IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell,13.12.2017
COM(2017) 754 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni li jiltaqa’ fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, dwar l-aġġornament tal-Anness XXVIII-A (Regoli applikabbli għal servizzi finanzjarji), tal-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni) u tal-Anness XXVIII-D (Regoli applikabbli għal trasport marittimu internazzjonali) għall-Ftehim
DOKUMENT MEHMUŻ
ABBOZZ
ID-DEĊIŻJONI Nru ../… TAL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI
BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA
tal-… 2017
li temenda l-Anness XXVIII-A għal dan il-Ftehim (Regoli applikabbli għal servizzi finanzjarji)
IL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Ġunju 2014, u b’mod partikolari l-Artikolu 61, l-Artikolu 249, l-Artikolu 436, l-Artikolu 438 u l-Artikolu 449 tiegħu,
Billi:
(1)Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra ("il-Ftehim") daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.
(2)L-Artikolu 61 u l-Artikolu 249 tal-Ftehim jipprovdu li r-Repubblika tal-Moldova għandha twettaq l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħha lejn l-atti u l-istrumenti internazzjonali tal-UE (“l-acquis tal-Unjoni”) elenkati fl-Anness XXVIII-A (Regoli applikabbli għal servizzi finanzjarji) tal-Ftehim.
(3)L-acquis tal-Unjoni elenkati fl-Anness XXVIII-A fir-rigward tal-ħasil tal-flus evolviet sa mill-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim f’Ġunju 2013. B’mod partikolari, l-Unjoni adottat u nnotifikat l-atti li ġejjin lir-Repubblika tal-Moldova:
Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE.
Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006.
(4)Ir-Repubblika tal-Moldova tkompli l-proċess li tapprossima l-leġiżlazzjoni tagħha mal-acquis tal-Unjoni, skont il-limiti ta’ żmien u l-prijoritajiet stabbiliti fl-Anness XXVIII-A għall-Ftehim. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi aġġornat l-Anness XXVIII-A għall-Ftehim sabiex jiġi żgurat li l-evoluzzjoni tal-acquis tal-Unjoni elenkati hemmhekk fir-rigward tal-ħasil tal-flus ikunu integrati malajr u b’mod effiċjenti fil-proċess li għaddej ta’ approssimazzjoni, skont l-Artikolu 449 tal-Ftehim.
(5)Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u sabiex jirriflettu l-evoluzzjoni tal-acquis tal-Unjoni, huwa meħtieġ li jiżdiedu d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-Anness XXVIII-A.
(6)Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE għandhom jitneħħew mill-Anness XXVIII-A b’effett mis-26 ta’ Ġunju 2017.
(7)L-Artikolu 436(3) tal-Ftehim jipprovdi li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova jkollu s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim.
(8)Skont l-Artikolu 438(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddelega lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni kull waħda mis-setgħat li għandu, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.
(9)Permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ddelega s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim dwar fost oħrajn il-Kapitolu 6 (Stabbiliment, kummerċ fis-servizzi u l-kummerċ elettroniku) tat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni li jiltaqa’ fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, sa fejn ma jkunx hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 6 dwar l-aġġornament jew l-emenda ta’ dawk l-Annessi. Ma hemm ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 6 dwar l-aġġornament jew l-emenda tal-Annessi,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XXVIII-A (Regoli applikabbli għal servizzi finanzjarji) mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huwa b’dan sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …, ….
|
|
Għall-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni
|
|
|
Il-President
|
Anness
L-Anness XXVIII-A għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni
regoli applikabbli għal servizzi finanzjarji
|
Ir-Repubblika tal-Moldova timpenja ruħha li tqarreb gradwalment il-leġiżlazzjoni tagħha għal-leġiżlazzjoni li ġejja tal-UE u l-istrumenti internazzjonali fil-perjodi ta’ żmien stipulati.
|
Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/44/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/87/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu
L-Assoċjazzjonijiet tat-Tfaddil u l-Kreditu tar-Repubblika tal-Moldova għandhom ikunu trattati bl-istess mod bħall-istituzzjonijiet elenkati fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva u għalhekk jiġu eżentati mill-ambitu ta’ din id-Direttiva.
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/18/KE tas-27 ta’ Marzu 2007 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esklużjoni jew l-inklużjoni ta’ ċerti istituzzjonijiet mill-ambitu tal-applikazzjoni u tat-trattament ta’ skoperturi għall-banek ta’ żvilupp multilaterali
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjoni tad-Direttiva 2007/18/KE għandha tkun implimentata mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-lista ta’ hawn fuq, għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Fir-rigward tal-istituzzjonijiet minbarra istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti fl-Artikolu 3(1)(a) ta’ dik id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet marbuta mal-livell ta’ kapital inizjali meħtieġ kif stipulat fl-Artikoli 5(1), 5(3), 6, 7(a), 7(b), 7(c), 8(a), 8(b), 8(c) u 9 ta’ dik id-Direttiva jiġu implimentati fi żmien 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenti tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/110/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjoni marbuta mal-livell minimu ta’ kumpens għal kull depożitarju stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ dik id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-dispożizzjoni marbuta mal-livell minimu ta’ kumpens għal kull depożitarju stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ dik id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 fuq il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 86/635/KEE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE u 86/635/KEE fir-rigward tar-regoli ta’ valutazzjoni għall-kontijiet annwali u kkonsolidati ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji kif ukoll ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/65/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE fuq il-bilanċ ta’ kontijiet annwali u konsolidati ta’ ċerti kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi tal-assigurazzjoni
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/51/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/46/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 1991 dwar l-intermedjarji tal-assigurazzjoni (92/48/KEE)
|
Skeda ta’ żmien: mhux applikabbli
|
Id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2009/103/KE tas-16 ta’ Settembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta’ dik id-Direttiva
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/73/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu l-kotba, ir-rappurtaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u termini definiti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-riklami
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza fir-rigward ta’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma permessi għall-kummerċ f’suq regolat
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE tat-8 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/14/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjoni marbuta mal-livell minimu ta’ kumpens għal kull investitur stabbilit fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva marbuta mal-livell minimu ta’ kumpens għal kull investitur stabbilit fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE tad-29 ta’ April 2004 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-prattiki aċċettati tas-suq, id-definizzjoni tal-informazzjoni interna b’relazzjoni mad-derivattivi dwar il-kommoditajiet, it-tħejjija ta’ listi ta’ persuni interni, in-notifika tat-tranżazzjonijiet tal-amministraturi u n-notifika ta’ tranżazzjonijiet suspettużi
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/72/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/124/KE tat-22 ta’ Diċembru 2003 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjoni u l-iżvelar pubbliku tat-tagħrif minn ġewwa u d-definizzjoni tal-manipulazzjoni tas-swieq
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/124/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/125/KE tat-22 ta’ Diċembru 2003 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rakkomandazzjonijiet għar-rappreżentazzjoni ġusta tal-investimenti u l-iżvelar tal-konflitti ta’ interess
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/125/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 tat-22 ta’ Diċembru 2003 li jimplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-eżenzjonijiet għall-programmi tax-xiri lura u l-istabbilizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/16/KE tad-19 ta’ Marzu 2007 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) rigward il-kjarifika ta’ ċerti definizzjonijiet
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/16/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar il-finalità tas-saldu fis-sistemi ta’ saldu ta’ pagamenti u titoli
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/44/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849 għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
ABBOZZ
ID-DEĊIŻJONI Nru ../.. TAL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI
BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA
tal-… 2017
li temenda l-Anness XXVIII-B għal dan il-Ftehim (Regoli applikabbli għal servizzi tat-telekomunikazzjoni)
IL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Ġunju 2014, u b’mod partikolari l-Artikolu 102, l-Artikolu 240, l-Artikolu 436, l-Artikolu 438 u l-Artikolu 449 tiegħu,
Billi:
(1)Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra ("il-Ftehim") daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.
(2)L-Artikolu 102 u l-Artikolu 240 tal-Ftehim jipprovdu li r-Repubblika tal-Moldova għandha twettaq l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħha lejn l-atti u l-istrumenti internazzjonali tal-UE (“l-acquis tal-Unjoni”) elenkati fl-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għal servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim.
(3)L-acquis tal-Unjoni elenkati fl-Anness XXVIII-B evolviet sa mill-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim f’Ġunju 2013. B’mod partikolari, l-Unjoni adottat l-atti li ġejjin li jimplimentaw, jemendaw, jissupplimentaw jew jissostitwixxu l-miżuri elenkati fl-Anness XXVIII-B:
|
(i)
|
Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni
|
|
(ii)
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/276/UE tat-2 ta’ Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2008/411/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità
|
|
(iii)
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/752/UE tal-11 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/928/KE
|
|
(iv)
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/641/UE tal-1 ta’ Settembru 2014 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali fl-Unjoni
|
|
(v)
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/702/UE tas-7 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità
|
|
(vi)
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339 tat-8 ta’ Marzu 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 2 010-2 025 MHz għal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr fili li jintużaw għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali (notifikata bid-dokument C(2016)1197)
|
|
(vii)
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/750 tat-8 ta’ Mejju 2015 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenzi 1452-1492 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2015) 3061)
|
|
(viii)
|
Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE
|
|
(ix)
|
Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE
|
|
(x)
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru (UE) 2015/806 tat-22 ta’ Mejju 2015 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet dwar il-forma tal-marka ta’ fiduċja tal-UE għal servizzi fiduċjarji kwalifikati
|
|
(xi)
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tekniċi marbutin mal-listi ta’ fiduċja skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern
|
|
(xii)
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern
|
|
(xiii)
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/650 tal-25 ta’ April 2016 li tistabbilixxi l-istandards għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta’ apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firma u siġill skont l-Artikoli 30(3) u 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern
|
|
(xiv)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/267/UE tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-medda ta’ frekwenzi 790-862 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni Ewropea
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE tat-18 ta’ April 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità kif emendata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE tat-18 ta’ April 2011
|
|
(xv)
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/688/UE tal-5 ta’ Novembru 2012 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded tal-frekwenzi 1 920-1 980 MHz u 2 110-2 170 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni
|
|
(xvi)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità
|
|
(xvii)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità
|
|
(xviii)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/671/KE tal-5 ta’ Awwissu 2008 dwar l-użu armonizzat ta’ l-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5 875 – 5 905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS)
|
|
(xix)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum fil-Komunità
|
|
(xx)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE tat-12 ta’ Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/513/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenza ta’ 5 GHz għall-implimentazzjoni ta’ Sistemi ta’ Aċċess bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs)
|
|
(xxi)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE tal-11 ta’ Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenza ta’ 5 GHz għall-implimentazzjoni ta’ Sistemi ta’ Aċċess bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs)
|
|
(xxii)
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/829/UE tat-8 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra
|
|
(xxiii)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/368/UE tat-30 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra
|
|
(xxiv)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra
|
|
(xxv)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/432/KE tat-23 ta’ Mejju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra
|
|
(xxvi)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE tad-9 ta’ Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra
|
|
(xxvii)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/UE tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea
|
|
(xxviii)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/804/KE tat-23 ta’ Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tal-frekwenzi tar-radju għal apparat għall-identifikazzjoni li jaħdem permezz ta’ frekwenzi tar-radju (RFID) li jopera fil-medda ta’ frekwenza ultra għolja (UHF)
|
|
(xxix)
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE tad-29 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità
|
|
(xxx)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE tas-17 ta’ Jannar 2005 dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità
|
|
(xxxi)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/545/KE tat-8 ta’ Lulju 2004 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa ta’ frekwenza ta’ 79 GHz għall-użu ta’ sistemi ta’ radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità
|
|
(xxxii)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/343/KE tal-21 ta’ April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità
|
|
(xxxiii)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE tal-21 ta’ Frar 2007 dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità
|
|
(xxxiv)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/98/KE tal-14 ta’ Frar 2007 dwar l-użu armonizzat tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi satellitari mobbli
|
|
(xxxv)
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE tat-12 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA)
|
|
(xxxvi)
|
Id-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku
|
(4)Ir-Repubblika tal-Moldova tkompli l-proċess li tapprossima l-leġiżlazzjoni tagħha mal-acquis tal-Unjoni, skont il-limiti ta’ żmien u l-prijoritajiet stabbiliti fl-Anness XXVIII-B għall-Ftehim. Sabiex tiġi żgurata l-approssimazzjoni xierqa, jeħtieġ li l-atti elenkati taħt premessa 3 hawn fuq jiżdiedu mal-Anness XXVIII-B, kif ukoll li jiġu emendati ċerti skadenzi biex jitqies il-progress li diġà sar sal-lum mir-Repubblika tal-Moldova f’dan il-proċess ta’ approssimazzjoni għall-acquis tal-Unjoni, skont l-Artikolu 449 tal-Ftehim.
(5)L-Artikolu 436(3) tal-Ftehim jipprovdi li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova jkollu s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim.
(6)Skont l-Artikolu 438(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddelega lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni kull waħda mis-setgħat li għandu, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.
(7)Permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ddelega s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim dwar fost oħrajn il-Kapitolu 6 (Stabbiliment, kummerċ fis-servizzi u l-kummerċ elettroniku) tat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni li jiltaqa’ fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, sa fejn ma jkunx hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 6 dwar l-aġġornament jew l-emenda ta’ dawk l-Annessi. Ma hemm ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 6 dwar l-aġġornament jew l-emenda tal-Annessi,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għal servizzi tat-telekomunikazzjoni) mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huwa b’dan sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …, ….
|
|
Għall-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni
|
|
|
Il-President
|
Anness
L-Anness XXVIII-B għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni
regoli applikabbli għal servizzi tat-telekomunikazzjoni
|
Ir-Repubblika tal-Moldova timpenja ruħha li tqarreb gradwalment il-leġiżlazzjoni tagħha għal-leġiżlazzjoni li ġejja tal-UE u l-istrumenti internazzjonali fil-perjodi ta’ żmien stipulati.
|
Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/21/KE li ġejjin għandhom japplikaw:
–it-tisħiħ tal-indipendenza u l-kapaċità amministrattiva tar-regolatur nazzjonali fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;
–l-istabbiliment ta’ proċeduri ta’ konsultazzjoni pubblika għal miżuri regolatorji ġodda;
–it-twaqqif ta’ mekkaniżmi effettivi għal appell kontra d-deċiżjonijiet tar-regolatur nazzjonali fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi; kif ukoll
–id-definizzjoni tal-prodott rilevanti u tas-swieq tas-servizzi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li huma suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante u analiżi ta’ dawk is-swieq bil-għan li jiġi determinat jekk għandhomx setgħa sinifikanti fis-suq (SMP)
|
Skeda ta’ żmien: dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien sena u nofs mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/20/KE li ġejjin għandhom japplikaw:
–l-implimentazzjoni ta’ regolament dwar il-previżjoni tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali, u r-restrizzjoni tal-ħtieġa għal liċenzji individwali għal każijiet speċifiċi u ġustifikati kif xieraq
|
Skeda ta’ żmien: dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (id-Direttiva tal-Aċċess) kif emendata mid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009
Fuq bażi tal-analiżi tas-suq imwettqa skont id-Direttiva Qafas, ir-regolatur nazzjonali fil-qafas tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għandu jimponi fuq l-operaturi li jinstab li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq (SMP) fis-swieq rilevanti, obbligi regolatorji xierqa fir-rigward ta’:
–l-aċċess għal, u l-użu ta’, faċilitajiet speċifiċi tan-netwerk;
–kontrolli tal-prezzijiet fir-rigward tat-tariffi għall-aċċess u l-interkonnessjoni, inklużi l-obbligi tal-orjentazzjoni lejn il-kost; kif ukoll
–trasparenza, nuqqas ta’ diskriminazzjoni u separazzjoni kontabilistika
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/19/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sena u nofs n mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) kif emendata mid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 u r-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/22/KE li ġejjin għandhom japplikaw:
–ir-regolament ta’ implimentazzjoni dwar l-Obbligi tas-Servizzi Universali (OSU), inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi għall-ikkostjar u l-finanzjament; kif ukoll
–l-iżgurar li l-interessi u d-drittijiet tal-utenti jiġu rrispettati, partikolarment bl-introduzzjoni tal-portabbiltà tan-numri u n-numru uniku 112 għal Sejħiet ta’ Emerġenza fl-Ewropa
|
Skeda ta’ żmien: dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/2120 għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta’ Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi
|
Skeda ta’ żmien: il-miżuri li jirriżultaw mill-operat ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien sena u nofs mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim
|
Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE li ġejjin għandhom japplikaw:
–ir-regolament ta’ implimentazzjoni biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali fis-settur ta’ komunikazzjoni elettronika, u tiżgura l-moviment ħieles ta’ din id-dejta u ta’ tagħmir u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika
|
Skeda ta’ żmien: dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għal politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea
–l-adozzjoni ta’ politika u regolament li jiżguraw id-disponibbiltà armonizzata u l-użu effiċjenti tal-ispettru
|
Skeda ta’ żmien: il-miżuri li jirriżultaw mill-operat ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/267/UE tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-medda ta’ frekwenzi 790-862 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni Ewropea
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/267/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE
tat-18 ta’ April 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE
tas-16 ta’ Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità kif emendata mid-
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE
tat-18 ta’ April 2011
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/688/UE
tal-5 ta’ Novembru 2012 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded tal-frekwenzi 1920-1980 MHz u 2110-2170 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/688/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE
tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2500-2690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni
2014/276/UE
tat-2 ta’ Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni
2008/411/KE
dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3400 u t-3800 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/276/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-
Deċiżjoni
tal-Kummissjoni 2008/411/KE tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3400 u t-3800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità kif emendata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni
2014/276/UE
tat-2 ta’ Mejju 2014
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/671/KE
tal-5 ta’ Awwissu 2008 dwar l-użu armonizzat ta’ l-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5875 - 5905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS)
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/671/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum fil-Komunità
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE tat-12 ta’ Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/513/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenza ta’ 5 GHz għall-implimentazzjoni ta’ Sistemi ta’ Aċċess bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs)
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE tal-11 ta’ Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-medda ta’ frekwenza tal-5 GHz għall-implimentazzjoni tas-Sistemi ta’ Aċċess Bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs) kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE tat-12 ta’ Frar 2007
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/752/UE
tal-11 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni
2006/771/KE
dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra u li tħassar id-Deċiżjoni
2005/928/KE
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/752/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/829/UE
tat-8 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/829/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/368/UE tat-30 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/368/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/432/KE tat-23 ta’ Mejju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/432/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE tad-9 ta’ Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/752/UE, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/829/UE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/368/UE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/432/KE
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/KE
tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni
2014/641/UE
tal-1 ta’ Settembru 2014 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali fl-Unjoni
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/641/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/804/KE
tat-23 ta’ Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tal-frekwenzi tar-radju għal apparat għall-identifikazzjoni li jaħdem permezz ta’ frekwenzi tar-radju (RFID) li jopera fil-medda ta’ frekwenza ultra għolja (UHF)
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/804/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE
tad-29 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE
tas-17 ta’ Jannar 2005 dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità kif emendata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/545/KE
tat-8 ta’ Lulju 2004 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa ta’ frekwenza ta’ 79 GHz għall-użu ta’ sistemi ta’ radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/545/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni
2014/702/UE
tas-7 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/702/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/343/KE
tal-21 ta’ April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/343/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE
tal-21 ta’ Frar 2007 dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità kif emendata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/702/UE tas-7 ta’ Ottubru 2014 u
d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/343/KE
tal-21 ta’ April 2009
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/98/KE tal-14 ta’ Frar 2007 dwar l-użu armonizzat tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi satellitari mobbli
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/98/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339 tat-8 ta’ Marzu 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 2010-2025 MHz għal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr fili li jintużaw għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/750 tat-8 ta’ Mejju 2015 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenzi 1452-1492 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/750 għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE tat-12 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni
2008/294/KE
biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA)
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE tas-7 ta’ April 2008 dwar il-kundizzjonijiet armonizzati tal-użu tal-ispettru għall-operazzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-ajruplani (servizzi MCA) fil-Komunità kif emendat mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE
|
Skeda ta’ żmien: il-miżuri li jirriżultaw mill-operat ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/53/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (id-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ dik id-Direttiva għandhom japplikaw:
–biex isaħħu l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku;
–ineħħu l-ostakli għall-provvista transfruntiera ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni;
–jipprovdu s-sigurtà legali għall-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika; kif ukoll
–jarmonizzaw il-limitazzjonijiet għal responsabbiltà ta’ dawk li jipprovdu servizz li jaġixxu bħala intermedjarji meta jipprovdu sempliċi konduttur, caching jew hosting, ma jistipulaw l-ebda obbligu ġenerali ta’ monitoraġġ.
|
Skeda ta’ żmien: dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku kif emendata bid-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2013/37/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/806 tat-22 ta’ Mejju 2015 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet dwar il-forma tal-marka ta’ fiduċja tal-UE għal servizzi fiduċjarji kwalifikati
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/806 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tekniċi marbutin mal-listi ta’ fiduċja skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/650 tal-25 ta’ April 2016 li tistabbilixxi l-istandards għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta’ apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firma u siġill skont l-Artikoli 30(3) u 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/650 għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
ABBOZZ
ID-DEĊIŻJONI Nru ../.. TAL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI
BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA
tal-… 2017
li temenda l-Anness XXVIII-D għal dan il-Ftehim (Regoli applikabbli għat-Trasport Internazzjonali Marittimu)
IL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Ġunju 2014, u b’mod partikolari l-Artikolu 85, l-Artikolu 253, l-Artikolu 436, l-Artikolu 438 u l-Artikolu 449 tiegħu,
Billi:
(1)Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra ("il-Ftehim") daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.
(2)L-Artikolu 85 u l-Artikolu 253 tal-Ftehim jipprovdu li r-Repubblika tal-Moldova għandha twettaq l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħha lejn l-atti u l-istrumenti internazzjonali tal-UE (“l-acquis tal-Unjoni”) elenkati fl-Anness XXVIII-D (Regoli applikabbli għat-Trasport Internazzjonali Marittimu) tal-Ftehim.
(3)L-acquis tal-Unjoni elenkati fl-Anness XXVIII-D evolviet sa mill-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim f’Ġunju 2013. B’mod partikolari, l-Unjoni adottat l-atti li ġejjin li jimplimentaw, jemendaw, jissupplimentaw jew jissostitwixxu l-miżuri elenkati fl-Anness XXVIII-D:
(i)Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/111/UE tas-17 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2009/15/KE fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta’ ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f’ċerti konvenzjonijiet u protokolli
(ii)Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2014 tas-17 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta’ ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f’ċerti konvenzjonijiet u protokolli
(iii)Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE
(iv)Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE
(v)Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/100/UE tat-28 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità
(vi)Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/844 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri
(vii)Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2087 tat-18 ta’ Novembru 2015 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija
(viii)Id-Direttiva 2013/38/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port
(ix)Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE
(x)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010 tal-20 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward l-ispezzjonijiet estiżi tal-bastimenti
(xi)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji ta’ Stat tal-bandiera
(xii)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kumpaniji emendata mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1205/2012
(xiii)Id-Direttiva 2009/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità
(xiv)Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(xv)Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/15/UE tat-23 ta’ Frar 2011 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità
(xvi)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1286/2011 tad-9 ta’ Diċembru 2011 li jadotta metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti tal-baħar żviluppata skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(xvii)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) fil-Komunità, fir-rigward tal-format tal-formoli
(xviii)Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/36/UE tal-1 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri
(xix)Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/12/KE tat-18 ta’ Frar 2005 li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħtiġiet ta’ stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro
(xx)Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta’ rekwiżiti ta’ buq doppju jew ta’ disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed
(xxi)Id-Direttiva 2012/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara
(xxii)Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li temenda d-Direttivi dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri
(xxiii)Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/71/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija
(xxiv)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2008 tat-13 ta’ Ġunju 2008 li jdaħħal fis-seħħ l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti u li jemenda dak ir-Regolament
(xxv)Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE
(4)Ir-Repubblika tal-Moldova tkompli l-proċess li tapprossima l-leġiżlazzjoni tagħha mal-acquis tal-Unjoni, skont il-limiti ta’ żmien u l-prijoritajiet stabbiliti fl-Anness XXVIII-D għall-Ftehim. Sabiex tiġi żgurata l-approssimazzjoni xierqa, jeħtieġ li l-atti elenkati taħt premessa 3 hawn fuq jiżdiedu mal-Anness XXVIII-D, kif ukoll jiġu emendati ċerti skadenzi biex jitqies il-progress li diġà sar sal-lum mir-Repubblika tal-Moldova f’dan il-proċess ta’ approssimazzjoni għall-acquis tal-Unjoni, skont l-Artikolu 449 tal-Ftehim.
(5)L-Artikolu 436(3) tal-Ftehim jipprovdi li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova jkollu s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim.
(6)Skont l-Artikolu 438(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddelega lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni kull waħda mis-setgħat li għandu, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.
(7)Permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ddelega s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim dwar fost oħrajn il-Kapitolu 6 (Stabbiliment, kummerċ fis-servizzi u l-kummerċ elettroniku) tat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni li jiltaqa’ fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, sa fejn ma jkunx hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 6 dwar l-aġġornament jew l-emenda ta’ dawk l-Annessi. Ma hemm ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 6 dwar l-aġġornament jew l-emenda tal-Annessi,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XXVIII-D (Regoli applikabbli għat-trasport internazzjonali marittimu) mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huwa b’dan sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …, ….
|
|
Għall-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni
|
|
|
Il-President
|
Anness
L-Anness XXVIII-D għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni
REGOLI APPLIKABBLI GĦAT-TRASPORT INTERNAZZJONALI MARITTIMU
|
Ir-Repubblika tal-Moldova timpenja ruħha li tqarreb gradwalment il-leġiżlazzjoni tagħha għal-leġiżlazzjoni li ġejja tal-UE u l-istrumenti internazzjonali fil-perjodi ta’ żmien stipulati.
|
Is-sigurtà marittima – Stat tal-bandiera / soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni
Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/111/UE tas-17 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2009/15/KE fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta’ ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f’ċerti konvenzjonijiet u protokolli
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/111/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi, kif emendata mid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/111/UE
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2014 tas-17 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta’ ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f’ċerti konvenzjonijiet u protokolli
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2014 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri, kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2014
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Stat tal-Bandiera
Id-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Kontroll tal-Istat tal-Port
Id-Direttiva 2013/38/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/38/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/757 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010 tal-20 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward l-ispezzjonijiet estiżi tal-bastimenti
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji ta’ Stat tal-bandiera
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kumpaniji emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1205/2012
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2010 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port kif emendat mid-Direttiva 2013/38/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif implimentat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2010 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2010
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Il-Monitoraġġ tat-Traffiku tal-Bastimenti
Id-Direttiva 2009/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/17/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/15/UE tat-23 ta’ Frar 2011 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/15/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/100/UE tat-28 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/100/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità kif emendata mid-Direttiva 2009/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/15/UE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/100/UE
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Investigazzjoni ta’ Inċidenti
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar sistema ta’ stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta’ laneċ ro-ro regolari u servizzi ta’ l-inġenji ta’ l-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri kif emendata mid-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/18/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1286/2011 tad-9 ta’ Diċembru 2011 li jadotta metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti tal-baħar żviluppata skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1286/2011 għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/18/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-responsabbiltajiet tat-trasportaturi ta’ passiġġieri
Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta’ passiġġieri bil-baħar fil-każ ta’ aċċidenti
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) fi ħdan il-Komunità, fir-rigward tal-format tal-formoli
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2008 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2008
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Regoli tekniċi u operattivi
Tagħmir tal-baħar
Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Vapuri tal-passiġġieri
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/36/UE tal-1 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/36/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva Nru 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri, kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/36/UE u d-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/844
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/844 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/844 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar sistema ta’ stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta’ laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/12/KE tat-18 ta’ Frar 2005 li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħtiġiet ta’ stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/12/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003 dwar il-ħtiġiet ta’ stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro, kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/12/KE
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Tankers taż-żejt
Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta’ rekwiżiti ta’ buq doppju jew ta’ disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 530/2012 għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Bastimenti ta’ tagħbija bl-ingrossa
Id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b’sigurtà ta’ bastimenti ta’ tagħbija bl-ingrossa
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ekwipaġġ
Id-Direttiva 2012/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/35/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara emendata mid-Direttiva 2012/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ambjent
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/71/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/71/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2087 tat-18 ta’ Novembru 2015 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2087 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet ta’ l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/71/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2087
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru ta’ l-2002 li temenda d-Direttivi dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/84/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2008 tat-13 ta’ Ġunju 2008 li jdaħħal fis-seħħ l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti u li jemenda dak ir-Regolament
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2008 għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2008
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Kundizzjonijiet tekniċi
Id-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Kundizzjonijiet soċjali
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 dwar ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (AKESB) u l-Federazzjoni tal-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FUĦT) fl-Unjoni Ewropea — Anness: Il-Ftehim Ewropew dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tal-baħħara u emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Id-Direttiva 1999/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet fejn għandhom x’jaqsmu s-sigħat tax-xogħol tal-baħħara abbord vapuri li jidħlu f’portijiet Komunitarji
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Is-sigurtà marittima
Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva (ħlief dawk li jikkonċernaw l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni) jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|
Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-faċilitajiet tal-portijiet
|
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament (ħlief dawk li jikkonċernaw l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni) jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
|