|
L-Istati Membri kollha:
Huwa meħtieġ li titwaqqaf kumpanija tal-immaniġġjar speċjalizzata biex jitwettqu attivitajiet ta' mmaniġġjar ta' fiduċjarji ta’ unitajiet u kumpaniji ta' investiment (Artikoli 6 u 13 taDirettiva tal-UCITS, 85/611/KEE).
Huma biss impriżi bl-uffiċċju tagħhom reġistrat fil-Komunità li jistgħu jaġixxu bħala depożitorji tal-assi ta' fondi ta' investiment (Artikoli 8.1 u 15.1 tad-Direttiva tal-UCITS, 85/611/KEE).
AT: Membri tal-Borża Awstrijaka biss jistgħu jinvolvu ruħhom f'negozjar ta' titoli fil-Borża.
AT: Għan-negozjar fil-kambju u f’muniti barranin tinħtieġ awtorizzazzjoni mill-Bank Nazzjonali Awstrijak.
AT: Bonds ipotekarji u bonds muniċipali jistgħu jinħarġu minn banek speċjalizzati u awtorizzati biex iwettqu din l-attività.
AT: Għat-twettiq ta’ servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ fondi tal-pensjonijiet hija meħtieġa kumpanija speċjalizzata għal din l-attività biss u inkorporata bħala kumpanija b’ishma fl-Awstrija.
BE: Kwalunkwe offerta pubblika biex jinkisbu t-titoli Belġjani magħmula minn jew f’isem persuna, kumpanija jew istituzzjoni barra l-ġurisdizzjoni ta’ xi Stat Membru tal-Komunità Ewropea jenħtieġ li tiġi ppreżentata għall-awtorizzazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi.
BG:
Subsetturi B.1. sa B.5. (aċċettazzjoni ta’ depożiti, għoti ta’ self ta’ kull xorta, lokazzjoni finanzjarja, servizzi kollha ta’ pagamenti u trażmissjoni ta’ flus, garanziji u impenji)
Banek barranin li jkollhom il-ħsieb jistabbilixxu ruħhom fir-Repubblika tal-Bulgarija jridu jkunu awtorizzati taħt il-liġi nazzjonali tagħhom u ma jridux ikunu pprojbiti milli jwettqu attivitajiet bankarji fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom u fil-pajjiżi fejn joperaw. Bla restrizzjonijiet għall-caisses populaires.
Akkwist, dirett jew indirett, ta’ ishma li jirrappreżentaw 5 % jew iżjed tad-dritt tal-vot ta’ bank stabbilit huwa suġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Bank Nazzjonali Bulgaru. Kriterji għall-awtorizzazzjoni huma prudenzjali u konsistenti mal-obbligi tal-Artikoli XVI u XVII tal-GATS.
L-akkwist dirett jew indirett ta’ parteċipazzjoni f’kumpanija li mhix bank, minn bank, ta’ aktar minn 10 % tal-kapital ta’ din l-intrapriża huwa suġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Bank Nazzjonali Bulgaru.
Jista' jingħata status ta’ fornituri esklussivi fir-rigward ta’ servizzi ta’ depożiti u ta’ trażmissjoni tal-flus ipprovduti lill-istituzzjonijiet pubbliċi ffinanzjati mill-baġit.
Kundizzjoni tal-residenza permanenti fir-rigward ta’ diretturi eżekuttivi tal-korp maniġerjali li jaġixxi f’isem u għal bank.
Bla restrizzjonijiet għall-garanziji tat-Teżor tal-Istat.
Subsetturi B.6., B.7. u B.9. (negozjar ta’ titoli, parteċipazzjoni fi ħruġ ta’ kull tip ta’ titoli, immaniġġjar ta’ assi):
Ristrett għall-intemedjarji tal-investiment, kumpaniji tal-investiment u l-boroż stabbiliti bħala kumpaniji b'ishma konġunti liċenzjati mill-Kummissjoni ta’ Superviżjoni Finanzjarja (FSC). L-għoti tal-liċenzja rilevanti huwa relatat mar-rekwiżi maniġerjali u tekniċi kif ukoll mar-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni tal-investituri.
Borża li tkun kumpanija b'ishma konġunti: Kundizzjonijiet ta' kapital minimu (BGN 100 000); mhux anqas minn 2/3 tal-kapital imqassam bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji (kumpaniji ta' assigurazzjoni, djar finanzjarji, intermedjarji tal-investiment); limitu ta' 5% tal-kapital tal-Borża għall-parteċipazzjoni diretta jew indiretta minn azzjonist.
Intermedjarji tal-investiment:
L-ebda għal attivitajiet ta' intermedjarji tal-investiment fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, sakemm ma jkunx permess mill-FSC.
Biex jiġu nnegozjati titoli fil-borża hija meħtieġa s-sħubija fil-borża. Is-sħubija ta’ intermedjarju tal-investiment hija limitata għal borża waħda biss fil-Bulgarija.
Kumpaniji tal-investiment: L-attivitajiet ta' bank, kumpanija tal-assigurazzjoni jew intermedjarju tal-investiment ma jitwettqux minn kumpanija tal-investiment.
Bla restrizzjonijiet għan-negozjar proprju jew għal klijent ta’ strumenti u assi finanzjarji negozjabbli għajr titoli trasferibbli. Bla restrizzjonijiet għal parteċipazzjoni fi ħruġ ta’ bonds tat-Teżor. Bla restrizzjonijiet għall-immaniġġjar ta’ fondi tal-pensjonijiet.
Subsetturi B.8 u B.10 (senserija tal-flus, servizzi ta’ saldu u kklerjar għal assi finanzjarji): Bla restrizzjonijiet.
Subsetturi B.11. u B.12. (forniment u trasferiment ta’ tagħrif finanzjarju, u servizzi ta’ konsulenza): Rekwiżit għall-użu tan-netwerk pubbliku tat-telekomunikazzjoni, jew tan-netwerk ta’ operatur ieħor awtorizzat. Bla restrizzjonijiet għall-intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra
CY: Huwa rekwiżit statutorju, applikat f'mod mhux diskriminatorju, li banek li joffru servizzi fir-Repubblika ta' Ċipru jridu jkunu entitajiet ġuridiċi. Entitajiet ġuridiċi jinkludu fergħat ta’ banek/istituzzjonijiet finanzjarji barranin li huma rreġistrati f’Ċipru.
CY: Sjieda diretta jew indiretta jew drittijiet tal-vot f'bank minn persuna u s-soċji tiegħu/tagħha ma jistgħux jaqbżu l-10% sakemm ma jkunx hemm approvazzjoni bil-miktub minn qabel mill-Bank Ċentrali.
CY: Minbarra dak ta’ hawn fuq, fit-tliet banek lokali eżistenti elenkati fil-Borża, sjieda diretta jew indiretta ta’ ishma jew l-akkwiżizzjoni ta’ interess fil-kapital tagħhom minn persuni barranin huwa ristrett għal 0.5% kull individwu jew organizzazzjoni u għal 6% kollettivament.
CY:
Subsetturi B.1. sa B.5. u B.6.(b) (aċċettazzjoni ta' depożiti, għoti b’self ta' kull xorta, lokazzjoni finanzjarja, servizzi kollha ta' pagamenti u ta’ trażmissjoni ta’ flus, garanziji u impenji, u negozjar tal-kambju):
Il-rekwiżiti li ġejjin japplikaw għall-banek ġodda:
(a)
Hija meħtieġa liċenzja mill-Bank Ċentrali għat-twettiq ta’ operat bankarju. Meta jagħti liċenzja l-Bank Ċentrali jista’ japplika test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.
(b)
Fergħat ta’ banek barranin iridu jkun rreġistrati f’Ċipru taħt il-Liġi tal-Kumpaniji u mogħtija liċenzja taħt il-Liġi tal-Banek.
Subsettur B.6.(e) (negozjar ta’ titoli trasferibbli):
Membri (sensara) tal-Borża ta' Ċipru biss jistgħu jwettqu negozju relatat mas-senserija tat-titoli f'Ċipru. Ditti li jaġixxu ta’ sensara jridu jimpjegaw biss individwi li jistgħu jaġixxu bħala sensara sakemm dawn ikunu liċenzjati kif suppost. Il-banek u l-kumpanija tal-assigurazzjoni ma jistgħux jissottoskrivu.
Ditta tas-senserija tista' tkun reġistrata biss bħala membru tal-Borża ta’ Ċipru jekk tkun stabbilita u rreġistrata skont il-Liġi tal-Kumpaniji ta’ Ċipru.
Subsettur B.6. (a), (c), (d) u (f), u B.7. to B.12.: Bla restrizzjonijiet.
CZ: Servizzi ta' ħruġ ta' munita minn bank li mhux ċentrali, negozjar ta' prodotti derivattivi u tas-suq tal-buljon, senserija tal-flus, servizzi ta' saldu u ta’ kklerjar għal prodotti derivattivi, servizzi ta' konsulenza, intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati ma' dawn l-attivitajiet: Bla restrizzjonijiet.
CZ: L-ebda ħlief:
Is-servizzi bankarji jistgħu jiġu pprovduti biss minn banek stabbiliti fir-Repubblika Ċeka jew minn fergħat ta’ banek barranin li jkollhom il-liċenzja maħruġa mill-Bank Nazzjonali Ċek bi ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi.
L-għoti tal-liċenzja huwa bbażata fuq il-konsiderazzjonijiet ta’ kriterji li jiġu applikati b’mod konsistenti mal-GATS. Servizzi ta' self ipotekarju jistgħu jiġu pprovduti biss minn banek stabbiliti Ċeki.
Il-banek jistgħu jkunu stabbiliti biss bħala kumpaniji b'ishma konġunti. Ix-xiri ta’ ishma f’banek eżistenti huwa suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Bank Nazzjonali Ċek.
It-titoli jistgħu jiġu nnegozjati pubblikament biss jekk tingħata l-awtorizzazzjoni rilevanti u l-prospectus li jkopri t-titoli jkun ġie approvat.
L-awtorizzazzjoni ma għandiex tingħata jekk in-negozjar pubbliku fit-titoli jkun f'kunflitt mal-interessi tal-investituri, ikun inkonsistenti mal-politika finanzjarja tal-gvern jew ma jkunx konformi mar-rekwiżiti finanzjarji tas-suq.
L-istabbiliment u l-attivitajiet ta' negozjanti tat-titoli, sensara finanzjarji, tal-Borża jew organizzaturi ta' suq barra l-borża, kumpaniji tal-investiment u fondi tal-investiment huma soġġetti għal awtorizzazzjoni li tingħata skont il-kwalifiki, l-integrità personali, l-immaniġġjar u r-rekwiżiti materjali relatati.
Servizzi ta' saldu u kklerjar għal kull xorta ta' pagamenti huma mmonitorjati u rieżaminati mill-Bank Nazzjonali Ċek biex jiġi ggarantit l-operat ekonomiku u mingħajr intoppi tagħhom.
DK: L-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jinnegozjaw fit-titoli fuq il-Borża ta' Kopenħagen permezz tas-sussidjarji inkorporati fid-Danimarka biss.
FI: Mill-inqas nofs il-fundaturi, il-membri tal-bord tad-diretturi, il-bord tas-superviżjoni u d-delegati, id-direttur maniġerjali, id-detentur tal-prokura u l-persuna ntitolata tiffirma f'isem l-istituzzjoni tal-kreditu għandu jkollhom il-post tar-residenza tagħhom fiż-Żona Ekonomika Ewropea sakemm il-Ministeru tal-Finanzi ma jagħtix eżenzjoni. Għall-inqas wieħed mill-awdituri għandu jkun residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea.
FI: Il-sensar (persuna individwali) f’borża tad-derivattivi għandu jkollu l-post tiegħu ta' residenza fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Tista' tingħata eżenzjoni minn dan ir-rekwiżit taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Ministeru tal-Finanzi.
FI: Pagamenti minn entitajiet tal-gvern (spejjeż) għandhom jiġu trasmessi permezz tal-Finnish Postal Giro System, mantenuta mill-Postipankki Ltd. Eżenzjoni minn dan ir-rekwiżit jista' jingħata għal raġuni speċjali mill-Ministeru tal-Finanzi.
FR: Minbarra l-istituzzjonijiet Franċiżi ta' kreditu, huma biss sussidjarji Franċiżi (taħt il-liġi Franċiża) ta' banek mhux Franċiżi li huma awtorizzati, fuq bażi ta' mezzi u impenji suffiċjenti f'Pariġi tas-sussidjarju Franċiż kandidat ta' bank mhux Franċiż. Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw għal banek mexxejja li jżommu l-kotba. Bank mhux Franċiż jista' jkollu, mingħajr restrizzjonijiet jew rekwiżit ta’ stabbiliment, tmexxija konġunta jew maniġer kap konġunt ta’ ħarġa ta’ bond Eurofranc.
EL: L-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jinnegozjaw titoli elenkati fil-Borża ta' Ateni permezz ta' ditti fil-Borża inkorporati fil-Greċja biss.
EL: Għall-istabbiliment u l-operazzjonijiet tal-fergħat għandu jiġi impurtat ammont minimu ta' kambju barrani, konvertit fi drakmi u miżmum fil-Greċja sakemm bank barrani jibqa' jopera fil-Greċja:
Sa erba' fergħat, dan il-minimu bħalissa huwa ugwali għal nofs l-ammont minimu tal-kapital f'ishma meħtieġ għal istituzzjoni ta' kreditu inkorporata fil-Greċja;
Għall-operat ta’ fergħat addizzjonali l-ammont minimu ta’ kapital irid ikun daqs is-somma minima ta’ kapital f’ishma għal istituzzjoni ta’ kreditu inkorporata fil-Greċja.
HR: Ebda, ħlief għal servizzi ta’ saldu u kklirjar fejn l-Aġenzija Depożitarja Ċentrali (CDA) tkun l-uniku fornitur fil-Kroazja. Aċċess għas-servizzi tas-CDA jingħata lill-persuni mhux residenti fuq bażi nondiskriminatorja.
HU: Hemm il-ħsieb li l-fergħat diretti jiġu ristretti la darba tintrabat fil-GATS, u bil-kondizzjonijiet stabbiliti fih.
HU: Sjieda diretta jew indiretta jew id-drittijiet tal-vot f'istituzzjoni tal-kreditu ta' azzjonist wieħed, ħlief istituzzjoni tal-kreditu, kumpanija tal-assigurazzjoni jew ditta tal-investiment ma jistgħux jaqbżu l-15 %.
HU: Il-bord ta’ istituzzjoni finanzjarja għandu jinkludi mill-anqas żewġ membri, ċittadini Ungeriżi, residenti fis-sens tar-regolamenti rilevanti tal-kambju u li ilhom residenti permanenti fl-Ungerija għal mill-anqas sena.
HU: Sjieda mill-Istat fuq perjodu twil tinżamm fil-livell ta’ vot minimu ta’ 25%+1 f‘Országos Takarékpénztár és Kereskedelmi Bank Rt.
IE: Fil-każ ta' skemi kollettivi ta' investiment kostitwiti bħala unitajiet fiduċjarji u kumpaniji b’kapital varjabbli (ħlief intrapriżi ta’ investiment kollettiv f'titoli trasferibbli, UCITS), il-fiduċjarju/depożitorju u l-kumpanija tal-immaniġġjar huma meħtieġa jkunu inkorporati fl-Irlanda jew fi Stat Membru ieħor tal-Komunità. Fil-każ ta’ sħubija ta’ investiment b’responsabbiltà limitata, mill-inqas soċju ġenerali wieħed irid ikun inkorporat fl-Irlanda.
IE: Biex issir membru tal-Borża fl-Irlanda, entità jeħtiġilha (1) tkun awtorizzata fl-Irlanda, li jfisser li trid tkun inkorporata fi jew sħab ma' uffiċċju prinċipali/reġistrat fl-Irlanda, jew 2. tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Investiment tal-KE.
IE: Għall-provvista ta' servizzi ta' investiment jew konsulenza dwar l-investiment jeħtieġ 1. awtorizzazzjoni fl-Irland, li normalment ikollha bżonn li l-entità tkun inkorporata jew sħab jew neguzjat esklusiv, f’kull każ ma' uffiċċju prinċipali/reġistrat fl-Irlanda (l-awtorità tas-superviżjoni tista' wkoll tawtorizza fergħat ta' entitajiet ta' pajjiżi terzi), jew 2. awtorizzazzjoni fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Investiment tal-KE.
IT: L-offerta pubblika ta’ titoli (skont l-Art. 18 tal-Liġi 216/74) ħlief għal ishma, titoli ta’ dejn (inklużi titoli tad-dejn konvertibbli) tista' ssir biss minn kumpaniji Taljani b'responsabbiltà limitata, kumpaniji barranin awtorizzati kif xieraq, korpi pubbliċi jew kumpaniji li jappartienu għal awtoritajiet lokali li l-kapital assenjat tagħhom ma jkunx inqas minn ITL 2 biljuni.
IT: Depożitu ċentralizzat, servizzi ta' kustodja u ta’ amministrazzjoni jistgħu jiġu pprovduti biss mill-Bank tal-Italja għat-titoli Governattivi, jew minn Monte Titoli SpA għall-ishma, titoli ta' natura parteċipattiva u bonds oħra nnegozjati f'suq regolat.
IT: Fil-każ ta' skemi kollettivi tal-investiment ħlief UCITS armonizzati taħt id-direttiva 85/611/KEE, il-fiduċjarju/depożitorju huwa meħtieġ li jkun inkorporat fl-Italja jew fi Stat Membru ieħor tal-Komunità Ewropea, u stabbilit fl-Italja permezz ta' fergħa. Dawk il-banek, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, kumpaniji ta' investiment f'titoli li għandhom l-uffiċċju ġuridiku prinċipali tagħhom fil-Komunità Ewropea biss jistgħu jwettqu attività ta' mmaniġġjar ta' riżorsi ta' fondi tal-pensjonijiet. Kumpanniji tal-immaniġġjar (fondi ta' investiment b'kapital fiss u fondi ta' investiment fil-proprjetà) ukoll jeħtieġ li jkunu inkorporati fl-Italja.
IT: Biex ibiegħu bieb bieb, l-intermedjarji jridu iħaddmu bejjiegħa finanzjarji awtorizzati residenti fit-territorju ta' Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej.
IT: Is-saldu u l-ikklerjar tat-titoli jistgħu jsiru biss mis-sistema uffiċċjali tal-ikklerar. Kumpanija awtorizzata mill-Bank tal-Italja bi qbil ma’ Consob tista' tiġi fdata bl-attività tal-ikklerjar, sas-saldu finali tat-titoli.
IT: L-uffiċċji rappreżentattivi ta’ intermedjarji barranin ma jistgħux iwettqu attivitajiet bl-iskop li joffru servizzi ta’ investiment.
LV:
Subsettur B.7. (parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ kull xorta ta’ titoli): Il-Bank tal-Latvja (Bank Ċentrali) huwa aġent finanzjarju tal-gvern fis-suq tal-kambjali tat-Teżor.
Subsettur B.9. (Immaniġġjar tal-assi): L-immaniġġjar ta’ fondi tal-pensjonijiet huwa pprovdut mill-monopolju tal-Istat.
LT:
Subsetturi B.1. sa B.12.: Mill-inqas maniġer wieħed irid ikun ċittadin tar-Repubblika tal-Litwanja.
Subsettur B.3. (lokazzjoni finanzjarja): Lokazzjoni finanzjarja tista' tkun riservata għal istituzzjonijiet finanzjarji speċjali (bħal mhuma banek u kumpaniji tal-assigurazzjoni). L-ebda mill-1 ta' Jannar 2001, ħlief kif indikat fil-Parti orizzontali tat-Taqsima ‘Banek u Servizzi Finanzjarji Oħra’.
Subsettur B.9. (Immaniġġjar tal-assi): Stabbiliment biss bħala Korporazzjonijiet ta’ Stokk Pubbliku (AB) u Korporazzjonijiet Magħluqin (UAB) li għandhom ikunu mwaqqfin b’mod magħluq (fejn il-istokk kollu li jkun inħareġ inizjalment jiġi akkwistat mill-inkorporaturi). Għall-fini ta’ mmaniġġjar tal-assi, huwa neċessarju t-twaqqif ta’ kumpanija tal-immaniġġjar speċjalizzata. Dawk id-ditti li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fil-Litwanja biss jistgħu jkunu depożitorji tal-assi.
MT:
Subsetturi B.1. u B.2. (aċċettazzjoni ta’ depożiti u għoti b’self ta’ kull tip): Kreditu b’sjieda barranija u istituzzjonijiet finanzjarji oħra jistgħu joperaw jew taħt forma ta' fergħa jew ta' sussidjarju lokali. Awtorizzazzjoni tista’ tkunu soġġetta għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.
Subsetturi B.3. sa B.12.: Bla restrizzjonijiet.
PL:
Subsettur B.1. , B.2., B.4. u B.5. (minbarra garanziji u impenji tat-Teżor Statali): Stabbiliment ta' bank taħt forma ta' kumpanija b’ishma konġunti jew fergħa liċenzjata biss. Sistema ta’ permessi fir-rigward tal-istabbiliment tal-banek kollha hija bbażata fuq raġunijiet prudenzjali. Rekwiżit taċ-ċittadinanza għal uħud – tal-anqas wieħed – mill-eżekuttivi tal-bank.
Subsetturi B.6. (e), B.7. (eskluża l-parteċipazzjoni f’ħarġiet ta’ karti tat-Teżor), B.9. (servizzi ta’ mmaniġġjar tal-portafoll) u B.12. (Servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra biss fir-rigward ta' attivitajiet impenjati fil-Polonja): L-istabbiliment, wara l-ksib ta’ liċenzja, taħt forma ta' kumpanija b’ishma konġunti jew fergħa ta' entità ġuridika barranija biss li tipprovdi servizzi ta' titoli.
Subsettur B.11. Rekwiżit tal-użu ta’ network pubbliku tat-telekomunikazzjoni, jew ta’ network ta' operatur awtorizzat ieħor, fil-każ ta' provvista transfruntiera u/jew il-konsum barra mill-pajjiż ta' dawn is-servizzi.
Is-subsetturi l-oħrajn kollha: Bla restrizzjonijiet.
PT: L-istabbiliment ta' banek mhux mill-KE huwa soġġett għal awtorizzazzjoni maħruġa, każ b’każ, mill-Ministeru tal-Finanzi. L-istabbiliment irid jikkontribwixxi għaż-żieda fl-effiċjenza tas-sistema bankarja nazzjonali jew tipproduċi effett sinifikanti fuq l-internazzjonalizzazzjoni tal-ekonomija Portugiża.
PT: Servizzi ta' kapitali ta' riskju ma jistgħux ikunu pprovduti minn fergħat ta' kumpaniji b’kapitali ta' riskju li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż li mhux fil-KE. Servizzi ta’ sensara-negozjanti fil-Borża ta’ Liżbona jistgħu jiġu fornuti minn kumpaniji ta’ sensara u negozjanti inkorporati fil-Portugall jew minn fergħat ta’ ditti ta’ investiment awtorizzati f’pajjiż ieħor tal-KE u awtorizzati fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom sabiex jipprovdu dawn is-servizzi. Servizzi ta' sensara u negozjanti fil-Borża tad-Derivattivi ta' Oporto u fis-suq OTC ma jistgħux jiġu pprovduti minn fergħat ta' kumpaniji ta' sensara u negozjanti mhux mill-KE.
L-immaniġġjar ta’ fondi tal-pensjonijiet jista' jsir biss minn kumpaniji inkorporati fil-Portugall u minn kumpanniji tal-assigurazzjoni stabbiliti fil-Portugall u awtorizzati sabiex jagħtu servizz ta’ assigurazzjoni tal-ħajja.
RO: Il-kumpanija tat-titoli (senserija) trid tkun entità ġuridika Rumena stabbilita bħala kumpanija b'ishma konġunti taħt il-liġi Rumena, u għandu jkollha bħala għan kummerċjali esklużiv l-intermedjazzjoni tat-titoli Kull offerta lill-pubbliku ta’ titoli, qabel tiġi ppubblikati tkun tenħtieġ l-awtorizzazjoni tal-prospett tagħha
mill-Kummissjoni Nazzjonali tat-Titoli tar-Rumanija Kumpanniji li jwettqu mmaniġġjar tal-assi jridu jkunu stabbiliti bħala kumpaniji b'ishma konġunti taħt il-liġi Rumena. fondi ta' investiment miftuħa
iridu jkunu stabbiliti skont il-liġi Rumena. Bla restrizzjonijiet għal-lokazzjoni finanzjarja. Bla restrizzjonijiet għan-negozjar proprju jew għal klijent ta’ strumenti u assi finanzjarji negozjabbli għajr titoli trasferibbli.
SK: Negozjar ta' prodotti derivattivi u ta’ buljon, senserija tal-flus, u intermedjazzjoni: Bla restrizzjonijiet.
SK: Servizzi bankarji jistgħu jiġu pprovduti biss minn banek domestiċi jew minn fergħat ta' banek barranin awtorizzati mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja bi Ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi. L-għoti tal-awtorizzazzjoni huwa bbażat fuq il-konsiderazzjoni tal-kriterji li jirrigwardaw, b’mod partikolari, l-ammont ta’ kapital tal-kumpanija (is-saħħa finanzjarja), il-kwalifiki professjonali, l-integrità u l-kompetenza tal-maniġment tal-attivitajiet bankarji proġettati. Il-banek huma entitajiet ġuridiċi inkorporati fir-Repubblika Slovakka, imwaqqfa bħala kumpaniji b'ishma konġunti jew istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi (tal-Istat).
Ix-xiri tal-ishma b’espressjoni ta’ interess fil-kapital ta’ ekwità ta’ bank kummerċjali eżistenti mil-limitu stabbilit huwa suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja. Servizzi tal-investiment fir-Repubblika Slovakka jistgħu jingħataw minn banek, kumpaniji tal-investiment, fondi ta’ investiment u negozjanti tat-titoli li għandhom forma ġuridika ta’ kumpanija bl-ishma b’kapital ta’ ekwità skont il-liġi. Kumpaniji tal-investiment jew fondi tal-investiment barranin iridu jġibu l-awtorizzazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi biex ibigħu t-titoli tagħhom jew unitajiet ta’ ċertifikati ta’ investiment fit-territorju tar-Repubblika Slovakka skont il-liġi domestika. Biex jinħarġu titoli ta’ djun, jinħtieġ il-permess tal-Ministeru tal-Finanzi kemm biex jinħarġu fil-pajjiż kif ukoll biex jinħarġu barra l-pajjiż.
It-titoli jistgħu jinħarġu u jiġu nnegozjati biss wara li jingħata permess mill-Ministeru tal-Finanzi għal negozjar pubbliku skont l-Att dwar it-Titoli. Ix-xogħol ta’ negozjant tat-titoli, ta’ sensar tat-titoli jew tal-organizzaturi ta’ suq barra l-borża huwa suġġett għall-awtorizazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi. Servizzi ta' saldu u kklerjar għal kull xorta ta' pagamenti huma rregolati mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja.
Servizzi ta' saldu u kklerjar relatati ma’ tibdil tal-proprjetà fiżika ta’ titoli huma rreġistrati fiċ-Ċentru tat-titoli (Kamra tal-Ikklerjar u tas-Saldu tat-titoli). Iċ-Ċentru tat-Titoli jista' jwettaq biss trasferimenti fil-kontijiet tal-proprjetà tas-sidien tat-titoli. Ikklerjar u saldu parzjali fi flus jgħaddi mill-Kamra tal-Ikklerjar u ts-Saldu - (fejn il-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja huwa azzjonist ewlieni) għal Borża ta' Bratislava, kumpanija b’ishma konġunti, jew minn kont Jumbo għall-RM-System Slovakia.
SI:
Parteċipazzjoni fil-ħruġ tal-bonds tat-Teżor, l-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjonijiet u servizzi ta' konsulenza relatati kif ukoll servizzi finanzjarji awżiljari oħra: Bla restrizzjonijiet.
Subsetturi B.11. u B.12. (forniment u trasferiment ta’ tagħrif finanzjarju, servizzi ta’ konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra, minbarra dawk relatati ma’ parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ bonds tat-Teżor u mal-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjonijiet): L-ebda.
Is-sottosetturi l-oħrajn kollha:
It-twaqqif ta’ kull xorta ta’ bank huwa suġġett għal liċenzja maħruġa mill-Bank tas-Slovenja.
Persuni barranin jistgħu jsiru azzjonisti ta’ banek jew jakkwistaw ishma addizzjonali ta’ banek biss jekk ikollhom l-approvazzjoni minn qabel tal-Bank tas-Slovenja. (Rimarka: din id-dispożizzjoni għandha tiġi abolita kif tiġi adottata l-Liġi ġdida dwar l-Operat Bankarju.)
Skont il-liċenzja maħruġa mill-Bank tas-Slovenja, banek, sussidjarji u fergħat ta’ banek barranin jistgħu jitħallew jipprovdu s-servizzi bankarji kollha jew uħud minnhom, skont l-ammont tal-kapital.
Meta jitqies l-għoti ta' liċenzja lil bank sabiex jitwaqqaf bi sjieda kompleta jew b'maġġoranza ta' investituri barranin jew meta titqies l-approvazzjoni tal-akkwist ta' ishma addizzjonali ta' banek, il-Bank tas-Slovenja għandu jqis il-linji ta' gwida li ġejjin:
l-eżistenza ta' investituri minn pajjiżi differenti; u
l-opinjoni tal-istituzzjoni barranija inkarigata bis-superviżjoni bankarja.
(Rimarka: din id-dispożizzjoni għandha tiġi abolita mal-adozzjoni tal-Liġi l-ġdida dwar l-Operat Bankarju.)
Bla restrizzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' parteċipazzjoni barranija f'banek taħt privatizzazzjoni.
Fergħat ta' banek barranin iridu jkunu inkorporati fir-Repubblika tas-Slovenja u għandu jkollhom personalità ġuridika.
(Rimarka: din id-dispożizzjoni għandha tiġi abolita kif tiġi adottata l-Liġi ġdida dwar l-Operat Bankarju.) Bla restrizzjonijiet fir-rigward tat-tipi kollha ta’ banek tal-ipoteka, istituzzjonijiet tat-tfaddil u tas-self.
Bla restrizzjonijiet rigward it-twaqqif ta’ fondi tal-pensjonijiet privati (fondi ta’ pensjoni mhux obbligatorji).
Kumpaniji ta’ maniġment huma kumpaniji kummerċjali mwaqqfin unikament biex jimmaniġġjaw fondi għall-investiment.
Persuni barranin jistgħu, direttament jew indirettament, jiksbu massimu ta’ 20% tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot ta’ kumpaniji tal-immaniġġjar; għal perċentwal ikbar jeħtieġ li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Aġenzija tas-Suq tat-titoli.
Kumpanija tal-Investiment Awtorizzata (fi privatizzazzjoni) hija kumpanija tal-investiment stabbilita bil-għan uniku li tiġbor ċertifikati (vawċers) tas-sjieda u għax-xiri ta’ ishma maħruġin skont regolamenti li jirregolaw it-trasformazzjoni tas-sjieda. Kumpanija tal-Immaniġġjar Awtorizzata hija mwaqqfa unikament sabiex timmaniġġja l-kumpaniji tal-immaniġġjar awtorizzati.
Persuni barranin jistgħu, direttament jew indirettament, jakkwistaw massimu ta' 10% tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot tal-Kumpanniji tal-Immaniġġjar Awtorizzati (privatizzazzjoni); għal perċentwal ikbar tenħtieġ l-approvazzjoni tal-Aġenzija tas-Suq tat-Titoli bil-kunsens tal-Ministeru tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u l-Iżvilupp.
L-investimenti tal-Fondi tal-Investiment f’titoli maħruġin minn barranin huwa limitat għall-10 % tal-investimenti tal-Fondi tal-Investiment. Dawn it-titoli għandhom ikunu elenkati f’dawk il-Boroż stabbiliti minn qabel mill-Aġenzija tas-Suq tat-Titoli.
Persuni barranin jistgħu jsiru azzjonisti jew soċji f'Kumpanija tas-Senserija tat-Titoli sa 24 % tal-kapital tal-Kumpanija tas-Senserija tat-Titoli permezz ta' approvazzjoni minn qabel tal-Aġenzija tas-Suq tat-Titoli. (Rimarka: din id-dispożizzjoni għandha tiġi abolita kif tiġi adottata l-Liġi ġdida dwar it-Titoli.)
Titoli maħruġin minn barranin li għadhom mhumiex disponibbli fit-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja jistgħu jiġu offruti biss minn Kumpanija tas-Senserija tat-Titoli jew minn bank li għandu liċenzja jwettaq dawn it-tranżazzjonijiet. Qabel ma jniedi l-offerta l-Kumpanija tas-Senserija tat-Titoli jew il-bank għandhom jiksbu l-permess tal-Aġenzija tas-Suq tat-Titoli.
It-talba għal dan il-permess biex jiġu offruti titoli maħruġa minn barranin fir-Repubblika tas-Slovenja għandha tkun akkumpanjata minn abbozz tal-prospett, dokumentazzjoni li turi li l-garanti tal-ħruġ tat-titoli maħruġa minn barranin huwa bank jew kumpanija tas-senserija tat-titoli, ħlief fil-każ ta’ ħruġ ta’ ishma maħruġa minn barranin.
SE: Impriżi li mhumiex inkorporati fl-Iżvezja jistgħu jistabbilixxu preżenza kummerċjali permezz ta' fergħa biss, u fil-każ ta' banek, permezz ukoll ta' uffiċċju rappreżentattiv.
SE: Fundatur ta' kumpanija bankarja għandu jkun persuna fiżika residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew bank barrani. Fundatur ta’ bank tat-tfaddil għandu jkun persuna fiżika residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea.
UK: Sensara bejn in-negozjanti, li huma kategorija ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li jinnegozjaw fid-dejn tal-Gvern, jeħtieġ li jkunu stabbiliti fiż-Żona Ekonomika Ewropea u li jkollhom kapital separat
|