhom ta’ Frar 2019.

    3.Ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni skont temi ewlenin

    Dan ir-rapport jagħti ħarsa ġenerali lejn il-progress fl-implimentazzjoni tal-Fondi SIE ta’ aktar minn 530 programm, fl-2014 sa sal-2017, f’termini tal-volum finanzjarju tal-proġetti magħżula u tal-progress fl-intermedjar u t-twettiq tal-outputs u tar-riżultati komuni. Is-sors ta’ din id-data huwa l-kontenut tar-rapporti tal-programm annwali tal-2018.

    L-Annessi jipprovdu ħarsa ġenerali tal-volum finanzjarju u tar-rata tal-għażla tal-proġetti rrappurtati skont l-objettiv tematiku u l-Istati Membri kif kienu jinsabu fi tmiem l-2017 u sal-ħarifa tal-2018 għall-Fondi SIE. Fir-rigward l-indikaturi, dan ir-Rapport jiġbor fil-qosor il-kisbiet skont l-indikaturi komuni għal kull Fond u tal-kontribuzzjoni mistennija mill-proġetti magħżula. Jingħataw ukoll eżempji tal-proġetti li diġà huma appoġġati.

    3.1.Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-ICT u l-kompetittività tal-SMEs

    Kumplessivament, madwar EUR 184 biljun huma ppjanati f’investimenti f’dan il-qasam, prinċipalment mill-FEŻR u mill-FAEŻR. Proġetti li jammontaw għal madwar 51 % ta’ dan l-ammont (aktar minn EUR 97 biljun 6 ) ġew magħżula sa tmiem l-2017 b’madwar 13 % jew EUR 24 biljun f’nefqa rrappurtata.

    3.1.1.Riċerka u Innovazzjoni 7

    L-EUR 34 biljun allokati għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni speċifiċi taħt il-FEŻR u l-FAEŻR jirrappreżentaw 51 % tat-total ippjanat għall-2014-2020. In-nefqa rrappurtata ammontat biss għal 8 % ta’ dan it-total.

    Kien imbassar li sa tmiem l-2017, 43 500 ditta kienu se jibbenefikaw mill-iskemi tal-FEŻR magħżula li jippromwovu l-kooperazzjoni mal-istituti tar-riċerka (69 % tal-mira), b’7 000 azzjoni ta’ kooperazzjoni li diġà tlestew. Hu previst li mill-investimenti f’infrastruttura mtejba tar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku se jibbenefikaw 71 500 riċerkatur (55 % tal-mira) li minnhom 15 000 diġà għandhom dan l-aċċess. Il-monitoraġġ ta’ appoġġ għal prodotti ġodda (inklużi s-servizzi) juri wkoll progress importanti b’35 450 prodott “ġdid għall-impriża” (“new-to-firm”) fil-mira ta' operazzjonijiet magħżula (55 % tal-mira), b’3 700 li diġà tlestew.

    Il-finanzjament mill-FAEŻR għal proġetti magħżula kien jammonta għal EUR 8 biljun sal-aħħar tal-2017. Fil-qasam tar-R&I, l-Isħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-agrikoltura qed issir mezz effettiv għall-innovazzjoni, li tgħaqqad bdiewa, riċerkaturi, konsulenti u negozji flimkien f’3 097 proġett ta’ innovazzjoni prattika. Dawn il-proġetti għandhom potenzjal importanti biex joħolqu soluzzjonijiet innovattivi sabiex l-agrikoltura ssir aktar intelliġenti, aktar effiċjenti u aktar sostenibbli. Ir-riżultati ta’ dawn il-proġetti huma kondiviżi fil-pjattaforma tal-EIP-AGRI, li tipprovdi diversi ideat ġodda u ispirazzjoni għall-komunità agrikola. Sa tmiem l-2017, tnedew 667 proġett ta’ innovazzjoni interattiv (21 % tal-mira).

    Fir-Repubblika Ċeka, it-tieni fażi tal-proġett SUSEN tal-enerġija sostenibbli, iffinanzjat l-installazzjoni ta’ strumenti teknoloġiċi f’ċentru ta’ riċerka u żvilupp tal-enerġija sostenibbli b’appoġġ mill-FEŻR. Il-ħidma fuq iċ-ċentru tiffoka primarjament fuq l-użu ta’ radjazzjoni jonizzanti u l-enerġija nukleari. Iċ-Ċentru jipprovdi 128 impjieg, u madwar 55 student u gradwat ser ikunu involuti ukoll fl-attivitajiet tiegħu kull sena.

    Korsijiet ta’ taħriġ diġitali organizzati mil-Ländliches Fortbildungsinstitut (LFI), parti mill-Kamra Awstrijaka tal-Agrikoltura, intużaw minn 10 000 bidwi. Il-korsijiet online evitaw għadd kbir ta’ sigħat ta’ vjaġġar lejn ċentru edukattiv u t-taxxi ambjentali assoċjati. Il-FAEŻR jikkofinanzja EUR 196 000 minn spiża totali tal-proġett ta’ EUR 245 000.

    3.1.2.L-Ekonomija Diġitali

    Stima ta’ EUR 9,8 miljun ġew allokati għal proġetti fl-ambitu tat-temi tal-ekonomija diġitali fi tmiem l-2017 (48 % mit-total ippjanat). L-għażla tal-proġetti wriet titjib importanti fl-2017. Nefqa - 5 % tat-total ippjanat - għadha lura meta mqabbla mal-medja tal-UE, marbuta mal-bidu kajman tal-implimentazzjoni taħt din it-tema.

    L-għażla tal-proġetti appoġġati mill-FEŻR sabiex iwasslu għal titjib tal-aċċess għall-broadband s’issa rreġistrat progress sinifikanti b’4,3 miljun unità domestika huma mistennija li jibbenefikaw (30 % tal-mira), għalkemm huma biss 227 000 unità domestika li diġà għandhom aċċess permezz ta' proġetti implimentati. B’għażla tardiva u perjodi twal ta’ implimentazzjoni, il-probabbiltà li tinkiseb il-mira ser issir aktar ċara biss aktar tard fil-perjodu. F’termini ta’ titjib tal-użu tal-IT u involviment fil-kummerċ elettroniku, 16 000 intrapriża diġà jinsabu fil-mira ta’ proġetti magħżula (19 % tal-mira).

    L-appoġġ taħt il-FAEŻR għandu l-għan li jtejjeb l-aċċess għal servizzi u infrastruttura tal-ICT għal 18-il miljun ċittadin li jgħixu f’żoni rurali. Dan qed isir permezz ta’ 4 400 proġett ta’ investiment. S’issa, 36 % tal-fondi allokati biex jitjiebu s-servizzi tal-ICT f’żoni rurali ġew allokati għal proġetti u 1 255 000 resident rurali (7 % tal-valur ta’ mira rispettiv) diġà qed jibbenefikaw minn servizzi mtejba.

    Il-proġett RO-NET jipprovdi għal broadband għal persuni f’783 mill-2 268 lokalità fir-Rumanija identifikati bħala “żoni bojod” fejn m’hemmx aċċess għan-netwerk. Il-proġett qed iġib il-broadband eqreb lil madwar 400 000 persuna, 8 500 negozju u 2 800 istituzzjoni pubblika. Il-kost tal-investiment totali tal-proġett huwa ta’ EUR 67 miljun, b’kontribuzzjoni FEŻR ta’ EUR 46 miljun.

    Il-FAEŻR kien ta’ appoġġ għal netwerk ta’ professjonisti tal-kura tas-saħħa u soċjali fir-reġjun tal-Karelia t’Isfel (il-Finlandja) biex tinħoloq sistema ta’ informazzjoni biex tamministra r-riskji mid-dar f’żoni rurali. Taħlita ta’ komponenti soċjali u diġitali għamlet il-proġett storja ta’ suċċess. L-appoġġ tal-FAEŻR ammonta għal EUR 122 000 minn baġit totali ta’ EUR 290 000.

    3.1.3.It-titjib fil-kompetittività tal-SMEs

    Il-Kompetittività tal-SMEs hija prijorità skont il-programmi tal-FEŻR, tal-FAEŻR u tal-FEMS. Ġie allokat appoġġ mill-UE ta’ madwar EUR 53 biljun għal proġetti speċifiċi sa tmiem l-2017 (55 % tat-total ippjanat). B’nefqa ta’ aktar minn EUR 17-il biljun li tirrappreżenta 18 % tat-total ippjanat, il-progress fit-twassil ta’ investiment hu 'l fuq mill-medja.

    Il-FEŻR tappoġġa firxa wiesgħa ta’ miżuri mmirati lejn ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs. L-objettivi ewlenin jinkludu l-ħolqien tal-impjiegi, l-appoġġ għan-negozji li għadhom jibdew, it-tkabbir tal-produttività, appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni u żieda fil-kummerċ u provvista ta’ aċċess għal finanzjament. Il-finanzjament diġà mogħti se jappoġġa:

    ·427 000 SME (52 % tal-mira); diġà tlesta appoġġ lil 127 000 SME;

    ·280 000 impjieg li huma mistennija li se jinħolqu direttament fid-ditti fil-mira (67 % tal-mira); diġà nħolqu 42 000 impjieg;

    ·il-ħolqien ta’ negozji ġodda: 74 000 negozju ġdid ġew fil-mira taħt proġetti magħżula (46 % tal-mira); diġà tlesta appoġġ lil 19 400 minnhom.

    Il-FAEŻR jappoġġa soluzzjonijiet li jħeġġu l-intraprenditorija u l-impjiegi fil-biedja u negozji rurali u jtejbu l-vijabbiltà ekonomika tagħhom u r-reżiljenza. Sa tmiem l-2017,

    ·aktar minn 112 000 azjenda agrikola rċevew appoġġ fl-investiment sabiex jiffaċilitaw ir-ristrutturar u l-modernizzazzjoni u jiksbu gwadanni fil-produttività (25 % tal-mira) u aktar minn 49 % tal-baġit allokat għal għajnuna għall-bidu u appoġġ għall-investiment f’attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali ġie impenjat;

    ·51 000 ibidwi żagħżugħ li jġibu enerġija ġdida u għandhom il-potenzjal li jisfruttaw il-benefiċċji sħaħ tat-teknoloġija f’termini ta’ żieda fil-produttività u s-sostenibbiltà rċevew għajnuna tal-bidu;

    ·125 200 azjenda agrikola rċevew appoġġ fl-għamla ta’ għodod għall-ġestjoni tar-riskji biex titnaqqas l-inċertezza dwar il-futur li tista' tikkomprometti l-kompetittività tal-bdiewa;

    ·57 200 azjenda agrikola ġew megħjuna biex jipparteċipaw fi skemi ta’ kwalità.

    Taħt il-FEMS, 62 % tal-proġetti magħżula sa tmiem l-2017 jiffukaw fuq l-iżvilupp tal-SMEs.

    Il-Kroazja qed tipprovdi aċċess vitali għall-SMEs lokali għall-finanzjament permeżż ta' strumenti finanzjarji appoġġati mill-FEŻR. L-appoġġ mill-UE ta’ EUR 280 miljun ġie mqabbel minn kontribuzzjoni pubblika u privata nazzjonali u mistenni li joħloq aktar minn EUR 1 biljun ta’ investimenti minn negozji. Aktar minn 1 200 SME kienu diġà rċevew appoġġ ta’ madwar EUR 150 miljun.

    Fl-Estonja, bidwi żagħżugħ uża l-fondi tal-FAEŻR biex jirrinnova l-istalla billi tkun installata sistema tal-għalf ġdida u aktar postijiet għall-maħleb, flimkien ma’ sistema aktar effiċjenti ta’ pproċessar ta’ demel sabiex jakkomoda l-ħtiġijiet tal-produzzjoni li qed jiżdiedu. B’riżultat tal-investiment, il-profitt tar-razzett diġà rdoppja u l-benesseri tal-annimali, kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol tjiebu b’mod sinifikanti. Il-finanzjament tal-FAEŻR ammonta għal EUR 184 000 mill-baġit totali ta’ EUR 600 000.

    Fin-Netherlands, il-FEMS appoġġa l-ewwel razzett tal-akkwakultura tal-barbun imperjali fil-pajjiż li rnexxielu jipproduċi flieles tal-barbun imperjali li jkunu għadhom kemm faqqsu mill-istokk tat-tnissil tagħhom stess fuq skala semi-kummerċjali. Il-pass li jmiss huwa l-produzzjoni ta’ kopepodi, ir-rotiferi u alka li jinħolqu fuq il-post tal-għalf tal-ħut, li jipprovdu l-ogħla kwalità u l-profitabbiltà b’ċiklu ta’ produzzjoni sostenibbli u traċċabbli.

    3.2.Ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, it-tibdil fil-klima, l-ambjent u t-trasport u n-netwerks tal-enerġija

    Il-Fondi SIE jinvestu aktar minn EUR 264 biljun fl-oqsma li jindirizzaw l-iżvilupp sostenibbli. Fi tmiem l-2017, aktar minn EUR 142 biljun diġà kienu allokati għal proġetti speċifiċi, li jirrappreżentaw madwar 54 % tal-ammont totali tal-fondi kollha li jikkontribwixxu direttament (il-FEŻR, il-FK, il-FAEŻR u l-FEMS 8 . Kienet irrappurtata stima ta' nefqa ta' EUR 50 biljun li tirrappreżenta medja ta’ 19 %, b’varjazzjonijiet sinifikanti skont l-objettivi tematiċi.

    Il-Kaxxa 1: Il-mainstreaming tal-azzjoni marbuta mal-klima fil-Fondi SIE

    Matul il-perjodu 2014-2020, 25 % tal-Fondi SIE huma ppjanati li jintefqu fuq proġetti b’objettivi tal-azzjoni klimatika. Dan jagħti kontribut sinifikanti għall-ambizzjoni biex jiġi dedikat mill-inqas 20 % tal-baġit tal-UE għal dawk l-objettivi. Metodoloġija speċifika tapplika għall-kalkolu tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima għal kull Fond 9 . Il-metodoloġiji jidentifikaw kategoriji speċifiċi ta’ appoġġ li jikkontribwixxu għall-azzjoni klimatika u tagħtihom piż ta’ 0 %, 40 % jew 100 %. Il-Fondi SIE kollha jikkontribwixxu b’mod pożittiv għall-azzjoni klimatika fi gradi differenti bil-FEŻR u l-FAEŻR li jipprovdu l-ogħla kontribut f’termini assoluti.

    L-ammonti programmati u allokati għal proġetti ta’ azzjoni klimatika huma deskritti fid-dettall fl-Anness 3. L-ammonti allokati għall-objettivi tat-tibdil fil-klima żdiedu b’mod sinifikanti matul l-2017 hekk kif tħaffet l-implimentazzjoni tal-programm. Taħt il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni dawn l-ammonti rdoppjaw matul l-aħħar sena, madankollu, is-sehem tagħhom mill-ammonti totali allokati għal proġetti ikompli jibqa’ kemxejn taħt il-volum ippjanat. Il-FSE qed tissupera l-allokazzjoni ppjanata għall-objettivi tal-klima.

    3.2.1.Ekonomija b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet ta’ Karbonju

    Fir-rigward tal-prijoritajiet tal-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, ġew allokati EUR 28 biljun (45 % tal-investiment ippjanat) b’infiq ta’ EUR 4,6 biljun (7 %). Filwaqt li r-rata tal-għażla tjiebet u issa qed toqrob lejn il-medja, l-infiq medju baxx jirrifletti d-dewmien tar-rata inizjali ta’ approvazzjoni tal-proġetti u l-isfidi għall-espansjoni tal-attività tal-investiment f’xi temi speċifiċi tal-investiment bħall-effiċjenza enerġetika.

    Il-kisbiet mistennija minn sforz ta’ investiment f’enerġija b’livell baxx ta’ karbonju juru tbassir imtejjeb minn proġetti magħżula:

    ·dwar l-enerġija rinnovabbli il-proġetti magħżula sa tmiem l-2017 għandhom l-għan li jinstallaw 6 300 megawatt ta’ kapaċità (80 % tal-mira) b’590 MW installati sa issa;

    ·il-proġetti huma magħżula biex jirrinnovaw 330 000 unità domestika biex itejbu l-prestazzjoni tal-enerġija (39 % tal-mira); 84 000 rinnovazzjonijiet ġew implimentati sa tmiem l-2017;

    ·f’termini tal-mira għall-iffrankar tal-enerġija f’bini pubbliku, aktar minn 3 terawatt/siegħa ta’ enerġija huma ppjanati biex jiġu preżervati permezz ta’ proġetti magħżula (59 % tal-mira).

    L-appoġġ taħt il-FAEŻR jinkludi l-miżuri tal-investiment, il-miżuri tal-ġestjoni tal-art, kif ukoll it-trasferiment tal-għarfien u l-pariri. Sa tmiem l-2017, 75 % tal-azzjonijiet immirati lejn l-assorbiment u l-konservazzjoni tal-karbonju f’art agrikola u art imsaġġra tlestew, li jirrappreżenta livell ta’ lħuq ta’ rata ta’ 73 % tal-mira korrispondenti. Ġew approvati 16,6 % tal-proġetti fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.

    Il-modernizzazzjoni tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-gass fir-reġjun tas-Silesia tal-Polonja saret bil-kostruzzjoni ta’ żewġ pipelines ġodda tal-gass ta’ tul totali ta’ 59 km u ta’ stazzjon għall-kompressjoni tal-gass. Iż-żona koperta mill-investimenti tospita madwar 3 miljun ruħ li issa jibbenefikaw minn enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u bi prezzijiet raġonevoli tal-provvista tal-enerġija. Aktar minn EUR 20 miljun ġew investiti f’bini ta’ pipelines u stazzjon għall-kompressjoni tal-gass, li minnhom aktar minn EUR 9 miljuni ġew mill-FEŻR.

    Bl-appoġġ ipprovdut permezz tal-FAEŻR, f’razzett tal-ħalib f’Wallonja, il-Belġju, twaqqaf impjant tal-unità tal-bijogass ta’ 33 kW, li jiġġenera enerġija rinnovabbli mid-demel. Il-kisba prinċipali hija l-użu tal-enerġija ekoloġika għall-elettriku fir-razzett, prinċipalment matul il-proċess tal-ħlib, li huwa kompletament awtomatizzat u li jikkonsma ħafna enerġija. Il-kost totali tal-investiment kien ta’ EUR 222 000, li EUR 16 000 minnhom kienu ffinanzjati mill-FAEŻR.

    3.2.2.Adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskji

    Fir-rigward tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju, ġew magħżula proġetti ta’ volum totali ta’ EUR 24 biljun (58 % tat-total ppjanat) b’infiq ta’ madwar EUR 14-il biljun (33 %).

    Żewġ indikaturi komuni tal-FEŻR b’mod partikolari jfittxu li jiġbru l-progress fl-investimenti biex jitnaqqsu r-riskji relatati mal-klima permezz ta’ miżuri ta’ adattament. Sa tmiem l-2017,

    ·17,5 miljun persuna se jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni magħżula kontra l-għargħar;

    ·19-il miljun persuna se jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni magħżula kontra l-għargħar;

    Iż-żewġ ċifri jaqbżu l-miri stabbiliti 10 ; dan juri progress ċar fl-indirizzar tar-riskji marbuta mat-tibdil fil-klima.

    F’żoni rurali, il-FAEŻR jipprovdi appoġġ għall-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità, it-titjib fil-ġestjoni tal-ilma u l-ħamrija, tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-ammonijaka mill-produzzjoni agrikola. Minimu ta’ 30 % ta’ kull programm għall-iżvilupp rurali huwa allokat għal azzjonijiet li jiffavorixxu l-ambjent u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. L-ammonti attwali li l-Istati Membri allokaw għal proġetti f’dan il-qasam jaqbżu dan il-minimu bil-bosta, b’medja tal-UE ta’ 57,6 % allokata għal miżuri relatati mal-ambjent u l-klima.

    L-Istitut Portugiż tal-Baħar u tal-Atmosfera (IPMA) żviluppa u installa Radar Meteoroloġiku ġdid fir-Reġjun Awtonomu ta’ Madejra. Dan ser jippermetti sorveljanza meteoroloġika kif ukoll it-titjib u l-aħjar użu ta’ mudelli meteoroloġiċi attwali li se jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ pjattaforma ta’ data robusta għal użu tekniku u xjentifiku, indispensabbli sabiex tadatta għat-tibdil fil-klima. L-investiment totali jammonta għal EUR 3,4 miljun, b'kontribuzzjoni ta' EUR 3,1 miljun mill-Fond ta’ Koeżjoni.

    Fis-Slovakkja, l-appoġġ mill-FAEŻR huwa użat għal kostruzzjoni ta’ ġibjun tal-ilma li ser jgħin fil-ġlieda kontra avvenimenti estremi tat-temp aktar frekwenti bħal xita qawwija u n-nirien tal-foresti minħabba t-tibdil fil-klima. L-aġġustament tal-flussi tal-ilma ż-żgħar jikkontribwixxi għall-bijodiversità, l-assorbiment tal-karbonju tal-karbonju u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Ir-riżerva tikkontribwixxi għal ġestjoni tal-foresti sostenibbli, billi din tipprevjeni l-erożjoni tal-ħamrija u żżomm l-ilma fil-foresta. Il-baġit totali tal-proġett huwa ta’ EUR 530 000 bil-FAEŻR jipprovdi EUR 397 000. 

    3.2.3.Ambjent u effiċjenza fir-riżorsi

    Fir-rigward tal-prijoritajiet tal-ambjent u l-effiċjenza fir-riżorsi, ġew allokati EUR 45 biljun għal proġetti (52 % tal-investiment ippjanat) b’nefqa ta’ madwar EUR 19-il biljun (22 %).

    Wara dewmien iktar qabel fl-għażla, il-kapaċità għar-riċiklaġġ tal-iskart ta’ 1,8 miljun tunnellata issa hija magħżula għall-appoġġ (34 % tal-mira). Bl-istess mod, hemm progress tajjeb fl-għażla ta’ proġetti biex itejbu trattament tad-dranaġġ għal 14,5 miljun ruħ (85 % tal-mira) u jtejbu l-provvista tal-ilma għal 7,3 miljun persuna (58 % tal-mira).

    Il-FAEŻR appoġġa proġetti għat-titjib fil-bijodiversità b’26 miljun ettaru ta’ art agrikola (87 % tal-mira). Kollox ma’ kollox 40 % tal-art agrikola totali hija koperta b’azzjonijiet relatati mal-klima u mal-ambjent, inkluża żona b'restrizzjonijiet naturali. Barra minn hekk, 18 % tal-art agrikola tal-UE hija maħsuba li tiġi taħt rekwiżiti għall-ġestjoni tal-bijodiversità, bi 15 % tal-art agrikola li tinħtieġ tkun soġġetta għal ġestjoni aħjar tal-ħamrija u bi 15 % għal ġestjoni aħjar tal-ilma. Sar ukoll progress sinifikanti lejn il-mira ta’ kopertura ta’ 3,3 % ta’ art agrikola b’kuntratti ta’ mmaniġġar bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra u tal-ammonja; kważi 2 % diġà hi koperta. Bl-istess mod, sar progress tajjeb lejn il-mira ta’ unitajiet ta’ bhejjem li jkunu soġġetti għal investimenti li jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra u tal-ammonja, b’rata ta’ tlestija ta’ 33 %.

    Madwar 24 % tal-proġetti kollha magħżula għall-appoġġ mill-FEMS sa tmiem l-2017 jippromwovu l-effiċjenza fir-riżorsi u l-ħarsien tal-ambjent. Ħafna minn dawn il-proġetti għandhom l-għan li jħarsu u li jreġġgħu lura l-bijodiversità tal-baħar billi jżidu b’mod sostanzjali l-kontroll fiżiku tal-ħatt l-art u jnaqqsu l-volum tal-qabdiet inċidentali u b’hekk jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd.

    Il-Bulgarija waqqfet l-ewwel politika ta’ Koeżjoni tagħha appoġġata mill-istrument finanzjarju fis-settur tal-ilma u tal-ilma mormi. Bil-finanzjament, 16-il operatur reġjonali tal-ilma se jkunu jistgħu jaġġornaw il-provvista tal-ilma, id-drenaġġ u l-faċilitajiet ta’ trattament tal-ilma tagħhom. Din l-iskema hija mistennija li tiġġenera investiment sa EUR 230 miljun biex twassal servizz ta’ kwalità liċ-ċittadini, fejn EUR 115 miljun ġejjin mill-Fond ta’ Koeżjoni.

    Fl-Iżvezja, artijiet mistagħdra inħolqu fil-pajsaġġ agrikolu bħala mod ta’ kif titnaqqas it-tnixxija ta’ nutrijenti fil-korpi tal-ilma. Il-proġett se jgħin biex tiżdied il-bijodiversità u, bil-kontroll tal-fluss tal-ilma, l-art mistagħdra tista’ tintuża biex taħżen l-ilma għall-irrigazzjoni, jekk ikun hemm bżonn. L-appoġġ tal-FAEŻR ammonta għal EUR 26 000 mill-baġit totali ta’ EUR 64 000.

    3.2.4.Netwerks strateġiċi

    Fir-rigward tal-investiment fin-netwerks strateġiċi, huma ppjanati investimenti sinifikanti tat-TEN-T u ta’ trasport ieħor, taħt il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni. Kumplessivament, l-għażla tal-proġetti sa tmiem l-2017 kienet tammonta għal EUR 44 biljun (62 % tat-total ippjanat) b’nefqa ta’ EUR 12-il biljun (17 %).

    Fost l-indikaturi tat-trasport, huwa rrappurtat progress importanti f’termini ta’ proġetti ferrovjarji u tat-toroq magħżula:

    ·2 700 km ta’ rikostruzzjoni ta’ linji ferrovjarji, inklużi l-linji ferrovjarji TEN-T (45 % tal-mira); il-proġetti implimentati jkopru 5 % modesta tal-mira s’issa.

    ·7 500 km ta’ rikostruzzjoni tat-toroq (75 % tal-mira) 690 km minnhom huma fit-TEN-T (90 % tal-mira). L-implimentazzjoni tar-rikostruzzjoni tat-toroq tat-TEN-T laħqet 300 km (30 % tal-mira).

    Fil-Greċja l-kostruzzjoni ta’ 106 kilometru, b’żewġ binarji elettrifikati, linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja kienet ikkompletata fuq l-assi tal-ferrovija ta' Athens-Thssalonica bejn Tithorea u Domokos. B’hekk, il-passiġġieri jkunu jistgħu jivvjaġġaw bejn Ateni u Tessaloniki f tliet sigħat u nofs li jagħmlu l-konnessjoni bil-ferrovija kompetittiva. Il-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni u s-CEF ikkontribwixxew kważi EUR 1 biljun.

    3.3.Impjiegi, inklużjoni soċjali u edukazzjoni

    F’dan il-qasam huma ppjanati aktar minn EUR 172 biljun, b’mod partikolari mill-FSE, bil-FEŻR, il-FAEŻR u l-FEMS li wkoll se jkunu qegħdin jinvestu. Fi tmiem l-2017, proġetti li jammontaw għal madwar EUR 85 biljun ġew magħżula, li jirrappreżentaw kważi 50 % tal-allokazzjoni totali ppjanata. L-infiq globali kien kważi EUR 23 biljun jew 13 % tat-total ippjanat.

    F’termini aggregati, il-programmi tal-FSE u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ diġà taw l-kisbiet li ġejjin:

    ·15,3-il miljun parteċipant appoġġat, inklużi 7,9 miljun persuna qiegħda u 4,9 miljun parteċipant inattiv;

    ·2,8 miljun parteċipanti qiegħda fit-tul appoġġati;

    ·fost il-parteċipanti kollha 1,4 miljun kienu f’impjieg, 1,9 miljun kisbu kwalifika u 870 000 parteċipant kienu qegħdin isegwu kors edukattiv jew ta’ taħriġ bis-saħħa tal-appoġġ tal-FSE jew tal-YEI.

    Fost dawn il-parteċipanti, dawk b’ħiliet baxxi jirrappreżentaw 46 % tal-parteċipanti; 16 % kienu migranti, kellhom sfond barrani jew kienu minn minoranzi (inklużi l-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma).

    L-irduppjar tal-għadd ta’ parteċipanti FSE u YEI sa tmiem l-2016 jindika b’mod ċar l-aċċellerazzjoni drastika fl-implimentazzjoni tal-proġetti fuq il-post.

    3.3.1.Impjiegi

    Madwar EUR 30 biljun ġew allokati għal proġetti ta’ impjieg sostenibbli u ta’ kwalità b’mod predominanti mill-FSE u l-YEI sa tmiem l-2017, li jirrappreżentaw 51 % tas-EUR 60 biljun ippjanati. Sa tmiem l-2017 taħt l-objettiv tal-impjiegi:

    ·7,4 miljun parteċipant ġew appoġġati;

    ·722 000 parteċipant kisbu kwalifika;

    ·1,1 miljun parteċipant sabu impjieg, inkluż impjieg għal rashom.

    L-investimenti f’dan il-qasam qed ikollhom prestazzjoni tajba bl-eċċezzjoni ta’ investimenti relatati mal-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol, li għalihom ir-rata tal-għażla tal-proġetti kienet għadha anqas minn 20 % sa tmiem l-2017.

    Sa tmiem l-2017, aktar minn EUR 246 miljun intefqu taħt il-FAEŻR biex jiġu indirizzati l-impjiegi fl-agrikoltura u ż-żoni rurali, biex jippromwovu l-inklużjoni soċjali, u biex trawwem it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali fl-agrikoltura u l-forestrija.

    Madwar 11 % tal-proġetti kollha magħżula għall-appoġġ mill-FEMS sa tmiem l-2017 jippromwovu impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità u jappoġġaw il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol. Ħafna minn dawn il-proġetti għandhom l-għan li jippromwovu l-kapital uman, id-djalogu soċjali u n-netwerking.

    Fil-Lussemburgu, il-proġett iffinanzjat mill-FSE “Fit4Entrepreneurship” qed jimmira 200 persuna li qed ifittxu impjieg li jixtiequ jwaqqfu n-negozju tagħhom stess. Immexxi mix-Chambre de Commerce, is-servizz pubbliku tal-impjiegi u x-Chambre des Métiers, huwa jinkludi dijanjosi ta’ ħiliet intraprenditorjali, programm ta’ taħriġ, appoġġ individwali minn intraprendituri u assistenza ta’ wara l-ħolqien.

    Sabiex iżommu l-attività tradizzjonali estensiva tan-nagħaġ u l-baqar jirgħu, il-Gvern tal-Andalusija (Spanja) ħoloq programm ta’ taħriġ pilota dwar il-pastoraliżmu. Il-proġett ipprovda taħriġ lil 100 student fit-tħejjija ta’ karriera professjonali fil-pastoraliżmu. Wara t-taħriġ, 60 % tal-parteċipanti kienu involuti professjonalment fl-attività tal-bhejjem. Il-FAEŻR kkontribwixxa EUR 34 000 għall-kost totali tal-proġett ta’ EUR 38 000.



    Il-Kaxxa 2: Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ (YEI)

    Il-YEI kompliet tipprovdi appoġġ ta’ finanzjament importanti għaż-żgħażagħ fl-Istati Membri eliġibbli. Sal-aħħar tal-2017, madwar EUR 7 biljuni ġew allokati għal 162 000 proġett, li jirrappreżentaw 67 % tal-EUR 10,3 biljuni ippjanati. In-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarji laħqet 31 % (EUR 3,2 biljun) tal-allokazzjoni totali tal-YEI, li turi implimentazzjoni soda fuq il-post. Matul dan il-perjodu, 2,4 miljun żagħżugħ u żagħżugħa kienu ġew appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ. 1,5 miljun parteċipant kienu kkompletaw l-intervent tal-YEI u 776 000 parteċipant daħlu f’edukazzjoni/taħriġ, kisbu kwalifika jew kienu f’impjieg, inkluż impjieg indipendenti.

    Fl-2017, fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-QFP, il-koleġiżlaturi tal-UE qablu li jżidu r-riżorsi tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, li tkopri l-bqija tal-perjodu ta’ programmazzjoni (2017-2020). L-allokazzjoni speċifika għall-YEI żdiedet b’EUR 1,2 biljun, mifruxa fuq 4 snin li jibbenefikaw minnha 11-il Stat Membru li għadhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-appoġġ. Konsegwentement, l-Istati Membri emendaw il-programmi operattivi u l-ftehimiet ta’ sħubija tagħhom sal-aħħar tal-2017 biex jirriflettu ż-żieda, u l-appoġġ tal-FSE korrispondenti.

    Fil-kuntest tal-proċedura tal-baġit tal-2018, ġie miftiehem mill-koleġiżlaturi f’Novembru 2018 li r-riżorsi tal-YEI l-ġodda se jkomplu jiġu fornuti minn qabel, biż-żieda tal-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-2018 u qed jonqsu dawk għall-2020, biex b’hekk l-ammont globali għall-2018 minn EUR 116-il miljun jiżdied sa EUR 350 miljun. Il-11-il Stat Membru kkonċernat se jemendaw għal darb’oħra d-dokumenti tal-programmazzjoni tagħhom kif xieraq, sabiex jirriflettu il-forniment minn qabel.

    Fil-Greċja, l-programmi ta’ taħriġ settorjali biex itejbu l-ħiliet u l-impjegabbiltà tan-nies qiegħda li għandhom bejn 18 u 24 sena huma mmexxija b’kollaborazzjoni ma’ assoċjazzjonijiet tan-negozju. B’massimu ta' 15 000 post, il-programmi huma mmirati lejn setturi b’potenzjal għoli ta’ tkabbir, inkluż l-ICT, l-esportazzjoni tal-kummerċ, il-kummerċ bl-imnut u l-loġistika. Dawn jinkludu 120 siegħa ta’ tagħlim teoretiku u 260 siegħa ta’ taħriġ prattiku, ħames sessjonijiet ta’ konsulenza individwali u ċertifikazzjoni ta’ kwalifika. L-assoċjazzjonijiet tan-negozju huma responsabbli għall-għażla ta’ fornituri tat-taħriġ teoretiku u s-sejbien ta’ apprendistati f’kumpaniji għall-komponent prattiku.

    3.3.2.Inklużjoni soċjali

    Sal-aħħar tal-2017, madwar EUR 30 biljun ġew allokati għal proġetti li jindirizzaw l-inklużjoni soċjali, li jirrappreżentaw 46 % mit-EUR 63,7 biljun predominantement iffinanzjati minn programmi tal-FSE, bl-appoġġ tal-FEŻR għal infrastrutturi tas-saħħa u dawk soċjali. Taħt dan l-objettiv:

    ·ġew appoġġati 3,3 miljun parteċipant

    ·220 000 parteċipant sabu impjieg, inkluż impjieg għal rashom;

    ·152 000 parteċipant kisbu kwalifika;

    ·164 000 parteċipant inattiv ġew impenjati fi tfittix ta’ impjieg;

    ·42,5 miljun ċittadin issa huma mistennija li jibbenefikaw mill-appoġġ tal-FEŻR allokat għall-modernizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa.

    Fl-2017, l-investimenti fl-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ komunitajiet emarġinati bħar-Rom qabdu ċertu ritmu. Madankollu, l-investimenti fil-qasam tal-intraprenditorija soċjali u l-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità għadhom lura.

    F’żoni rurali, il-FAEŻR jappoġġa strateġiji tal-iżvilupp lokali li jippromwovu l-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u t-trawwim tal-iżvilupp ekonomiku taħt l-approċċ LEADER. Sal-lum, 58 % tan-nies li jgħixu f’żoni rurali (li jirrappreżenta madwar 111 % tal-mira) huma koperti minn aktar minn 3 400 strateġija ta’ żvilupp lokali implimentati minn Gruppi ta’ Azzjoni Lokali (GAL) li bbenefikaw minn 18 % tal-fondi pubbliċi disponibbli.

    Il-proġett tal-FSE “l-Iskola tat-Tieni Opportunità” f’Gijón (Spanja) joffri liż-żgħażagħ vulnerabbli (dawk mingħajr sengħa, dawk li jħallu l-iskola kmieni, persuni nieqsa minn appoġġ soċjofamiljari, wara problemi tas-saħħa, eċċ.) u taħriġ prattiku u imfassal apposta ffukat fuq il-ħiliet u l-abilitajiet biex jgħinhom jintegraw mill-ġdid/jibqgħu jistudjaw jew isibu impjieg. Bejn l-2009 u l-2017, ipparteċipaw 1 400 persuna.

    Fil-Lussemburgu, il-proġett “World city" appoġġa l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet tas-sajf għal tfal bejn 7 snin u 12-il sena li jgħixu fiż-żona ta’ Miselerland. L-enfasi tematika kienet fuq id-diversità kulturali, it-trawwim ta’ attitudnijiet u l-valuri kondiviżi li jwasslu biex “ngħixu flimkien”. Madwar 300 tifel u tifla mir-reġjun ħadu sehem kull ġurnata, b’medja ta’ 10 % ta’ tfal rifuġjati. Il-proġett kien iffinanzjat mill-FAEŻR — LEADER b’EUR 223 000.

    Żewġ ċentri ta’ servizzi soċjali u tas-saħħa ġodda f’Molenbeek u Cureghem, Brussell (il-Belġju) (appoġġ ta’ EUR 3,7 miljun mill-FEŻR) jipprovdu servizzi integrati soċjali, tal-kura tas-saħħa mentali u tal-kura tas-saħħa primarji għall-popolazzjoni lokali. Hemm enfasi speċjali fuq l-aċċessibbiltà għal gruppi vulnerabbli, inklużi l-migranti. Tim qed tiżviluppa l-programm ta’ komunikazzjoni mobbli b’“Medibus”.

    3.3.3.Edukazzjoni

    Sal-aħħar tal-2017, stima ta' madwar EUR 25 biljun ġew allokati għal proġetti li jindirizzaw l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, li jirrappreżentaw 52 % mid-EUR 49 biljun predominantement iffinanzjati minn programmi tal-FSE, bl-appoġġ tal-FEŻR għal infrastrutturi tal-edukazzjoni. L-infiq ammonta għal kważi EUR 6 biljun (13 % tat-total ippjanat). Taħt dan l-objettiv:

    ·Ġew appoġġati 4,5 miljun parteċipant;

    ·miljun parteċipant kisbu kwalifika;

    ·583 000 parteċipant bdew jieħdu edukazzjoni jew taħriġ;

    ·1,8 miljun student (26 % tal-mira) għandhom jibbenefikaw minn proġetti tal-FEŻR li jinvestu fl-infrastruttura tal-iskejjel;

    L-investimenti f’dan il-qasam huma fit-triq it-tajba fejn ir-rata tal-għażla tal-proġetti laħqet it-52 %. L-implimentazzjoni tal-attivitajiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali hija l-iktar waħda avvanzata kemm f’termini tal-għażla tal-proġetti kif ukoll fir-rati tal-implimentazzjoni.

    Fil-Latvja, l-għan ta’ proġett iffinanzjat mill-FSE huwa li jiżdied in-numru ta’ studenti tal-ETV permezz ta’ parteċipazzjoni f’tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol (WBL) u l-prattiki (jew apprendistati) fl-impriżi. Sa Mejju tal-2018, 1 400 intrapriża, 34 stabbiliment ta’ edukazzjoni vokazzjonali u 2 900 student tal-ETV kienu involuti, li minnhom 640 kienu studenti WBL u 2 275 kienu involuti fi skemi ta’ taħriġ.

    F’Åland (il-Finlandja), il-proġett iffinanzjat mill-FSE "Welcome! - Välkommen in!" jimmira li jżid il-kompetenza u l-għarfien tal-kummerċ elettroniku fis-settur tas-servizzi biex titjieb il-kwalità tas-servizz lill-klijent u jgħin lin-negozji jirreaġixxu għall-isfidi mill-kompetizzjoni globali fis-settur tal-bejgħ bl-imnut. B’kollox 472 ruħ minn 100 intrapriża pparteċipaw fil-proġett li pprovda aktar minn 8 000 siegħa ta’ taħriġ. Fl-2017, intrapriżi parteċipanti kellhom 75 % żieda fil-bejgħ meta mqabbel mal-2015.

    Fil-Bavarja (il-Ġermanja) bini ta’ uffiċċji ġie konvertit mill-ġdid f’ċentru ta’ tagħlim bl-appoġġ tal-FEŻR, li offra 250 post addizzjonali f’1 100 metru kwadru għal seminars. Iċ-ċentru ta’ taħriġ modernizzat se jkollu rwol importanti fil-kwalifikazzjoni tal-ħaddiema tas-sengħa ta’ għada.

    3.4.It-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti

    Sal-aħħar tal-2017, stima ta' madwar EUR 3 biljuni ġew allokati għal proġetti li jindirizzaw il-kapaċità u r-riformi istituzzjonali, li jirrappreżentaw 48 % mis-EUR 6,4 biljuni ippjanati (predominantement minn programmi tal-FSE, bl-appoġġ tal-FEŻR ukoll fl-Estonja, l-Italja, ir-Rumanija u fil-programmi Interreg). L-infiq fuq il-post ammonta għal kważi EUR 370 biljun (6 % tat-total ippjanat). Taħt dan l-objettiv:

    ·ġew appoġġati 117 000 parteċipant;

    ·734 proġett immirati għall-amministrazzjonijiet pubbliċi jew għas-servizzi pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali ġew appoġġati mill-FSE.

    Sa terz tal-proġetti appoġġati qed jiffukaw fuq id-diġitalizzazzjoni. Temi prinċipali oħrajn kienu jindirizzaw it-twassil tas-servizzi, it-taħriġ ġenerali, is-sistema tas-servizz ċivili u l-ġestjoni tar-riżorsi umani, kif ukoll l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-gvern. L-appoġġ lill-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Istati Membri huwa fil-parti l-kbira tiegħu użat fil-livell nazzjonali, b’parti żgħira biss tmur fuq livelli reġjonali u lokali.

    L-implimentazzjoni tal-proġetti mmirati lejn il-bini tal-kapaċità għall-partijiet ikkonċernati li jwasslu l-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ u l-impjiegi u l-politiki soċjali għadha lura (1 % tan-nefqa ddikjarata). Ir-raġunijiet għad-dewmien ivarjaw bejn l-Istati Membri, u jinkludu bidliet legali li jaffettwaw l-implimentazzjoni jew id-diffikultajiet marbuta ma’ karatteristiċi innovattivi u kumplessi ta’ intervent.

    Fil-Bulgarija, proġett tal-FSE, implimentat mill-Istitut Nazzjonali tal-Ġustizzja (INĠ), jappoġġa l-kwalità tat-taħriġ professjonali biex titjieb l-effiċjenza tal-ġudikatura. Total ta’ 5 600 maġistrati u uffiċjali mill-qrati u l-awtoritajiet investigattivi spiċċaw korsijiet ta’ taħriġ NIJ fl-2017. L-affarijiet il-ġodda jinkludu l-iżvilupp ta’ proġetti reġjonali u taħriġ f'tagħlim elettroniku, taħriġ tematiku adattat għall-bżonnijiet reġjonali speċifiċi u provvista għal kollaborazzjoni interistituzzjonali u “sħubijiet għall-għarfien”.

    Fil-Litwanja, proġett tal-FSE għandu l-għan li jżid l-effiċjenza tal-akkwist pubbliku billi jnaqqas il-possibbiltajiet tal-korruzzjoni. Azzjoni ppjanata se żżid l-għarfien u l-kompetenzi tal-persunal fl-Uffiċċju tal-Akkwist Pubbliku u l-organizzazzjonijiet kontraenti oħra u toħloq dokumentazzjoni ta’ sostenn (linji gwida, eċċ.) dwar il-metodoloġija tal-akkwist pubbliku. Se jiġi organizzat taħriġ tar-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet kontraenti u konferenzi f’bosta istituzzjonijiet Litwani.

    3.5.Il-progress fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji (FIs)

    Ir-rapporti annwali tal-2018 kienu jinkludu rappurtar dettaljat dwar l-istrumenti finanzjarji (FIs) sa tmiem l-2017 għal 24 Stat Membru. Il-progress huwa ġeneralment sodisfaċenti bi EUR 13,5-il biljun impenjati fil-ftehimiet ta’ finanzjament, li jirrappreżentaw 65 % tal-allokazzjonijiet indikattivi, prinċipalment mill-FEŻR. Mill-ammonti impenjati, EUR 1,5 biljun (11 %) kienu diġà żborżati lir-riċevituri finali b’differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri. Preżentazzjoni aktar dettaljata tista’ tinsab f’ġabriet fil-qosor ta’ data ppubblikati mill-Kummissjoni.

    3.6.L-iżvilupp territorjali u urban

    Fl-2020-2014, madwar EUR 32 biljun ġew allokati għal żvilupp territorjali integrat u l-iżvilupp urban sostenibbli. L-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrateġiji, inizjalment kajmana, issa qiegħda tirkupra bil-mod. Taħt il-fondi tal-politika ta’ Koeżjoni, madwar EUR 10,7 biljuni ġew allokati għal proġetti, li jirrappreżentaw 33 % tal-allokazzjoni ppjanata. Għalkemm l-għażla tal-proġett issa qed timxi 'l quddiem b’mod relattivament tajjeb, in-nefqa għadha lura, b’EUR 1 biljun (3,2 % tan-nefqa totali ppjanata) sa tmiem l-2017.

    L-istrateġiji ta’ żvilupp integrati magħżula, prinċipalment għall-benefiċċju tal-integrazzjoni soċjali, ikopru popolazzjoni rappurtata ta’ 39 miljun ċittadin (87 % tal-mira). F’termini ta’ xogħlijiet fiżiċi l-proġetti magħżula sabiex jiġu rinnovati l-binjiet u l-unitajiet domestiċi se jwasslu 50 % tal-miri ppjanati — bi tbassir ta’ 1,1 miljun metru kwadru rinnovati u 10 500 unità domestika rinnovati. Aktar minn 21 miljun metru kwadru ta’ spazju miftuħ urban (73 % tal-mira) qed jiġi rinnovat sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja u s-sigurtà f’żoni urbani.

    3.7.L-Interreg

    Il-programmi Interreg iffinanzjati mill-FEŻR li jaqgħu taħt l-għan tal-Kooperazzjoni Territorjali kienu ġġeneraw volum finanzjarju ta’ EUR 7,1 biljuni ta’ proġetti magħżula sa tmiem l-2017 (57 % tat-total ippjanat) għalkemm in-nefqa fuq il-post għadha baxxa (5 % tat-total ippjanat).

    Id-Data dwar il-progress fiżiku taħt l-Interreg hija inkluża fl-indikaturi aggregati taħt it-temi ewleniin ta’ investiment hawn fuq u fil-Pjattaforma ta’ Data Miftuħa 11 .

    4.Progress fl-evalwazzjoni tal-programmi

    Il-leġiżlazzjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 tenfasizza l-ħtieġa li jiġi evalwat il-kontribut għat-tkabbir, l-iżvilupp sostenibbli u l-ħolqien tax-xogħol tal-programmi tal-Fondi SIE. Il-programmi jiddefinixxu l-objettivi li huma speċifiċi u jartikolaw il-bidla li qegħdin jipprovaw jiksbu f’oqsma partikolari. L-evalwazzjonijiet huma essenzjali biex jiġi stabbilit jekk dawn il-bidliet seħħewx u kif il-programmi kkontribwixxew.

    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja dan ir-Rapport jiġbor fil-qosor l-evalwazzjoni tax-xogħlijiet imwettqa mill-2016. Numru żgħir ta’ evalwazzjonijiet ġew identifikati li kienu mmirati l-aktar għall-proċess tal-implimentazzjoni u l-progress biex jintlaħqu l-miri stabbiliti. Dawk l-evalwazzjonijiet juru, bħala medja, it-tfassil ta’ evalwazzjoni aktar ċar u disponibbiltà tad-data aktar xierqa u aktar użu minn qabel.

    Għall-perjodu 2014-2020 għadu kmieni wisq biex jiġu evalwati r-riżultati u l-impatti tal-programmi minħabba l-volum limitat ta’ proġetti lesti. Il-bidu ta’ evalwazzjonijiet tal-impatt, min-natura tagħhom imwettqa aktar tard fiċ-ċiklu tal-programm, x’aktarx ser ikun imdewwem fejn l-implimentazzjoni kienet aktar bil-mod milli mistenni f’ċerti Stati Membri jew objettivi tematiċi.

    Min-naħa l-oħra, twettqu għadd kbir ta’ evalwazzjonijiet nazzjonali fl-2018-2017 li ffokaw fuq il-programmi tal-2007-2013 u huma fil-biċċa l-kbira evalwazzjonijiet tal-impatt. B’mod ġenerali, ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-impatt relatati maż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni jistgħu jitqiesu bħala affidabbli biss għal numru limitat ta’ evalwazzjonijiet, li tenfasizza l-ħtieġa għal titjib fil-kwalità tax-xogħlijiet.

    Analiżi aġġornata dwar il-pjanijiet nazzjonali ta’ evalwazzjoni riveduti waslet għand il-Kummissjoni sa Ġunju 2018 li turi li għad hemm xi nuqqasijiet fl-oqsma tal-ħiliet meħtieġa, il-metodi li għandhom jintużaw u d-data meħtieġa.

    Żieda sinifikanti tal-evalwazzjonijiet lesti hija mistennija fl-2019-2018 skont il-pjanijiet ta’ evalwazzjoni. Dawn se jkunu fil-biċċa l-kbira evalwazzjonijiet orjentati lejn l-implimentazzjoni u l-proċess. Kważi nofs l-evalwazzjonijiet tal-impatt huma ppjanati li jsiru biss wara l-2020 meta r-riżultati tal-programm huma mistennija li jaslu.

    Id-dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja dan ir-Rapport jiddeskrivi wkoll il-fergħat differenti ta’ ħidma li wettqet il-Kummissjoni biex tappoġġa l-ħidma tal-Istati Membri (netwerking, gwida, helpdesks, eċċ.) u x-xogħol ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni.

    5.Konklużjonijiet

    Il-programmi tal-Fondi SIE huma strument ta’ investiment kbir tal-Unjoni Ewropea u kull reġjun u pajjiż fl-Unjoni Ewropea qed jibbenefika mill-politika. L-evidenza disponibbli issa mill-implimentazzjoni finanzjarja u mill-indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati komuni tipprovdi ħarsa ġenerali iżjed kompleta tal-progress fl-implimentazzjoni milli kien disponibbli f’kull perjodu preċedenti.

    Aċċellerazzjoni importanti seħħet matul l-2017 fl-implimentazzjoni ġenerali ta’ programmi kofinanzjati mill-Fondi SIE. Ir-rata tal-għażla tal-proġetti kważi rdoppjat meta mqabbel ma’ tmiem l-2016, u qabżet it-52 % tal-finanzjament totali. Nefqa ġġenerata mill-proġetti bdiet tlaħħaq ukoll mal-oħrajn kif ukoll il-kisba tal-valuri tal-indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati tal-programmi marbuta ma’ benefiċċji soċjali u ekonomiċi importanti. L-aċċellerazzjoni kompliet fl-2018, bir-rata tal-għażla tal-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni tkun 67 % sat-30 ta’ Settembru 2018.

    L-istampa tal-implimentazzjoni żvelata mir-rapporti annwali tal-programmi hija diversa, kemm bejn ir-reġjuni, mal-Istati Membri u bejn it-temi differenti ta’ investiment. Abbażi tal-esperjenza tal-passat, il-Kummissjoni tistenna li r-rati tal-implimentazzjoni għal nefqa tal-investiment u t-twassil tal-outputs u r-riżultati ser ikomplu jiżdiedu fl-2019. L-analiżi tal-prestazzjoni li jmiss fl-2019 ser tinċentiva aktar infiq aħjar tal-Fondi SIE f’termini tal-kisba tal-objettivi tal-programm.

    Hekk kif l-implimentazzjoni tal-Fond SIE timxi ‘l quddiem, fl-aħħar mill-aħħar se tipprovdi materjal li fuqu jitwettqu l-evalwazzjonijiet tal-impatt. Madankollu, għadd sinifikanti ta’ evalwazzjonijiet mill-Istati Membri xorta ser jieħdu ftit taż-żmien biex jitnedew, biex jitlestew u biex ir-riżultati tagħhom isiru disponibbli.

    Jekk inħarsu ‘l quddiem, għandhom jiġu stabbiliti miri finanzjarji importanti għal tmiem l-2018 (ir-regola “N+3”). Hemm riskji li programmi speċifiċi se jitilfu l-finanzjament tal-UE.

    Iċ-ċiklu ta’ rappurtar tas-sena d-dieħla se jinvolvi rapporti dwar il-programmi komprensivi sa Ġunju 2019 u rapporti ta’ progress nazzjonali sal-aħħar ta’ Awwissu 2019. Dawn ir-rapporti se jipprovdu ħarsa ġenerali kwantitattiva u kwalitattiva sħiħa tal-implimentazzjoni tal-objettivi ta’ investiment. Dawn ser ikopru firxa ta’ kwistjonijiet importanti. B’mod partikolari, l-Istati Membri se jirrappurtaw dwar l-istadji importanti finanzjarji u fiżiċi taħt il-qafas ta' prestazzjoni li għandhom jintużaw għall-għoti tar-riżerva tal-prestazzjoni fl-2019. Ir-rapporti ser jiġu sintetizzati mill-Kummissjoni f’rapport strateġiku sal-aħħar tal-2019.

    (1)      Kif meħtieġ skont l-Artikolu 53 tad-“Dispożizzjonijiet Komuni” tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
    (2)      Dan ir-rapport jikkomplementa r-rapport dwar l-implimentazzjoni baġitarja tal-Fondi SIE     http://ec.europa.eu/budget/library/biblio/publications/2018/AnalysisBudgImplem_ESIF_2017_EN.pdf  
    (3)      Il-Pjattaforma ta’ Data Miftuħa tal-Fondi SIE: https://cohesiondata.ec.europa.eu/  
    (4)      Din iċ-ċifra tirreferi biss għal proġetti tat-tip ta’ investiment. Iċ-ċifra għat-tip ta’ proġetti mhux ta’ investiment appoġġati mill-FAEŻR tammonta għal 2 664 000.
    (5)

         Il-Fondi SIE kollha għandhom fil-mira tagħhom l-appoġġ lill-intrapriżi. Il-proġetti magħżula se jappoġġaw (jew kienu ta’ appoġġ) għal 598 000 ditta taħt il-FEŻR, 162 400 intrapriża mikro, żgħira u ta’ daqs medju taħt il-FSE u 248 600 ditta rurali taħt il-FAEŻR (106 600 bidwi żagħżugħ u investimenti f’assi fiżiċi f’142 000 azjenda agrikola).

    (6)      Sehem mill-volum tal-għażla taħt l-“objettivi multitematiċi” jaqa’ taħt dan il-qasam – ara l-Anness 1.1.
    (7)       https://cohesiondata.ec.europa.eu/themes  
    (8)      Il-FSE jikkontribwixxi għall-objettivi ta’ żvilupp sostenibbli, jiġifieri l-ħiliet ekoloġiċi, permezz tal-objettivi sekondarji ta’ appoġġ fl-ambitu tal-objettivi tematiċi 8 u 10 b’mod partikolari.
    (9)      Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 65).
    (10)      Qed jiġu indirizzati kwistjonijiet marbuta mal-użu konsistenti ta’ dawn l-indikaturi meta jiġu ffissati l-miri u meta jiġi eskluż l-għadd doppju.
    (11)       https://cohesiondata.ec.europa.eu/countries/TC  
    Top

    Brussell, 19.12.2018

    COM(2018) 816 final

    ANNESSI

    għar-

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020
    Rapport ta’ sinteżi għall-2018 tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-programm b’kopertura tal-implimentazzjoni fl-2014-2017


    ANNESS 1.1

    L-implimentazzjoni finanzjarja kumulattiva tal-Fondi SIE skont l-objettiv tematiku rrappurtata skont il-programmi sal-31 ta’ Diċembru 2017 (fl-ispiża totali, b’għażla u volumi ta’ nefqa)

    Objettivi Tematiċi

    L-ammont totali pprogrammat

    It-total tal-Kost Eliġibbli tal-proġetti magħżula

    L-infiq totali rrappurtati minn proġetti magħżula

    Ir-rata tal-għażla

    Ir-rata tal-infiq

    EUR m

    EUR M

    EUR M

    %

    %

    01

    Riċerka u Innovazzjoni

    60,175.6

    30,670.2

    4,895.9

    51.0%

    8.1 %

    02

    Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni

    18,368.0

    8,772.9

    900.8

    47.8 %

    4.9 %

    03

    Kompetittività tal-SMEs

    85,401.9

    47,014.7

    15,378.3

    55.1 %

    18.0 %

    04

    Ekonomija b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet ta’ Karbonju

    52,095.1

    23,333.0

    3,774.7

    44.8 %

    7.2 %

    05

    Adattament għat-Tibdil fil-Klima u l-Prevenzjoni tar-Riskji

    38,069.3

    22,134.9

    12,613.0

    58.1 %

    33.1 %

    06

    Ħarsien tal-Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi

    73,147.4

    38,091.3

    15,917.9

    52.1 %

    21.8 %

    07

    Infrastrutturi tan-Netwerks fit-Trasport u l-Enerġija

    66,372.3

    41,368.9

    11,548.9

    62.3 %

    17.4 %

    08

    Impjieg Sostenibbli u ta’ Kwalità

    48,788.3

    24,764.5

    8,210.6

    50.8 %

    16.8 %

    09

    Inklużjoni Soċjali

    53,986.2

    25,008.9

    5,616.2

    46.3 %

    10.4 %

    10

    Taħriġ Edukattiv u Vokazzjonali

    40,981.3

    21,296.0

    5,241.9

    52.0 %

    12.8 %

    11

    Amministrazzjoni Pubblika Effiċjenti

    6,109.3

    2,936.4

    351.9

    48.1 %

    5.8 %

    12

    Ultraperiferiċi u Skarsament Popolati

    220.5

    428.4

    225.3

    194.2 %

    102.2 %

    DM

    Miżuri Mwaqqfa

    176.3

    -

    56.9

    0.0 %

    32.3 %

    Objettivi Tematiċi Multipli (FEŻR/FK/FSE)

    81,042.3

    43,357.8

    8,161.4

    53.5 %

    10.1 %

    TA

    Assistenza Teknika

    19,097.8

    9,010.2

    2,791.5

    47.2 %

    14.6 %

     

    Total Finali

    644,031.6

    338,188.2

    95,685.3

    52.5 %

    14.9 %

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea bbażata fuq data rrappurtata skont il-programmi disponibbli dwar Data Miftuħa dwar l-FSIE https://cohesiondata.ec.europa.eu/d/99js-gm52



    ANNESS 1.2

    L-implimentazzjoni finanzjarja kumulattiva tal-Fondi SIE skont l-objettiv tematiku rrappurtata skont il-programmi sal-ħarifa tal-2018 (fl-ispiża totali, b’għażla u volumi ta’ nefqa) (Data fit-8/11/2018

    Objettivi Tematiċi

    L-ammont totali pprogrammat

    It-total tal-Kost Eliġibbli tal-proġetti magħżula

    L-infiq totali rrappurtati minn proġetti magħżula

    Ir-rata ta’ għażla

    Ir-rata ta’ nfiq

    EUR M

    EUR M

    EUR M

    %

    %

    01

    Riċerka u Innovazzjoni

    60,251.6

    39,600.6

    8,413.9

    65.7 %

    14.0 %

    02

    Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni

    18,055.1

    11,162.9

    1,502.4

    61.8 %

    8.3 %

    03

    Kompetittività tal-SMEs

    86,446.5

    52,156.7

    22,151.7

    60.3 %

    25.6 %

    04

    Ekonomija b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet ta’ Karbonju

    49,771.9

    28,027.6

    6,162.4

    56.3 %

    12.4 %

    05

    Adattament għat-Tibdil fil-Klima u l-Prevenzjoni tar-Riskji

    38,617.5

    23,045.2

    14,883.8

    59.7 %

    38.5 %

    06

    Ħarsien tal-Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi

    73,673.9

    43,091.8

    19,699.2

    58.5 %

    26.7 %

    07

    Infrastrutturi tan-Netwerks fit-Trasport u l-Enerġija

    66,171.4

    49,416.5

    16,010.2

    74.7 %

    24.2 %

    08

    Impjieg Sostenibbli u ta’ Kwalità

    49,543.1

    30,035.8

    11,281.0

    60.6 %

    22.8 %

    09

    Inklużjoni Soċjali

    54,105.7

    29,971.0

    9,512.2

    55.4 %

    17.6 %

    10

    Taħriġ Edukattiv u Vokazzjonali

    40,662.1

    26,549.8

    8,464.3

    65.3 %

    20.8 %

    11

    Amministrazzjoni Pubblika Effiċjenti

    6,145.7

    3,743.2

    723.2

    60.9 %

    11.8 %

    12

    Ultraperiferiċi u Skarsament Popolati

    220.5

    527.8

    334.0

    239.3 %

    151.4 %

    DM

    Miżuri Mwaqqfa

    172.8

    -

    73.2

    0.0 %

    42.4 %

    Objettivi Tematiċi Multipli (FEŻR/FK/FSE)

    83,770.8

    56,268.6

    14,085.4

    67.2 %

    16.8 %

    TA

    Assistenza Teknika

    19,049.2

    11,046.9

    4,115.8

    58.0 %

    21.6 %

     

    Total

    646,657.9

    404,644.6

    137,412.5

    62.6 %

    21.2 %

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea bbażata fuq data rrappurtata skont il-programmi disponibbli dwar Data Miftuħa dwar l-FSIE https://cohesiondata.ec.europa.eu/d/99js-gm52



    ANNESS 2.1

    L-implimentazzjoni finanzjarja kumulattiva tal-Fondi SIE skont l-Istat Membru rrappurtata mill-programmi sal-31 ta’ Diċembru 2017 (fl-ispiża totali, b’għażla u volumi ta’ nefqa)

     

    Ammont tal-UE allokat

    L-ammont totali pprogrammat

    It-total tal-Kost Eliġibbli tal-proġetti magħżula

    L-infiq totali rrappurtati minn proġetti magħżula

    Tmiem l-2017

    EUR M

    Ir-rata tal-għażla tal-proġetti

    Ir-rata ta’ nfiq

    2014-2020

    (UE u Nazzjonali)

    fi tmiem l-2017

    %

    %

    EUR M

    EUR M

    EUR M

    L-Awstrija

    4,922.9

    10,649.9

    5,362.3

    3,321.2

    50.4 %

    31.2 %

    Il-Belġju

    2,741.7

    6,088.8

    4,282.9

    795.9

    70.3 %

    13.1 %

    Il-Bulgarija

    9,876.1

    11,734.0

    6,636.0

    1,696.4

    56.6 %

    14.5 %

    Il-Kroazja

    10,727.4

    12,653.7

    5,121.8

    1,090.6

    40.5 %

    8.6 %

    Ċipru

    917.3

    1,169.6

    507.5

    205.0

    43.4 %

    17.5 %

    Ir-Repubblika Ċeka

    23,865.0

    32,379.5

    14,951.7

    3,670.5

    46.2 %

    11.3 %

    Id-Danimarka

    1,546.8

    2,264.8

    1,283.7

    421.0

    56.7 %

    18.6 %

    L-Estonja

    4,423.5

    5,966.2

    3,417.8

    1,102.5

    57.3 %

    18.5 %

    Il-Finlandja

    3,765.0

    8,435.2

    5,765.5

    3,450.2

    68.4 %

    40.9 %

    Franza

    27,273.8

    45,704.8

    22,078.7

    8,655.5

    48.3 %

    18.9 %

    Il-Ġermanja

    27,935.0

    44,754.4

    24,941.7

    9,267.5

    55.7 %

    20.7 %

    Il-Ġreċja

    21,382.0

    26,221.0

    12,982.9

    4,566.2

    49.5 %

    17.4 %

    L-Ungerija

    25,013.9

    29,649.6

    28,404.1

    3,991.2

    95.8 %

    13.5 %

    L-Irlanda

    3,361.6

    6,139.7

    3,843.6

    1,824.2

    62.6 %

    29.7 %

    L-Italja

    44,656.1

    75,065.7

    32,679.2

    6,598.1

    43.5 %

    8.8 %

    Il-Latvja

    5,633.7

    6,908.0

    4,052.8

    1,210.7

    58.7 %

    17.5 %

    Il-Litwanja

    8,385.9

    9,947.2

    4,901.9

    1,976.0

    49.3 %

    19.9 %

    Il-Lussemburgu

    140.1

    456.4

    240.3

    135.0

    52.6 %

    29.6 %

    Malta

    827.9

    1,023.9

    516.6

    83.8

    50.5 %

    8.2 %

    In-Netherlands

    1,947.4

    3,745.1

    2,413.0

    785.3

    64.4 %

    21.0 %

    Il-Polonja

    86,111.6

    104,921.4

    57,837.9

    13,739.5

    55.1 %

    13.1 %

    Il-Portugall

    25,856.1

    32,654.2

    21,394.0

    7,478.7

    65.5 %

    22.9 %

    Ir-Rumanija

    30,882.6

    37,564.3

    14,638.8

    4,370.9

    39.0 %

    11.6 %

    Is-Slovakkja

    15,287.3

    19,559.2

    10,001.2

    2,266.9

    51.1 %

    11.6 %

    Is-Slovenja

    3,930.6

    4,958.0

    2,464.0

    690.4

    49.7 %

    13.9 %

    Spanja

    39,835.6

    56,218.3

    17,641.8

    5,509.9

    31.4 %

    9.8 %

    L-Iżvezja

    3,626.7

    7,938.6

    4,802.9

    2,020.1

    60.5 %

    25.4 %

    L-Interreg

    9,335.4

    12,441.6

    7,133.6

    607.8

    57.3 %

    4.9 %

    Ir-Renju Unit

    16,470.8

    26,818.5

    17,890.0

    4,154.3

    66.7 %

    15.5 %

    Total Finali

    460,680.0

    644,031.6

    338,188.2

    95,685.3

    52.5 %

    14.9 %

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea bbażata fuq data rrapportata skont il-programmi disponibbli dwar Data Miftuħa dwar l-FSIE https://cohesiondata.ec.europa.eu/d/99js-gm52



    ANNESS 2.2

    L-implimentazzjoni finanzjarja kumulattiva tal-Fondi SIE skont l-Istat Membru rrappurtata mill-programmi sal-ħarifa 2018 (fl-ispiża totali, b’għażla u volumi ta’ nefqa) (Data fit-8/11/2018)

     

    Ammont tal-UE allokat

    L-ammont totali pprogrammat

    It-total tal-Kost Eliġibbli tal-proġetti magħżula

    L-infiq totali rrappurtati minn proġetti magħżula

    Ħarifa 2018

    EUR M

    Ir-rata tal-għażla tal-proġetti

    Ir-rata ta’ nfiq

    2014-2020

    (UE u Nazzjonali)

    Ħarifa 2018

    %

    %

    EUR M

    EUR M

    EUR M

    L-Awstrija

    4,922.9

    10,649.8

    5,877.1

    3,902.1

    55.2 %

    36.6 %

    Il-Belġju

    2,741.7

    6,088.8

    4,600.0

    1,264.7

    75.5 %

    20.8 %

    Il-Bulgarija

    9,876.1

    11,726.4

    7,787.0

    2,585.5

    66.4 %

    22.0 %

    Il-Kroazja

    917.3

    1,169.7

    683.2

    265.2

    58.4 %

    22.7 %

    Ċipru

    23,786.3

    33,309.7

    19,187.0

    6,327.1

    57.6 %

    19.0 %

    Ir-Repubblika Ċeka

    27,935.0

    44,742.6

    28,170.5

    12,675.1

    63.0 %

    28.3 %

    Id-Danimarka

    1,546.8

    2,264.8

    1,380.7

    539.6

    61.0 %

    23.8 %

    L-Estonja

    4,423.5

    5,965.7

    3,919.6

    1,631.7

    65.7 %

    27.4 %

    Il-Finlandja

    39,589.2

    55,795.8

    24,438.0

    7,295.3

    43.8 %

    13.1 %

    Franza

    3,765.0

    8,435.2

    6,070.1

    3,907.6

    72.0 %

    46.3 %

    Il-Ġermanja

    27,277.4

    46,088.0

    25,764.2

    12,114.3

    55.9 %

    26.3 %

    Il-Ġreċja

    21,382.0

    26,662.1

    16,087.8

    5,216.1

    60.3 %

    19.6 %

    L-Ungerija

    10,727.4

    12,649.1

    7,277.4

    1,753.8

    57.5 %

    13.9 %

    L-Irlanda

    25,013.9

    29,649.6

    29,948.3

    6,274.2

    101.0 %

    21.2 %

    L-Italja

    3,361.6

    6,139.7

    4,264.0

    2,174.2

    69.4 %

    35.4 %

    Il-Latvja

    44,656.1

    76,108.9

    42,318.4

    10,848.5

    55.6 %

    14.3 %

    Il-Litwanja

    8,385.9

    9,947.2

    6,251.2

    2,706.0

    62.8 %

    27.2 %

    Il-Lussemburgu

    140.1

    456.4

    249.3

    181.4

    54.6 %

    39.7 %

    Malta

    5,633.7

    6,907.2

    4,872.6

    1,677.4

    70.5 %

    24.3 %

    In-Netherlands

    827.9

    1,023.9

    879.0

    145.1

    85.9 %

    14.2 %

    Il-Polonja

    1,947.4

    3,802.6

    2,754.5

    1,088.1

    72.4 %

    28.6 %

    Il-Portugall

    86,111.6

    104,913.3

    68,297.0

    21,706.6

    65.1 %

    20.7 %

    Ir-Rumanija

    25,856.1

    32,752.8

    25,602.6

    9,843.2

    78.2 %

    30.1 %

    Is-Slovakkja

    30,882.6

    37,527.5

    18,919.2

    6,299.6

    50.4 %

    16.8 %

    Is-Slovenja

    3,626.7

    8,052.7

    5,023.8

    2,556.0

    62.4 %

    31.7 %

    Spanja

    3,930.6

    4,958.0

    3,076.0

    1,081.0

    62.0 %

    21.8 %

    L-Iżvezja

    15,260.4

    19,519.9

    12,678.1

    3,217.6

    64.9 %

    16.5 %

    L-Interreg

    9,335.4

    12,540.0

    9,024.9

    1,416.3

    72.0 %

    11.3 %

    Ir-Renju Unit

    16,470.8

    26,810.6

    19,243.1

    6,719.0

    71.8 %

    25.1 %

    Total Finali

    460,331.4

    646,657.9

    404,644.6

    137,412.5

    62.6 %

    21.2 %

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea bbażata fuq data rrapportata skont il-programmi disponibbli dwar Data Miftuħa dwar l-FSIE https://cohesiondata.ec.europa.eu/d/99js-gm52



    ANNESS 3

    Fondi SIE - l-ammonti ppjanati għall-objettivi tal-klima u rati tal-għażla sa tmiem l-2017

    Fond

    Ammont totali tal-UE ppjanat

    Ammont totali tat-tibdil fil-klima tal-UE ppjanat

    Total magħżul fi tmiem l-2017 (stima tas-sehem tal-UE)

    Li minnhom allokati għall-azzjoni tat-tibdil fil-klima

    Rata tal-għażla tal-azzjonijiet klimatiċi mill-operazzjonijiet kollha magħżula (2017)

     

    Biljun ta’ EUR

    Biljun ta’ EUR

    %

    Biljun ta’ EUR

    Biljun ta’ EUR

    %

    CF

    63,3

    17,4

    28 %

    40.4

    10,5

    26 %

    FAEŻR

    99,8

    57,5

    58 %

    50,0

    21,5

    43 %

    FEMS

    5,7

    1,0

    18 %

    1,3

    0,95

    72 %

    FEŻR

    199,0

    38,2

    19 %

    105,0

    15,4

    15 %

    FSE/YEI

    92,8

    1,1

    1 %

    54,5

    2,9

    5 %

    Total

    460,7

    115,3

    25 %

    251.2

    51.3

    20 %

    Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

    Top