Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0618

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Finlandja - EGF/2017/005 FI/Retail

COM/2017/0618 final

Brussell, 23.10.2017

COM(2017) 618 final

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara
applikazzjoni mill-Finlandja - EGF/2017/005 FI/Retail


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014–2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 1 (ir-“Regolament tal-FEG”).

2.Fit-12 ta' Ġunju 2017, il-Finlandja ppreżentat applikazzjoni EGF/2017/005 FI/Retail għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara sensji 2 fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 47 tan-NACE Reviżjoni 2 (Kummerċ bl-imnut, għajr vetturi bil-mutur u muturi) fir-reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-FI19 - Lansi Suomi, FI1B - Helsinki-Uusimaa, FI1C - Etelä-Suomi u FI1D - Pohjois- ja Itä-Suomi FI1D fil-Finlandja.

3.Wara l-valutazzjoni tagħha ta’ din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li, skont id-dispożizzjonijiet kollha applikabbli tar-Regolament tal-FEG, il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG huma ssodisfati.

SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI

Applikazzjoni tal-FEG

EGF/2017/005 FI/Retail

L-Istat Membru

Il-Finlandja

Reġjun(i) ikkonċernat(i) (il-livell NUTS 2 3 )

Länsi-Suomi (FI19)

Helsinki-Uusimaa (FI1B)

Etelä-Suomi (FI1C)

Pohjois- ja Itä-Suomi (FI1D)

Id-data tat-tressiq tal-applikazzjoni

It-12 ta' Ġunju 2017

Id-data ta’ konferma tal-wasla tal-applikazzjoni

It-12 ta' Ġunju 2017

Id-data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali

Id-19 ta' Ġunju 2017

Id-data ta’ skadenza għall-għoti tal-informazzjoni addizzjonali

Il-31 ta' Lulju 2017

L-iskadenza għat-tlestija tal-valutazzjoni

It-23 ta' Ottubru 2017

Il-kriterju ta’ intervent

L-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament tal-FEG


L-għadd ta’ intrapriżi kkonċernati

3

Is-settur(i) tal-attività ekonomika

(Id-Diviżjoni NACE Reviżjoni 2) 4

Id-Diviżjoni 47 – Kummerċ bl-imnut, għajr vetturi bil-mutur u muturi

Il-perjodu ta' referenza (disa' xhur):

It-3 ta’ Awwissu 2016 – it-3 ta’ Mejju 2017

L-għadd totali ta’ sensji

1 660

L-għadd totali ta' benefiċjarji eliġibbli

1 660

L-għadd totali ta’ benefiċjarji fil-mira

1 500

L-għadd ta’ żgħażagħ fil-mira barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs)

0

Il-baġit għal servizzi personalizzati (EUR)

3 906 600

Il-baġit għall-implimentazzjoni tal-FEG 5 (EUR)

   259 000

Il-baġit totali (EUR)

4 165 600

Il-kontribuzzjoni tal-FEG (60 %) (EUR)

2 499 360

VALUTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONI

Proċedura

4.Fit-12 ta’ Ġunju 2017, il-Finlandja ressqet applikazzjoni EGF/2017/005 FI/Retail fi żmien 12-il ġimgħa mid-data li fiha ġew issodisfati l-kriterji tal-intervent stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-FEG. Il-Kummissjoni kkonfermat il-wasla tal-applikazzjoni fl-istess jum u talbet informazzjoni addizzjonali mingħand il-Finlandja fid-19 ta’ Ġinju 2017. Din l-informazzjoni addizzjonali ngħatat fi żmien sitt ġimgħat mid-data tat-talba. L-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa mill-wasla tal-applikazzjoni sħiħa li fiha l-Kummissjoni jenħtieġ li tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tiskadi fit-23 ta’ Ottubru 2017.

L-eliġibbiltà tal-applikazzjoni

L-intrapriżi u l-benefiċjarji kkonċernati

5.L-applikazzjoni tikkonċerna 1 660 ħaddiem li ngħataw is-sensja fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 47 tal-NACE Reviżjoni 2 - Kummerċ bl-imnut, għajr vetturi bil-mutur u muturi. Is-sensji li ngħataw huma lokalizzati fir-reġjuni tal-livell NUTS 2 ta’ FI19 - Lansi Suomi, FI1B - Helsinki-Uusimaa, FI1C - Etelä-Suomi and FI1D - Pohjois- ja Itä-Suomi FI1D fil-Finlandja.

L-intrapriżi u l-għadd ta’ sensji matul il-perjodu ta’ referenza

Anttila Oy

1 217

Oy Vallila Collection Ab

26

Stockmann Oy

417



L-għadd totali ta’ intrapriżi: 3 6

L-għadd totali ta’ sensji: 

1 660

L-għadd totali ta’ ħaddiema indipendenti li l-attività tagħhom waqfet: 

0

L-għadd totali ta’ ħaddiema eliġibbli u ħaddiema indipendenti:

1 660

Kriterji ta’ intervent

6.Il-Finlandja ressqet l-applikazzjoni skont il-kriterju ta’ intervent tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament tal-FEG, li jeħtieġ mill-inqas 500 sensja fuq perjodu ta’ referenza ta’ disa’ xhur f’intrapriżi li joperaw fl-istess settur ekonomiku definit fil-livell tad-diviżjoni NACE Rev. 2 u li jinsabu f’reġjun wieħed jew f’żewġ reġjuni kontigwi kif definit fil-livell NUTS 2 fi Stat Membru. Fir-reġjun ta' Helsinki-Uusimaa (FI1B) waħdu ngħataw 835 sensja.

7.Il-perjodu ta’ referenza ta’ disa’ xhur tal-applikazzjoni huwa mit-3 ta’ Awwissu 2016 sat-3 ta’ Mejju 2017.

Kalkolu tas-sensji u tal-waqfien tal-attività

8.Is-sensji mogħtija matul il-perjodu ta' referenza ġew ikkalkulati kif ġej:

1 660 mid-data tal-avviż individwali ta’ min iħaddem biex ikeċċi jew iwaqqaf il-kuntratt ta’ impjieg tal-ħaddiem.

Benefiċjarji eliġibbli

9.L-għadd totali ta’ benefiċjarji eliġibbli huwa ta’ 1 660.

Ir-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni

10.Sabiex tiġi stabbilita r-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni, il-Finlandja ssostni li f’dawn l-aħħar snin, in-negozju bl-imnut jinsab għaddej minn perjodu ta’ tibdil kbir minħabba l-globalizzazzjoni (il-kummerċ elettroniku). Tendenzi li qed jinbidlu tad-drawwiet tal-konsumaturi, id-diġitalizzazzjoni u l-kriżi ekonomika għandhom ukoll sehem fil-bidliet.

11.Il-bejgħ online ilu s-snin jikber diġà. Huwa mistenni li sal-2019 13 % tan-negozju bl-imnut globali se jkun online, filwaqt li fl-2014 kien biss 6,3 % 7 . Għall-ewwel il-konsumaturi kienu jużaw il-ħwienet online. Aktar riċenti għandhom tendenza li jużaw il-ħwienet online internazzjonali, ibbażati f’pajjiżi li mhumiex fl-UE.

12.Ix-xiri online għandu impatt kbir fuq il-bejgħ tal-ħwienet kbar konvenzjonali. Il-ħwienet online ewlenin jinsabu fiċ-Ċina, l-Indja u l-Istati Uniti.

13.Fil-Finlandja, il-bejgħ online bl-imnut żdied b’34 % fil-perjodu 2010–2015. Il-Finlandiżi għandhom it-tendenza li jixtru iktar minn ħwienet online barranin milli minn dawk Skandinavi 8 . B’konsegwenza ta’ dan il-bejgħ mill-ħwienet kbar Finlandiżi naqas. Fl-2014, il-bejgħ mill-ħwienet kbar naqas b’4,3 % meta mqabbel mal-2013, filwaqt li fl-2016, it-tnaqqis kien ta’ 2,8 % meta mqabbel mal-bejgħ tal-2015 9 .

14.Hemm ukoll tpartit ewlieni tal-impjiegi fis-settur tal-bejgħ bl-imnut. Filwaqt li impjiegi ta’ rutina, full time jisparixxu, hemm opportunitajiet ġodda, bħal impjiegi part-time, b’ħiliet ġodda bħalma huma ħiliet fl-IT, fil-forecasting, fl-analiżi tad-dejta, il-komunikazzjoni, l-għarfien tal-klijenti u l-loġistika 10 . 43 % tal-istaff fis-settur tal-bejgħ bl-imnut għandhom età ta’ 45 sena u aktar u mingħajr il-ħiliet imsemmija.

15.Sal-lum, id-Diviżjoni 47 tal-NACE Reviżjoni 2 - Kummerċ bl-imnut, għajr vetturi bil-mutur u muturi kien is-suġġett ta’ 8 applikazzjonijiet għall-FEG 11 .

Avvenimenti li wasslu għas-sensji u l-waqfien tal-attività

16.Is-settur tal-bejgħ bl-imnut fil-Finlandja huwa responsabbli għal 7 % tal-impjiegi kollha, imma huwa miftuħ għaż-żgħażagħ, il-ħaddiema part-time b’ħiliet ġodda. Ix-xiri minn ħwienet online minn pajjiżi barra l-UE żdied minn 6 % (2008) għal 19 % (2016) tal-bejgħ kollu. 32 % tax-xiri online huwa minn Stati Membri oħrajn tal-UE u 16 % tal-kummerċ elettroniku huwa minn pajjiżi li mhumiex fl-UE. 23 % tal-kummerċ internazzjonali Finlandiż elettroniku huwa miċ-Ċina 12 .

17.Ix-xejra hija simili f’pajjiżi oħra tal-UE; ix-xiri online minn dawk li mhumiex membri tal-UE żdied minn 13 % għal 20 % tax-xiri online kollu internazzjonali fil-perjodi 2012-2016 (sors: EUROSTAT).

18.Anttila Oy kienet kumpanija tal-bejgħ bl-imnut, li nħolqot fl-1952 bħala kumpanija ta’ bejgħ bil-korrispondenza. Din kienet tiffoka prinċipalment fuq tagħmir elettroniku għall-konsumatur, ħwejjeġ u affarijiet għall-użu domestiku. Il-ħwienet il-kbar ta’ Anttila jinsabu fi 23 lokalità.

19.Għal numru ta’ snin, Anttila kienet qiegħda tagħmel it-telf, prinċipalment minħabba t-tnaqqis fin-negozju fil-ħwienet il-kbar kollha. Il-kumpanija ppruvat tirrestawra l-profittabilità tagħha. Ġiet rikapitalizzata u s-sid inbidel. Anttila wkoll naqset l-istaff tagħha (2015) 13 .

20.Minkejja l-isforzi kollha, il-likwidità u l-profittabilità tal-kumpanija baqgħu jonqsu, prinċipalment minħabba l-kummerċ elettroniku internazzjonali. Il-kumpanija kienet qed tfittex riżorsi finanzjarji esterni, iżda ma kellhiex suċċess 14 .

21.L-għadd ta’ klijenti fil-ħwienet il-kbar ta’ Anttila naqsu kull sena b’10-20 %. Il-bejgħ tal-mużika, il-films, il-logħob u l-apparat domestiku fil-ħwienet il-kbar ta’ Anttila naqas f’daqqa minħabba d-diġitalizzazzjoni u l-kummerċ elettroniku 15 .

22.Fl-2016, din kellha tiddikjara falliment. Avviż ta’ tmiem ta’ impjieg ingħata lil kull wieħed mill-1 222 impjegat. Fil-bidu tal-2017 Anttila għalqet għalkollox. Il-persunal f’Oy Valilla, sussidjarja ta’ Anttila, tilfu wkoll l-impjieg tagħhom.

23.Ir-riċessjoni fil-Finlandja kellha wkoll impatt fuq il-bejgħ ta’ Anttila 16 . L-istaff ta’ Anttila kien jaħdem ġimgħa ta’ 30-35 siegħa. Il-postijiet vakanti attwali huma ta’ 12-il siegħa/ġimgħa.

24.Stockmann hija katina ta’ ħwienet kbar tradizzjonali Finlandiżi, magħrufa bħala bejjiegħa ta’ prodotti ta’ kwalità għolja, b’valur miżjud. Stockmann iffaċċjat problemi simili għal dawk ta’ Anttila, iżda sa ċertu punt 17 .

25.Stockmann bdiet ittejjeb il-pożizzjoni finanzjarja u fis-suq tagħha fl-2015. Fl-2017 hija għalqet il-ħanut tagħha f’Oulu. Attwalment għad baqagħlha 6 ħwienet kbar. Il-problemi ta’ Stockmann huma parzjalment marbuta mal-kummerċ elettroniku, mal-bidla fid-drawwiet t tax-xiri, u l-fiduċja dgħajfa tal-konsumaturi fl-ekonomija 18 .

26.L-għadd ta’ klijenti fil-ħwienet kbar ta’ Stockmann naqsu b’aktar minn 40 % bejn l-2012 u l-2016. Fl-istess perjodu, id-dħul mill-bejgħ naqas bi 38 %. Il-marġni operazzjonali sar negattiv 19 .

L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali u l-impjiegi

27.L-erba’ reġjuni NUTS-2 kollha tal-Finlandja ġew affettwati. L-ikbar impatt kien f’Helsinki-Uusimaa (fejn intilfu 835 impjieg). Fil-Finlandja, kien hemm 317 251 persuna qiegħda li qed ifittxu impjieg f’Marzu 2017. Dan ifisser 10,3 % tal-forza tax-xogħol. 38 % kellhom 50 sena jew aktar 20 . Kien hemm 6 persuni qiegħda għal kull post tax-xogħol battal. 4 % tan-nies qiegħda kollha kienu min-negozju 21 .

Länsi-Suomi

28.Fiż-żona ta’ Pirkanmaa 22 , il-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa jirrappreżenta sehem sinifikanti tal-fatturat tas-setturi kollha, madwar 30 %. L-ekonomija tar-reġjun qed tirkupra bil-mod bis-saħħa tal-industrija tal-esportazzjoni u l-bini.

29.F’Marzu 2017, in-numru ta’ persuni qiegħda reġistrati fiċ-Ċentru għall-Iżvilupp Ekonomiku, it-Trasport u l-Ambjent ta’ Pirkanmaa, (iċ-Ċentru ELY) kien ta’ 31 577. Dan ifisser 12,9 % tal-forza tax-xogħol, ogħla mill-medja nazzjonali 23 .

30.Il-katina ta’ ħwienet ta’ Anttila kienet impjegatur sinifikanti fir-reġjun. Is-sejbien ta’ impjieg ġdid kien l-aktar wieħed diffiċli għall-persuni li għandhom età ta’ 50 sena u aktar.

Helsinki-Uusimaa

31.Fl-aħħar ta’ Marzu 2017, l-għadd ta’ persuni qiegħda li qed ifittxu xogħol fir-reġjun ta’ Uusimaa kien ta’ 86 659 u persuni qiegħda li qed ifittxu xogħol kienu jammontaw għal 10,3 % tal-forza tax-xogħol.

32.F’Marzu 2017, in-numru tal-persuni bla xogħol għal żmien twil kien ta’ 34 942. Persuni li għandhom 50 sena jew aktar kienu jammontaw għal 36 % ta’ dawk qiegħda u li qed ifittxu impjieg 24 .

Etelä-Suomi

33.Anttila kienet impjegatur ewlieni fis-settur tal-bejgħ bl-imnut fil-belt ta’ Turku. Bl-għeluq ta’ Anttila għadd konsiderevoli ta’ impjiegi ntilfu.

34.Dan hu reġjun b’rata ta’ qgħad ta’ 11,6 %. Il-kumpaniji jimpjegaw ħaddiema żgħażagħ għal xogħol part-time. Bosta persuni qiegħda qabżu l-età ta’ 50 sena 25 .

35.Lejn l-aħħar tar-rebbiegħa tal-2017, il-qgħad reġjonali fiż-żona tal-Lbiċ kien ta’ madwar 26 224 persuna. Dan ifisser 11,6 % tal-forza tax-xogħol. Minbarra dan, 10 600 ruħ oħra kienu involuti f’servizzi ta’ promozzjoni tal-impjiegi 26 .

Pohjois-ja Itä-Suomi

36.Stockmann u Anttila kienu impjegaturi sinifikanti fis-settur tal-bejgħ bl-imnut fiż-żona ta’ Oulu. Il-waqfien tal-attivitajiet ta’ negozju tagħhom fil-belt wasslet għal għadd konsiderevoli ta’ sensji, bosta minn dawk affettwati kienu minn gruppi ta’ etajiet akbar.

37.Il-qgħad fiż-żona ta’ Oulu għadu għoli; f’Marzu 2017 kien hemm 25 928 persuna qiegħda. Barra minn hekk, l-Uffiċċji għall-Iżvilupp Ekonomiku u tal-Impjiegi (Uffiċċji TE). (l-Uffiċċji TE) kellhom madwar 9 650 persuna fis-servizzi għall-promozzjoni tal-impjiegi 27 .

Benefiċjarji fil-mira u azzjonijiet proposti

Benefiċjarji fil-mira

38.L-għadd stmat ta’ ħaddiema ssensjati li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri huwa ta’ 1 500. It-tqassim ta' dawn il-ħaddiema skont is-sess, iċ-ċittadinanza u l-grupp ta’ età huwa kif ġej:

Il-kategorija

L-għadd ta'
benefiċjarji fil-mira

Sess:

Irġiel:

355

(23,7 %)

Nisa:

1 145

(76,3 %)

Ċittadinanza:

Ċittadini tal-UE:

1 495

(99,7 %)

ċittadini mhux tal-UE:

5

(0,3 %)

Il-grupp ta’ età:

15-24 sena:

103

(6,9 %)

25-29 sena:

144

(9,6 %)

30-54 sena:

985

(65,7 %)

55-64 sena:

263

(17,5 %)

iktar minn 64 sena:

5

(0,3 %)

L-eliġibbiltà tal-azzjonijiet proposti

39.Is-servizzi personalizzati li jridu jiġu pprovduti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja jikkonsistu mill-azzjonijiet li ġejjin:

Il-miżuri ta’ kowċing u miżuri oħrajn preparatorji: din il-miżura tinkludi taħriġ dwar tiftix ta’ impjieg, l-iżvilupp tal-awtokunfidenza u l-aġġornament tal-ħiliet għat-tiftix ta’ impjieg. Dan jinkludi wkoll taħriġ fuq il-post tax-xogħol fuq bażi individwali.

Impjiegi u miżuri oħra ta’ negozju: din il-miżura qiegħda biex tipprovdi servizzi ta’ informazzjoni, ta’ pariri u ta’ esperti għall-ippjanar tal-impjieg mill-ġdid tal-benefiċjarji permezz ta’ servizzi onlajn, gwida vokazzjonali u ta’ tfittix ta’ impjieg, l-offerti ta’ impjieg, immappjar tal-kompetenzi, evalwazzjonijiet tal-abbiltà tax-xogħol u provi.

Korsijiet ta' taħriġ din il-miżura qiegħda biex tipprovdi korsijiet ta’ taħriġ vokazzjonali, taħriġ kontinwu, taħriġ fil-bidla u taħriġ mill-ġdid. Din tinkludi wkoll korsijiet ta’ taħriġ bħala appoġġ lill-intraprenditorija. Il-korsijiet ser ikunu adattati skont il-grupp fil-mira.

Għotja biex jinbeda negozju: l-għan tal-għotjiet huwa li jippromwovi l-ħolqien ta’ attivitajiet tan-negozju u l-impjieg ta’ persuni individwali. L-għotja biex jinbeda negozju tgħin biex jitnieda u jiġi stabbilit negozju full-time gradwalment. Din ser tingħata sa massimu ta’ 12-il xahar. Taħriġ u kkowċjar huma huma marbuta wkoll mal-għotja.

Proġetti pilota ta’ pariri dwar il-karriera: għal benefiċjarji li huma 'l fuq minn 50 sena, il-proġett pilota se jħares lejn kwistjonijiet fiżiċi jew mentali u kwistjonijiet oħra li jistgħu jkunu ta’ impediment għal impjieg ieħor. Barra minn hekk, xi wħud mill-benefiċjarji jistgħu jeħtieġu gwida intensiva.

Paga ssussidjata: dan is-sussidju se jkun disponibbli biex jappoġġa t-tħaddim f’impjieg ġdid billi jitnaqqsu l-ispejjeż tas-salarji. Is-sussidju tal-paga se jkun 30-50 fil-mija tal-ispejjeż tal-pagi u mħallsa lill-impjegatur. It-tul tas-sussidju huwa ta’ bejn sitt xhur u 18-il xahar, skont it-tul tal-perjodu tal-qgħad.

Allowances għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni: tista’ tingħata lil min qiegħed ifittex impjieg għal spejjeż ta’ vjaġġar u spejjeż ta’ akkomodazzjoni mġarrba matul it-tfittxija tal-impjieg jew matul it-taħriġ, bħl-għan li tippromwovi tal-impjieg.

40.L-azzjonijiet proposti deskritti hawnhekk jikkostitwixxu miżuri attivi tas-suq tax-xogħol fil-qafas tal-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG. Dawn l-azzjonijiet ma jissostitwixxux miżuri passivi ta’ protezzjoni soċjali.

41.Il-Finlandja pprovdiet l-informazzjoni meħtieġa dwar azzjonijiet li huma obbligatorji għall-intrapriża kkonċernata permezz tal-liġi nazzjonali jew skont il-ftehimiet kollettivi. Huma kkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhijiex se tieħu post dawn l-azzjonijiet.

Baġit stmat

42.L-ispejjeż totali stmati huma ta' EUR 4 165 600, li jinkludu nefqa ta' EUR 3 906 600 għal servizzi personalizzati u nefqa ta' EUR 259 000 għal attivitajiet preparatorji, ta' ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar.

43.Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mitluba mill-FEG hija ta’ EUR 2 499 360 (60 % tal-ispejjeż totali).



Azzjonijiet

L-għadd stmat ta’ parteċipanti

L-ispiża stmata għal kull parteċipant
(f’EUR)

L-ispejjeż totali stmati

(f’EUR)

Servizzi personalizzati (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament tal-FEG)

Miżuri ta’ kkowċjar u miżuri preparatorji oħrajn (Valmennukset ja muut valmentavat toimenpiteet )

315

1 200

378 000

Is-servizzi ta’ impjieg u tan-negozju (Työllisyys- ja yrityspalvelut)

500

60

30 000

It-taħriġ (Koulutus)

235

5 000

1 175 000

L-għotja għal negozju ġdid (Starttiraha)

18

9 000

162 000

Proġetti pilota ta’ pariri dwar il-karriera (Uravalmennuspilotti)

 

260

5 000

1 300 000

Is-subtotal (a):

Il-perċentwal tal-pakkett ta' servizzi personalizzati

3 045 000

(77,95 %)

L-allowances u l-inċentivi (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG)

Sussidju tal-pagi

200

4 200

840 000

Allowances għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni

180

120

21 600

Is-subtotal (b):

Il-perċentwal tal-pakkett ta' servizzi personalizzati:

861 600

(22,05 %)

L-azzjonijiet skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-FEG

1. L-attivitajiet ta' tħejjija

4 000

2. Ġestjoni

150 000

3. L-informazzjoni u l-pubbliċità

25 000

4. Il-kontroll u r-rapportar

80 000

Is-subtotal (c):

Il-perċentwal tal-ispejjeż totali:

259 000

(6,22 %)

L-ispejjeż totali (a + b + c):

4 165 600

Il-kontribuzzjoni tal-FEG (60 % tal-ispejjeż totali)

2 499 360

44.L-ispejjeż tal-azzjonijiet identifikati fit-tabella ta' hawn fuq bħala azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar il-FEG ma jaqbżux il-35 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati. Il-Finlandja kkonfermat li dawn l-azzjonijiet jiddependu fuq il-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet ta’ tiftix ta’ impjieg jew ta’ taħriġ.

45.Il-Finlandja kkonfermat li l-ispejjeż tal-investimenti għall-ħaddiema indipendenti, il-ftuħ ta’ negozji u l-akkwiżizzjonijiet minn impjegati mhux se jaqbżu l-EUR 15 000 għal kull benefiċjarju.

Perjodu ta' eliġibbiltà tan-nefqa

46.Il-Finlandja bdiet tipprovdi s-servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fit-3 ta’ Awwissu 2016. Għalhekk, in-nefqa fuq l-azzjonijiet se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mit-3 ta’ Awwissu 2016 sat-12 ta’ Ġunju 2019.

47.Il-Finlandja bdiet iġġarrab in-nefqa amministrattiva sabiex timplimenta l-FEG fit-3 ta’ Awwissu 2016. Għalhekk, in-nefqa għall-attivitajiet ta' tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità kif ukoll dawk ta' kontroll u rapportar għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mit-3 ta’ Awwissu 2016 sat-12 ta’ Diċembru 2019.

Kumplimentarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati minn fondi nazzjonali jew tal-Unjoni

48.Is-sors ta’ prefinanzjament nazzjonali jew kofinanzjament huwa l-punt tas-servizzi tal-impjieg pubbliku fil-fergħa amministrattiva tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u x-Xogħol (MEAE). Xi servizzi se jkunu ffinanzjati wkoll mill-ispejjeż operattivi taċ-Ċentri ELY u mill-Uffiċċji Uffiċċji TE. Karigi ta’ appoġġ tekniku se jiġu ffinanzjati min-nefqa operattiva taċ-Ċentri MEAE u Ely. Se jsir ukoll sforz biex jingħata finanzjament nazzjonali minn qabel għall-azzjonijiet u l-kompiti kollha.

49.Il-Finlandja kkonfermat li l-miżuri deskritti hawn fuq li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhux se jirċievu wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji minn strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni.

Proċeduri għall-konsultazzjoni tal-benefiċjarji fil-mira jew ir-rappreżentanti tagħhom jew is-sħab soċjali kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali

50.Il-Finlandja indikat li l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati tfassal f’konsultazzjoni mar-rappreżentanti taċ-Ċentri ELY ta’ Uusimaa, Pirkanmaa, Pohjois-Pohjanmaa, Varsinais-Suomi u l-uffiċċju tat-TE ta’ Uusimaa. Ir-rappreżentanti ta’ Anttila u tat-trade unions u (PAM: Service Unions United) ġew inklużi wkoll.

51.L-MEAE stabbilixxa grupp ta’ ħidma, li jinkludi dawk l-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha msemmija hawn fuq, ir-rappreżentanti ta’ Anttila u tal-PAM. Il-grupp ta’ ħidma jindirizza s-sensji fis-settur tal-bejgħ bl-imnut u pparteċipa fil-preparazzjoni tal-applikazzjoni tal-FEG.

Sistemi ta' ġestjoni u kontroll

52.L-applikazzjoni tinkludi deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll li tispeċifika r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti.

Il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestita mill-MEAE, li taġixxi bħala awtorità ta’ ġestjoni u ċertifikazzjoni għall-FEG u bħala korp intermedjarju għat-tqassim tal-fondi tal-FEG. Il-funzjonijiet ta’ ġestjoni għall-FEG ġew assenjati lid-Dipartiment tal-Impjiegi u l-Intraprenditorija. 

Il-funzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni huma fi ħdan l-Unità tar-Riżorsi Umani u tal-Amministrazzjoni. Il-ħlasijiet lill-benefiċjarji jsiru permezz taċ-Ċentri reġjunali ELY u l-Uffiċċji TE.

Fir-rigward tal-verifika, il-korp responsabbli huwa l-Unità tal-Verifika Interna indipendenti, li jopera taħt is-Segretarju Permanenti tal-MEAE.

Impenji pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat

53.Il-Finlandja pprovdiet l-assigurazzjonijiet meħtieġa kollha rigward dawn li ġejjin:

il-prinċipji tal-ugwaljanza tat-trattament u ta' nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fil-kuntest tal-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom,

ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar is-sensji kollettivi ġew issodisfati,

l-intrapriżi li taw is-sensji, li komplew bl-attivitajiet tagħhom wara s-sensji, ikkonformaw mal-obbligi legali tagħhom li jikkontrollaw is-sensji u pprovdew għall-ħaddiema tagħhom kif xieraq,

l-azzjonijiet proposti mhumiex se jirċievu għajnuna finanzjarja minn fondi oħrajn jew minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat,

l-azzjonijiet proposti se jikkumplimentaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali,

il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se tkun konformi mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Proposta baġitarja

54.Il-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 28 .

55.Wara li eżaminat l-applikazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-FEG, u b'kont meħud tal-għadd ta' benefiċjarji fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-ispejjeż stmati, il-Kummissjoni qed tipproponi li timmobilizza l-FEG għall-ammont ta' EUR 2 499 360, li jirrappreżenta 60 % tal-ispejjeż totali tal-azzjonijiet proposti, sabiex tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni.

56.Id-deċiżjoni proposta għall-mobilizzazzjoni tal-FEG se tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, kif stabbilit fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 29 .

Atti relatati

57.Fl-istess waqt li tippreżenta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment tal-ammont ta' EUR 2 499 360 għall-intestatura baġitarja rilevanti.

58.Fl-istess waqt li se tadotta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li se jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara
applikazzjoni mill-Finlandja - EGF/2017/005
 FI/Retail

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 30 , u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 31 , u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u fil-każ ta' persuni indipendenti meta l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u biex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 32 .

(3)Fit-12 ta’ Ġunju 2017, il-Finlandja ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta’ sensji fis-settur ekonomiku kklassifikat fid-Diviżjoni 47 -Kummerċ bl-imnut, għajr vetturi bil-mutur u muturi tal-Klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (“NACE”) Reviżjoni 2 fir-reġjuni tal-livell 2 tan-Nomenklatura tal-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (“NUTS”) 33 ta' FI19 - Lansi Suomi, FI1B - Helsinki-Uusimaa, FI1C - Etelä-Suomi and FI1D - Pohjois- ja Itä-Suomi FI1D fil-Finlandja. Din ġiet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali pprovduta skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)Għaldaqstant, il-FEG jenħtieġ li jiġi mmobilizzat sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 2 499 360 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja.

(5)Biex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 2 499 360 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.  

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hija għandha tapplika minn [the date of its adoption]*.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) Skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-FEG.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1046/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fejn tidħol it-trażmissjoni tas-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 34).
(4) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.
(5) Skont ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.
(6) Is-sensji seħħew f’żewġ katini ta’ ħwienet kbar (Anttila u Stockman) u f’sussidjarja (Vallila). Anttila u Vallila għalqu kompletament.
(7) http://www.emarketer.com/public_media/docs/....2016_Worldwide_ECommerce_Report.pdf
(8) http://kauppa.fi/eng/press_releases/e_commerce_of_goods_increasing_despite_recession_24804 http://www.postnord.fi/globalassets/suomi/tutkimukset/e-commerce-in-nordics-2017_eng_low.pdf ,
(9) http://tilastokeskus.fi/til/klv/2016/12/klv_2016_12_2017-02-15_tie_002_en.html http://tilastokeskus.fi/til/klv/2014/12/klv_2014_12_2015-02-12_tie_002_en.html ,
(10)

    http://www.stat.fi/til/tyti/2016/13/tyti_2016_13_2017-04-12_kat_002_en.html

(11) EGF/2010/010 CZ/Unilever, EGF/2010/016_ES/Aragon retail, EGF/2011/004 EL/ALDI Hellas, EGF/2014/009 EL/Sprider Stores, EGF/2014/013 EL/Odyssefs Fokas, EGF/2015/011 GR/Supermarket Larissa, EGF/2016/005 NL/Drenthe Overijssel Retail, EGF/2017/003 GR/Attica retail
(12) http://www.postnord.com/en/media/publications/
(13)

    http://www.helsinkitimes.fi/business/14110-anttila-declares-bankruptcy.html

(14)

    https://www.statista.com/statistics/243872/number-of-employees-in-the-e-commerce-segment-in-china

(15)

    http://www.ifpi.org/downloads/GMR2016.pdf

(16)

    http://www.reuters.com/article/stockmann-seppala-idUSL6N0VC0NQ20150202

(17)

    https://ek.fi/wp-content/uploads/Luottamusindikaattori1412eng.pdf

(18)

    http://tilastokeskus.fi/til/kbar/2016/07/kbar_2016_07_2016-07-27_tie_001_en.html

(19)

    https://fashionunited.uk/news/retail/a-challenging-turnaround-ahead-for-the-owner-of-lindex/2015062216813

(20)

    https://julkaisut.valtioneuvosto.fi/handle/10024/79319

https://julkaisut.valtioneuvosto.fi/handle/10024/79798

(21)

    https://www.ammattibarometri.fi

(22) “Żoni” fl-Artikoli 28-30 u 33-38 tfisser ir-reġjuni tal-livell NUTS 3.
(23)

    https://julkaisut.valtioneuvosto.fi/handle/10024/79319

(24)

    https://julkaisut.valtioneuvosto.fi/handle/10024/79798

(25)

    https://www.ammattibarometri.fi

(26)

    https://julkaisut.valtioneuvosto.fi/handle/10024/79319

(27)

    https://julkaisut.valtioneuvosto.fi/handle/10024/79319

(28) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(29) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(30) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(31) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(32) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(33) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1046/2012 tat- 8 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fejn tidħol it-trażmissjoni tas-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 34).
Top