EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018DC0656

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, fosthom ir-rapport ta' twissija bikrija għall-Istati Membri f'riskju li ma jilħqux il-mira għall-2020 ta’ preparazzjoni għall-użu mill-ġdid/għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali

COM/2018/656 final

Brussell, 24.9.2018

COM(2018) 656 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, fosthom ir-rapport ta' twissija bikrija għall-Istati Membri f'riskju li ma jilħqux il-mira għall-2020 ta’ preparazzjoni għall-użu mill-ġdid/għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali

{SWD(2018) 413 final}
{SWD(2018) 414 final}
{SWD(2018) 415 final}
{SWD(2018) 416 final}
{SWD(2018) 417 final}
{SWD(2018) 418 final}
{SWD(2018) 419 final}
{SWD(2018) 420 final}
{SWD(2018) 421 final}
{SWD(2018) 422 final}
{SWD(2018) 423 final}
{SWD(2018) 424 final}
{SWD(2018) 425 final}
{SWD(2018) 426 final}


1.Daħla

L-immaniġġar tajjeb tal-iskart huwa element importanti tal-ekonomija ċirkolari u jgħin biex jiġi evitat li l-iskart ikollu impatt negattiv fuq l-ambjent u s-saħħa. L-implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart se tħaffef it-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari. L-atturi lokali għandhom rwol kruċjali fl-immaniġġar tal-iskart u l-involviment tagħhom fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika, kif ukoll l-appoġġ għall-attivitajiet tagħhom, huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Dan ir-rapport jeżamina l-implimentazzjoni tal-elementi ewlenin ta’ din il-leġiżlazzjoni mill-Istati Membri, jidentifika sfidi li jipprevjenu l-konformità sħiħa u jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar kif tista’ jitjieb l-immaniġġar ta’ ċerti flussi ta’ skart.

Ir-rapport jissejjes fuq informazzjoni pprovduta fir-rapporti ta’ implimentazzjoni nazzjonali 1 għall-perjodu bejn l-2013 u l-2015 2 dwar:

-Id-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (“Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart”),

-Id-Direttiva 2002/96/KE u d-Direttiva 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (“Id-Direttiva WEEE”),

-Id-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (“Id-Direttiva dwar l-Imballaġġ”),

-Id-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill (“Id-Direttiva dwar il-Landfills”), u

-Id-Direttiva 86/278/KEE dwar il-ħama tad-drenaġġ (“Id-Direttiva dwar il-Ħama tad-Drenaġġ”) 3 .

Din l-informazzjoni hija kkumplimentata minn studji riċenti fil-fond dwar diversi flussi ta’ skart, jiġifieri l-iskart muniċipali (l-istudju ta’ twissija bikrija) 4 , 5 , l-iskart mill-bini u t-twaqqigħ 6 , l-iskart perikoluż 7 u l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku 8 .

2.Skart Muniċipali – rapport ta’ twissija bikrija

Fuq medja, fl-2016, l-Ewropej iġġeneraw 480 kg ta’ skart muniċipali għal kull persuna, li 46 % minnhom kienu rriċiklati jew kompostati, filwaqt li kwart intefa’ f’landfill 9 .L-iskart muniċipali jirrappreżenta biss madwar 10 % tal-iskart totali ġġenerat fl-UE, iżda huwa wieħed mill-flussi l-aktar kumplessi biex jiġi mmaniġġat minħabba l-kompożizzjoni diversa tiegħu, l-ammont kbir ta’ produtturi tiegħu u l-frammentazzjoni tar-responsabbiltajiet.

L-obbligi legali dwar l-immaniġġar tal-iskart muniċipali (skart minn djar u skart simili) huma stabbiliti fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart. Dawn jinkludu l-mira ta’ 50 % tal-iskart muniċipali mħejji għall-użu mill-ġdid/riċiklaġġ 10 li għandha tintlaħaq sal-2020.Id-Direttiva ġiet riveduta dan l-aħħar 11 biex tinkludi miri ġodda u aktar ambizzjużi:55 % għandu jintlaħaq sal-2025, 60 % sal-2030 u 65 % sal-2035 12 .Id-Direttiva riveduta tintroduċi wkoll sistema ta’ rapporti ta’ twissija bikrija biex jiġi vvalutat il-progress tal-Istati Membri lejn dawn il-miri tliet snin qabel l-iskadenzi rispettivi.

B’antiċipazzjoni ta’ dan l-eżerċizzju, u sabiex tgħin lill-Istati Membri jilħqu l-mira tal-2020, il-Kummissjoni diġà wettqet l-ewwel studju tagħha ta’ twissija bikrija 13 .Fuq il-bażi ta’ eżami fil-fond tar-riżultati tal-prestazzjoni tar-riċiklaġġ u l-politiki dwar l-iskart tal-Istati Membri, 14-il Stat Membru ġew identifikati bħala f’riskju li ma jilħqux il-mira ta’ 50 % tal-2020 14 . Dawn huma:il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u Spanja.

L-immudellar tax-xenarju mwettaq għal dan l-eżerċizzju 15 ikkonferma dan u kkonkluda li jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni ta’ politika addizzjonali, xi wħud mill-Istati Membri kkonċernati probabbilment lanqas jilħqu l-mira ta’ 50 % sal-2025.

Skont il-problemi u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull Stat Membru u d-distanza tagħhom mill-mira tal-2020, ġew identifikati azzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż biex jingħalaq id-distakk permezz ta’ proċess li involva mill-qrib l-awtoritajiet nazzjonali. Il-valutazzjoni ta’ twissija bikrija li tinsab f’dan ir-rapport tibni wkoll fuq attivitajiet ta’ promozzjoni ta’ konformità ta’ qabel 16 imwettqa mill-Kummissjoni b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri. Jekk jiġu implimentati malajr mill-awtoritajiet nazzjonali u lokali, dawn l-azzjonijiet issuġġeriti jnaqqsu b’mod sinifikanti r-riskju li l-miri ma jintlaħqux. Id-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjaw dan ir-rapport jiddeskrivu dawn l-azzjonijiet. Jistgħu jiġu identifikati wkoll għadd ta’ prijoritajiet komuni rilevanti.

Kaxxa 1:L-immanniġġar tal-iskart muniċipali

§Miri ta’ riċiklaġġ nazzjonali f’kaskata ’l isfel għal-livell muniċipali b’responsabbiltà għas-sistemi tal-ġbir tal-iskart, u jiġi żgurat li hemm konsegwenzi għall-muniċipalitajiet li jonqsu milli jilħqu l-miri.

§Jiġu introdotti miżuri (inklużi taxxi) biex jitneħħa gradwalment ir-rimi fil-landfills u forom oħra ta’ trattament tal-iskart residwu (eż. it-Trattament Mekkaniku u Bijoloġiku, u l-inċinerazzjoni) biex jiġu pprovduti inċentivi ekonomiċi li jappoġġaw il-ġerarkija tal-iskart 17 .

§Tiġi żviluppata gwida mal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-muniċipalitajiet fil-forma ta’ standard ta’ servizz minimu għal ġbir separat. Jiġu organizzati programmi ta’ appoġġ tekniku u ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet għal muniċipalitajiet fil-livell nazzjonali. 

§Jiġu introdotti rekwiżiti obbligatorji għas-separazzjoni tal-bijoskart, u jiġi żgurat li l-infrastruttura tat-trattament ippjanata jew eżistenti taqbel mas-sistemi ta’ ġbir.

§Titħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn il-muniċipalitajiet dwar l-ippjanar tal-infrastruttura u/jew l-akkwist tas-servizzi biex tiġi żgurata effiċjenza fuq skala kbira u li l-piż finanzjarju jinqasam.

§Jitjiebu l-iskemi ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (EPR), għall-inqas skont ir-rekwiżiti minimi ġenerali stabbiliti fid-Direttiva Qafas riveduta dwar l-Iskart.

§Jiġu introdotti miżuri biex iħeġġu lill-familji jisseparaw l-iskart, inkluża frekwenza ogħla ta’ ġbir għal flussi separati meta mqabbla ma’ dik għall-iskart imħallat.

§Jitjiebu l-monitoraġġ u r-rappurtar, inkluż billi jiġi żgurat li d-data tinqabad fil-livell muniċipali.

§Il-fondi tal-UE jintużaw b’mod aktar effettiv biex tiġi żviluppata l-infrastruttura tal-iskart billi jiġi żgurat li l-kofinanzjament jappoġġa l-prestazzjoni tal-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ.

3.Skart mill-bini u t-twaqqigħ

L-iskart mill-bini u t-twaqqigħ huwa l-akbar fluss ta’ skart fl-UE skont il-piż, li jammonta għal aktar minn 800 miljun tunnellata fis-sena, jiġifieri madwar 32 % tal-iskart totali ġġenerat 18 .

Hemm potenzjal għoli għat-titjib tal-effiċjenza tar-riżorsi fl-immaniġġar ta’ dan il-fluss. Huwa magħmul minn taħlita ta’ materjali differenti inkluż skart inerti, mhux inerti mhux perikoluż u perikoluż. Jikkonsisti prinċipalment fi frazzjoni minerali (briks, madum, konkrit, eċċ.), li hija relattivament tqila u faċilment riċiklabbli, iżda ta’ valur baxx.Fih wkoll materjali b’valur tas-suq pożittiv (metalli) jew valur potenzjali jekk jinġabru separatament fi frazzjonijiet nodfa (bħall-plastik).

Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart 19 tistabbilixxi mira għall-2020 ta’ preparazzjoni ta’ 70 % għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-rkupru ta’ materjal ieħor għal dan il-fluss ta’ skart. Il-prestazzjonijiet tal-Istati Membri jvarjaw b’mod sinifikanti, b’aktar min-nofs jirrappurtaw li diġà laħqu l-mira tal-2020 fil-perjodu bejn l-2013 u l-2015, u xi wħud saħansitra kisbu aktar minn 90 % ta’ rkupru. Madankollu, Ċipru, il-Greċja, is-Slovakkja, u l-Iżvezja għadhom taħt is-60 % 20 .Għad hemm xi inċertezza dwar il-figuri rrappurtati minn xi Stati Membri.

Studju riċenti 21 dwar kif l-iskart mill-bini u t-twaqqigħ jiġi mmaniġġat madwar l-UE identifika l-azzjonijiet ewlenin li ġejjin.

Kaxxa 2:L-immaniġġar tal-iskart mill-bini u t-twaqqigħ

§Tiġi promossa l-prevenzjoni tal-iskart permezz ta’ disinn intelliġenti, l-estensjoni tal-ħajja tal-bini, l-użu mill-ġdid u t-titjib tal-ippjanar u l-loġistika fis-siti tal-kostruzzjoni.

§Jiġi promoss it-twaqqigħ selettiv u s-separazzjoni fis-sors.

§Tintuża l-Gwida tal-UE (il-verifiki ta’ qabel it-twaqqigħ u l-protokoll tal-immaniġġar) 22 .

§Jintużaw strumenti ekonomiċi biex dan il-fluss ta’ skart jiġi ddevjat mil-landfills.

§Jiġu limitati l-operazzjonijiet ta’ radam għal dawk li huma konformi mad-definizzjoni inkluża fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart.

§Titħeġġeġ l-adozzjoni ta’ prodotti riċiklati permezz ta’ ċertifikati ta’ kwalità u/jew kriterji għat-tmiem tal-istadju tal-iskart.

§Jiġi estiż l-użu ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku li jeħtieġ kontenut riċiklat.

§Titjieb il-kwalità tal-istatistika.

4.Skart perikoluż

L-iskart perikoluż huwa fluss ta’ skart relattivament żgħir (inqas minn 4 % tal-iskart totali) 23 , iżda l-immaniġġar xieraq tiegħu huwa kruċjali sabiex jiġi evitat li jkollu impatt negattiv serju fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart tinkludi rekwiżiti dwar it-tikkettar, iż-żamma tar-rekords, it-traċċabbiltà u l-obbligi ta’ kontroll mill-produzzjoni sad-destinazzjoni finali, kif ukoll projbizzjoni fuq it-taħlit ta’ skart perikoluż ma’ skart, sustanzi jew materjali oħra.

L-analiżi tal-immaniġġar tal-iskart perikoluż madwar l-UE 24 , inkluż f’PCBs/PCTs 25 , tissuġġerixxi li hemm nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni ta’ obbligi legali ewlenin. Dawn jinkludu ppjanar inadegwat, inkonsistenzi fid-data u lakuni statistiċi bejn il-ġenerazzjoni u t-trattament, u klassifikazzjoni ħażina tal-iskart. L-istudju jipprovdi rakkomandazzjonijiet dettaljati u speċifiċi għall-pajjiż, li jistgħu jitqassru f’lista aktar ġenerali ta’ azzjonijiet ta’ prijorità.

Kaxxa 3:L-immaniġġar tal-iskart perikoluż

§Titjieb il-kwalità tal-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart abbażi ta’ informazzjoni affidabbli u komparabbli, sabiex l-iskart perikoluż ikun kopert aktar bir-reqqa u tkun inkluża informazzjoni dwar il-kapaċitajiet tat-trattament.

§Jiġu adottati sistemi elettroniċi taż-żamma ta’ rekords u tar-rintraċċar, kompletament żviluppati, affidabbli u interoperabbli, integrati fis-sistemi nazzjonali tal-istatistika u d-data tal-UE dwar il-vjeġġi ta’ skart.

§Il-ġerarkija tal-iskart u l-projbizzjoni tat-taħlit jiġu riflessi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-gwida dwar l-għażliet tat-trattament, u l-kundizzjonijiet għall-permessi, u jiġi żgurat l-infurzar tagħhom.

§Tinħoloq, tiġi ppubblikata, tinxtered u tintuża gwida ċara u armonizzata dwar il-klassifikazzjoni tal-iskart u l-immaniġġar, inkluż fuq il-ġerarkija tal-iskart.Tintuża l-gwida teknika tal-Kummissjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-iskart 26 .

§Tiġi stabbilita sistema komprensiva ta’ spezzjonijiet mhux imħabbra u kkoordinati.Tittieħed azzjoni kontra operaturi mhux awtorizzati fil-livelli kollha.

§Tiġi stipulata u inforzata bis-sħiħ ir-responsabbiltà kondiviża tal-produtturi tal-iskart 27 u operaturi oħra tal-katina għall-immaniġġar tal-iskart perikoluż.

§Tkompli l-ħidma biex jiġu eliminati l-PCBs/PCTs minn applikazzjonijiet magħluqa u miftuħa.

5.Skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)

Huwa stmat li fl-2014 ġew iġġenerati madwar 10 miljun tunnellata 28 (0,4 % tal-iskart totali prodott) ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) - ċifra li mistennija titla’ għal aktar minn 12-il miljun tunnellata sal-2020 29 .Dan il-fluss ta’ skart huwa magħmul minn taħlita kumplessa ta’ materjali u komponenti, inklużi diversi sustanzi li, jekk ma jiġux immaniġġati tajjeb, jippreżentaw riskji għoljin għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Barra minn hekk, il-produzzjoni ta’ tagħmir elettroniku modern tirrikjedi li jintużaw riżorsi skarsi u ta’ valur.

Id-Direttiva 2012/19/UE għandha l-għan li ttejjeb il-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-WEEE.Matul il-perjodu bejn l-2013 u l-2015, l-ammont ta’ skart ta’ tagħmir miġbur minn djar privati fl-EU28 żdied bi 8 %.Fl-2014, mid-djar privati nġabru medja ta’ 6,21 kg ta’ skart ta’ tagħmir għal kull persuna. Fl-2015, 23 Stat Membru laħqu l-mira minima ta’ ġbir ta’ 4 kg ta’ WEEE tad-djar għal kull persuna 30 , fejn l-Iżvezja u d-Danimarka ġabru sa 12-il kg filwaqt li Ċipru, il-Latvja, Malta u r-Rumanija ma laħqux il-mira b’marġni konsiderevoli 31 .  32

Mill-2016, kull Stat Membru kien mitlub jilħaq mira ta’ ġbir ta’ 45 % tat-tagħmir mibjugħ, u mill-2019 dik il-mira se tkun ta' 65 % tat-tagħmir mibjugħ jew 85 % tal-iskart ta’ tagħmir iġġenerat kull sena 33 .L-Istati Membri se jkunu jistgħu jagħżlu wieħed minn dawn iż-żewġ modi ekwivalenti ta’ kejl tal-mira.

Il-Kummissjoni wettqet eżerċizzju ta’ promozzjoni tal-konformità 34 dwar il-WEEE biex tidentifika l-lakuni ewlenin fl-implimentazzjoni u biex taqsam il-prattiki tajbin. Dan l-istudju pproduċa kemm rakkomandazzjonijiet applikabbli għall-Istati Membri kollha kif ukoll pariri speċifiċi għal kull pajjiż għal ċerti Stati Membri.

Kaxxa 4:L-immaniġġar tal-iskart minn tagħmir elettriku u elettroniku

§Jiġu involuti l-livelli rilevanti kollha tal-gvern (muniċipali, reġjonali, nazzjonali)

§Jiġu introdotti (jew intensifikati) kontrolli fl-istadji kollha tal-katina tal-immaniġġar, u jiġu organizzati spezzjonijiet li jimmiraw lejn attivitajiet illegali jew li ma humiex konformi.

§Titjieb il-kwalità tad-data, inkluż permezz ta’ verifiki ta’ kwalità u billi jissaħħu l-proċeduri tat-traċċabbiltà biex jitqies l-iskart kollu ta’ tagħmir.

§Jitjiebu l-iskemi tal-EPR, għall-inqas skont ir-rekwiżiti minimi ġenerali fid-Direttiva Qafas riveduta dwar l-Iskart.

§Jitieb il-ġbir billi:

otiġi estiża l-infrastruttura tal-ġbir;

ojitjieb l-għarfien tal-konsumatur;

ojiġi ċċarat it-trasferiment tas-sjieda ta’ skart ta’ tagħmir fil-katina tal-immaniġġar; u

ojkun meħtieġ li l-kolletturi kollha jikkooperaw bi skema ta’ konformità.

§Jiġu infurzati r-rekwiżiti xierqa għat-trattament stabbiliti fid-Direttiva; jiġi kkunsidrat li jiġu adottati standards minimi ta’ kwalità għat-trattament tal-WEEE.

§Jiġu implimentati/żviluppati mekkaniżmi għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-prodott rilevanti għar-riċiklaġġ u l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid bejn il-produtturi u r-riċiklaturi (eż. il-pjattaforma I4R - Informazzjoni għar-Riċiklaturi 35 ).

§Jiġi stabbilit netwerk ta’ preparazzjoni għall-użu mill-ġdid ta’ operaturi rreġistrati u awtorizzati/ċertifikati fil-livell nazzjonali.

§Jiġi kkunsidrat li tiġi adottata mira separata ta’ preparazzjoni għall-użu mill-ġdid  fil-livell nazzjonali.

6.Skart mill-imballaġġ

Fl-2015, l-iskart totali mill-imballaġġ iġġenerat fl-UE kien jammonta għal madwar 85 miljun tunnellata, li huma madwar 3,4 % tal-iskart totali ġġenerat 36 .L-ammont ta’ skart iġġenerat ilu jiżdied bil-mod f’dawn l-aħħar snin.

Id-Direttiva dwar l-Imballaġġ tistabbilixxi miri speċifiċi għall-iskart mill-imballaġġ li għandhom jintlaħqu sa tmiem l-2008 (b’estensjonijiet ta’ żmien għal xi Stati Membri - kollha waqfu japplikaw fl-2015):miri ġenerali ta’ rkupru u riċiklaġġ (60 % u 55 %, rispettivament) flimkien ma’ miri ta’ riċiklaġġ speċifiċi għall-materjal (60 % għall-karti u kartun, 60 % għall-ħġieġ, 50 % għall-metall, 22.5 % għall-plastik u 15 % għall-injam).

Mill-2005, ir-rata medja globali tar-riċiklaġġ tal-imballaġġ fl-UE żdiedet b’mod stabbli (għal 65,8 % fl-2015 37 ).Madankollu, bejn l-2013 u l-2015 l-ammont ta’ skart mill-imballaġġ iġġenerat kiber b’6 % fl-UE kollha, u dan jissuġġerixxi li jenħtieġ aktar xogħol fuq il-prevenzjoni tal-iskart.L-istudju ta’ twissija bikrija enfasizza wkoll inkonsistenzi fid-data tal-imballaġġ għal bosta Stati Membri, li jindika li l-ammonti ta’ imballaġġ imqiegħda fis-suq jistgħu ma jiġux irrappurtati biżżejjed.

Id-Direttiva riveduta dwar l-Imballaġġ 38 introduċiet miri globali aktar ambizzjużi għar-riċiklaġġ għall-imballaġġ (65 % fl-2025 u 70 % fl-2030), u miri ogħla għal materjal speċifiku (bħal 55 % fl-2030 għall-plastik).Dan jirrikjedi aktar sforzi madwar l-UE biex jiġu organizzati skemi separati ta’ ġbir b’mod aktar effiċjenti sabiex jinġabar aktar materjal riċiklabbli, inkluż permezz ta’ skemi mtejba tal-EPR.

Ħafna Stati Membri qed jilħqu l-miri globali attwali tar-riċiklaġġ, għalkemm l-Ungerija (mill-2012) u Malta (mill-2013 39 ) ma laħquhomx b’marġni konsiderevoli. Bosta Stati Membri ma laħqux mira waħda jew aktar speċifiċi għall-materjal: għall-karti u l-kartun (Malta), l-injam (il-Kroazja, Malta, Ċipru, il-Finlandja), il-metall (il-Kroazja, Malta), u l-ħġieġ (il-Greċja, Malta, Ċipru, l-Ungerija, il-Portugall, il-Polonja, u r-Rumanija).Il-Kummissjoni ħadmet mal-Istati Membri kkonċernati u żviluppat pariri mmirati permezz tal-promozzjoni tal-konformità u attivitajiet oħra biex ittejjeb il-prestazzjoni.

7.Ir-rimi f’landfill

Ir-rimi f’landfill huwa l-inqas għażla ta’ trattament tal-iskart preferibbli. Filwaqt li l-ammonti tal-iskart muniċipali mil-landfills naqsu b’mod kostanti fl-UE kollha (tnaqqis ta’ 18 % matul il-perjodu bejn l-2013 u l-2016 40 ), ir-rata medja ta’ rimi f’landfill għall-iskart muniċipali fl-UE fl-2016 baqgħet 24 %.Differenzi kbar madwar l-UE jippersistu:fl-2016 10 Stati Membri kienu għadhom jarmu f’landfills aktar minn 50 % ta’ skart muniċipali, filwaqt li ħamsa rrappurtaw rati ta’ ’l fuq minn 70 %.

Id-Direttiva dwar il-Landfills obbligat lill-Istati Membri biex inaqqsu r-rimi f’landill ta’ skart bijodegradabbli muniċipali għal massimu ta’ 75 % sal-2006, 50 % sal-2009 u 35 % sal-2016, meta mqabbla mal-linja bażi tal-1995 41 .Id-Direttiva riveduta 42 tirrikjedi lill-Istati Membri jnaqqsu r-rimi f’landfill ta’ skart muniċipali għal massimu ta’ 10 % sal-2035, u tintroduċi projbizzjoni fuq ir-rimi f’landfill ta’ skart miġbur b’mod separat, inkluż skart bijodegradabbli.

Fir-rigward tal-ilħuq tal-miri għat-tnaqqis tal-iskart bijodegradabbli, il-kompletezza tad-data sottomessa mill-Istati Membri tvarja.Skont id-data rrappurtata, fl-2015, nofs l-Istati Membri kienu diġà laħqu l-mira ta’ 35 % għall-2016.Il-Kroazja ma laħqitx il-mira tagħha ta’ 75 % li kienet mistennija fl-2013.Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, il-Latvja u s-Slovakkja ma laħqux il-mira ta’ 50 %, li kienet ukoll mistennija fl-2013. Malta, li għandha rata għolja ġenerali ta’ rimi f’landfill ta’ skart muniċipali, ma rrappurtatx data riċenti. Il-Kummissjoni ħadmet mal-Istati Membri kkonċernati u żviluppat pariri mmirati permezz tal-promozzjoni tal-konformità u attivitajiet oħra biex ittejjeb il-prestazzjoni.

Studju riċenti mwettaq għall-Kummissjoni 43 sab li 15-il Stat Membru ma kinux qed jissodisfaw għalkollox l-obbligu stabbilit fid-Direttiva 44 għat-trattament tal-iskart qabel ir-rimi f’landfill.

Minkejja l-għeluq ta’ landfills mhux konformi rrappurtati mill-Istati Membri, l-għadd ta’ faċilitajiet li mhumiex konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva jibqa’ kwistjoni ta’ tħassib.

8.Ħama tad-drenaġġ

Id-Direttiva dwar il-Ħama tad-Drenaġġ tfittex li tikkontrolla l-użu tal-ħama tad-drenaġġ fl-agrikoltura. Tistabbilixxi valuri ta’ limitu għal konċentrazzjonijiet ta’ metalli tqal fil-ħama maħsuba għall-użu agrikolu u t-trattament tal-ħamrija.

Id-Direttiva ilha fis-seħħ għal aktar minn 30 sena u hija implimentata sew madwar l-UE.L-Istati Membri kollha stabbilew valuri tal-limiti ta’ konċentrazzjoni għal metalli tqal fil-ħamrija li huma f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva - jew saħansitra aktar stretti.

9.Konklużjonijiet

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart qed twassal għal titjib konsiderevoli fl-immaniġġar tal-iskart. Madankollu, l-implimentazzjoni sħiħa ta’ dik il-leġiżlazzjoni hija kruċjali jekk l-UE trid taħsad il-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi tal-ekonomija ċirkolari u tikkompeti f’dinja ta’ riżorsi dejjem aktar skarsi.

Ir-rapporti ta’ twissija bikrija dwar l-iskart muniċipali u l-isforzi tal-promozzjoni tal-konformità tal-Kummissjoni deskritti f’dan ir-rapport jindikaw progress kontinwu fl-Istati Membri, iżda wkoll nuqqasijiet u sfidi serji li għandhom jiġu indirizzati malajr.

Progress tajjeb huwa possibbli jekk l-Istati Membri kkonċernati jieħdu azzjoni urġenti biex jimplimentaw l-azzjonijiet identifikati f’dan ir-rapport u r-rapporti speċifiċi għall-pajjiż li jakkumpanjawhom. Il-ġbir separat aktar effettiv, l-iskemi effiċjenti tal-EPR, l-istrumenti ekonomiċi bħal-landfills u t-taxxi tal-inċinerazzjoni u l-kwalità mtejba tad-data huma kollha kruċjali biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, issa u fil-futur.

B’segwitu għal dan ir-rapport, il-Kummissjoni se tagħmel żjarat ta’ livell għoli tal-ekonomija ċirkolari/skart fl-Istati Membri f’riskju li ma jilħqux il-miri tal-2020 għall-iskart muniċipali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tinvolvi ruħha mal-partijiet ikkonċernati rilevanti inklużi assoċjazzjonijiet ta’ atturi lokali u reġjonali.

Il-Kummissjoni se tkompli tiddedika riżorsi sinifikanti biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom ta’ implimentazzjoni, inkluż permezz ta’ assistenza teknika (eż. permezz tar-Reviżjoni ta’ Implimentazzjoni Ambjentali 45 u l-iskambju tal-aħjar prattiki 46 ) u mal-fondi tal-UE. Madankollu, huwa f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali li jintensifikaw il-proċess tar-riforma tal-politika meħtieġa u jżidu l-azzjoni eżistenti.

(1)

L-informazzjoni dettaljata dwar dawn ir-rapporti għal direttivi individwali tista’ tinstab fuq: http://ec.europa.eu/environment/waste/reporting/index .

(2)

Ir-rapport ta’ implimentazzjoni preċedenti COM/2017/088 final ikopri l-perjodu bejn l-2010 u l-2012.Il-Kummissjoni hija legalment obbligata li toħroġ dan ir-rapport.

(3)

Hemm atti legali oħra li għalihom l-Istati Membri jridu jissottomettu rapporti ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.Madankollu, l-iskadenzi għas-sottomissjoni ta’ dawn il-kwestjonarji jvarjaw.

(4)

Eunomia Research and Consulting Ltd et al (2018), “ Studju biex jiġu identifikati l-Istati Membri f’riskju ta’ nuqqas ta’ konformità  mal-mira tal-2020 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u għall-fażi 1 u 2 ta’ segwitu tal-eżerċizzju ta’ promozzjoni ta’ konformità”

(5)

Iċ-Ċentru Tematiku Ewropew dwar Skart u l-Materjal f’Ekonomija Ħadra (ETC/WMGE) għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (2018), Xenarji għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali abbażi tal-Mudell ta’ Referenza Ewropew dwar l-Iskart Muniċipali, il-Kontribuzzjoni għall-ewwel rapport ta’ Twissija Bikrija

(6)

BIO minn Deloitte (2017), L-Użu effiċjenti tar-riżorsi ta’ skart imħallat;It-titjib tal-immaniġġar tal-iskart mill-bini u t-twaqqigħ

(7)

BiPRO GmbH (2017),Appoġġ lill-Istati Membri magħżula fit-titjib tal-immaniġġar tal-iskart perikoluż abbażi tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-Istati Membri

(8)

BiPRO GmbH (2018), WEEE compliance promotion exercise [Eżerċizzju ta’ promozzjoni tal-konformità tal-WEEE]

(9)

Il-Eurostat: http://ec.europa.eu/eurostat/web/waste/data/database , sett ta’ data (env_wasmun)

(10)

L-Artikolu 11(2)(a) tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart

(11)

Id-Direttiva (UE) 2018/851, imsejħa wkoll id-Direttiva Qafas riveduta dwar l-Iskart

(12)

L-Artikolu 11(2)(c) sa (e) tad-Direttiva (UE) 2018/851

(13)

Eunomia (2018) u ETC/WMGE (2018)

(14)

Abbażi tal-metodu tal-kalkolu magħżul tagħhom.Sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-mira skont l-Artikolu 11(2)(a) tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, id-Deċiżjoni 2011/753/UE tistabbilixxi erba’ metodi alternattivi ta’ kalkolu biex tirrapporta r-rati tal-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ għall-iskart domestiku.

(15)

ETC/WMGE (2018)

(16)

http://ec.europa.eu/environment/waste/framework/support_implementation.htm

(17)

Il-ġerarkija tal-iskart tikklassifika l-għażliet tal-immaniġġar tal-iskart skont is-sostenibbiltà tagħhom u tagħti l-ogħla prijorità lill-prevenzjoni tal-iskart, segwita mir-riċiklaġġ, l-irkupru tal-enerġija u, fil-qiegħ tas-sellum, ir-rimi (eż. ir-rimi f’landfill).

(18)

Il-Eurostat, sett ta’ data (env_wasgen)

(19)

L-Artikolu 11(2)(b)

(20)

  ARGUS (2017), Rapport ta’ konformità dwar id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart – rati ta’ rkupru ta’ materjali għal skart mill-bini u t-twaqqigħ għall-perjodu ta’ rapportaġġ bejn l-2013 u l-2015”;Rapport ta’ validazzjoni tal-2017

(21)

BIO minn Deloitte (2017);Il-Eurostat, sett ta’ data ( cei_wm040 )

(22)

https://ec.europa.eu/docsroom/documents/20509/attachments/1/translations/en/renditions/native

(23)

Il-Eurostat;sett ta’ data (env_wasgen)

(24)

BiPRO (2015), “‘Appoġġ lil Stati Membri magħżula fit-titjib tal-immaniġġar tal-iskart perikoluż abbażi tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-Istati Membri' - 10 Stati Membri analizzati;u BiPRO (2017) - 14-il Stat Membru analizzat

(25)

Poliklorobifenili/trifenili polikloroterfinili

(26)

Disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE fuq https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52018XC0409(01)&from=EN

(27)

Kif stipulat fl-Artikolu 15(2) tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart

(28)

Abbażi “tal-għodod tal-kalkolu tal-WEEE” disponibbli fuq http://ec.europa.eu/environment/waste/weee/data_en.htm

(29)

United National University (2007), 2008 Review of Directive 2002/96/EC on waste electrical and electronic equipment (WEEE) [Eżami tal-2008 tad-Direttiva 2002/96/KE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)]

(30)

Il-mira ġiet applikata sal-aħħar tal-2015.

(31)

Il-Latvja ma laħqitx il-mira fl-2015, filwaqt li l-Istati Membri l-oħra ma laħquhiex fl-2014 (l-aħħar data rrappurtata) jew fis-snin preċedenti.

(32)

Eurostat;sett ta’ data (env_waselee)

(33)

Id-data tal-2016 ma kinitx disponibbli fiż-żmien li ġie abbozzat dan ir-rapport.

(34)

BiPRO (2018)

(35)

  https://i4r-platform.eu/

(36)

Eurostat; dataset (env_wasgen) and (env_waspac)

(37)

Ibid.

(38)

Id-Direttiva (UE) 2018/852

(39)

Id-data għall-2015 għadha ma ġietx irrapportata.

(40)

Il-Eurostat;sett ta’ data (emv_wasmun)

(41)

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva dwar il-Landfills jippermetti estensjoni ta’ żmien ta’ erba’ snin f’każijiet fejn, fl-1995, l-Istati Membri rmew f’landfill aktar minn 80 % tal-iskart muniċipali tagħhom.

(42)

Id-Direttiva (UE) 2018/850

(43)

Milieu (2017), Studju biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-UE ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma

(44)

L-Artikolu 6(a) tad-Direttiva dwar il-Landfills

(45)

http://ec.europa.eu/environment/eir/index_en.htm

(46)

TAIEX-EIR Peer2Peer - http://ec.europa.eu/environment/eir/p2p/index_en.htm

Top

Brussell, 24.9.2018

COM(2018) 656 final

ANNESS

tar-

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, fosthom ir-rapport ta' twissija bikrija għall-Istati Membri f'riskju li ma jilħqux il-mira għall-2020 ta’ preparazzjoni għall-użu mill-ġdid/għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali

{SWD(2018) 413 final}
{SWD(2018) 414 final}
{SWD(2018) 415 final}
{SWD(2018) 416 final}
{SWD(2018) 417 final}
{SWD(2018) 418 final}
{SWD(2018) 419 final}
{SWD(2018) 420 final}
{SWD(2018) 421 final}
{SWD(2018) 422 final}
{SWD(2018) 423 final}
{SWD(2018) 424 final}
{SWD(2018) 425 final}
{SWD(2018) 426 final}


Tabella 1 Sommarju tal-Istati Membri tal-UE 1 f’riskju li ma jilħqux il-mira tal-2020 għat-tħejjija tal-użu mill-ġdid/riċiklaġġ dwar l-iskart muniċipali, li mhumiex fit-triq it-tajba biex jilħqu l-mira ta’ rkupru ta’ skart mill-bini u t-twaqqigħ (CDW) tal-2020 u/jew li ma jilħqux il-miri obbligatorji fis-seħħ stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-iskart. Abbażi tad-data rrappurtata mill-Istati Membri.

Stat Membru

Ir-riskju li ma tintlaħaqx il-mira tal-2020 dwar l-iskart muniċipali
(data tal-2015)

Progress lejn il-mira ta’ rkupru tas-CDW ta’ 70 % għall-2020
(data tal-2014)

Il-mira tal-ġbir tad-WEEE
(data tal-2015)

Miri għall-imballaġġ: mira għar-riċiklaġġ ġenerali; miri speċifiċi għall-materjal (data tal-2015)

Miri tal-landfill
(data ta’ applikazzjoni; data għall-perjodu tar-rappurtar bejn l-2013 u l-2015)

BG

CY

Taħt l-irkupru ta’ 60 %

data tal-2014

- mira għar-riċiklaġġ ġenerali
- injam

- ħġieġ

(data tal-2014)

50 % (2013)

HR

- injam
- metall

75 % (2013)

EE

Fl

injam

EL

Taħt l-irkupru ta’ 60 %

ħġieġ

50 % (2013)

HU

- riċiklaġġ ġenerali
- ħġieġ

LV

50 % (2013)

MT

data tal-2014

- riċiklaġġ ġenerali

- karti
- injam

- metall

- ħġieġ

(data tal-2014)

Ebda data rrappurtata

PL

ħġieġ

PT

ħġieġ

RO

data tal-2014

ħġieġ (data tal-2014)

SK

Taħt l-irkupru ta’ 60 %

50 % (2013)

ES

SE

Taħt l-irkupru ta’ 60 %

FR

Ebda data rrappurtata

IT

Ebda data rrappurtata

CZ

50 % (2013)

(1)

L-10 Stati Membri l-oħra mhux imniżżla fit-Tabella 1 jitqiesu li mhumiex f’riskju li ma jilħqux il-mira tal-iskart muniċipali tal-2020, jirrapportaw 60 % jew rati ogħla ta’ rkupru ta’ skart C&D u huma konformi mal-miri l-oħra fis-seħħ analizzati fit-tabella.

Top