Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018AP0021

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (11040/2017 – C8-0320/2017 – 2017/0139(NLE))

ĠU C 463, 21.12.2018, p. 72–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 463/72


P8_TA(2018)0021

Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Brażil ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (11040/2017 – C8-0320/2017 – 2017/0139(NLE))

(Approvazzjoni)

(2018/C 463/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11040/2017),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/781/KE tas-6 ta' Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (1),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0320/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0004/2018),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil.

(1)  ĠU L 295, 11.11.2005, p. 37.


Top