EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018DC0628

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL IL-11-il RAPPORT FINANZJARJU TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA’ GARANZIJA SENA FINANZJARJA 2017

COM/2018/628 final

Brussell, 14.9.2018

COM(2018) 628 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

IL-11-il RAPPORT FINANZJARJU TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA’ GARANZIJA


SENA FINANZJARJA 2017

{SWD(2018) 405 final}


WERREJ

1.IL-PROĊEDURA BAĠITARJA

2.IL-POŻIZZJONI TAL-LIKWIDITÀ U L-ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET

3.L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG GĦALL-2017

4.L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĦUL ASSENJAT LILL-FAEG

Annessi (ara d-dokument separat):

Anness 1

Anness 2

Anness 3-I

Anness 3-II

Anness 4

Il-proċedura baġitarja għall-Approprjazzjonijiet tal-FAEG tal-2017

L-analiżi tal-eżekuzzjoni baġitarja tal-FAEG – Is-sena finanzjarja 2017

L-analiżi tal-eżekuzzjoni Baġitarja tal-FAEG – Is-sena finanzjarja 2017. Id-dħul assenjat. C4

L-analiżi tal-eżekuzzjoni Baġitarja tal-FAEG – Is-sena finanzjarja 2017. Id-dħul assenjat. C5

L-eżekuzzjoni Baġitarja tal-FAEG skont l-artikolu u skont l-Istat Membru – Is-sena finanzjarja 2017

Nota: Dan ir-rapport huwa akkumpanjat minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dettaljat. It-test sħiħ ta’ dan id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (bl-Ingliż) u t-tabelli annessi (bl-Ingliż) se jkunu disponibbli wkoll fuq is-sit web Europa tad-DĠ Agrikoltura ( http://ec.europa.eu/agriculture/cap-funding/financial-reports/eagf/index_mt.htm ).

 

1.IL-PROĊEDURA BAĠITARJA 1

1.1.L-Abbozz tal-Baġit għall-2017 u l-Ittra Emendatorja 1/2017

L-Abbozz tal-Baġit għall-2017 ġie adottat mill-Kummissjoni u propost lill-Awtorità Baġitarja fit-18 ta’ Lulju 2016. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn proposti għall-FAEG kienu jammontaw għal total ta’ EUR 42 937,6 miljun.

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-Abbozz tal-Baġit għall-2017 fit-12 ta’ Settembru 2016, filwaqt li naqqas l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FAEG b’EUR 177,1 miljun. Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fis-26 ta’ Ottubru 2016, filwaqt li żied l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FAEG b’EUR 600,0 miljun meta mqabbla mal-Abbozz tal-Baġit.

Fis-17 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni adottat l-Ittra Emendatorja (AL) Nru 1 għall-Abbozz tal-Baġit għall-2017, filwaqt li żiedet il-ħtiġijiet fl-impenji b’EUR 527,0 miljun meta mqabbla mal-Abbozz tal-Baġit. Madankollu, dawn il-ħtiġijiet addizzjonali kienu kkompensati għalkollox bi dħul assenjat miżjud, li mistenni jkun disponibbli fl-2017. B’riżultat ta’ dan, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn mitluba għall-FAEG fl-AL baqgħu l-istess meta mqabbla mal-Abbozz tal-Baġit.

1.2.L-Adozzjoni tal-Baġit għall-2017

Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, magħmul minn membri tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, qabel dwar Test Konġunt fit-28 ta’ Novembru 2016. Fl-aħħar nett, il-baġit għall-2017 ġie ddikjarat bħala adottat mill-Parlament Ewropew fl-1 ta’ Diċembru 2016. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn totali tal-baġit għall-FAEG kienu jammontaw għal EUR
42 612,6 miljun u l-approprazzjonijiet ta’ pagament tiegħu kienu jammontaw għal EUR 42 563,0 miljun.

Id-differenza bejn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament hija dovuta għall-fatt li, għal ċerti miżuri li jiġu implimentati direttament mill-Kummissjoni, jintużaw approprjazzjonijiet differenzjati. Dawn il-miżuri jirrigwardaw prinċipalment il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli, l-istrateġija tal-politika u l-miżuri ta’ koordinazzjoni għall-agrikoltura.

Speċifikament, mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-FAEG ivvotati għall-qasam ta’ politika 05, li jammontaw għal EUR 42 612,6 miljun: EUR 2 806,8 miljun kienu previsti għal interventi fis-swieq agrikoli taħt il-kapitolu 05 02, EUR 39 661,7 miljun kienu previsti għal pagamenti diretti taħt il-kapitolu 05 03, EUR 85,3 miljun kienu previsti għall-awditjar tan-nefqa agrikola taħt il-kapitolu 05 07 u EUR 48,6 miljun għall-istrateġija u l-koordinazzjoni tal-politika taħt il-kapitolu 05 08.

Aktar dettalji jinsabu fl-anness 1.

Sussegwentement, matul is-sena finanzjarja 2017, l-approprjazzjonijiet tal-FAEG għall-artikoli 05 01 04 (in-nefqa ta’ appoġġ) u 05 08 09 (l-assistenza teknika operazzjonali) tnaqqsu b’EUR 0,9 miljun u EUR 1,0 miljun, rispettivament, permezz tal-Baġit Emendatorju Nru 6.

1.3.Id-dħul assenjat lill-FAEG 2

B’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni 3 , id-dħul li joriġina mill-korrezzjonijiet finanzjarji skont id-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-konformità jew tal-kontabbiltà, minn irregolaritajiet u mill-imposta fuq il-ħalib huwa indikat bħala dħul assenjat għall-finanzjament tan-nefqa tal-FAEG. Skont dawn ir-regoli, id-dħul assenjat jista’ jintuża sabiex ikopri l-finanzjament ta’ kwalunkwe nefqa tal-FAEG. Jekk parti minn dan id-dħul ma tintużax, mela din il-parti tiġi riportata awtomatikament għas-sena baġitarja ta’ wara.

Fiż-żmien li ġie stabbilit il-baġit għall-2017, saret stima ta’ dan id-dħul kemm għall-ammont li kien mistenni li jinġabar matul is-sena baġitarja 2017, kif ukoll għall-ammont li kien mistenni jiġi riportat mis-sena baġitarja 2016 għall-2017. Din l-istima kienet tammonta għal EUR 2 732 miljun, u ġiet ikkunsidrata meta l-Awtorità Baġitarja adottat il-baġit għall-2017. B’mod partikolari:

   id-dħul mill-korrezzjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità u mill-irregolaritajiet ġie stmat għal EUR 1 278 miljun u EUR 152 miljun rispettivament, filwaqt li ma kienx hemm aktar stimi tal-irċevuti mill-imposta fuq il-ħalib. B’hekk, l-ammont totali ta’ dħul assenjat li kien mistenni jinġabar matul is-sena baġitarja 2017 kien stmat għal EUR 1 430 miljun;

   L-ammont ta’ dħul assenjat li kien mistenni li jiġi riportat mis-sena baġitarja 2016 għall-2017 kien stmat għal EUR 1 302 miljun.

Fil-baġit għall-2017, dan id-dħul inizjalment stmat ta’ EUR 2 732 miljun kien assenjat għal żewġ skemi, jiġifieri:

EUR 400 miljun għall-fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex;

EUR 2 332 miljun għall-iskema ta’ pagament bażiku (pagamenti diretti).

Għall-iskemi msemmija qabel, is-somma tal-approprjazzjonijiet ivvotati mill-Awtorità Baġitarja u tad-dħul assenjat tikkorrispondi għal stima totali tal-approprjazzjonijiet disponibbli ta’:

EUR 855 miljun għall-fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex;

EUR 17 628 miljun għall-iskema ta’ pagament bażiku (pagamenti diretti).

2.IL-POŻIZZJONI TAL-LIKWIDITÀ U L-ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET 

2.1.Il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet 

2.1.1.Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2017 

F’EUR

It-taqsima tan-nefqa tal-baġit (1)

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagamenti

It-taqsima tad-dħul tal-baġit (AR) (2)

Previżjonijiet

1. Approprjazzjonijiet inizjali tal-FAEG, li minnhom

42 612 572 079,00

42 562 967 974,00

1. Deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni

1 278 000 000,00

1a. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża

42 490 000 000,00

42 490 000 000,00

2. Irregolaritajiet

152 000 000,00

1b. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni diretta

122 572 079,00

72 967 974,00

3. Imposta speċjali mill-produtturi tal-ħalib

-

2. Baġit Emendatorju

-1 900 000,00

-1 900 000,00

Previżjoni totali ta’ AR

1 430 000 000,00

3. Trasferiment lejn il-FAEG jew mill-FAEG matul is-sena

-2 640 390,66

4. Approprjazzjonijiet finali għall-FAEG, li minnhom:

42 610 672 079,00

42 558 427 583,34

4a. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża

42 489 315 000,00

42 489 315 000,00

4b. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni diretta

121 357 079,00

69 112 583,34

(1)    L-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit għall-2017 wara li tnaqqas id-dħul assenjat li jrid jinġabar fl-2017, kif ukoll id-dħul riportat mill-2016 għall-2017 b’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012. Dan jikkonċerna biss l-approprjazzjonijiet ġodda (C1 flimkien ma’ C4), jiġifieri mingħajr l-ammonti riportati (krediti C2 għar-rimborż tar-riżerva mhux użata għall-kriżi agrikola 2016 u d-dħul assenjat C5 mill-eċċess tal-FAEG).

(2)    AR: Dħul assenjat li jrid jinġabar. Ma hemm l-ebda ammont ta’ dħul li ddaħħal fil-linja tad-dħul (p.m.), iżda l-ammont tal-previżjoni huwa indikat fir-rimarki dwar il-baġit.

2.1.2.Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2017

F’EUR

Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

Ġestjoni kondiviża (1)

44 639 387 611,79

44 639 387 611,79

Nefqa taħt ġestjoni diretta

119 428 161,33

58 396 372,68

Total

44 758 815 773,12

44 697 783 984,47

(1) Ammonti impenjati. Impenji u pagamenti minbarra d-dħul assenjat ta’ EUR 1 482 465 754,02 (ara l-punt 4 u l-anness 3-I) riċevuti għal ġestjoni kondiviża: EUR 43 156 921 857.77.

Għas-sena finanzjarja 2017, l-ammont proprju tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn li ntużaw kien jammonta għal EUR 44 758 815 773,12, filwaqt li dak għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kien jammonta għal EUR 44 697 783 984,47.

L-ammont imħallas (EUR 43 153 914 666,63) taħt ġestjoni kondiviża kien inqas minn EUR 43 156 921 857,77 minħabba l-ammonti sospiżi għall-Polonja.

2.1.3.Eżekuzzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ivvotati - Nefqa taħt ġestjoni diretta magħmula mill-Kummissjoni 

F’EUR

Nefqa taħt ġestjoni diretta

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagamenti

Riport għall-2018 (2)

Approprjazzjonijiet (C1) (1)

121 357 079,00

69 112 583,34

-

Eżekuzzjoni (C1)

119 428 161,33

47 177 737,98

17 671 686,06

Approprjazzjonijiet ikkanċellati

1 928 917,67

4 263 159,30

-

(1) C1 jirreferi għall-approprjazzjonijiet ivvotati tal-baġit. Dan l-ammont jinkludi trasferimenti minn “ġestjoni kondiviża” għal ammont ta’ EUR 685 000,00 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament, trasferimenti “’l barra” mill-FAEG għal ammont totali ta’ EUR -2 986 000,00 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament, trasferimenti lill-FAEG għal ammont totali ta’ EUR 345 609,34 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u Baġit Emendatorju ta’ EUR -1 900 000,00 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

(2) L-approprjazzjonijiet mhux differenzjati biss jiġu riportati għall-2018.

L-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għan-nefqa taħt ġestjoni diretta fil-baġit għall-2017 kienu EUR 121,4 miljun. Fl-2017 ġie impenjat ammont ta’ EUR 119,4 miljun. Il-bilanċ ta’ dawn l-approprjazzjonijiet, jiġifieri EUR 1,9 miljun, ġie kkanċellat.

Il-maġġoranza tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-FAEG għan-nefqa taħt ġestjoni diretta magħmula mill-Kummissjoni huma approprjazzjonijiet differenzjati.

Ir-riport awtomatiku għall-2018, li jirrigwarda biss approprjazzjonijiet mhux differenzjati, jammonta għal EUR 17,7 miljun.

2.2.Pagamenti ta’ kull xahar 

2.2.1.Pagamenti ta’ kull xahar lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża

2.2.1.1.Pagamenti ta’ kull xahar għall-provvediment tan-nefqa

L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jiddikjara li “il-pagamenti ta' kull xahar għandhom isiru mill-Kummissjoni għal infiq magħmul mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati matul ix-xahar ta’ referenza.”. Il-pagamenti ta’ kull xahar għandhom isiru lil kull Stat Membru mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara dak li fih tkun saret in-nefqa.

Il-pagamenti ta’ kull xahar huma rimborż tan-nefqa netta (wara t-tnaqqis tad-dħul) li tkun diġà saret u jiġu magħmula disponibbli abbażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar mibgħuta mill-Istati Membri 4 . Il-kontabbiltà ta’ kull xahar tal-infiq u tad-dħul hija soġġetta għal kontrolli u korrezzjonijiet abbażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn il-pagamenti jsiru finali wara l-verifika tal-Kummissjoni skont il-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet.

Il-pagamenti magħmula mill-Istati Membri mis-16 ta’ Ottubru 2016 sal-15 ta’ Ottubru 2017 huma koperti mis-sistema għall-pagamenti ta’ kull xahar.

Għas-sena finanzjarja 2017, l-ammont nett totali ta’ pagamenti ta’ kull xahar deċiżi, wara t-tnaqqis tal-approvazzjoni u korrezzjonijiet oħrajn, kien ta’ EUR 43 156 921 857,77. Meta jitqiesu l-ammonti sospiżi, tħallas biss EUR 43 153 914 666,63.

2.2.1.2.Deċiżjonijiet dwar il-pagamenti ta’ kull xahar għall-2017

Għas-sena finanzjarja 2017, il-Kummissjoni adottat tnax-il deċiżjoni dwar il-pagamenti ta’ kull xahar. Barra minn hekk, f’Diċembru 2017 ġiet adottata deċiżjoni addizzjonali dwar il-pagamenti ta’ kull xahar, li taġġusta dawk diġà mogħtija għan-nefqa totali li saret matul is-sena.

3.L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG GĦALL-2017

3.1.L-użu tal-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-FAEG

L-implimentazzjoni tal-baġit ammontat għal EUR 44 758,8 miljun 5 . Din in-nefqa ġiet iffinanzjata mill-approprjazzjonijiet inizjali tal-baġit u bl-użu tad-dħul assenjat għall-qasam ta’ politika 05-Agrikoltura u Żvilupp Rurali, magħmul mill-ammont sħiħ ta’ EUR 1 304,0 miljun riportat mill-2016 u minn parti mid-dħul assenjat miġbur fl-2017 li tammonta għal EUR 879,2 miljun minn total ta’ EUR 1 482,5 miljun.

Fil-qasam ta’ politika 05-Agrikoltura u Żvilupp Rurali, in-nefqa għall-miżuri tas-suq ammontat għal EUR 3 001,1 miljun u dik għall-pagamenti diretti ammontat għal
EUR 41 551,2 miljun.

Għad-dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-baġit skont il-qasam ta’ politika, jekk jogħġbok ara l-anness 2.

L-anness 4 jippreżenta t-tqassim tan-nefqa fuq il-miżuri tas-suq, il-pagamenti diretti u l-awditjar tan-nefqa agrikola, skont l-artikolu u skont l-Istat Membru.

3.2.Kummenti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-FAEG għall-2017

Hawn taħt qed jiġi ppreżentat kummentarju qasir dwar l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-FAEG għall-2017, kif ukoll dwar l-użu tad-dħul assenjat disponibbli fl-2017 għall-aktar setturi sinifikanti, abbażi tad-dettalji li jidhru fl-annessi 2, 3-I u 3-II.

3.2.1.Kapitolu 05 02: Interventi fis-swieq agrikoli

3.2.1.1.Daħla

Il-pagamenti totali għal dan il-kapitolu fl-2017 kienu jammontaw għal EUR 3 001,1 miljun u ġew iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ivvotati li jammontaw għal EUR 2 805,0 miljun u mid-dħul assenjat li jammonta għal EUR 196,2 miljun. Dan tal-aħħar intuża sabiex ikopri n-nefqa mġarrba fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (għad-dettalji, ara l-punt 3.2.1.2). Fil-partiti fejn il-ħtiġijiet qabżu l-approprjazzjonijiet baġitarji, in-nefqa addizzjonali ġiet koperta permezz ta’ trasferimenti minn partiti oħrajn tal-baġit fi ħdan il-FAEG. Għall-miżuri tas-suq fejn intużaw inqas approprjazzjonijiet tal-baġit milli mistenni, l-approprjazzjonijiet disponibbli li rriżultaw ġew ittrasferiti għal partiti oħrajn tal-baġit sabiex ikopru n-nefqa addizzjonali skont kif kien meħtieġ.

3.2.1.2.Artikolu 05 02 08: Frott u ħxejjex 

Il-baġit għall-2017 ippreveda approprjazzjonijiet totali disponibbli li jammontaw għal EUR 1 061,5 miljun sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-miżuri kollha għal dan is-settur. L-Awtorità Baġitarja vvotat approprjazzjonijiet ta’ EUR 661,5 miljun għal dan minħabba li qieset id-dħul stmat assenjat għal dan is-settur, li kien jammonta għal EUR 400 miljun. Barra minn hekk, ġew ittrasferiti EUR 137,8 miljun minn linji baġitarji oħrajn fi ħdan l-istess kapitolu. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2017 kienet tammonta għal EUR 995,4 miljun. Il-bilanċ tad-dħul assenjat li ma ntużax ta’ EUR 203,8 miljun ġie riportat għas-sena baġitarja 2018 sabiex ikopri l-ħtiġijiet ta’ dik is-sena.

3.2.1.3.Artikolu 05 02 09: Prodotti tas-settur tal-vitikultura 

Il-baġit għall-2017 ippreveda approprjazzjonijiet totali disponibbli li jammontaw għal EUR 1 076 miljun sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-miżuri kollha għal dan is-settur. Is-sottoeżekuzzjoni ta’ EUR 64,2 miljun, meta mqabbla mal-ħtiġijiet previsti tal-baġit għall-2017, kienet dovuta għan-nefqa aktar baxxa mġarrba minn xi Stati Membri għall-komponenti ta’ promozzjoni, ristrutturar u investiment tal-programmi tal-inbid nazzjonali tagħhom.

3.2.1.4.Artikolu 05 02 10: Promozzjoni

Fir-rigward tal-pagamenti għall-miżuri ta’ promozzjoni mill-Istati Membri, is-sottoeżekuzzjoni ta’ EUR 13,2-il miljun, meta mqabbla mal-ħtiġijiet previsti tal-baġit għall-2017, kienet dovuta għan-nefqa aktar baxxa mġarrba minn xi Stati Membri għall-programmi ta’ promozzjoni tagħhom li huma approvati mill-Kummissjoni, meta mqabbla man-nefqa prevista fil-baġit għall-2017 għal dawn il-programmi.

Fir-rigward tal-pagamenti diretti magħmula mill-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni impenjat approprjazzjonijiet għall-ammont totali previst (EUR 52,5 miljun) fil-baġit għall-2017 għal dawn il-pagamenti.

3.2.1.5.Artikolu 05 02 11: Prodotti/miżuri oħrajn tal-pjanti

Mill-ħtiġijiet previsti tal-baġit għall-2017 ta’ EUR 239,4 miljun għal dan l-artikolu tal-baġit, in-nefqa kienet tammonta għal 99 %.

3.2.1.6.Artikolu 05 02 12: Ħalib u prodotti tal-ħalib

Il-baġit għall-2017 ippreveda approprjazzjonijiet totali disponibbli li jammontaw għal EUR 607,7 miljun sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-miżuri kollha għal dan is-settur. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2017 kienet tammonta għal EUR 468,0 miljun. L-iskemi kollha ffinanzjati skont dan l-artikolu ġew implimentati f’livell inqas milli kien mistenni meta mqabbla mal-ħtiġijiet stmati previsti fil-baġit għall-2017.

1.1.1.1.Artikolu 05 02 13: Ċanga u vitella 

Il-baġit għall-2017 ma ppreveda l-ebda approprjazzjoni, filwaqt li n-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2017 kienet tammonta għal EUR 23,6 miljun. L-eżekuzzjoni eċċessiva f’dan l-artikolu hija r-riflessjoni opposta tal-implimentazzjoni nieqsa fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-għajnuna mmirata għas-setturi tat-trobbija tal-bhejjem. In-nefqa ddikjarata għal dan is-settur ġiet koperta permezz ta’ trasferimenti mill-approprjazzjonijiet disponibbli għal din il-miżura fl-artikolu 05 02 12.

3.2.1.8.Artikolu 05 02 15: Laħam tal-majjal, bajd u pollam, trobbija tan-naħal u prodotti oħrajn li ġejjin mill-annimali

Il-baġit għall-2017 ippreveda approprjazzjonijiet totali disponibbli li jammontaw għal EUR 34,0 miljun sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-miżuri kollha għal dan is-settur. Madankollu, in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2017 kienet tammonta għal EUR 90,7 miljun u kienet iffinanzjata kemm mill-approprjazzjonijiet ivvotati kif ukoll mit-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 56,7 miljun minn linji baġitarji oħrajn fi ħdan l-istess kapitolu.

3.2.2.Kapitolu 05 03: Pagamenti diretti

Is-sena finanzjarja 2017 kienet it-tieni sena ta’ implimentazzjoni tal-iskemi kollha taħt l-istruttura riformata ta’ pagamenti diretti hekk kif deċiża fir-riforma tal-PAK tal-2013. Il-pagamenti totali għal dan il-kapitolu tal-baġit għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 41 551,2 miljun. Dan jinkludi ammont ta’ EUR 425,6 miljun li tħallas għar-rimborż ta’ pagamenti diretti lill-bdiewa fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja, iffinanzjat minn EUR 433,1 miljun riportati mill-2016 (għad-dettalji, ara l-punt 3.2.2.3). Il-bqija tal-pagamenti li saru, EUR 41 125,6 miljun, ġew iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ivvotati, li kienu jammontaw għal EUR 39 138,5 miljun, u mid-dħul assenjat li kien jammonta għal EUR 1 987,0 miljun. Dan tal-aħħar intuża sabiex ikopri n-nefqa mġarrba għall-iskema ta’ pagament bażiku. L-approprjazzjonijiet ivvotati li ma ntużawx kienu jammontaw għal EUR 523,2 miljun kif turi d-differenza bejn l-approprjazzjonijiet ivvotati ta’ EUR 39 138,5 miljun użati għar-rimborż lill-Istati Membri u l-approprjazzjonijiet ivvotati inizjali ta’ EUR 39 661,7 miljun inklużi fil-baġit għall-2017. Dawn l-approprjazzjonijiet ivvotati li ma ntużawx tnaqqsu permezz ta’ trasferiment ta’ approprjazzjonijiet ivvotati ta’ EUR 66,8 miljun għal partijiet oħrajn tal-baġit tal-FAEG. Barra minn hekk, l-ammont mhux użat tar-riżerva għall-kriżijiet (EUR 450,5 miljun), li ġie stabbilit mid-dixxiplina finanzjarja proposta fl-2017, ġie ttrasferit għall-artikolu tal-baġit 05 03 09 sabiex l-ammont tad-dixxiplina finanzjarja effettivament applikata (EUR 450,5 miljun) ikun jista’ jiġi riportat għall-2018 sabiex isir ir-rimborż lill-Istati Membri kkonċernati (ara l-punt 3.2.2.4). Il-bilanċ li fadal tad-dħul assenjat miġbur fl-2017 kien jammonta għal EUR 399,4 miljun u ġie riportat għall-2018. Fil-partiti fejn il-ħtiġijiet qabżu l-approprjazzjonijiet ivvotati tal-baġit, in-nefqa addizzjonali ġiet koperta permezz ta’ trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet ivvotati minn partiti oħrajn tal-baġit jew ta’ dħul assenjat. Bl-istess mod, għall-pagamenti diretti, fejn intużaw inqas approprjazzjonijiet tal-baġit milli kien mistenni, l-approprjazzjonijiet disponibbli li rriżultaw minn dan ġew ittrasferiti għal partiti oħrajn tal-baġit fi ħdan il-FAEG sabiex ikopru n-nefqa addizzjonali skont kif kien meħtieġ.

3.2.2.1.Artikolu 05 03 01: Pagamenti diretti diżakkoppjati

L-iskemi ewlenin iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja (SPUE), l-iskema ta’ pagament bażiku (BPS), il-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent, il-pagament ridistributtiv u l-pagament għal bdiewa żgħażagħ. L-iskemi ta’ għajnuna kollha f’dan l-artikolu jitħallsu b’mod indipendenti mill-produzzjoni iżda taħt ċerti kundizzjonijiet, pereżempju, ir-rispett tal-kundizzjonalità. Il-ħtiġijiet baġitarji tal-2017 għal pagamenti diretti diżakkoppjati kienu jammontaw għal EUR 35 523,8 miljun li għalihom l-Awtorità Baġitarja vvotat approprjazzjonijiet li kienu jammontaw għal EUR 33 191,8 miljun wara li qieset id-dħul assenjat li kien jammonta għal EUR 2 332,0 miljun. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-iskemi kollha f’dan l-artikolu kienet tammonta għal EUR 35 366,2 miljun u b’hekk qabżet l-approprjazzjonijiet ivvotati b’EUR 2 174,4 miljun. Dan l-aħħar ammont ta’ nfiq iddikjarat kien kopert mid-dħul assenjat. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għal pagamenti diretti diżakkoppjati kienet tikkorrispondi għal 99,6 % tal-ħtiġijiet previsti fil-baġit għall-2017 għal dawn l-iskemi.

3.2.2.2.Artikolu 05 03 02: Pagamenti diretti oħrajn

L-approprjazzjonijiet ta’ dan l-artikolu kienu jkopru n-nefqa għal “pagamenti diretti oħrajn”. Dan jinkludi skemi li għalihom xorta jista’ jkun hemm rabta bejn il-pagament u l-produzzjoni, b’kundizzjonijiet definiti sewwa u fi ħdan limiti ċari. Bħala konsegwenza tar-riforma tal-2013, skemi miżjuda taħt dan l-Artikolu kienu l-appoġġ akkoppjat volontarju u l-iskema għall-bdiewa żgħar, filwaqt li għadd ta’ linji koprew biss pagamenti residwi relattivament żgħar għal skemi skaduti.

Il-Kummissjoni kienet stmat li kienu meħtieġa approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 6 019,3 miljun għal dan l-Artikolu fl-2017. L-Istati Membri ġarrbu nefqa li tammonta għal EUR 5 759,4 miljun, li b’hekk kienet aktar baxxa mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit.

3.2.2.3.Artikolu 05 03 09: Ir-rimborż tal-pagamenti diretti b’rabta mad-dixxiplina finanzjarja

L-Awtorità Baġitarja ma allokat l-ebda approprjazzjoni għal dan l-artikolu. Dan l-artikolu jservi l-iskop tal-ġbir tal-approprjazzjonijiet ivvotati mhux impenjati, fosthom, b’mod partikolari, l-approprjazzjonijiet tar-riżerva għall-kriżijiet mhux użata sabiex tiġi riportata għas-sena baġitarja N+1 u jiġi ffinanzjat ir-rimborż tad-dixxiplina finanzjarja applikata għall-pagamenti diretti fir-rigward tas-sena kalendarja N 6 .

Mill-ammont ta’ EUR 433,1 miljun, li jikkorrispondi għad-dixxiplina finanzjarja applikata matul is-sena finanzjarja 2016 u li ġie riportat għall-baġit tal-2017 għar-rimborż, l-Istati Membri ħallsu lura EUR 425,6 miljun. Id-differenza ta’ EUR 7,5 miljun reġgħet iddaħħlet fil-baġit għall-2017 sabiex tingħata lura lill-Istati Membri permezz ta’ Baġit Emendatorju fis-sena baġitarja li jmiss.

3.2.2.4.Artikolu 05 03 10: Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu

L-approprjazzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma maħsuba sabiex ikopru n-nefqa għall-miżuri li jridu jittieħdu bil-għan li jiġu ffaċċjati l-kriżijiet kbar li jaffettwaw il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola. Ir-riżerva għall-kriżijiet tiġi stabbilita billi, fil-bidu ta’ kull sena, jiġi applikat tnaqqis għall-pagamenti diretti permezz tal-mekkaniżmu ta’ dixxiplina finanzjarja b’konformità mal-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kif ukoll b’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 7 . Din ir-riżerva għandha tiġi stabbilita b’ammont annwali ta’ EUR 400 miljun (bil-prezzijiet tal-2011). Għas-sena baġitarja 2017, l-ammont ekwivalenti tar-riżerva għall-kriżijiet bil-prezzijiet attwali kien ta’ EUR 450,5 miljun. Ir-riżerva ma ntużatx fis-sena finanzjarja 2017.

Għas-sena tat-talba 2016, id-dixxiplina finanzjarja ġiet ikkalkulata esklussivament għall-kostituzzjoni tar-riżerva għall-kriżijiet ta’ EUR 450,5 miljun. Madankollu, sa tmiem is-sena finanzjarja, l-approprjazzjonijiet ivvotati mhux impenjati li jikkorrispondu għall-ammont tad-dixxiplina finanzjarja effettivament applikata għas-sena tat-talba 2016 (filwaqt li jitqies l-ammont mhux użat tar-riżerva għall-kriżijiet) ġew ittrasferiti għall-artikolu tal-baġit 05 03 09 sabiex jiġu riportati għas-sena finanzjarja li jmiss u, b’dan il-mod, jiffinanzjaw ir-rimborż tad-dixxiplina finanzjarja imposta fuq il-bdiewa fis-sena kalendarja 2017.

3.2.3.Kapitolu 05 07: Awditjar tan-nefqa agrikola

3.2.3.1.Artikolu 05 07 01: Kontroll tan-nefqa agrikola

Dan l-artikolu jinvolvi l-miżuri li ttieħdu sabiex jissaħħu l-mezzi ta’ kontrolli fuq il-post u sabiex jittejbu s-sistemi ta’ verifika bil-għan li jiġi limitat ir-riskju ta’ frodi u irregolaritajiet għad-detriment tal-baġit tal-Unjoni. Jinkludi wkoll in-nefqa sabiex jiġu ffinanzjati l-korrezzjonijiet possibbli tal-kontabbiltà u tal-konformità favur l-Istati Membri.

L-Unjoni Ewropea ffinanzjat direttament ix-xiri ta’ immaġini bis-satellita fil-qafas tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll għal ammont ta’ EUR 11,3-il miljun, sabiex b’hekk ħadet l-approprjazzjonijiet kollha previsti fil-baġit għall-2017.

Kien hemm korrezzjonijiet ferm ogħla milli mistenni favur l-Istati Membri wara l-approvazzjoni tal-konformità tal-kontijiet (EUR 125,3 miljun minflok EUR 25,0 miljun previsti fil-Baġit). Din l-eżekuzzjoni eċċessiva kienet parzjalment ikkumpensata minn korrezzjonijiet aktar baxxi milli mistennija favur l-Istati Membri wara l-approvazzjoni finanzjarja tal-kontijiet (EUR 14,8-il miljun minflok EUR 20,0 miljun previsti fil-Baġit).

3.2.3.2.Artikolu 05 07 02: Soluzzjoni tat-tilwim

L-approprjazzjonijiet f’dan l-artikolu huma maħsuba sabiex ikopru n-nefqa li għaliha l-Kummissjoni tista’ tinżamm responsabbli permezz ta’ deċiżjoni ta’ qorti tal-ġustizzja, inkluż il-kost tal-ħlas tat-talbiet għad-danni u l-imgħax. Il-baġit għall-2017 ippreveda approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 29,0 miljun, madankollu, ma ġiet iddikjarata l-ebda nefqa. Għalhekk, dawn l-approprjazzjonijiet ġew ittrasferiti għal partiti oħrajn tal-baġit għall-2017.

4.L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĦUL ASSENJAT LILL-FAEG 

Id-dħul assenjat effettivament riportat mill-2016 għall-2017 kien jammonta għal EUR 1 304,0 miljun u ntuża kompletament għall-finanzjament tan-nefqa tas-sena baġitarja 2017 b’konformità mal-artikolu 14 tar-Regolament Finanzjarju. Kif ippreżentat fl-anness 3-II, dan l-ammont kopra n-nefqa ta’ EUR 118,7-il miljun għall-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u n-nefqa ta’ EUR 1 185,3 miljun għall-iskema ta’ pagament bażiku.

Fir-rigward tad-dħul assenjat miġbur fl-2017, l-anness 3-I juri li dan id-dħul kien jammonta għal EUR 1 482,5 miljun u li dan kien ġej:

mill-korrezzjonijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità, EUR 1 348,0 miljun;

mid-dħul mill-irregolaritajiet, EUR 130,7 miljun;

mill-ġbir tal-imposta fuq il-ħalib, EUR 3,7 miljun.

Id-dħul assenjat miġbur fl-2017 intuża sabiex ikopri n-nefqa mġarrba għall-miżuri li ġejjin:

EUR 77,5 miljun għall-fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex;

EUR 801,7 miljun għall-iskema ta’ pagament bażiku (BPS) (pagamenti diretti).

Il-bilanċ tad-dħul assenjat miġbur fl-2017, li kien jammonta għal EUR 603,3 miljun, ġie riportat awtomatikament għall-baġit tal-2018 sabiex jiffinanzja l-ħtiġijiet baġitarji ta’ dik is-sena.

Għad-dettalji, jekk jogħġbok ara l-annessi 3-I u 3-II.

(1)      Din il-proċedura hija ppreżentata fl-Anness 1.
(2)    Dawn l-ammonti mhumiex imdaħħla fil-linji tad-dħul tal-baġit (l-Artikolu 670 għad-dħul assejnat lill-FAEG), li jsemmu “p.m.” (pro memoria), iżda l-ammont previst jissemma fir-rimarki baġitarji għal dan l-artikolu.
(3)    ĠU L 347 tal-20.12.2013, p. 549.
(4)    Dawn id-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar tal-infiq jiġu trażmessi mill-Istati Membri permezz tad-dikjarazzjoni tat-12-il jum tax-xahar N+1.
(5)      Din iċ-ċifra tinkludi r-rimborż tad-dixxiplina finanzjarja relatata mar-riżerva tal-kriżi agrikola riportata mis-sena finanzjarja 2016.
(6)      Dawn l-approprjazzjonijiet jistgħu jiġu riportati b’konformità mal-Artikolu 169(3) tar-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) Nru 966/2012 u b’konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istati Membri għandhom jirrimborżaw lill-benefiċjarji finali li huma soġġetti, fis-sena finanzjarja li għaliha jiġu riportati l-approprjazzjonijiet, għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja b’konformità mal-Artikolu 26, il-paragrafi (1) sa (4) tiegħu.
(7)    ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608
Top

Brussell, 14.9.2018

COM(2018) 628 final

ANNESS

tar-

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

IL-11-IL RAPPORT FINANZJARJU TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA’ GARANZIJA

IS-SENA FINANZJARJA 2017

{SWD(2018) 405 final}






Top