IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.9.2017
COM(2017) 559 final
2017/0242(COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georġia
{SWD(2017) 321 final}
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017PC0559
Proposal for a DECISION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL providing further macro-financial assistance to Georgia
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georġia
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georġia
COM/2017/0559 final - 2017/0242 (COD)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.9.2017
COM(2017) 559 final
2017/0242(COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georġia
{SWD(2017) 321 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha
Il-Georgia qed tkompli taffaċċja ambjent estern dgħajjef, li permezz ta’ esportazzjonijiet u rimessi mnaqqsa kkontribwixxa għal tkabbir tal-PDG relattivament baxx stmat ta' 2.7 % fl-2016 (meta mqabbel ma' 2.9 % fl-2015 u 4.6 % fl-2014). It-tkabbir tal-PDG huwa proġettat li jiżdied gradwalment għal 3.5 % fl-2017, appoġġat mill-konsum u l-investiment. It-tkabbir reġjonali u globali wkoll mistenni jitjieb fl-2017, iżda se jibqa' soġġett għar-riskji negattivi tal-instabbiltà ġeopolitika, protezzjoniżmu u volatilità fis-swieq finanzjarji.
Id-defiċit fiskali tal-Georgia għadu sinifikanti (4.1 % tal-PDG kemm fl-2016 kif ukoll, kif mistenni mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), fl-2017). Il-proporzjon tad-dejn pubbliku għall-PDG żdied minn 35.6 % fl-2014 għal 44.6 % fl-2016, primarjament minħabba l-fatt li madwar 80 % tad-dejn pubbliku huwa denominat f'munita barranija, u l-munita nazzjonali (il-lari tal-Georgia, GEL) deprezzat b'mod sinifikanti matul dak il-perjodu. Barra minn hekk, il-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti tal-Georgia għadha vulnerabbli minħabba defiċit kbir ħafna fil-kont kurrenti (12.4 % tal-PDG fl-2016) u dejn estern għoli (111.8 % tal-PDG fl-2016). Ir-riżervi tal-iskambju barrani tal-Georgia kienu b'mod wiesa' stabbli f'termini assoluti sa mill-2011, b'total ta' USD 2.8 biljun fl-aħħar tal-2016, iżda l-ħtiġijiet ta' riżerva qed jiżdiedu skont il-metrika komposta tal-FMI. Għaldaqstant, attwalment ir-riżervi qegħdin taħt il-livell stmat mill-FMI bħala adegwat. Il-Georgia tkompli wkoll tadatta għar-rekwiżiti taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) mal-UE, li, flimkien ma' opportunitajiet, jinvolvu wkoll kostijiet ta' aġġustament.
F'dan il-kuntest, fit-12 ta' April 2017, il-Georgia u l-FMI laħqu ftehim dwar arranġament estiż ta' tliet snin (2017-2020) skont il-Faċilità ta' Fond Estiża (Exteded Fund Facility - EFF). L-EFF tirrappreżenta 100 % tal-kwota tal-Georgia fil-Fond (SDR 210.4 miljuni, jew madwar USD 285 miljun). L-għan tal-programm tal-EFF huwa li jappoġġa programm ta' riforma ekonomika li se jgħin lill-Georgia tnaqqas il-vulnerabbiltajiet ekonomiċi, u tippromwovi tkabbir ekonomiku akbar u aktar inklużiv.
Il-gvern tal-Georgia talab ukoll Assistenza Mikrofinanzjarja (AMF) mill-UE fis-16 ta' Ġunju 2017. Fid-dawl ta' din it-talba u s-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiż, il-Kummissjoni qed tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, proposta għal AMF lill-Georgia, abbażi tal-Artikolu 212(2) tat-TFUE. Il-proposta hija għal ammont sa EUR 45 miljun li minnhom EUR 35 miljun huma fil-forma ta' self u EUR 10 miljun jingħataw bħala għotjiet.
L-operazzjoni ġdida proposta ta' AMF hija t-tielet waħda wara l-kunflitt militari tal-Georgia mar-Russja f'Awwissu tal-2008. F'Ottubru tal-2008, l-UE wegħdet żewġ operazzjonijiet ta' AMF ta' EUR 46 miljun kull wieħed fil-Konferenza tad-Donaturi Internazzjonali fi Brussell. L-ewwel waħda minn dawn l-operazzjonijiet (EUR 46 miljun, kompletament fil-forma ta' għotjiet) ġiet implimentata fl-2009-2010 u t-tieni waħda (għal darb'oħra EUR 46 miljun, nofsha f'għotjiet u nofsha f'self) fl-2015-2017. L-aħħar ħlas parzjali tal-operazzjoni tal-2015-2017 ġie żborżat f'Mejju tal-2017.
L-AMF ġdida proposta se tgħin lill-Georgia tkopri parti mill-ħtiġijiet ta’ finanzjament esterni tagħha għall-perjodu tal-2017-2020, stmati għal madwar USD 752 miljun (EUR 671 miljun) 1 . L-operazzjoni se tnaqqas il-bilanċ tal-pagamenti fuq terminu qasir tal-ekonomija u l-vulnerabbiltajiet fiskali. Hija se titfassal u tkun implimentata f’koordinazzjoni mal-programmi ta' aġġustament u ta’ riforma li l-Georgia qablet fuqhom mal-FMI u mal-Bank Dinji, kif ukoll mar-riformi miftiehma skont l-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju tal-UE u d-DCFTA.
Kif elaborat ulterjorment fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja din il-proposta, il-Kummissjoni tqis, fuq il-bażi wkoll tal-valutazzjoni tal-qagħda politika magħmula mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), li l-prerekwiżiti politiċi u ekonomiċi għal operazzjoni tal-AMF proposta huma ssodisfati.
•Kuntest Ġenerali
Il-ħarsa ġenerali makroekonomika għall-Georgia għadha vulnerabbli. Il-konsolidazzjoni fiskali li għadha għaddejja tista' ddgħajjef id-domanda domestika u tnaqqas it-tkabbir ekonomiku fil-Georgia. Barra minn hekk, l-ekonomija tal-Georgia qed taffaċċja riskji usa' minħabba perspettiva ekonomika reġjonali u globali inċerta, żbilanċi esterni (b'mod partikolari, defiċit fil-kont kurrenti kbir u li għadu qed jiżdied u dejn estern sinifikanti) kif ukoll riżervi internazzjonali li huma taħt il-livell xieraq.
It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fir-reġjun u l-fatt li l-muniti ta' sħab tan-negozjar ewlenin kellhom deprezzament sinifikanti sa mill-aħħar tal-2014 ħolqu piż fuq l-esportazzjonijiet u r-rimessi tal-Georgia. Dan ikkontribwixxa għal deċellerazzjoni tat-tkabbir ekonomiku għal 2.7 % fl-2016, minn 2.9 % fl-2015 u 4.6 % fl-2014. It-tkabbir tal-Georgia fl-2016 kien primarjament xprunat mill-investiment, filwaqt li l-konsum privat baqa' baxx, b'hekk jirrifletti t-tnaqqis fid-dħul disponibbli kkawżat miż-żieda fil-valur tal-munita domestika tal-obbligi ta' pagament mill-ġdid tal-unitajiet domestiċi fuq is-self denominat bid-dollaru Amerikan f'kuntest ta' deprezzament sinifikanti tal-lari. It-tkabbir tal-PDG huwa proġettat li jiżdied b'mod gradwali, għal 3.5 % fl-2017, appoġġat mill-konsum u l-investiment, u għal 5.0 % fl-2020 (it-tmiem tal-arranġament li ġie miftiehem reċentement mal-FMI).
Ir-rata tal-kambju (USD/GEL medja tal-perjodu) iċċaqalqet minn 1.77 fl-2014 għal 2.27 fl-2016, jiġifieri deprezzament ta' 22 % tal-lari tal-Georgia. L-effetti ta' din il-volatilità huma amplifikati mid-dollarizzazzjoni tal-ekonomija tal-Georgia li għadha għolja, fejn 70 % tad-depożiti u 65 % tas-self kienu denominati f'dollari Amerikani fl-2016.
Għalkemm ir-rata tal-qgħad fil-Georgia (11.8 % fl-aħħar tal-2016) ilha f'xejra ta' tnaqqis sa mill-2009 (16.9 %), din tibqa' sfida importanti. Filwaqt li f'setturi ġodda tat-tkabbir inħolqu opportunitajiet ta' xogħol, speċjalment fit-turiżmu u f'servizzi oħrajn, rata għolja ta' qgħad tippersisti minħabba sfidi assoċjati ma' spariġġ fil-ħiliet u disparitajiet reġjonali kbar. Il-Georgia wkoll ma għandhiex skema ta' benefiċċju kontra l-qgħad.
F'termini tas-settur estern, id-defiċit fil-kont kurrenti tal-Georgia kompla jiddeterjora fl-2016 għal 12.4 % tal-PDG (minn 12.0 % tal-PDG fl-2015 u 10.6 % fl-2014) u, kif innotat, jibqa' sors maġġuri ta' vulnerabbiltà. Id-defiċit fil-kont kurrenti kiber fl-2014-2016, minkejja t-tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku, peress li d-dgħjufija tal-esportazzjonijiet aktar minn ikkumpensat għad-domanda domestika dgħajfa għall-importazzjonijiet, li wassal għal aktar negozjar fid-defiċit tal-oġġetti. Id-defiċit fil-kont kurrenti mistenni jmur aktar għall-agħar għal 12.9 % fl-2017, qabel ma jonqos b'mod modest għal 11 % fl-2020, skont il-projezzjonijiet tal-programm tal-FMI. Id-defiċit kbir fil-kont kurrenti huwa primarjament xprunat mid-defiċit fin-negozjar ta' oġġetti li ssir tpaċija tiegħu parzjalment biss min-negozjar fis-surplus u fl-introjtu tas-servizzi u fit-trasferimenti minn pajjiżi barranin, inklużi rimessi.
Għalkemm id-defiċit fil-kont kurrenti ġie primarjament iffinanzjat minn influssi ta' investiment dirett barrani, dan tal-aħħar mistenni jonqos xi ftit minn 11 % tal-PDG fl-2016 għal 10.3 % tal-PDG fl-2017 u jibqa' f'livell simili sal-2020. Barra minn hekk, influssi finanzjarji li joħolqu d-dejn ukoll ikkontribwixxew għall-finanzjament tad-defiċit fil-kont kurrenti. Għalhekk, id-dejn estern tal-Georgia, li kien ta' madwar 80 % tal-PDG fl-2008-2014, żdied b'mod sinifikanti fis-snin ta' wara għal 111.8 % tal-PDG fit-tmiem tal-2016. Id-dejn estern huwa proġettat li jiżdied aktar, għal 120.2 % fl-2020. Peress li l-biċċa l-kbira tad-dejn estern huwa denominat fid-dollaru Amerikan, id-deprezzament tal-lari kellu rwol importanti f'din iż-żieda.
Il-Bank Nazzjonali tal-Georgia (National Bank of Georgia - NBG) b'mod ġenerali naqas milli jagħmel interventi kbar fis-suq tal-muniti barranin u ppermetta d-deprezzament tal-lari. Dan ippermetta li b'mod ġenerali, ir-riżervi gross internazzjonali jibqgħu stabbli, b'total ta' USD 2.7 biljuni fl-aħħar ta' Frar tal-2017 (madwar 3 xhur tal-importazzjonijiet tas-sena li ġejja). Il-programm tal-FMI li ntlaħaq ftehim dwaru reċentement jimmira żieda ta' 54 % f'riżervi, minn USD 2.8 biljun fl-aħħar tal-2016 għal USD 4.2 biljun fl-2020 (madwar 4 xhur ta' kopertura tal-importazzjoni).
L-inflazzjoni tal-medja tal-perjodu (indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur, CPI) naqset għal 2.1 % fl-2016, meta mqabbla ma' 4.0 % fl-2015. Huwa proġettat li s-CPI jiżdied għal 5.7 % fl-2017, f'konformità maż-żieda fid-dazji tas-sisa li daħlu fis-seħħ f'Jannar tal-2017, iżda għandu jonqos għal 3.0 % fl-2018 u jibqa' f'livell simili fl-2019 u fl-2020.
Wara perjodu twil ta' konsolidazzjoni fiskali sa mill-2009, id-defiċit fiskali tal-gvern ġenerali beda jikber fl-2015 (3.8 % tal-PDG), parzjalment riżultat ta' żieda fl-infiq soċjali mmirat biex jindirizza l-livelli għoljin ta' faqaru inugwaljanza tal-pajjiż, iżda wkoll b'riflessjoni tal-impatt negattiv tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fuq id-dħul mit-taxxa. Il-pożizzjoni baġitarja kompliet tiddeterjora fl-2016, bid-defiċit tal-gvern stmat mill-FMI bħala 4.1 % tal-PDG, riżultat kemm ta' dħul anqas milli mistenni kif ukoll żidiet fl-infiq qabel l-elezzjonijiet parlamentari ta' Ottubru (primarjament fid-difiża, it-trasport pubbliku, l-infrastruttura u l-kura tas-saħħa). Id-defiċit fiskali (li kien proġettat li jiżdied aktar, għal madwar 6 % tal-PDG din is-sena, qabel ma ntlaħaq ftehim dwar il-programm ġdid tal-FMI) issa huwa previst li jibqa' fl-istess livell (4.1 %) fl-2017 u li wara jonqos b'mod gradwali, sabiex jilħaq 3.1 % fl-2020. Id-dejn pubbliku wkoll żdied għal madwar 44.6 % tal-PDG fl-2016 (minn 35.6 fl-2014) u mistenni jiżdied aktar, bl-ogħla livell ta' madwar 47 % fl-2019, qabel ma jonqos b'mod gradwali wara.
L-istrateġija fiskali tal-awtoritajiet tal-Georgia hija bbażata fuq konsolidazzjoni ulterjuri. B'mod partikolari, l-awtoritajiet tal-Georgia qed jippjanaw li jnaqqsu l-infiq attwali (tnaqqis fil-kont tal-pagi u fl-ispejjeż amministrattivi, titjib fl-effiċjenza fl-infiq fil-kura tas-saħħa, u kontrolli ġodda tal-infiq fuq il-gvernijiet lokali), filwaqt li jiżdied l-infiq kapitali, primarjament fl-infrastruttura, u jkun introdott it-tieni pilastru (finanzjat) tas-sistema tal-pensjonijiet. Fuq in-naħa tad-dħul, l-awtoritajiet tal-Georgia żiedu t-taxxi (b'mod partikolari d-dazji tas-sisa fuq prodotti tat-tabakk, vetturi u fjuwil) sabiex jikkumpensaw għat-telf fid-dħul minħabba r-riforma tat-taxxa korporattiva li daħlet fis-seħħ f'Jannar tal-2017 u lesti jieħdu miżuri addizzjonali jekk ikun meħtieġ.
Il-konsolidazzjoni fiskali hija kkumplimentata mill-aġenda tar-riforma strutturali li tiffoka fuq it-titjib tal-ambjent tan-negozju, l-edukazzjoni u l-amministrazzjoni pubblika kif ukoll l-investiment fl-infrastruttura. Miżuri addizzjonali jinkludu riformi fiskali (b'mod partikolari, it-titjib tal-immaniġġar tar-riskji li jirriżultaw minn sħubiji pubbliċi-privati u intrapriża tal-istat), it-tisħiħ tas-settur finanzjarju (pereżempju l-introduzzjoni ta' skema ta' garanzija tad-depożitu u t-titjib ta' oqfsa regolatorji, superviżorji u ta' riżoluzzjoni għall-banek) kif ukoll l-adattament li għadu għaddej għar-rekwiżiti tad-DCFTA.
Il-projezzjonijiet tal-FMI ta’ Marzu 2017 jindikaw ħtiġijiet ta' finanzjament estern sinifikanti għall-perjodu 2017-2020, bl-ammont totali tad-diskrepanza ta' finanzjament estern stmat għal USD 752 miljun (USD 256 miljun fl-2017, USD 222 miljun fl-2018, USD 183 miljun fl-2019 u USD 91 miljun fl-2020). Din id-diskrepanza ta' finanzjament tista' tiġi ġeneralment attribwita lil tliet fatturi: defiċit fil-kont kurrenti relattivament kbir, il-ħtieġa li jiżdiedu r-riżervi tal-kambju barranin u r-rekwiżiti kbar tal-amortizzament tad-dejn pubbliku mistennijin.
L-operazzjoni proposta tal-AMF ta' EUR 45 miljun (madwar USD 50 miljun), minbarra EUR 23 miljun (madwar USD 26 miljun) żborżati taħt l-operazzjoni preċedenti tal-AMF f'Mejju tal-2017, tkun tkopri 10 % tad-diskrepanza finanzjarja totali stmata u 33 % tad-diskrepanza finanzjarja residwa (wara li jitnaqqas il-finanzjament nett tal-FMI u l-iżborż mistenni tas-self ibbażat fuq il-politika tal-Bank Dinji).
Kontribuzzjonijiet ewlenin oħra sabiex tiġi koperta d-diskrepanza fiskali residwa jinkludu għotjiet ta' appoġġ baġitarju mill-aġenzija tal-iżvilupp Franċiża, AFD (ta' USD 62 miljun fl-2017), u l-Bank Asjatiku tal-Iżvilupp (mistennija jammontaw għal USD 100 miljun fl-2018-2019).
•Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta
Id-Deċiżjoni Nru 778/2013/UE li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja preċedenti lill-Ġordan għall-ammont ta' EUR 46 miljun (nofs f'għotjiet u nofs f'self) ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fit-12 ta’ Awwissu 2013 2 . L-assistenza ġiet implimentata bis-sħiħ fl-2015-2017, bl-aħħar żborż f'Mejju 2017.
•Konsistenza mal-politiki u l-objettivi l-oħra tal-Unjoni
L-UE u l-Georgia żviluppaw relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi mill-qrib matul is-snin, li wassal għall-konklużjoni tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni, inkluż id-DCFTA, li ġie ffirmat fl-2014 u daħal fis-seħħ f'Lulju 2016. Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li ħa post il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni preċedenti, se jippermetti assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika tal-Georgia mal-UE. Il-Qafas ta’ Appoġġ Uniku (Single Support Framework -SSF) tal-UE jidentifika s-setturi ta’ prijorità tal-kooperazzjoni tal-UE mal-Georgia, iffinanzjati mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (ENI). L-SSF għall-2017-2020 bħalissa qiegħed ikun finalizzat.
Ir-rabtiet ekonomiċi tal-Georgia mal-UE diġà huma żviluppati sew. Fl-2016, l-UE kienet l-isħab tan-negozjar ewlieni tal-Georgia, b'sehem tan-negozjar ta' 32.6 %, quddiem sew sħab tan-negozjar ewlenin oħra (it-Turkija u r-Russja, b'17.2 % u 8.1 % tal-ishma tan-negozjar rispettivament). L-UE hija wkoll is-sieħeb u d-donatur ewlieni ta' investiment tal-Georgia.
Pajjiżi li huma koperti mill-PEV huma eleġibbli għall-AMF. L-AMF tal-UE se tikkumplementa l-għotjiet mobilizzati taħt il-PEV u programmi oħrajn tal-UE, u b’mod partikolari l-kundizzjonalità prevista taħt il-pakketti ta’ appoġġ baġitarju li qed jiġu implimentati mill-UE. Billi tappoġġa l-adozzjoni mill-awtoritajiet tal-Georgia ta’ qafas xieraq għall-politika makroekonomika u r-riformi strutturali, l-AMF tal-UE ttejjeb il-valur miżjud u l-effettività tal-interventi finanzjarji ġenerali tal-UE, inkluż permezz ta’ strumenti finanzjarji oħra.
Il-Georgia kkonsolidat id-demokrazija tagħha u l-istat tad-dritt, kif ukoll kompliet issaħħaħ mill-ġdid ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. L-aħħar elezzjonijiet parlamentari f'Ottubru 2016 kienu kompetittivi u amministrati tajjeb. Dwar il-ġudikatura, ir-riformi tal-Georgia ppromwovew l-indipendenza ġudizzjarja, il-professjonalità u l-akkontabbiltà.
Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, il-prekundizzjonijiet politiċi għall għoti ta' AMF lill-Georgia, inkluż l-aspett tal-qrubija politika u ekonomija mal-UE, jistgħu jitqiesu bħala ssodisfati. Valutazzjoni dettaljata dwar l-issodisfar tal-kriterji politiċi għall-AMF prodotta mill-SEAE hija mehmuża mad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-proposta.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Sommarju tal-azzjoni proposta
L-operazzjoni tal-AMF li qed tiġi kkunsidrata tkun tammonta għal massimu ta’ EUR 45 miljun. Il-Kummissjoni tipproponi li tipprovdi l-ammont tal-assistenza f’forma ta’ self għal terminu medju sa EUR 35 miljun u f’għotjiet ta’ mhux aktar minn EUR 10 miljuni. Minħabba d-daqs tal-operazzjoni proposta, il-Kummissjoni qed tikkunsidra li tirrilaxxa l-assistenza f'żewġ pagamenti 3 . L-ewwel segment b'mod indikattiv ikun magħmul minn element ta' self ta' EUR 15-il miljun u element ta' għotja ta' EUR 5 miljun, u t-tieni segment ta' element ta' self ta' 20 miljun u element ta' għotja ta' EUR 5 miljun.
L-assistenza se tkun ġestita mill-Kummissjoni. Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet l-oħrajn, b’mod konsistenti mar-Regolament Finanzjarju.
Żborżi skont l-operazzjoni proposta tal-AMF ikunu kondizzjonali fuq reviżjonijiet ta' suċċess skont il-programm tal-FMI u l-użu effettiv mill-Georgia tal-fondi tal-FMI. Barra minn hekk, il-Kummissjoni - f'isem l-UE - u l-awtoritajiet tal-Georgia jaqblu fuq sett speċifiku ta’ miżuri ta' riforma strutturali, li għandhom jiġu definiti f’Memorandum ta’ Qbil. Dawn il-miżuri ta’ riforma se jappoġġaw l-aġenda ta’ riforma tal-awtoritajiet u jikkumplementaw il-programmi maqbula mal-FMI, mal-Bank Dinji u ma' donaturi oħrajn, kif ukoll programmi ta’ politika assoċjati ma’ operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju tal-UE. Dawn ikunu konsistenti mal-prijoritajiet ewlenin ta’ riforma ekonomika miftiehma bejn l-UE u l-Georgia fil-kuntest tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inklużi id-DCFTA u l-Aġenda tal-Assoċjazzjoni.
Id-deċiżjoni li jiġu żborżati madwar 22 % tal-assistenza proposta f'għotjiet (EUR 10 miljun minn total ta' EUR 45 miljun) u l-bqija f'self hija ġġustifikata mil-livell tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Georgia (kif imkejjel mill-introjtu per capita tal-pajjiż, bil-Georgia li tkun ikklassifikata mill-Bank Dinji bħala pajjiż ta' dħul baxx lejn medju, u mill-inċidenza tal-faqar) kif ukoll mill-pożizzjoni ta' dejn relattivament għolja tagħha. Filwaqt li l-Georgia m'għadhiex eliġibbli għal finanzjament konċessjonarju mill-FMI jew mill-Bank Dinji, il-gradwazzjoni tagħha minn dan il-finanzjament konċessjonarju hija relattivament reċenti. Madankollu, din il-gradwazzjoni targumenta favur il-prijoritizzazzjoni tal-element ta' self.
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 212(2) tat-TFUE.
•Is-sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika peress li l-objettivi tar-restawr tal-istabbiltà makroekonomika għal perjodu ta’ żmien qasir fil-Georgia ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar mill-Unjoni Ewropea. Ir-raġunijiet ewlenin huma r-restrizzjonijiet baġitarji ffaċċjati fil-livell nazzjonali u l-ħtieġa għal koordinazzjoni b’saħħitha tad-donaturi sabiex l-iskala u l-effikaċja tal-assistenza jiġu massimizzati kemm jista' jkun.
•Proporzjonalità
Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità: hija tillimita ruħha għall-minimu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-istabbiltà makroekonomika fil-perjodu qasir taż-żmien u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak l-iskop.
Kif identifikat mill-Kummissjoni abbażi ta' stimi tal-FMI fil-kuntest tal-programm tal-Faċilità ta' Fond Estiża, l-ammont tal-AMF ġdid propost, minbarra l-aħħar żborż taħt l-operazzjoni preċedenti tal-AMF f'Mejju tal-2017, jikkorrispondi għal 10 % tad-distakk finanzjarju totali stmat għall-perjodu 2017-2020 u 33 % tad-distakk finanzjarju residwu (jiġifieri esklużi l-kontribuzzjonijiet netti tal-FMI u l-iżborżi mistennija tas-self ibbażati fuq il-politika tal-Bank Dinji). Dan huwa konsistenti ma’ prattiki standard dwar il-qsim tal-piż għall-operazzjonijiet tal-AMF, fid-dawl tal-assistenza mwiegħeda lill-Georgia minn donaturi bilaterali u multilaterali oħra.
•L-għażla tal-istrument
Il-finanzjament jew l-assistenza teknika għall-proġetti mhux se jkunu adattati jew suffiċjenti biex jindirizzaw dawn l-objettivi makroekonomiċi. Il-valur miżjud ewlieni tal-AMF, meta mqabbel ma’ strumenti oħrajn tal-UE, huwa li din l-assistenza ttaffi r-restrizzjoni finanzjarja esterna u tgħin sabiex jinħoloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi tippromwovi bilanċ tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, kif ukoll qafas xieraq għar-riformi strutturali. Billi tgħin biex jiġi stabbilit qafas ta' politika ġenerali xieraq, l-AMF tista’ żżid l-effikaċja tal-azzjonijiet iffinanzjati fil-Georgia permezz ta' strumenti finanzjarji oħrajn tal-UE aktar iffukati.
3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati
L-AMF qed tingħata bħala parti integrali mill-appoġġ internazzjonali għall-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Georgia. Fit-tħejjija ta’ din il-proposta għall-AMF, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw mal-Fond Monetarju Internazzjonali u mal-Bank Dinji, u diġà implimentaw programmi konsiderevoli għall-iffinanzjar u qed iħejju oħrajn ġodda. Il-Kummissjoni kienet ukoll f’kuntatt regolari mal-awtoritajiet tal-Georgia.
•Il-ġbir u l-użu tal-kompetenzi
F’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju, is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu Valutazzjoni Operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u amministrattivi tal-Georgia biex jiżguraw li l-proċeduri stabbiliti għall-ġestjoni tal-programm, inkluża l-assistenza makrofinanzjarja, jipprovdu garanziji adegwati. Is-sejbiet preliminari minn missjoni mwettqa minn kumpanija ta' konsultazzjoni għall-finijiet ta' din il-Valutazzjoni Operazzjonali waslu f'Settembru 2017. Dawn jindikaw li l-istatus attwali ta’ ċirkwiti amministrattivi u finanzjarji tal-Georgia huwa ġeneralment adegwat għall-ġestjoni ta' operazzjoni ġdida tal-AMF għalkemm għad fadal xi nuqqasijiet. L-abbozz finali tar-rapport dwar din il-Valutazzjoni Operazzjonali mistenni jasal f'Novembru 2017. L-iżviluppi f’dan il-qasam se jibqgħu jiġu monitorjati mill-qrib ukoll permezz ta’ rapporti tal-progress regolari dwar riformi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi (public finance management - PFM) magħmula mid-Delegazzjoni tal-UE f’Tbilisi.
•Il-Valutazzjoni tal-Impatt
L-assistenza makrofinanzjarja tal-UE hija strument ta’ emerġenza eċċezzjonali li għandu l-għan li jindirizza diffikultajiet kritiċi għall-pagament tal-bilanċ f’pajjiżi terzi. Għalhekk, din il-proposta tal-AMF hija eżentata mill-ħtieġa li titwettaq Valutazzjoni tal-Impatt skont il-Linji Gwida ta' Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni (SWD(2015)111 finali).
B’mod aktar ġenerali, il-proposti tal-AMF tal-Kummissjoni jibnu fuq it-tagħlimiet meħuda minn evalwazzjonijiet ex-post imwettqa fuq operazzjonijiet tal-passat fil-viċinat tal-UE. L-AMF il-ġdida u l-programm ta’ riforma u aġġustament ekonomiku assoċjat magħha għandhom jgħinu sabiex jittaffew il-ħtiġijiet finanzjarji tal-Georgia għal terminu ta' żmien qasir, filwaqt li jappoġġaw il-miżuri ta’ politika maħsuba biex isaħħu l-bilanċ tal-pagamenti u s-sostenibbiltà fiskali, u biex jiżdied it-tkabbir sostenibbli, biex b'hekk jikkumplementa l-programm maqbul mal-FMI. Dawn il-kundizzjonijiet ta’ politika jenħtieġ li jindirizzaw xi wħud mid-dgħufijiet fundamentali murija matul is-snin mill-ekonomija tal-Georgia u mis-sistema tal-governanza ekonomika. Oqsma potenzjali ta' kondizzjonalità jistgħu, fil-prinċipju, jinkludu riformi mmirati għat-tisħiħ tax-xbieki ta' sikurezza soċjali, PFM, it-tisħiħ tal-klima tal-investiment u l-appoġġ tal-implimentazzjoni tad-DCFTA.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-assistenza ppjanata se tingħata f’forma ta’ self u għotjiet. Is-self se jkun iffinanzjat permezz ta’ operazzjoni ta’ teħid b'self li l-Kummissjoni se twettaq f’isem l-UE. L-impatt baġitarju tal-assistenza se jikkorrispondi għall-proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni tal-UE, b’rata ta’ 9 % tal-ammonti mħallsa, mil-linja baġitarja 01 03 06 (“il-Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija”). Jekk wieħed jassumi li ż-żewġ żborżi ta' self (ta' EUR 15-il miljun għall-ewwel proporzjon u EUR 20 miljun għat-tieni proporzjon) se jsiru fl-2018, il-proviżjonament se jsir fil-baġit tal-2020, f'konformità mar-regoli li jirregolaw il-mekkaniżmu tal-Fond ta' Garanzija, għal ammont ta' EUR 3.15-il miljun.
L-element tal-għotja tal-assistenza (total ta' EUR 10 miljuni, jiġifieri EUR 5 miljuni għal kull wieħed miż-żewġ porzjonijiet) se jkun iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-baġit tal-2018, taħt il-linja baġitarja 01 03 02 (Assistenza makrofinanzjarja), bi ħlasijiet li jsiru wkoll fl-2018 4 .
Abbażi tal-projezzjonijiet attwali dwar l-użu tal-linji baġitarji 01 03 02 u 01 03 06, il-Kummissjoni tivvaluta li l-impatt baġitarju tal-operazzjoni proposta tal-AMF għall-Georgia jista' jiġi akkomodat.
5.ELEMENTI OĦRAJN
•Il-klawżola ta' rieżami/reviżjoni/sunset
Il-proposta tinkludi klawżola sunset. L-AMF proposta ssir disponibbli għal sentejn u nofs, li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta’ Qbil.
2017/0242 (COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georġia
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212 (2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, 5
Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva, 6
Billi:
(1)Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u l-Georgia qegħdin ikomplu jiżviluppaw fi ħdan il-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u s-Sħubija tal-Lvant. Il-Georgia ssieħbet fis-Sħubija tal-Lvant tal-UE fl-2009, li kienet segwita minn negozjati ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia. Dan il-Ftehim, li jinkludi l-introduzzjoni gradwali ta’ żona ta’ kummerċ ħieles approfondita u komprensiva (Deep and Comprehensive Free Trade Area - DCFTA), ġie ffirmat f’Ġunju 2014 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.
(2)Il-Georgia kompliet taffaċċja ambjent estern dgħajjef, li permezz ta’ esportazzjonijiet u rimessi mnaqqsa kkontribwixxa għat-tkabbir tal-PDG relattivament baxx fl-2016. Filwaqt li t-tkabbir reġjonali u globali mistenni jmur għall-aħjar fl-2017, huwa se jibqa' soġġett għar-riskji negattivi.
(3)Id-defiċit fiskali tal-Georgia għadu sinifikanti, u l-propozjon ta' dejn pubbliku tagħha għall-PDG qed jiżdied. Il-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti wkoll għadha vulnerabbli minħabba defiċit kbir ħafna fil-kont kurrenti u dejn estern kbir. Ir-riżervi tal-munita barranija tal-Georgia ilhom stabbli f'termini assoluti, iżda - fid-dawl ta' numru akbar ta' ħtiġijiet ta' riżerva - dawn waqgħu taħt il-livell stmat mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) bħala xieraq. Il-Georgia qed tkompli wkoll tadatta għar-rekwiżiti tad-DCFTA mal-Unjoni.
(4)F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet tal-Georgia u l-FMI qablu, f'April 2017, dwar arranġament ta' Faċilità ta' Fond Estiża (Extended Fund Facility - EFF) ta' tliet snin (2017-2020) bl-ammont ta' USD 285.3 miljun. Il-ftehim ġie approvat mill-Bord Eżekuttiv tal-FMI fit-12 ta’ April 2017. L-għan tal-arranġament tal-EFF huwa li jappoġġa programm ta' riforma ekonomika li se jgħin lill-Georgia tnaqqas il-vulnerabbiltajiet ekonomiċi, u tippromwovi tkabbir ekonomiku akbar u aktar inklużiv.
(5)Fid-dawl tal-ħtiġijiet finanzjarji esterni residwi tal-Georgia, l-awtoritajiet tal-Georgia talbu assistenza makrofinanzjarja kumplimentari mill-Unjoni f'Ġunju 2017.
(6)Sa mill-kunflitt militari mar-Russja f'Awwissu 2008, il-Georgia bbenefikat minn żewġ operazzjonijiet tal-AMF imwegħda mill-Unjoni fil-Konferenza tad-Donaturi Internazzjonali fi Brussell f'Ottubru 2008. L-ewwel waħda minn dawn l-operazzjonijiet (EUR 46 miljun, kompletament fil-forma ta' għotjiet) ġiet implimentata fl-2009-2010 u t-tieni waħda (għal darb'oħra EUR 46 miljun, nofsha f'għotjiet u nofsha f'self) fl-2015-2017. L-Unjoni għamlet disponibbli wkoll EUR 610-746 miljun lill-Georgia mill-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) għall-perjodu 2014-2020, inklużi appoġġ baġitarju u assistenza teknika. Barra minn hekk, il-Georgia tibbenefika mill-Faċilità ta' Investiment tal-Viċinat (FIV) li kkontribwixxiet madwar EUR 86 miljun għal proġetti fil-Georgia matul il-perjodu tal-2008-2017.
(7)Minħabba li l-Georgia hija pajjiż kopert mill-PEV, hija jenħtieġ li titqies bħala eliġibbli biex tirċievi l-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni.
(8)L-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni jenħtieġ li tkun strument finanzjarju eċċezzjonali ta' appoġġ mingħajr irbit u mhux speċifikat għall-bilanċ tal-pagamenti, bl-għan li tindirizza l-ħtiġijiet finanzjarji esterni immedjati tal-benefiċjarju u jenħtieġ li tirfed l-implimentazzjoni ta' programm ta' politika li fih miżuri qawwija ta' riforma strutturali u ta' aġġustament immedjat maħsuba biex itejbu l-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti fuq perjodu ta' żmien qasir.
(9)Minħabba li għad hemm diskrepanza sinifikanti fil-finanzjament estern residwu tal-bilanċ tal-pagamenti lil hinn mir-riżorsi pprovduti mill-FMI u minn istituzzjonijiet multilaterali oħrajn, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni li għandha tingħata lill-Georgia, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali qed titqies bħala tweġiba xierqa għat-talba tal-Georgia għal appoġġ tal-istabilizzazzjoni ekonomika flimkien mal-programm tal-FMI. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tgħin lill-istabbilizzazzjoni ekonomika u lill-aġenda ta' riforma strutturali tal-Georgia, filwaqt li tissupplimenta r-riżorsi magħmula disponibbli taħt l-arranġament finanzjarju tal-FMI.
(10)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li jkollha l-għan li tappoġġa l-ħolqien mill-ġdid ta’ sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli għall-Georgia, u b’hekk tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha.
(11)Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni hija bbażata fuq valutazzjoni kwantitattiva kompleta tal-ħtiġijiet ta' finanzjament estern residwu tal-Georgia, u tqis il-kapaċità tagħha ta' awtofinanzjament bir-riżorsi proprji, partikolarment ir-riżervi internazzjonali għad-dispożizzjoni tagħha. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tikkumplementa l-programmi u r-riżorsi pprovduti mill-FMI u mill-Bank Dinji. Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza tqis ukoll il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija mingħand donaturi bilaterali u multilaterali u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kondiviżjoni ġusta tal-piż bejn l-Unjoni u donaturi oħrajn, kif ukoll l-implimentazzjoni diġà eżistenti tal-istrumenti ta' finanzjament esterni l-oħrajn tal-Unjoni fil-Georgia u l-valur miżjud tal-involviment kumplessiv tal-Unjoni.
(12)Meta jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet ta' finanzjament estern residwu tal-Georgia, il-livell tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha, kif imkejjel bl-introjtu per capita u l-inċidenza tal-faqar, kif ukoll il-livell ta' dejn tagħha, parti mill-assistenza jenħtieġ li tingħata fil-forma ta' għotjiet.
(13)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-prinċipji, l-objettivi u l-miżuri ewlenin meħuda fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u politiki oħrajn rilevanti tal-Unjoni.
(14)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa l-politika esterna tal-Unjoni rigward il-Georgia. Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ li jaħdmu flimkien mill-qrib matul l-operazzjoni ta' assistenza makrofinanzjarja kollha bl-għan li jikkoordinaw il-politika esterna tal-Unjoni u li jiżguraw il-konsistenza tagħha.
(15)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa l-impenn tal-Georgia fir-rigward tal-valuri kondiviżi mal-Unjoni, inkluż id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll l-impenn tagħha lejn il-prinċipji ta' kummerċ miftuħ, ibbażat fuq regoli u ġust.
(16)Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun li l-Georgia tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Georgia, u li jippromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien tax-xogħol u l-konsolidazzjoni fiskali. Kemm it-twettiq tal-prekondizzjonijiet kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi jenħtieġ li jiġu mmonitorjati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
(17)Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Georgia jenħtieġ li tadotta l-miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta ma’ din l-assistenza, u biex tiġġieled kontrihom. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun dispożizzjonijiet biex il-Kummissjoni twettaq verifiki u l-Qorti tal-Awdituri twettaq awditi.
(18)Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (bħala awtorità baġitarja).
(19)L-ammonti ta’ assistenza makrofinanzjarja mogħtija fil-forma ta’ għotjiet u l-ammonti tal-allokazzjonijiet meħtieġa għal assistenza makrofinanzjarja fil-forma ta’ self jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-approprazzjonijiet baġitarji previsti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
(20)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ġestita mill-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinfurmahom regolarment bl-iżviluppi relatati mal-assistenza u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti.
(21)Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 .
(22)L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun soġġetta għal kundizzjonijiet ta’ politika ekonomika, li għandhom jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Qbil. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta' effiċjenza, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kondizzjonijiet mal-awtoritajiet tal-Georgia taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dan ir-Regolament, bħala regola ġenerali jenħtieġ li tapplika l-proċedura konsultattiva fil-każijiet kollha ħlief kif previst f'dan ir-Regolament. Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment importanti tal-assistenza ta' aktar minn EUR 90 miljun, huwa xieraq li l-proċedura ta' eżaminazzjoni tintuża għal operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu minimu. Meta jitqies l-ammont ta’ assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Georgia, il-proċedura konsultattiva jenħtieġ li tapplika għall-adozzjoni tal-Memorandum ta’ Qbil, u għal kwalunkwe tnaqqis, sospensjoni jew tħassir tal-assistenza.
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Unjoni għandha tagħmel assistenza makrofinanzjarja ta’ ammont massimu ta’ EUR 45 miljun disponibbli lill-Georgia (“l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni”), bil-ħsieb li tappoġġa l-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Georgia u aġenda ta’ riforma sostantiva. Minn dak l-ammont massimu, sa EUR 35 miljun għandhom jingħataw bħala self u sa EUR 10 miljuni għandhom jingħataw bħala għotjiet. Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jiddependi fuq l-approvazzjoni tal-Baġit tal-Unjoni għas-sena rilevanti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. L-assistenza għandha tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet tal-Georgia għall-bilanċ tal-pagamenti kif inhuma identifikati fil-programm tal-FMI.
2. Sabiex jiġi ffinanzjat il-komponent tas-self tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, għandu jkollha s-setgħa li tissellef il-fondi neċessarji fuq is-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji, biex imbagħad, min-naħa tagħha, tislef il-fondi mislufa lill-Georgia. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.
3. Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jiġi ġestit mill-Kummissjoni b'mod konsistenti mal-ftehimiet jew mal-arranġamenti milħuqa bejn il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u l-Georgia u mal-prinċipji u l-objettivi ewlenin tar-riformi ekonomiċi stabbiliti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Georgia, inkluż id-DCFTA, miftiehma skont il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV).
Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż l-iżborsi tagħha, u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet bid-dokumenti rilevanti fi żmien xieraq.
4. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli għal perjodu ta' sentejn u nofs, li jibda mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta' Qbil imsemmi fl-Artikolu 3(1).
5. Fejn il-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-Georgia jonqsu b'mod fundamentali matul il-perjodu tal-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni meta mqabbla mal-projezzjonijiet inizjali, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tnaqqas l-ammont tal-assistenza jew tissospendiha jew tħassarha.
Artikolu 2
1. Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Georgia tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inkluża sistema parlamentari multipartitika – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.
2. Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jimmonitorjaw li din il-prekundizzjoni tiġi ssodisfata matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.
3. Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE 8 .
Artikolu 3
1. Il-Kummissjoni, f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tilħaq ftehim mal-awtoritajiet tal-Georgia dwar politika ekonomika u kondizzjonijiet finanzjarji definiti b’mod ċar, ikkonċentrati fuq riformi strutturali u finanzi pubbliċi sodi, li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għalihom, li għandhom jitniżżlu f’Memorandum ta’ Qbil (il-“Memorandum ta’ Qbil”) li għandu jinkludi perijodu taż-żmien għat-twettiq ta’ dawk il-kondizzjonijiet. Il-politika ekonomika u l-kondizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fil-Memorandum ta' Qbil għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew mal-arranġamenti mesmmija fl-Artikolu 1(3), inklużi l-programmi ta' aġġustament makroekonomiku u ta' riforma strutturali implimentati mill-Georgia bl-appoġġ tal-FMI.
2. Il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw, b'mod partikolari, li jtejbu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistemi ta' ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Georgia, inkluż għall-użu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Il-progress fil-ftuħ reċiproku tas-swieq, l-iżvilupp ta' kummerċ ġust u bbażat fuq ir-regoli u prijoritajiet oħrajn fil-kuntest tal-politika esterna tal-Unjoni għandhom ukoll jitqiesu bil-mod dovut fit-tfassil tal-miżuri ta' politika. Il-progress fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi għandu jiġi mmonitorjat regolarment mill-Kummissjoni.
3. It-termini finanzjarji ddettaljati tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-Ftehim tas-Self u fil-Ftehim tal-Għotja li għandhom jiġu miftehma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Georgia.
4. Il-Kummissjoni għandha tivverifika f'intervalli regolari li l-kondizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4(3) jibqgħu jiġu ssodisfati, inkluż jekk il-linji ta' politika ekonomika tal-Georgia jkunux f'konformità mal-objettivi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Hija u tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji u, fejn ikun meħtieġ, mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
Artikolu 4
1. Soġġett għall-kondizzjonijiet tal-paragrafu 3, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni f’żewġ pagamenti parzjali, u kull wieħed minnhom għandu jkun jikkonsisti f’element ta’ self u element ta’ għoti. Id-daqs ta' kull ħlas parzjali għandu jiġi stabbilit fil-Memorandum ta' Qbil imsemmi fl-Artikolu 3.
2. L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni mogħtija f’forma ta’ self għandhom jiġu pprovduti, fejn meħtieġ, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 9 .
3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tat-tieni ħlas parzjali soġġett għat-twettiq tal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)il-prekundizzjoni stipulata fl-Artikolu 2;
(b)rekord sodisfaċenti kontinwu fl-implimentazzjoni ta' programm ta' politika li fih miżuri ta' aġġustament u ta' riforma strutturali b'saħħithom appoġġati minn arranġament ta' kreditu mill-FMI mhux prekawzjonarju; u
(c)l-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-politika ekonomika u tal-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma fil-Memorandum ta’ Qbil.
Ir-rilaxx tat-tieni ħlas parzjali m'għandux, fil-prinċipju, isir qabel tliet xhur wara r-rilaxx tal-ewwel ħlas parzjali.
4. Meta l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3 ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni temporanjament tissospendi jew tħassar l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. F'tali każijiet, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-raġunijiet għal din is-sospensjoni jew it-tħassir.
5. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi żborzata lill-Bank Nazzjonali tal-Georgia. Soġġetti għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu miftiehma fil-Memorandum ta' Qbil, inkluża konferma tal-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji residwi, il-fondi tal-Unjoni jistgħu jiġu ttrasferiti lill-Ministeru tal-Finanzi tal-Georgia bħala l-benefiċjarju aħħari.
Artikolu 5
1. L-operazzjonijiet ta' għoti u teħid b'self marbutin mal-komponent ta’ self tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom isiru fil-munita euro bl-użu tal-istess data tal-valur u m’għandhomx jinvolvu lill-Unjoni fit-trasformazzjoni tal-maturitajiet, jew jesponuha għal kwalunkwe riskju marbut mar-rata tal-kambju jew mar-rata tal-imgħax, jew għal kwalunkwe riskju kummerċjali ieħor.
2. Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu, u jekk il-Georgia titlob dan, il-Kummissjoni tista' tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li tiddaħħal klawżola dwar ir-rimborż bikri fit-termini u l-kondizzjonijiet tas-self u li din tkun appoġġata minn klawżola korrispondenti fit-termini u l-kondizzjonijiet tal-operazzjonijiet ta' teħid b'self.
3. Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata tal-imgħax tas-self u jekk il-Georgia titlob dan, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tiffinanzja mill-ġdid it-teħid b'self inizjali kollu jew parti minnu jew tista' tirristruttura l-kondizzjonijiet finanzjarji korrispondenti. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid jew ta' ristrutturar għandhom isiru f'konformità mal-paragrafi 1 u 4 u ma għandux ikollhom l-effett li jestendu l-maturità tat-teħid ta' self ikkonċernat jew li jżidu l-ammont ta' kapital pendenti fid-data tal-finanzjament mill-ġdid jew tar-ristrutturar.
4. Il-kostijiet kollha sostnuti mill-Unjoni li huma relatati mal-operazzjonijiet tal-għoti jew teħid ta' self skont din id-Deċiżjoni għandhom jiġġarrbu mill-Georgia.
5. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi fl-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 6
1. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tiġi implimentata f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 11 .
2. L-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun taħt ġestjoni diretta.
3. Il-Ftehim dwar is-Self u l-Ftehim dwar l-Għotja li jridu jiġu maqbula mal-awtoritajiet tal-Georgia għandu jkun fihom dispożizzjonijiet:
(d)li jiżguraw li l-Georgia tivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut mill-baġit tal-Unjoni jkun intuża kif suppost, li din tieħu miżuri xierqa biex tipprevjeni l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, tieħu azzjoni legali biex tirkupra kwalunkwe fondi pprovduti skont din id-Deċiżjoni li jkunu ġew miżapproprjati;
(e)li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari billi jipprevedu miżuri speċifiċi fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe irregolarità oħra li taffettwa l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 12 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 13 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 ;
(f)li jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, inkluż lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, jew lir-rappreżentanti tiegħu li jwettqu verifiki, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post;
(g)jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri jagħmlu awditjar matul u wara l-perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż awditjar ta’ dokumenti u awditjar fuq il-post, bħal pereżempju valutazzjonijiet operazzjonali;
(h)li jiżguraw li l-Unjoni tkun intitolata għal ħlas lura bikri tas-self u/jew għal ħlas lura sħiħ tal-għotja meta jkun stabbilit li, fir-rigward tal-ġestjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Georgia tkun ħadet sehem f'xi att ta' frodi jew ta' korruzzjoni jew f'xi attività illegali oħra li tkun ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
4. Qabel l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, permezz ta' valutazzjoni operazzjonali, is-solidità tal-arranġamenti finanzjarji tal-Georgia, il-proċeduri amministrattivi, u l-mekkaniżmi ta' kontroll interni u esterni li huma rilevanti għall-assistenza.
Artikolu 7
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 8
1. Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fis-sena ta' qabel, inkluża evalwazzjoni ta' din l-implimentazzjoni. Dak ir-rapport għandu:
(i)jeżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni;
(j)jivvaluta s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-Georgia, kif ukoll il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' politika msemmija fl-Artikolu 3(1);
(k)jindika r-rabta bejn il-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika stipulati fil-Memorandum ta’ Qbil, il-prestazzjoni ekonomika u fiskali attwali tal-Georgia u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa l-ħlasijiet parzjali tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.
2. Sa mhux aktar tard minn sentejn wara li jiskadi l-perjodu ta’ disponibbiltà msemmi fl-Artikolu 1(4), il-Kummissjoni tibgħat rapport ta’ evalwazzjoni ex-post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-assistenza makrofinanzjarja kompleta tal-Unjoni u sa liema punt din ikkontribwiet għall-għanijiet tal-assistenza.
Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva
1.4.Objettiv(i)
1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju
1.7.Metodu/i ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Ir-regoli dwar il-ġestjoni u r-rapportar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet
3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwati
3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi
3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva
Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lill-Georgia
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ta’ ABM/ABB 15
Qasam ta’ politika: It-Titolu 01 – Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Attività: 03 – L-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali
1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva
X Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida
1.4.Għanijiet
1.4.1.L-għan(ijiet) strateġika/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva
"Spinta ġdida għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment: il-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE"
L-attivitajiet marbuta mad-DĠ ECFIN jappartjenu għal:
(a)L-appoġġ tal-istabbiltà makroekonomika u l-promozzjoni tar-riformi favur it-tkabbir barra mill-UE, inkluż permezz ta’ djalogi ekonomiċi regolari mas-sħab ewlenin u bl-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja; u
(b)L-appoġġ tal-proċess ta' tkabbir, l-implimentazzjoni tal-Politika tal-Viċinat tal-UE u l-prijoritajiet tal-UE f'pajjiżi terzi oħra permezz ta' analiżi ekonomika u l-għoti ta' valutazzjonijiet tal-politika u pariri.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
Objettiv speċifiku: "Il-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE"
L-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati:
(a)L-appoġġ tal-istabbiltà makrofinanzjarja u l-promozzjoni tar-riformi favur it-tkabbir barra mill-UE, inklużi djalogi ekonomiċi regolari mas-sħab ewlenin u bl-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja; u
(b)L-appoġġ tal-proċess ta' tkabbir, l-implimentazzjoni tal-Politika tal-Viċinat tal-UE u l-prijoritajiet tal-UE f'pajjiżi terzi oħra permezz ta' analiżi ekonomika u l-għoti ta' valutazzjonijiet tal-politika u pariri.
1.4.3.Riżultat(i) mistenni(ja) u impatt
L-assistenza proposta tikkonsisti f’self mill-UE sa EUR 35 miljun u għotja sa EUR 10 miljuni lill-Georgia, bl-għan li tikkontribwixxi għal sitwazzjoni aktar sostenibbli fil-bilanċ tal-pagamenti. L-assistenza, li għandha tiġi żborżata f'żewġ ħlasijiet parzjali, għandha tgħin lill-pajjiż jegħleb is-sitwazzjoni ekonomika diffiċli u l-bilanċ tal-pagamenti li qed jesperjenza. Din se tippromwovi wkoll riformi strutturali mmirati biex iżidu t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, inaqqsu l-vulnerabbiltajiet makroekonomiċi u jtejbu l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi.
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt
L-awtoritajiet se jkunu mitluba jirrappurtaw lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar sett ta’ indikaturi kif ukoll jipprovdu rapport komprensiv dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet miftiehma ta' politika, qabel ma jiġu żborżati l-ħlasijiet parzjali kollha tal-assistenza.
Is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu jimmonitorjaw il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, wara l-valutazzjoni operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi fil-Georgia li twettqet fil-preparazzjoni ta’ din l-operazzjoni. Id-Delegazzjoni tal-UE f'Tibilisi se tipprovdi wkoll rapportar regolari dwar kwistjonijiet rilevanti għall-monitoraġġ tal-assistenza. Is-servizzi tal-Kummissjoni sejrin jibqgħu f’kuntatt mill-qrib mal-FMI u l-Bank Dinji sabiex jibbenefikaw mill-għarfien tagħhom mill-attivitajiet kurrenti fil-Georgia.
Fid-deċiżjoni leġiżlattiva proposta huwa previst rapport annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li jkun fih valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din l-operazzjoni. Evalwazzjoni indipendenti ex-post dwar l-assistenza se titwettaq fi żmien sentejn wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ disponibilità.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil
L-iżborż tal-assistenza jiddependi fuq rekord sodisfaċenti fl-implimentazzjoni tal-programm ekonomiku bejn il-Georgia u l-FMI, li kien approvat mill-Bord Eżekuttiv tal-FMI fit-12 ta' April 2017. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tasal għal ftehim mal-awtoritajiet tal-Georgia dwar kundizzjonijiet speċifiċi ta' politika, elenkati f'Memorandum ta' Qbil li għandhom jiġu ssodisfati qabel ma l-Kummissjoni tirrilaxxa t-tieni ħlas parzjali.
1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE
L-AMF proposta se tgħin lill-Georgia tegħleb il-konsegwenzi ta' ambjent estern dgħajjef li, permezz ta' esportazzjonijiet u rimessi mnaqqsa, ikkontribwixxa għal tkabbir tal-PDG relattivament baxx fl-2016, kif ukoll tnaqqas il-vulnerabbiltà tal-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti tal-pajjiż u tlaħħaq mal-adattament għall-ħtiġijiet tad-DCFTA. Permezz ta' dan, l-AMF proposta se tikkontribwixxi biex tippromwovi l-istabblità makroekonomika u r-riformi strutturali fil-pajjiż. Billi tikkumplimenta r-riżorsi magħmulin disponibbli mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, strumenti oħrajn tal-UE u donaturi oħrajn, hija se tikkontribwixxi għall-effettività ġenerali tal-pakkett ta’ appoġġ finanzjarju pprovdut mill-komunità internazzjonali ta’ donaturi.
Il-programm propost se jsaħħaħ ukoll l-impenn tal-gvern favur ir-riforma u l-aspirazzjoni tiegħu li jkollu relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-UE. Dan ir-riżultat se jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta’ kundizzjonalità xierqa għall-iżborż tal-assistenza. F’kuntest akbar, il-programm se juri lill-pajjiżi l-oħra fir-reġjun li l-UE tkompli tappoġġa lil pajjiżi li jkunu qed jaqbdu triq ċara lejn ir-riformi politiċi, fi żminijiet ta’ diffikultajiet ekonomiċi.
1.5.3.Tagħlim miksub minn esperjenzi simili fil-passat
Sa mill-2004 'l hawn saru aktar minn ħmistax-il evalwazzjoni ex post fuq operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja. Dawn l-evalwazzjonijiet jikkonkludu li l-operazzjonijet tal-AMF jikkontribwixxu, għalkemm xi drabi jagħmlu dan modestament u indirettament, għat-titjib tas-sostenibbiltà esterna, għall-istabbilità makroekonomika u għall-kisba ta’ riformi strutturali fil-pajjiż riċevitur. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-operazzjonijiet tal-AMF kellhom effett pożittiv fuq il-bilanċ tal-pagamenti tal-pajjiż benefiċjarju u kkontribwew biex jonqsu l-pressjonijiet baġitarji tagħhom. Dawn wasslu wkoll biex ikun hemm tkabbir ekonomiku pjuttost ogħla.
1.5.4.Kompatibilità u sinerġija possibbli ma’ strumenti adatti oħrajn
L-UE hija l-akbar donatur għall-Georgia. L-assistenza għall-Georgia permezz tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI) għall-perjodu 2007–2013 ammontat għal EUR 452 miljun. Għall-perjodu 2014-2020, taħt l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (ENI), l-assistenza tal-UE lill-Georgia tista’ tvarja bejn allokazzjoni minima ta’ EUR 610 miljuni u allokazzjoni massima ta’ EUR 746 miljun. Dawn il-fondi ġew ikkumplimentati minn finanzjament minn strumenti oħra tal-UE bħall-Faċilità ta’ Investiment tal-Viċinat (FIV). Minbarra l-programmi ta’ kooperazzjoni bilaterali, il-Georgia tibbenefika wkoll minn diversi programmi reġjonali l-aktar fil-qasam tat-trasport, l-enerġija u l-ambjent. Il-Georgia tipparteċipa wkoll f’inizjattivi miftuħa għall-pajjiżi kollha ta' Viċinat bħal Erasmus+, TAIEX u SIGMA. Barra mill-ENI, il-Georgia hija eliġibbli għal finanzjament taħt strumenti u programmi tematiċi tal-UE: l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP), kif ukoll il-programmi dwar l-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali, l-Iżvilupp Uman u l-Migrazzjoni u l-Ażil. Il-Bank Ewropew tal-Investiment ipprovda wkoll self li jammonta għal EUR1 267 miljun mill-2010 'l hawn.
Il-valur miżjud ewlieni tal-AMF, meta mqabbel ma’ strumenti oħrajn tal-UE, ikun li din l-assistenza tgħin biex jinħoloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi tippromwovi bilanċ tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, kif ukoll qafas xieraq għar-riformi strutturali. L-AMF ma tipprovdix sostenn finanzjarju regolari għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali fit-tul tal-pajjiżi riċevituri. Hija għandha titwaqqaf hekk kif is-sitwazzjoni finanzjarja esterna tal-pajjiż tkun reġgħet qabdet triq sostenibbli. Wara, l-istrumenti regolari ta’ assistenza ta' kooperazzjoni tal-UE huma maħsuba biex jieħdu dan il-kompitu f'idejhom.
L-AMF hija maħsuba wkoll li tkun kumplimentari għall-interventi mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b’mod partikolari l-programm ta' aġġustament u riforma appoġġat mill-EFF tal-FMI u s-Self għall-Politika tal-Iżvilupp tal-Bank Dinji.
1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju
X Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien limitat
X Proposta/inizjattiva fis-seħħ għal sentejn u nofs minn meta jidħol fis-seħħ il-Memorandum ta’ Qbil, kif imsemmi fl-Artikolu (1.4) tad-Deċiżjoni
X L-impatt finanzjarju huwa mistenni li jseħħ mill-2017 sal-2020
1.7.Metodu/i ta' ġestjoni previst(i) 16
X Ġestjoni diretta min-naħa tal-Kummissjoni
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Ir-regoli dwar il-ġestjoni u r-rapportar
Din l-assistenza hija ta’ natura makroekonomika u hija mfassla b’mod li tkun konsistenti mal-programm ekonomiku appoġġat mill-FMI. Il-monitoraġġ tal-azzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni se jsir fuq il-bażi tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programm tal-FMI u tal-miżuri ta’ riforma speċifiċi li għandhom jiġu miftiehma mal-awtoritajiet tal-Georgia f’Memorandum ta’ Qbil (ara wkoll il-punt 1.4.4).
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.2.1.Riskju/i identifikat(i)
Hemm riskji fiduċjarji, politiċi kif ukoll ta’ politika marbutin mal-operazzjoni tal-AMF proposta.
Hemm ir-riskju li l-assistenza makrofinanzjarja tista’ tintuża b’mod qarrieqi. Peress li l-AMF mhix magħżula għal spejjeż speċifiċi mill-Georgia, ir-riskju huwa relatat ma' fatturi bħall-kwalità ġenerali tas-sistemi ta' ġestjoni fil-bank ċentrali u fil-ministeru tal-finanzi, u ma' kemm huma adattati l-kapaċitajiet ta’ awditjar interni u esterni.
Riskju ieħor ġej mill-possibbiltà li l-Georgia se tonqos milli tagħti servizz tal-obbligazzjonijiet finanzjarji lejn l-UE li jirriżultaw mis-self ta' AMF propost (riskju ta' inadempjenza jew kreditu) li jista' jkun ikkawżat, pereżempju, min deterjorament addizzjonali sinifikanti tal-bilanċ tal-pagamenti u l-pożizzjoni fiskali tal-pajjiż.
Riskju ewlieni ieħor għall-operazzjoni jirriżulta mis-sitwazzjoni ġeopolitika reġjonali, b'mod partikolari minħabba r-relazzjonijiet tal-Georgia mar-Russja li għadhom diffiċli u r-reġjuni separatisti tal-Abkażja u Ossezja tan-Nofsinhar. Jekk din is-sitwazzjoni ġeopolitika reġjonali tmur għall-agħar, dan jista' jkollu impatt negattiv fuq l-istabbiltà makroekonomika tal-Georgia, b'effett fuq il-prestazzjoni tal-programm tal-FMI u l-iżborż u/jew il-pagament mill-ġdid tal-AMF proposta.
Finalment, l-ekonomija tal-Georgia qed taffaċċja riskji usa' oħra minħabba perspettivi ekonomiċi reġjonali u globali inċerti. It-tkabbir reġjonali u globali mistenni jitjieb fl-2017, iżda se jibqa' baxx u soġġett għar-riskji negattivi tal-protezzjoniżmu, swieq finanzjarji volatili u aktar apprezzament potenzjali tad-dollaru Amerikan. Jekk dawn ir-riskji jsiru realtà, jistgħu jwasslu għal tkabbir ekonomiku aktar baxx fil-Georgia li, flimkien ma' inugwaljanza għolja b'mod persistenti u xibka ta' sikurezza soċjali relattivament limitata, jistgħu joħolqu piż fuq il-baġit u jnaqqsu l-appoġġ domestiku għar-riformi strutturali.
2.2.2.Metodu/i ta’ kontroll previst(i)
L-assistenza makrofinanzjarja se tkun soġġetta għal proċeduri ta’ verifika, ta' kontroll u ta' awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inklużi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF), u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
2.2.3.Il-kostijiet u l-benefiċċji tal-kontrolli u r-rata probabbli ta’ nuqqas ta’ konformità
Il-kostijiet bażiċi għall-Kummissjoni relatati mal-metodi ta’ verifika u kontroll huma deskritti fit-Tabella 3.2.1. Barra minn hekk, hemm kostijiet għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri u għall-possibbiltà ta' interventi mill-OLAF. Il-Valutazzjoni Operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u amministrattivi tal-Georgia, li għandha tiġi konkluża mis-servizzi tal-Kummissjoni - bl-għajnuna ta' konsulenti esterni - fl-2017, tgħin biex jiġu vvalutati r-riskji tal-użu ħażin tal-fondi u, bħala benefiċċju kollaterali, din tipprovdi informazzjoni utli dwar ir-riformi meħtieġa fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, li tista' mbagħad tiġi riflessa fil-kundizzjonalità ta' politika tal-operazzjoni. Dwar ir-rata ta' nonkonformità probabbli, ir-riskju ta’ nonkonformità (fil-forma ta’ nuqqas ta’ ħlas lura tas-self jew l-użu ħażin tal-fondi) huwa meqjus bħala baxx, abbażi tal-esperjenza bl-istrument tal-AMF sa minn meta nħoloq.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet
Sabiex jittaffew ir-riskji tal-użu frodulenti se jittieħdu diversi miżuri:
L-ewwel nett, il-Ftehim dwar is-Self u l-Ftehim dwar l-Għotja se jipprevedu sensiela ta’ dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjoni, il-prevenzjoni tal-frodi, l-awditjar, u l-irkupru ta’ fondi f’każ ta’ frodi jew ta' korruzzjoni. Barra minn hekk, l-assistenza titħallas f'kont speċifiku fil-Bank Nazzjonali tal-Georgia.
Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni, bl-appoġġ ta’ konsulenti esterni, attwalment qed jiffinalizzaw abbozz ta' Valutazzjoni Operazzjonali dwar l-affidabbiltà taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi li huma rilevanti għal din it-tip ta’ assistenza. Is-sejbiet preliminari tal-konsulenti (kif riċevuti f'Settembru 2017) jikkonkludu li l-istatus attwali taċ-ċirkwiti amministrattivi u finanzjarji tal-Georgia huwa adegwat għall-immaniġġjar ta’ operazzjoni ġdida tal-AMF għalkemm għad fadal xi nuqqasijiet.
Finalment, l-assistenza tkun suġġetta għal proċeduri ta’ verifika, ta' kontroll u ta' awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inklużi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF), u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwati
·Linji baġitarji eżistenti
01 03 02: Assistenza makrofinanzjarja
01 03 06 – Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija
Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.
|
Titolu tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’
|
Kontribuzzjoni |
|||
|
Numru
|
Diff./mhux diff.
|
minn pajjiżi tal-EFTA 18 |
minn pajjiżi kandidati 19 |
minn pajjiżi terzi |
skont it-tifsira tal-Artikolu 18 (1) (aa) tar-Regolament Finanzjarju |
|
|
4 |
01 03 02 Assistenza makrofinanzjarja |
Diff. |
LE |
LE |
LE |
LE |
|
4 |
01 03 06 Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija |
Mhux Diff. |
LE |
LE |
LE |
LE |
Il-Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni għandu jiġi fornut skont ir-Regolament tal-Fond, 20 bl-użu tal-approprjazzjonijiet taħt il-linja baġitarja 01 03 06 (“Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija”), b’rata ta’ 9 % tal-obbligazzjonijiet pendenti totali. L-ammont ta' proviżjonament huwa kkalkolat fil-bidu tas-sena "n" bħala d-differenza bejn l-ammont fil-mira u l-assi netti tal-Fond fi tmiem is-sena “n-1”. Dan l-ammont ta' proviżjonament jiddaħħal fis-sena “n” fl-abbozz baġitarju “n+1” u jitħallas effettivament f'tranżazzjoni waħda fil-bidu tas-sena “n+1” mil-linja baġitarja “Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija” (il-linja baġitarja 01 03 06). Minħabba dan, se jitqies 9 % (jiġifieri massimu ta’ EUR 3.15-il miljun) tal-ammont effettivament żborżat fl-ammont fil-mira fi tmiem is-sena "n-1" għall-kalkolu tal-proviżjonament tal-Fond.
Linji baġitarji ġodda mitluba: ma japplikax.
3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: |
4 |
miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali) |
||||||||||||||
|
DĠ: ECFIN |
Sena 2017 21 |
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL |
||||||||||
|
• Approprjazzjonijiet operattivi |
||||||||||||||||
|
Linja baġitarja 01 03 02 Assistenza makrofinanzjarja |
Impenji |
(1) |
10 |
10 |
||||||||||||
|
Pagamenti |
(2) |
10 |
10 |
|||||||||||||
|
Linja baġitarja 01 03 06 Proviżjonament ta' Fond ta’ Garanzija |
Impenji |
(1a) |
3.15 |
3.15 |
||||||||||||
|
Pagamenti |
(2a) |
3.15 |
3.15 |
|||||||||||||
|
Valutazzjoni operazzjonali u evalwazzjoni ex post |
||||||||||||||||
|
Linja baġitarja 01 03 02 Assistenza makrofinanzjarja |
Impenji |
(3) |
0.07 |
0.15 |
0.22 |
|||||||||||
|
Pagamenti |
(3a) |
0.07 |
0.15 |
0.22 |
||||||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
(4) =1+1a +3 |
0.07 |
10 |
3.3 |
13.37 |
||||||||||
|
Pagamenti |
(5) =2+2a +3 |
0.07 |
10 |
3.15 |
0.15 |
13.37 |
||||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=4 |
0.07 |
10 |
3.3 |
13.37 |
||||||||||
|
Pagamenti |
=5 |
0.07 |
10 |
3.15 |
0.15 |
13.37 |
||||||||||
Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta/mill-inizjattiva:
miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: |
5 |
‘Nefqa amministrattiva’ |
||||||||
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL |
|||||
|
DĠ: ECFIN |
||||||||||
|
• Riżorsi umani |
0.041 |
0.058 |
0.006 |
0.010 |
0.010 |
0.125 |
||||
|
• Nefqa amministrattiva oħra |
0.010 |
0.020 |
0.030 |
|||||||
|
TOTAL DĠ ECFIN |
Approprjazzjonijiet |
0.051 |
0.078 |
0.006 |
0.010 |
0.010 |
0.155 |
|||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
(Impenji totali = Pagamenti totali) |
0.051 |
0.078 |
0.006 |
0.010 |
0.010 |
0.155 |
|||
EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL |
||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
0.121 |
10.078 |
0.006 |
3.310 |
0.010 |
13.525 |
|
Pagamenti |
0.121 |
10.078 |
0.006 |
3.16 |
0.16 |
13.525 |
3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi
–X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta' impenn f’EUR miljun (sa tielet punti deċimali)
3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena 2021 |
TOTAL |
|
|
INTESTATURA 5
|
||||||
|
Riżorsi umani |
0.041 |
0.058 |
0.006 |
0.010 |
0.010 |
0.125 |
|
Nefqa amministrattiva oħra |
0.010 |
0.020 |
0.030 |
|||
|
Subtotal INTESTATURA 5
|
0.051 |
0.078 |
0.006 |
0.010 |
0.010 |
0.155 |
|
Barra mill-INTESTATURA 5 25 tal-qafas finanzjarju pluriennali |
||||||
|
Riżorsi umani |
||||||
|
Nefqa oħra
|
||||||
|
Subtotal
|
|
TOTAL |
0.051 |
0.078 |
0.006 |
0.010 |
0.010 |
0.155 |
L-approprjazzjonijiet amministrattivi meħtieġa se jilħquhom l-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà ġew assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kull allokazzjoni oħra li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi fil-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.
3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time
|
Sena
|
Sena
|
Sena 2019 |
Sena 2020 |
Sena 2021 |
|||||
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) |
|||||||||
|
01 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |
0.30 |
0.42 |
0.04 |
0.07 |
0.07 |
||||
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) |
|||||||||
|
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) |
|||||||||
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta) |
|||||||||
|
• Persunal estern (f'unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 26 |
|||||||||
|
XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") |
|||||||||
|
XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) |
|||||||||
|
XX 01 04 yy 27 |
- fil-Kwartieri Ġenerali |
||||||||
|
- fid-delegazzjonijiet |
|||||||||
|
XX 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka indiretta) |
|||||||||
|
10 01 05 02 (CA, SNE, INT — Riċerka diretta) |
|||||||||
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
|||||||||
|
TOTAL |
0.30 |
0.42 |
0.04 |
0.07 |
0.07 |
||||
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati minn persunal tad-DĠ li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riskjerat fid-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun hemm bżonn, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’ limitazzjonijiet baġitarji.
Il-kost tal-persunal meħtieġ hija stmata fuq il-bażi ta’ 30 % tan-nefqa annwali għal uffiċjal fil-grad AD5-AD12.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju |
Kap tal-Unità: Jissupervizza u jamministra l-operazzjoni, jinnegozja l-Memorandum ta' Qbil, imexxi missjonijiet u jevalwa l-progress fil-konformità mal-kundizzjonalità. Desk: It-tħejjija tal-Memorandum ta’ Qbil, il-koordinazzjoni mal-awtoritajiet u mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, il-koordinazzjoni ma’ esperti esterni għall-valutazzjoni operazzjonali u għall-evalwazzjoni ex-post, it-twettiq ta’ missjonijiet ta’ verifika, it-tħejjija ta’ rapporti tal-persunal tal-Kummissjoni u tal-proċeduri tal-Kummissjoni marbutin mal-ġestjoni tal-assistenza. |
|
Persunal estern |
Mhux Applikabbli |
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–X Proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi
–X Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.
3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul
X Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.