Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0289

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004

COM/2017/0289 final - 2017/0116 (COD)

Brussell, 8.6.2017

COM(2017) 289 final

2017/0116(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2017) 182 final}
{SWD(2017) 183 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

L-avjazzjoni għandha rwol fundamentali fl-ekonomija tal-Unjoni Ewropea. B’madwar 918-il miljun passiġġier li vvjaġġaw bl-ajru fl-Unjoni Ewropea u aktar minn 1.45 biljun passiġġier li telqu jew waslu fl-ajruporti tal-UE fl-2015, l-avjazzjoni tagħti kontribut ewlieni għall-konnettività tal-Unjoni kemm internament bejn l-Istati Membri kif ukoll ma’ pajjiżi terzi fil-bqija tad-dinja. It-trasport bl-ajru jgħaqqad il-persuni, in-negozji u r-reġjuni u għandu rwol kruċjali fl-integrazzjoni u l-kompetittività tal-UE. Dan jikkontribwixxi wkoll għall-koeżjoni reġjonali u soċjali tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-avjazzjoni tagħti kontribut essenzjali għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Fl-2014, is-settur appoġġa l-impjieg ta’ madwar 9.3 miljun persuna u ammonta għal aktar minn EUR 510 biljun tal-Prodott Domestiku Gross tal-UE. Dan għamel ukoll setturi oħra tal-ekonomija aktar b’saħħithom, għaliex l-istudji juru li euro wieħed ta’ valur miżjud fl-industrija tat-trasport bl-ajru joħloq kważi tliet euro ta’ valur miżjud fl-ekonomija globali. B’mod simili, impjieg wieħed ġdid fl-industrija tat-trasport bl-ajru joħloq aktar minn tliet impjiegi fl-ekonomija usa’ 1 .

Il-konnettività globali tal-Unjoni tiddependi ħafna fuq is-servizzi tal-ajru li jsiru mit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni, b’medja ta’ 7 miljun titjira operati minn dawk it-trasportaturi kull sena lejn jew minn ajruporti tal-Unjoni. Iċ-ċifra korrispondenti għal trasportaturi bl-ajru ta’ pajjiż terz tammonta għal 1.3 miljun titjira kull sena 2 . Madankollu, sa fejn għandhom x’jaqsmu il-konnessjonijiet bejn l-UE u l-bqija tad-dinja, is-suq huwa moqdi f’ishma kważi ugwali mit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni (49.9 % tat-titjiriet u madwar 239 miljun passiġġier trasportati fl-2015) u mit-trasportaturi bl-ajru ta’ pajjiż terz (50.1 % tat-titjiriet u madwar 240 miljun passiġġier trasportati fl-2015) 3 .

Il-liberalizzazzjoni u d-deregolamentazzjoni tat-trasport internazzjonali bl-ajru rawmu kompetizzjoni bla preċedent fis-suq tal-Unjoni u globalment. Il-kompetizzjoni globali hija mistennija li tintensifika aktar fis-snin li ġejjin bi tkabbir previst fl-avjazzjoni internazzjonali ta’ madwar 5 % kull sena sal-2030 4 .

Madankollu, fin-nuqqas ta’ qafas internazzjonali li jistipula l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kompetizzjoni fost it-trasportaturi bl-ajru 5 , il-prattiki dwar it-trattament tat-trasportaturi bl-ajru jistgħu jvarjaw minn pajjiż għal ieħor u jaffettwaw il-kompetizzjoni. Dan mhuwiex il-każ fi ħdan l-Unjoni fejn ir-regoli tal-UE jiżguraw li t-trasportaturi kollha, Ewropej u mhux Ewropej, jingħataw l-istess drittijiet u l-istess opportunità ta’ aċċess għas-servizzi relatati mat-trasport bl-ajru. Madankollu, dan jista’ jkun il-każ f’xi pajjiżi terzi fejn prattiki diskriminatorji u sussidji 6 jistgħu jagħtu vantaġġi kompetittivi inġusti lit-trasportaturi bl-ajru minn dawk il-pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li “filwaqt li l-linji tal-ajru tal-UE huma ultimament responsabbli nfushom mill-kompetittività tagħhom u jridu jkomplu jadattaw il-prodotti u l-mudelli kummerċjali tagħhom għall-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti (...) huwa daqstant importanti li l-kompetizzjoni, kemm fl-UE kif ukoll esternament, tkun ibbażata fuq il-ftuħ, ir-reċiproċità u l-ġustizzja u li din ma tiġix imfixkla mill-prattiki inġusti” 7 .

Tabilħaqq, il-prattiki inġusti, jekk dawn jitħallew jippersistu, maż-żmien jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet dominanti jew anke monopolistiċi fis-suq tal-avjazzjoni, jiġifieri inqas għażla, inqas konnettività u prezzijiet ogħla għaċ-ċittadini tal-UE.

Għalhekk, f’każijiet fejn il-konnettività u l-kompetizzjoni tal-Unjoni jitpoġġew f’riskju, l-Unjoni trid tkun kapaċi taġixxi b’mod effettiv biex tiżgura suq miftuħ u kompetittiv.

Il-kundizzjonijiet għall-kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru jistgħu jiġu indirizzati fil-kuntest ta’ ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru. Madankollu, s’issa l-maġġoranza tal-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru ma’ pajjiżi terzi ma jipprevedux regoli korrispondenti.

Ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 8 kien maħsub biex jindirizza dawn il-kwistjonijiet permezz ta’ azzjoni unilaterali tal-Unjoni. Madankollu, dan l-istrument qatt ma ġie applikat u xi karatteristiċi tiegħu jagħmluha improbabbli ħafna li xi darba dan jiġi applikat (b’mod konkret). Għalhekk, dan iħalli lill-Unjoni mingħajr strument effettiv biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni u t-trasportaturi bl-ajru tal-pajjiżi terzi. Tabilħaqq, minbarra s-sussidjar, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 japplika b’mod esklussiv għall-hekk imsejħa prattiki inġusti tal-ipprezzar. Dawn jinsabu li jeżistu biss fejn trasportatur ta’ pajjiż terz jitlob ħlas ta’ “nollijiet tal-ajru li huma suffiċjentement orħos minn dawk offruti mit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità li jikkawżaw ħsara”, liema evidenza hija diffiċli biex tiġi ġestita. Filwaqt li s-sejba ta’ “prattiki inġusti tal-ipprezzar” tirrikjedi wkoll li t-trasportatur bl-ajru ta’ pajjiż terz ikun irċieva vantaġġ mhux kummerċjali, l-eżistenza waħedha ta’ tali vantaġġ mhijiex suffiċjenti biex tqanqal azzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 jonqos milli jipprovdi proċedura interna tal-UE dedikata fir-rigward tal-obbligi li jinsabu fil-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru, li l-Unjoni tagħmel parti minnhom, u li huma maħsuba biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta, jiġifieri fejn tali obbligi jkunu ġew miksura. Fl-aħħar nett, ir-regoli dwar il-ftuħ ta’ investigazzjoni huma pjuttost restrittivi. B’mod partikolari, dritt xieraq li jitressaq ilment lill-Kummissjoni huwa limitat għall-“industrija tal-Komunità”, definit bħala “t-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità li jipprovdu servizzi sħaħ tal-ajru l-istess jew dawk li fosthom l-ishma kollettivi jikkostitwixxu proporzjon assolut tal-provvisti totali tal-Komunità ta’dawk is-servizzi”. La l-Istati Membri u lanqas it-trasportaturi bl-ajru individwali ma huma mogħtija pożizzjoni bħala ilmentaturi fihom infushom.

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Strateġija tal-Avjazzjoni għall-Ewropa 9 , il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tevalwa l-effettività tar-Regolament (KE) Nru 868/2004 bl-għan li tirrevedih jew tissostitwixxih bi strument aktar effettiv li jiżgura kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi kollha u b’hekk tissalvagwardja l-konnettività lejn u minn l-Unjoni. L-Istrateġija tal-Avjazzjoni tenfasizza wkoll l-importanza li jitwettaq in-negozjar tal-klawżoli tal-kompetizzjoni ġusta fil-ftehimiet tal-avjazzjoni bilaterali tal-UE u tal-Istati Membri u li jsir progress fil-livell multilaterali b’mod parallel mat-titjib fl-effettività ta’ dan l-istrument.

L-objettiv li r-Regolament (KE) Nru 868/2004 jiġi rivedut jew sostitwit huwa kondiviż mill-Kunsill li, fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta’ Diċembru 2012 10 , għaraf li “r-Regolament (KE) Nru 868/2004 wera li ma jindirizzax b’mod adegwat il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tas-servizzi tal-avjazzjoni)” u appoġġa “l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tanalizza (…) għażliet possibbli għal strument aktar effettiv bies tissalvagwardja l-kompetizzjoni miftuħa u ġusta u l-intenzjoni tagħha, fuq dik il-bażi, li tippreżenta proposta għal reviżjoni jew sostituzzjoni tar-Regolament (KE) Nru 868/2004”.

Dan l-approċċ huwa ugwalment kondiviż mill-Parlament Ewropew, li appella għal “reviżjoni ta’ dan ir-Regolament Nru 868/2004 sabiex tiġi salvagwardjata l-kompetizzjoni ġusta fir-relazzjonijiet esterni tal-avjazzjoni tal-UE u tiġi rinforzata l-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija tal-avjazzjoni tal-UE, tiġi żgurata r-reċiproċità u l-eliminazzjoni tal-prattiki inġusti (…)” 11 .

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam tal-politika

Din l-inizjattiva hija konsistenti mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Politika Esterna tal-UE dwar l-Avjazzjoni li tiddikjara li “huwa kemm importanti kif ukoll leġittimu li l-UE tkun kapaċi taġixxi b’mod effettiv internazzjonalment biex tissalvagwardja l-kompetittività tal-linji tal-ajru tal-UE kontra kompetizzjoni u/jew prattiki inġusta/i ġejjin minn fejn ġejjin”.

Din l-inizjattiva hija elenkata fost l-azzjonijiet ippreżentati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija tal-Avjazzjoni għall-Ewropa u hija konsistenti mal-politika tal-UE dwar kompetizzjoni ġusta.

Din l-inizjattiva hija bbażata fuq konsiderazzjonijiet simili għal dawk tal-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 12 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità u tal-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE 13 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità. Iż-żewġ regoli jistipulaw li l-azzjonijiet jistgħu jittieħdu meta l-pajjiżi terzi jagħtu trattament preferenzjali lit-trasportaturi bl-ajru tagħhom meta mqabbla mat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ slots fl-ajruporti jew fir-rigward tal-aċċess għas-swieq tal-groundhandling jew tal-awtoforniment ta’ servizz.

Din l-inizjattiva hija mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni kif interpretat mil-Qorti tal-Ġustizzja.

•Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Din l-inizjattiva hija maħsuba biex tiżgura li l-avjazzjoni sseħħ taħt kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta u għalhekk żżid mal-kontribut li dan is-settur jista’ jagħmel għat-twettiq tal-objettivi prijoritarji tal-Kummissjoni fir-rigward tal-appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi u għat-tkabbir sostenibbli.

L-inizjattiva tikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tal-influwenza tal-Unjoni fid-dinja u għalhekk għat-twettiq ta’ objettivi strateġiċi korrispondenti, jiġifieri li l-Unjoni tkun attur globali aktar b’saħħtu u tiżviluppa kummerċ aktar ħieles mingħajr ma jiġu ssagrifikati l-istandards Ewropej. Hija konsistenti b'mod notevoli mal-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward tan-negozjati dwar it-trasport bl-ajru jew il-ftehimiet tas-servizzi tal-ajru ma' pajjiżi terzi, tiffavorixxi kompetizzjoni ġusta, kif ukoll livelli għoljin ta' protezzjoni fid-dominju tax-xogħol u dak soċjali.

Din l-inizjattiva hija konsistenti mal-politiki rilevanti tal-Unjoni, inklużi l-politiki tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi ġuridika

Din l-inizjattiva hija bbażata fuq l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dik id-dispożizzjoni tippermetti l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet adegwati kollha għat-trasport bl-ajru u diġà serviet bħala bażi għall-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 868/2004 14 .

•Sussidjarjetà

Il-kompatibbiltà mal-prinċipju tas-sussidjarjetà ġiet rikonoxxuta fis-26 premessa tar-Regolament (KE) Nru 868/2004, sakemm din kienet tikkonċerna t-termini ta’ dak ir-Regolament.

L-element ewlieni ġdid li jinsab fir-Regolament propost huwa azzjoni f’każijiet ta’ “ksur tal-obbligi internazzjonali applikabbli”. Ir-Regolament propost jiddefinixxi “obbligi internazzjonali applikabbli” bħala obbligi li jinsabu fi ftehim li l-Unjoni tagħmel parti minnu. Id-drittijiet vis-à-vis il-pajjiżi terzi, skont ftehimiet li l-Unjoni hija parti minnhom, ma jistgħux jiġu eżerċitati b’mod separat minn Stati Membri individwali.

Peress li l-objettivi mfittxija ma setgħux jintlaħqu mingħajr azzjoni fil-livell tal-Unjoni, tali azzjoni hija meħtieġa għal dan il-għan u tipprovdi valur miżjud f’paragun mal-azzjonijiet fil-livell nazzjonali.

•Proporzjonalità

L-għażliet tal-politika proposti ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tal-proposta, jiġifieri li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni u t-trasportaturi bl-ajru ta’ pajjiż terz, fl-interess li jinżammu kundizzjonijiet li jwasslu għal livell għoli tal-konnettività tal-Unjoni.

Il-prattiki inkwistjoni huma kollha kapaċi jnaqqsu l-kompetizzjoni ġusta. Dawn huma identifikati bħala tali fil-ftehimiet internazzjonali rilevanti jew inkella jikkonsistu f’sussidji 15 jew f’diskriminazzjoni li, barra minn hekk, tista’ twassal għall-impożizzjoni tal-miżuri biss fil-każ ta’ ħsara jew theddida ta’ ħsara lit-trasportaturi tal-Unjoni.

Il-miżuri li jridu jiġu adottati skont dan l-istrument huma wkoll minnhom infushom proporzjonati. Meta l-obbligi internazzjonali jkunu ġew miksura, il-miżuri jkunu limitati għal dak li huwa disponibbli skont il-ftehim inkwistjoni u/jew il-liġi internazzjonali pubblika.

Meta l-miżuri jiġu imposti fid-dawl tas-sussidji jew tad-diskriminazzjoni li jikkawżaw ħsara jew theddida ta’ ħsara lit-trasportaturi tal-Unjoni, dawn jistgħu ma jmorrux lil hinn min dak li huwa meħtieġ biex tali ħsara jew theddida ta’ ħsara jiġu kumpensati.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

F’konformità mal-istandards tal-Kummissjoni dwar il-konsultazzjoni pubblika, il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati permezz ta’ konsultazzjoni pubblika online dwar “proposta għal protezzjoni mtejba kontra s-sussidjar u l-prattiki inġusti tal-ipprezzar” mid-29 ta’ Ottubru 2013 sal-21 ta’ Jannar 2014. Għoxrin entità ħadu sehem fil-konsultazzjoni pubblika, li jirrappreżentaw linji tal-ajru (dawk tal-Unjoni kif ukoll dawk li mhumiex), ajruporti u assoċjazzjonijiet tal-industrija (dawk tal-Unjoni u dawk li mhumiex), trade unions tal-UE, Stati Membri u ċittadini. Meta tiġi interpretata d-dejta, jenħtieġ li jitqies ir-rispons limitat għall-konsultazzjoni pubblika. Madankollu, ipprovdiet stampa tal-pożizzjoni ta’ diversi partijiet ikkonċernati ewlenin.

Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati fil-kuntest tal-konsultazzjoni pubblika għat-tħejjija tal-Istrateġija tal-Avjazzjoni tal-Kummissjoni, li seħħet bejn id-19 ta’ Marzu u l-10 ta’ Ġunju 2015. Il-Kummissjoni rċeviet 233 tweġiba sħiħa tal-kwestjonarju u 41 dokument ta’ pożizzjoni mill-partijiet ikkonċernati, li jirrappreżentaw l-Istati Membri u l-partijiet terzi, il-linji tal-ajru, l-ajruporti, il-kumpaniji tal-groundhandling, il-piloti, il-fornituri u l-manifatturi tal-inġenji tal-ajru, l-assoċjazzjonijiet tal-industrija u tal-impjegati, il-konsulenzi, l-akkademiċi u ċ-ċittadini.

L-informazzjoni miġbura fil-konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati ġiet ikkomplimentata bi studji li fihom ġew ikkonsultati wkoll il-partijiet ikkonċernati.

Finalment, il-Kummissjoni għamlet għadd ta’ laqgħat informali mal-Istati Membri u ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti (dawk tal-Unjoni kif ukoll dawk li mhumiex).

Il-Valutazzjoni tal-Impatt tinkludi sommarji tal-konsultazzjonijiet pubbliċi li twettqu.

•Valutazzjoni tal-impatt

L-iskeda tas-sommarju tal-valutazzjoni tal-impatt hija disponibbli fuq: (għandha tiġi inkluża meta tiġi ppubblikata fuq is-sit web tas-SĠ)

Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt u Skeda tas-Sommarju Eżekuttiv ġew sottomessi lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju. Il-Bord inizjalment ħareġ opinjoni negattiva fit-8 ta' April 2016, segwita minn opinjoni pożittiva fid-29 ta' Lulju 2016. Ir-rapport ġie aġġustat skont ir-rakkomandazzjonijiet mill-Bord. B'mod partikolari, ir-rapport jissostanzja aħjar il-problema li trid tiġi indirizzata u jispjega f'mod iktar ċar kif ir-regoli attwali jonqsu milli jindirizzaw din il-problema. Il-problema identifikata hija appoġġata aħjar b'eżempji ta' allegazzjonijiet ta' prattiki diskriminatorji. Ir-rapport jispjega aħjar ukoll il-kompatibilità legali mal-liġi internazzjonali u l-ftehimiet tat-trasport bl-ajru ma' pajjiżi terzi. Addizzjonalment jiffoka iktar fuq l-impatti fuq il-konsumaturi u jivvaluta aħjar l-impatti ta' kull għażla ta' politika. Barra minn hekk, ir-rapport jippreżenta aħjar l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati.

L-opinjoni pożittiva tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju hija disponibbli fuq: http://www.cc.cec/iab/download?attachmentId=10024 .

Il-valutazzjoni tal-impatt teżamina erba’ għażliet ta’ politika, inkluż ix-xenarju bażi. Twarrbet l-għażla li tgħaqqad flimkien reviżjoni limitata tar-Regolament (KE) Nru 868/2004 u l-adozzjoni ta’ linji gwida interpretattivi.

Għażla A (xenarju bażi) tikkonsisti fiż-żamma tar-Regolament (KE) Nru 868/2004 mingħajr ma tirrevokah.

Għażla B tgħaqqad flimkien iż-żieda fl-isforzi internazzjonali fil-livell tad-WTO u tal-ICAO bl-għan li tiġi promossa l-adozzjoni ta’ qafas legali multilaterali għal kompetizzjoni u negozjati ġusti li l-għan tagħhom huwa li jinkludu klawżoli usa’ ta’ kompetizzjoni ġusta fi ftehimiet tat-trasport bl-ajru u tas-servizzi.

Għażla C tipprovdi t-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 868/2004 u tissostitwixxih b’Regolament ġdid komprensiv u effettiv, ispirat mir-Regolament dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ u billi tqis l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-avjazzjoni.

Finalment, l-għażla D tgħaqqad l-għażliet B u C u għalhekk tikkonsisti kemm mis-sostituzzjoni tar-Regolament (KE) Nru 868/2004 bi strument ġdid kif ukoll miż-żieda fl-isforzi fix-xena internazzjonali inkluż fir-rigward tan-negozjar tal-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi.

Għażla D toffri approċċ integrat, li jitqies bħala l-aktar wieħed adegwat biex jiġu indirizzati l-problemi identifikati. L-inklużjoni tat-tliet elementi importanti komplementari (internazzjonali, klawżoli tal-kompetizzjoni ġusta fil-ftehimiet, reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 868/2004) li jsaħħu lil xulxin, toħloq sinerġiji, tippermetti li tiġi salvagwardjata b’mod effiċjenti l-konnettività tal-UE u tappoġġa kompetizzjoni miftuħa bejn it-trasportaturi bl-ajru kollha. Għal dawn ir-raġunijiet, l-għażla D tinżamm bħala l-aqwa għażla ta’ politika.

L-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-għażla D huma analizzati fil-Valutazzjoni tal-Impatt. Billi mhuwiex possibbli li jiġi kkwantifikat b’mod preċiż l-impatt ekonomiku tagħha, l-għażla D hija mistennija li ġġib l-akbar benefiċċju ekonomiku peress li tippermetti lill-UE tikkompeti b’mod ġust mat-trasportaturi bl-ajru tal-pajjiżi terzi. Din l-għażla hija ta’ benefiċċju wkoll għall-ajruporti u l-passiġġieri tal-UE permezz ta’ żieda fit-traffiku u fl-għażla. B’mod ġenerali, il-konnettività bl-ajru tal-Ewropa hija mtejba, għalhekk tippermetti t-tkomplija tal-kontribut tal-avjazzjoni għat-tkabbir u l-impjiegi tal-Unjoni u hija ta’ benefiċċju pożittiv għall-passiġġieri, in-negozji u l-ekonomija sħiħa tal-UE. Fir-rigward tal-aspetti soċjali, l-għażla D hija mistennija li tikkontribwixxi b’mod pożittiv għall-impjieg dirett tal-ħaddiema tal-UE, b’mod partikolari f’ajruporti u f’industriji relatati. L-impatt fuq l-impjiegi indiretti huwa mistenni li saħansitra jkun aktar ta’ benefiċċju. Minkejja li mill-għażla D jistgħu jkunu mistennija ċerti benefiċċji ambjentali f’termini ta’ tnaqqis fit-tniġġis akustiku u emissjonijiet serra bis-saħħa taż-żieda possibbli fit-titjiriet diretti operati mit-trasportaturi tal-UE, dawn ġeneralment huma kkumpensati permezz ta’ fatturi oħra bħaż-żieda fit-tbassir tat-traffiku tal-ajru fil-futur. Għalhekk, l-impatt ambjentali tal-għażla huwa mistenni li jkun newtrali.

Dan ir-Regolament propost jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-għażla D relatata mal-politika, filwaqt li jirfina aktar l-aspetti rilevanti tagħha. Dan l-irfinar iwassal għall-iżvilupp ta’ żewġ mogħdiji possibbli: ’l hekk imsejħa mogħdija ta’ “ksur” u ’l hekk imsejħa mogħdija ta’ “ħsara”.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-implikazzjonijiet baġitarji huma relatati mal-bidu u t-twettiq tal-investigazzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea, u mad-dmirijiet finanzjarji.

Abbażi tal-esperjenza b’tipi simili ta’ investigazzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni, ir-riżorsi meħtieġa ġew ivvalutati li huma bejn tliet u erba’ uffiċjali full time għal kull investigazzjoni, għal żewġ investigazzjonijiet sa tlieta kull sena. Għalhekk, dan l-istrument huwa mistenni li jirrikjedi disa’ uffiċjali għall-implimentazzjoni tiegħu. L-ispejjeż tal-missjonijiet, inklużi investigazzjonijiet fuq il-post, jenħtieġ li jiġu antiċipati wkoll. L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għall-ispejjeż tal-missjonijiet huma mistennija li jiġu ssodisfati permezz ta’ allokazzjoni li tista’ tingħata lid-DĠ responsabbli mill-ġestjoni, skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Id-dħul huwa mistenni li jiġi indott mill-pagament ta’ dmirijiet finanzjarji. Il-kwantifikazzjoni hija diffiċli ħafna billi kull dħul jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali.

5.ELEMENTI OĦRAJN

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-qafas dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar għal din l-inizjattiva huwa deskritt fil-Kapitolu 7 tar-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanjah.

•Preżentazzjoni tal-proposta

Il-Premessi stabbilixxew l-objettiv tar-Regolament li huwa l-iżgurar tal-kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni u t-trasportaturi bl-ajru ta’ pajjiż terz, bl-għan li jinżammu kundizzjonijiet li jwasslu għal livell għoli ta’ konnettività.

Il-Kapitolu I tal-proposta jinkludi dispożizzjonijiet ġenerali. Dan il-Kapitolu jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament u jinkludi għadd ta’ definizzjonijiet li huma rilevanti sabiex ir-Regolament jinftiehem b’mod korrett, b’mod partikolari l-prattiki indirizzati f’dan ir-Regolament.

Il-Kapitolu II jinkludi regoli komuni dwar il-proċedimenti. Dawk ir-regoli jirregolaw il-bidu u l-progress tal-investigazzjoni. Dan jipprovdi li investigazzjoni tista’ tinbeda abbażi ta’ lment minn Stat Membru, trasportatur bl-ajru tal-UE jew assoċjazzjoni ta’ trasportaturi bl-ajru tal-UE jew abbażi ta’ inizjattiva proprja tal-Kummissjoni. Dan jistabbilixxi l-kundizzjonijiet, li skonthom il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi jew tirrifjuta li tibda investigazzjoni u jispeċifika l-proċedura li għandha tiġi segwita meta jitħabbar il-ftuħ ta’ investigazzjoni. Dan jiddetermina d-dritt tal-Kummissjoni li tfittex l-informazzjoni kollha li tqis meħtieġa biex twettaq l-investigazzjoni u tivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni li tkun irċeviet jew ġabret 16 . Dan jiddefinixxi wkoll iż-żewġ għanijiet possibbli tal-investigazzjoni, li jappartjenu għall-ksur tal-obbligi internazzjonali applikabbli (l-hekk imsejħa mogħdija ta’ “ksur”), jew għall-prattiki adottati minn pajjiż terz jew entità ta’ pajjiż terz li jaffettwaw il-kompetizzjoni u jikkawżaw ħsara jew theddida ta’ ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni (l-hekk imsejħa mogħdija ta’ “ħsara”). Barra minn hekk, dan il-Kapitolu jistabbilixxi r-regoli, li skonthom għandha titwettaq investigazzjoni u li permezz tagħhom il-partijiet interessati jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni li jkollha x’taqsam mal-investigazzjoni. Dan jinkludi wkoll id-dispożizzjonijiet relatati mal-kooperazzjoni mal-Istati Membri, mal-kunfidenzjalità u mal-iżvelar.

Il-Kapitolu III jiddeskrivi l-atti li permezz tagħhom jiġu konklużi l-proċedimenti dwar il-ksur tal-obbligi internazzjonali applikabbli, jiġifieri bl-adozzjoni tal-miżuri ta’ rimedju jew mingħajrha. Il-miżuri disponibbli f’dan ir-rigward huma b’mod partikolari dawk previsti fl-att li jinkludi l-obbligi internazzjonali applikabbli.

Il-Kapitolu IV jirregola l-każijiet li jirrigwardaw il-prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni. Għal dan il-għan, l-ewwel dan jistabbilixxi taħt liema kundizzjonijiet jistgħu jinstabu l-eżistenza ta’ ħsara jew it-theddida ta’ ħsara. Dan jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li skonthom il-proċedimenti jistgħu jiġu sospiżi jew konklużi, bl-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju jew mingħajrha. Dan jipprovdi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri finanzjarji jew operazzjonali maħsuba biex jikkumpensaw għall-ħsara jew għat-theddida ta’ ħsara u jirrikjedi li l-miżuri ma jridux jaqbżu dak li huwa meħtieġ għal tali kumpens billi jitqies li l-objettiv ta’ tali miżuri ma jkunx jikkonsisti fl-ikkastigar tat-trasportatur bl-ajru tal-pajjiż terz ikkonċernat iżda fl-istabbiliment mill-ġdid tal-kompetizzjoni ġusta. Dan il-Kapitolu jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu riveduti l-miżuri ta’ rimedju.

Finalment, il-Kapitolu V jinkludi dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-proċedura tal-Kumitat, mat-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 868/2004 u mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2017/0116 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea;

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 17 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 18 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-avjazzjoni għandha rwol essenzjali fl-ekonomija tal-Unjoni. Hija xprunatur b’saħħtu għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, il-kummerċ u l-mobilità. Matul l-aħħar deċennji, it-tkabbir fis-servizzi tat-trasport bl-ajru kkontribwixxa b’mod sinifikanti għat-titjib fil-konnettività fi ħdan l-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi u b’mod ġenerali kien faċilitatur sinifikanti tal-ekonomija tal-Unjoni.

(2)It-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni huma fiċ-ċentru tan-netwerk globali li jgħaqqad l-Ewropa internament u mal-bqija tad-dinja. Dawn jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkompetu mat-trasportaturi bl-ajru ta’ pajjiżi terzi f’ambjent ta’ kompetizzjoni miftuħa u ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru kollha. Dan jikkontribwixxi għaż-żamma ta’ kundizzjonijiet li jwasslu għal livell għoli ta’ konnettività tal-Unjoni.

(3)Il-kompetizzjoni ġusta hija prinċipju ġenerali importanti fit-tħaddim ta’ servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru. Dan il-prinċipju huwa rikonoxxut b’mod partikolari mill-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“il-Kovenzjoni ta’ Chicago”) li l-preambolu tagħha jirrikonoxxi l-ħtieġa li s-servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru jkunu bbażati fuq il-bażi ta’ “ugwaljanza ta’ opportunità”. L-Artikolu 44 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago jiddikjara wkoll li l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) jenħtieġ li jkollha l-għan li trawwem l-iżvilupp tat-trasport internazzjonali bl-ajru sabiex “jiġi żgurat li kull Stat Kontraenti jkollu opportunità ġusta biex jopera linji tal-ajru internazzjonali” u biex “tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn l-Istati Kontraenti”.

(4)Il-prinċipju ta’ kompetizzjoni ġusta huwa stabbilit sew fi ħdan l-Unjoni fejn il-prattiki li għandhom effett distortiv fuq is-suq ikunu soġġetti għad-dritt tal-Unjoni eżistenti, li jiggarantixxi opportunitajiet indaqs u kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta għat-trasportaturi bl-ajru kollha, Ewropej u mhux Ewropej, li joperaw fl-Unjoni.

(5)Madankollu, minkejja l-isforzi kontinwi ta’ xi pajjiżi terzi u tal-Unjoni, il-prinċipji tal-kompetizzjoni ġusta għadhom ma ġewx iddefiniti permezz ta’ regoli multilaterali speċifiċi, b’mod partikolari la fil-kuntest tal-ftehimiet tal-ICAO u lanqas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-kummerċ (“WTO”) li mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, is-servizzi tat-trasport bl-ajru ġew fil-biċċa l-kbira esklużi 19 .

(6)Għalhekk, jenħtieġ li jissaħħu l-isforzi fil-kuntest tal-ICAO u tad-WTO biex jappoġġaw b’mod attiv l-iżvilupp ta’ regoli internazzjonali li jiggarantixxu kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru kollha.

(7)Preferibbilment, jenħtieġ li l-kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru tiġi indirizzata fil-kuntest tal-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi bl-ajru ma’ pajjiżi terzi. Madankollu, il-maġġoranza tal-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha jew it-tnejn li huma, minn naħa, u l-pajjiżi terzi min-naħa l-oħra, s’issa ma jipprovdux regoli korrispondenti. Għalhekk, jenħtieġ li jissaħħu l-isforzi biex jinnegozjaw l-inklużjoni ta’ klawżoli ta’ kompetizzjoni ġusta fil-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru eżistenti u futuri ma’ pajjiżi terzi.

(8)Il-kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi bl-ajru tista’ tiġi żgurata wkoll permezz ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni xierqa bħar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 20 u d-Direttiva tal-Kunsill 96/97/KE 21 . Sakemm il-kompetizzjoni ġusta tassumi protezzjoni tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni minn ċerti prattiki adottati minn pajjiżi terzi jew trasportaturi ta’ pajjiżi terzi, din il-kwistjoni hija indirizzata attwalment fir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 . Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 wera li mhuwiex effettiv biżżejjed fir-rigward tal-għan ġenerali sottostanti tiegħu tal-kompetizzjoni ġusta. Dan huwa l-aktar minħabba l-fatt li ċerti regoli tiegħu jappartjenu b’mod partikolari għad-definizzjoni tal-prattiki kkonċernati, għajr għas-sussidjar, u għar-rekwiżiti dwar il-bidu u t-twettiq tal-investigazzjonijiet. Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 jonqos milli jipprovdi proċedura interna tal-Unjoni dedikata fir-rigward tal-obbligi li jinsabu fil-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru, li l-Unjoni tagħmel parti minnhom, u li huma maħsuba biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta. Minħabba l-għadd u l-importanza tal-emendi li jkunu meħtieġa biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 868/2004 jiġi sostitwit b’att ġdid.

(9)Leġiżlazzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva tibqa’ meħtieġa sabiex iżżomm kundizzjonijiet li jwasslu għal livell għoli ta’ konnettività tal-Unjoni u biex tiżgura kompetizzjoni ġusta mat-trasportaturi bl-ajru ta’ pajjiżi terzi. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi fdata bis-setgħa li twettaq investigazzjoni u tieħu miżuri fejn meħtieġ. Tali miżuri jenħtieġ li jkunu disponibbli meta jinkisru l-obbligi rilevanti skont ftehim li l-Unjoni tagħmel parti minnu, jew inkella meta l-prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni.

(10)Meta l-Unjoni tkun parti minn ftehim tat-trasport bl-ajru jew ta’ servizzi tal-ajru ma’ pajjiż terz, jenħtieġ li l-ksur tal-obbligi internazzjonali stabbiliti fih, jiġi indirizzat fil-kuntest ta’ dan il-ftehim, b’mod partikolari permezz tal-applikazzjoni tal-klawżola tal-kompetizzjoni ġusta fejn teżisti, u fejn rilevanti, tas-soluzzjoni tat-tilwim.

(11)Sabiex il-Kummissjoni tkun informata b’mod adegwat dwar l-elementi possibbli li jiġġustifikaw il-bidu ta’ investigazzjoni, kwalunkwe Stat Membru, trasportatur bl-ajru tal-Unjoni jew assoċjazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu intitolati biex iressqu lment.

(12)Huwa importanti li jiġi żgurat li l-investigazzjoni tkun tista’ testendi għall-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta’ elementi pertinenti. Għal dan il-għan, u soġġetta għall-kunsens tal-pajjiż terz u tal-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata , jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq investigazzjonijiet f’pajjiżi terzi. Għall-istess raġunijiet u għall-istess għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jappoġġaw lill-Kummissjoni bl-aħjar kapaċitajiet tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonkludi l-investigazzjoni fuq il-bażi tal-aqwa evidenza disponibbli.

(13)Meta l-investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni tikkonċerna operazzjonijiet koperti bi ftehim tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru ma’ pajjiż terz li l-Unjoni mhijiex parti minnu, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-Kummissjoni taġixxi b’għarfien sħiħ ta’ kwalunkwe proċediment maħsub jew imwettaq mill-Istat Membru kkonċernat skont tali ftehim u b’rilevanza għas-sitwazzjoni soġġetta għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jżommu lill-Kummissjoni infurmata kif xieraq.

(14)Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li taħthom il-proċedimenti jenħtieġ li jiġu inklużi, bl-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju jew mingħajrhom.

(15)Jenħtieġ li l-proċedimenti ma jiġux mibdija jew konklużi mingħajr miżuri ta’ rimedju skont dan ir-Regolament fejn l-adozzjoni ta’ dan tal-aħħar tmur kontra l-interess tal-Unjoni, billi jitqies l-impatt tagħhom fuq persuni oħra, b’mod partikolari konsumaturi jew impriżi fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-proċedimenti jiġu konklużi wkoll mingħajr miżuri meta r-rekwiżiti għat-tali miżuri mhumiex issodisfati jew m’għadhomx issodisfati.

(16)Meta l-obbligi internazzjonali applikabbli jkunu ġew miksura, kwalunkwe miżura ta’ rimedju tkun teħtieġ li min-natura tagħha tiġi bbażata fuq l-att li jinkludi tali obbligi jew fuq ir-regoli u l-prinċipji tal-liġi internazzjonali pubblika. Sabiex tiġi ppreservata l-integrità ta’ dawk l-atti, jenħtieġ li kwalunkwe tali miżura tiġi adottata biss wara t-twettiq tal-proċeduri previsti fihom.

(17)Jenħtieġ li s-sejbiet fir-rigward ta’ ħsara jew theddida ta’ ħsara għat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i) jirriflettu valutazzjoni realistika tas-sitwazzjoni u jenħtieġ li għalhekk ikunu bbażati fuq il-fatturi rilevanti kollha, b’mod partikolari li jappartjenu għas-sitwazzjoni ta’ dawk it-trasportatur(i) u għas-sitwazzjoni ġenerali tas-suq tat-trasport bl-ajru affettwat.

(18)Għal raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva u fid-dawl ta’ terminazzjoni possibbli mingħajr miżuri, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li jiġu sospiżi l-proċedimenti fejn il-pajjiż terz jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu ħadu passi deċiżivi biex jeliminaw il-prattika rilevanti li taffettwa l-kompetizzjoni jew il-ħsara jew it-theddida ta’ ħsara li tirriżulta.

(19)Il-miżuri ta’ rimedju fir-rigward ta’ prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni għandhom l-għan li jikkumpensaw il-ħsara li sseħħ jew li thedded li sseħħ minħabba dawk il-prattiki. Għalhekk jenħtieġ li dawn jieħdu l-forma ta’ dmirijiet finanzjarji jew ta’ miżuri oħra li, billi jirrappreżentaw valur pekunjarju li jista’ jitkejjel, huma kapaċi jiksbu l-istess effett. Dan jista’ jinkludi miżuri li jikkonsistu mis-sospensjoni ta’ konċessjonijiet, ta’ servizzi dovuti jew ta’ drittijiet oħra tat-trasportatur bl-ajru ta’ pajjiż terz, diment li dan ma jwassalx għal ksur ta’ ftehim tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru konklużi mal-pajjiż terz ikkonċernat. Sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li l-miżuri ta’ kwalunkwe tip ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ biex jiġu kkumpensati l-ħsara jew it-theddida ta’ ħsara identifikati.

(20)F’konformità mal-istess prinċipju, il-miżuri ta’ rimedju fir-rigward tal-prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni jenħtieġ li jibqgħu fis-seħħ sakemm, u sal-limitu li, huwa neċessarju fid-dawl ta’ tali prattika u l-ħsara jew it-theddida ta’ ħsara li tirriżulta. Konsegwentement, jenħtieġ li tiġi pprovduta reviżjoni għal meta iċ-ċirkostanzi jkunu jenħtieġu dan.

(21)Is-sitwazzjonijiet investigati f’dan ir-Regolament u l-impatt potenzjali tagħhom fuq l-Istati Membri jistgħu jvarjaw skont iċ-ċirkustanzi. Għalhekk, il-miżuri ta’ rimedju jistgħu japplikaw, skont il-każ, għal Stat Membru wieħed jew aktar jew ikunu limitati għal żona ġeografika speċifika.

(22)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 .

(23)Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-protezzjoni effiċjenti, ugwali għat-trasportaturi bl-ajru kollha tal-Unjoni u abbażi ta’ kriterji u proċeduri uniformi, kontra l-ksur ta’ obbligi internazzjonali applikabbli u kontra l-ħsara jew it-theddida ta’ ħsara għal trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar tal-Unjoni kkawżati mill-prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni, adottat minn pajjiżi terzi jew entitajiet ta’ pajjiżi terzi, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(24)Minħabba li dan ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 868/2004, dak ir-Regolament għandu għalhekk jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar it-twettiq ta’ investigazzjonijiet mill-Kummissjoni u dwar l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju, li jirrelataw mal-ksur ta’ obbligi internazzjonali applikabbli u ma’ prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni u trasportaturi bl-ajru oħrajn u li jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni.

2.Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 95/93 u l-Artikolu 20 tad-Direttiva 96/67/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)“trasportatur bl-ajru” tfisser trasportatur bl-ajru kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 ;

(b)“servizz tat-trasport bl-ajru” tfisser titjira jew serje ta’ titjiriet li jġorru passiġġieri, merkanzija jew posta, bi ħlas jew kiri;

(c)“obbligi internazzjonali applikabbli” tfisser kwalunkwe obbligu li jinsab fi ftehim tat-trasport internazzjonali bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru li l-Unjoni hija parti minnu jew kwalunkwe dispożizzjoni dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru inklużi fi ftehim kummerċjali li l-Unjoni hija parti minnu, u li jirrelata mal-prattiki li jistgħu jaffettwaw il-kompetizzjoni jew imġiba oħra rilevanti għall-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru;

(d)“parti interessata” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe korp uffiċjali, kemm jekk ikollhom personalità ġuridika proprja jew le, li x’aktarx ikollhom interess sinifikanti fir-riżultat tal-proċedimenti;

(e)“entità ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, kemm jekk tagħmel profitt jew le, jew kwalunkwe korp uffiċjali b’personalità ġuridika proprja jew le, li hija taħt il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz, kemm jekk ikkontrollata mill-gvern ta’ pajjiż terz jew le, u hija involuta direttament jew indirettament f’servizzi tat-trasport bl-ajru jew f’servizzi relatati jew fil-forniment ta’ infrastruttura jew servizzi użati biex jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru jew servizzi relatati;

(f)“prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni” tfisser diskriminazzjoni u sussidji;

(g)“diskriminazzjoni” tfisser divrenzjar ta’ kull tip mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva fir-rigward tal-provvista tal-oġġetti jew tas-servizzi, inklużi s-servizzi pubbliċi, użati għat-tħaddim tas-servizzi tat-trasport bl-ajru, jew fir-rigward tat-trattament tagħhom mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti għal tali servizzi (inklużi prattiki relatati man-navigazzjoni bl-ajru jew ma’ faċilitajiet u servizzi tal-ajruport, fjuwil, groundhandling, sigurtà, sistemi kompjuterizzati ta’ prenotazzjoni, allokazzjonijiet tas-slots, imposti u l-użu ta’ faċilitajiet jew servizzi oħrajn użati għat-tħaddim tas-servizzi tat-trasport bl-ajru);

(h)“sussidju” tfisser kontribuzzjoni finanzjarja:

(I)mogħtija minn gvern jew organizzazzjoni pubblika oħra ta’ pajjiż terz f’waħda mill-forom li ġejjin:

(1)prattika ta’ gvern jew organizzazzjoni pubblika oħra li tinvolvi trasferiment dirett ta’ fondi, trasferiment dirett potenzjali ta’ fondi jew obbligi (bħal għotjiet, self, infużjoni ta’ ekwità, garanziji ta’ self, tnaqqis ta’ telf operazzjonali, jew kumpens għal piżijiet finanzjarji imposti minn awtoritajiet pubbliċi);

(2)dħul ta’ gvern jew organizzazzjoni pubblika oħra li huwa dovut li huwa maħfur jew ma nġabarx (bħal trattament fiskali preferenzjali jew inċentivi fiskali bħal krediti tat-taxxa);

(3)gvern jew organizzazzjoni pubblika oħra, inklużi impriżi kkontrollati pubblikament, jipprovdu oġġetti jew servizzi jew jixtru oġġetti jew servizzi;

(4)gvern jew organizzazzjoni pubblika oħra jagħmlu ħlasijiet lil mekkaniżmu ta’ finanzjament jew jaħtru jew jordnaw lil entità privata sabiex twettaq waħda mit-tipi ta’ funzjonijiet jew iktar, imsemmija fil-punti (1), (2) u (3), li normalment ikunu f’idejn il-gvern u, li fil-prattika, ma jkunux ivarjaw minn dawk il-prattiki li normalment jiġu segwiti mill-gvernijiet;

(II)li jikkonferixxi benefiċċju;

(III)limitat, fid-dritt jew fil-fatt, għal entità jew industrija jew grupp ta’ entitajiet jew industriji fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità awtorizzanti;

(i)“Trasportatur bl-ajru tal-Unjoni” tfisser trasportatur bl-ajru b’liċenzja operattiva valida mogħtija mingħand Stat Membru skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008.

Kapitolu II

Dispożizzjonijiet komuni fir-rigward tal-proċedimenti

Artikolu 3

Bidu ta’ proċedimenti

1.Investigazzjoni għandha tinbeda wara li jiġi sottomess ilment bil-miktub minn Stat Membru, trasportatur bl-ajru tal-Unjoni jew assoċjazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni skont il-paragrafu 2, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess, jekk hemm evidenza prima facie ta’ xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)ksur ta’ obbligi internazzjonali applikabbli;

(b)l-eżistenza taċ-ċirkostanzi kollha li ġejjin:

(I)prattika li taffettwa l-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta’ pajjiż terz;

(II)ħsara jew theddida ta’ ħsara lil trasportatur bl-ajru tal-Unjoni wieħed jew aktar;

(III)rabta kawżali bejn l-allegata prattika u l-allegati ħsara jew theddida ta’ ħsara.

2.Lment għandu jinkludi evidenza prima facie ta’ wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.Il-Kummissjoni għandha, sakemm ikun possibbli, teżamina l-preċiżjoni u l-adegwatezza tal-elementi previsti fl-ilment jew għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, sabiex jiġi determinat jekk hemmx biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ investigazzjoni skont il-paragrafu 1.

4.Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma tagħtix bidu għal investigazzjoni fejn l-adozzjoni ta’ miżuri f’konformità mal-Artikoli 10 jew 13 tmur kontra l-interess tal-Unjoni jew fejn il-Kummissjoni tqis li l-fatti mressqa fl-ilment la jqajmu kwistjoni sistemika u lanqas m’għandhom impatt sinifikanti fuq trasportatur bl-ajru tal-Unjoni wieħed jew aktar.

5.Fejn l-evidenza ppreżentata mhijiex biżżejjed għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 60 jum mid-data li fiha jkun tressaq l-ilment, tinforma lill-ilmentatur dwar l-insuffiċjenza. L-ilmentatur għandu jingħata 30 jum biex jipprovdi evidenza addizzjonali. Meta l-ilmentatur jonqos milli jagħmel dan f’dak iż-żmien stipulat, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma tibdiex investigazzjoni.

6.Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-bidu ta’ investigazzjoni skont il-paragrafu 1 fi żmien 6 xhur minn meta jitressaq l-ilment.

7.Soġġetta għall-paragrafu 4, meta l-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi li ġejjin:

(a)tibda l-proċedimenti;

(b)tippubblika avviż formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; l-avviż għandu jħabbar il-bidu tal-investigazzjoni, jindika l-ambitu tal-investigazzjoni, l-obbligi internazzjonali applikabbli li allegatament huma miksura jew il-pajjiż terz jew l-entità ta’ pajjiż terz li allegatament jkunu ħadu sehem fi prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni u l-allegata ħsara jew it-theddida ta’ ħsara, lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i) u għandu jiddikjara l-perjodu li fih il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu lilhom infushom magħrufa, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub, jissottomettu l-informazzjoni jew jistgħu japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

(c)tinnotifika uffiċjalment lir-rappreżentanti tal-pajjiż terz u lill-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata dwar il-bidu tal-investigazzjoni;

(d)tinforma lill-ilmentatur u lill-Kumitat previst fl-Artikolu 15 dwar il-bidu tal-investigazzjoni.

8.Meta l-ilment jiġi rtirat qabel il-bidu tal-investigazzjoni, l-ilment jitqies li ma jkunx ġie ppreżentat. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni biex tagħti bidu għal investigazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess skont il-paragrafu 1.

Artikolu 4

Investigazzjoni

1.Wara li jibdew il-proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni.

2.L-investigazzjoni għandu jkollha l-għan li tiddetermina kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)jekk l-obbligi internazzjonali applikabbli jkunux ġew miksura;

(b)jekk prattika li taffettwa l-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta’ pajjiż terz, ikkawżatx ħsara jew theddida ta’ ħsara lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i).

3.Il-Kummissjoni tista’ tfittex l-informazzjoni kollha li tqis meħtieġa biex twettaq l-investigazzjoni u tista’ tivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni li tkun irċeviet jew ġabret mat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i), mal-pajjiż terz jew mal-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata.

4.Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri sabiex jappoġġawha fl-investigazzjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu dawk il-passi kollha neċessarji sabiex jissodisfaw dawn it-talbiet. L-appoġġ mitlub mill-Istati Membri jista’ jkopri l-forniment tal-informazzjoni u l-analiżi tal-informazzjoni kif ukoll il-kontribut għall-kontrolli, l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet.

5.Jekk ikun jidher meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ twettaq investigazzjonijiet fit-territorju tal-pajjiż terz ikkonċernat, diment li dak il-gvern tal-pajjiż terz ikkonċernat u l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu ġew innotifikati uffiċjalment u jkunu taw il-kunsens tagħhom.

6.Il-partijiet li jkunu għamlu lilhom infushom magħrufa fi ħdan il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-avviż formali ta’ tnedija, għandhom jinstemgħu jekk ikunu għamlu talba għal smigħ billi juru li huma parti interessata.

7.L-ilmentaturi, il-partijiet interessati, l-Istat(i) Membru/i konċernat(i) u r-rappreżentanti tal-pajjiż terz jew l-entità ta’ pajjiż terz ikkonċernata jistgħu jikkonsultaw l-informazzjoni kollha li saret disponibbli għall-Kummissjoni, ħlief għad-dokumenti interni li huma għall-użu tal-Kummissjoni u l-amministrazzjonijiet, sakemm tali informazzjoni ma tkunx kunfidenzjali skont l-Artikolu 6 u sakemm tkun indirizzat talba bil-miktub lill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Kooperazzjoni mal-Istati Membri fir-rigward tal-proċedimenti rilevanti għall-każijiet li jaqgħu taħt il-Kapitolu IV

1.Meta l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tibda proċedimenti skont l-Artikolu 3 u meta s-servizzi tat-trasport bl-ajru kkonċernati jkunu regolati permezz ta’ ftehim tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru konklużi bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz u li l-Unjoni ma tkunx parti minnu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i).

2.Meta Stat Membru jkun informat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed bl-intenzjoni tiegħu li jirrikorri għall-proċeduri tar-riżoluzzjoni tat-tilwim jew kwalunkwe proċedura rilevanti oħra prevista fil-ftehim tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru mal-pajjiż terz ikkonċernat, bl-għan li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni koperta mill-investigazzjoni.

3.L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 2 għandu jinforma lill-Kummissjoni wkoll dwar il-laqgħat rilevanti kollha skedati fil-qafas tal-ftehim tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru mal-pajjiż terz ikkonċernat sabiex tiġi diskussa l-kwistjoni koperta mill-investigazzjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-aġenda u l-informazzjoni rilevanti kollha li jippermettu li jkun hemm fehim tas-suġġetti li għandhom jiġu diskussi f’dawk il-laqgħat.

4.L-Istat Membru konċernat għandu jżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar it-twettiq ta’ kwalunkwe proċedura kif imsemmi fil-paragrafu 2 u jista’, fejn xieraq, jistieden lill-Kummissjoni tattendi dawk il-proċeduri. Il-Kummissjoni tista’ titlob aktar informazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 6

Kunfidenzjalità

1.Kull informazzjoni li min-natura tagħha hija kunfidenzjali, inkluża iżda mhux limitata għal informazzjoni li l-iżvelar tagħha jista’ jkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew jista’ jkollu effett negattiv sinifikanti fuq xi persuna li tkun forniet l-informazzjoni jew fuq persuna li minnha l-persuna li akkwistat l-informazzjoni tkun ingħatat l-informazzjoni, jew li tingħata fuq bażi kunfidenzjali minn partijiet għal investigazzjoni għandha, jekk tintwera raġuni valida, tiġi trattata bħala tali mill-Kummissjoni.

2.Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni kunfidenzjali għandhom ikunu mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha. Dawk is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex jagħtu fehma raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni sottomessa b’mod kunfidenzjali. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-partijiet interessati jistgħu jindikaw li l-informazzjoni kunfidenzjali ma tistax tinġabar fil-qosor. F’tali ċirkostanzi eċċezzjonali, għandha tingħata dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex ma jkunx possibbli li jsir sommarju.

3.L-informazzjoni riċevuta taħt dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-għan li għalih tkun intalbet. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tipprekludi l-użu ta’ informazzjoni riċevuta fil-kuntest ta’ investigazzjoni waħda għall-għan li tinbeda investigazzjoni oħra skont dan ir-Regolament.

4.Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inkluż l-uffiċjali tagħhom it-tnejn, ma għandhomx jiżvelaw kwalunkwe informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali riċevuta skont dan ir-Regolament, jew kwalunkwe informazzjoni pprovduta fuq bażi kunfidenzjali minn parti għal investigazzjoni, mingħajr il-permess speċifiku mill-parti li tkun qiegħda tressaq din l-informazzjoni. L-iskambji ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta’ kwalunkwe dokument intern preparat mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri, ma għandhomx jiġu żvelati ħlief kif speċifikament previst f’dan ir-Regolament.

5.Fejn ikun jidher li ma jkunx hemm garanzija fir-rigward ta’ talba għal kunfidenzjalità u jekk min jgħaddi l-informazzjoni ma jkunx jixtieq li jagħmel l-informazzjoni pubblika jew li jawtorizza l-iżvelar tagħha f’forma ġenerali jew fil-qosor, l-informazzjoni msemmija tista’ ma titqiesx.

6.Dan l-Artikolu m’għandux jipprekludi l-iżvelar ta’ informazzjoni ġenerali mill-awtoritajiet tal-Unjoni, u, b’mod partikolari, l-iżvelar tar-raġunijiet li fuq il-bażi tagħhom ikunu ttieħdu d-deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament, u lanqas l-iżvelar tal-evidenza li qagħdu fuqha l-awtoritajiet tal-Unjoni sa fejn dan ikun meħtieġ biex jiġu spjeġati dawk ir-raġunijiet fi proċedimenti tal-qorti. Tali żvelar għandu jqis l-interess leġittimu tal-partijiet ikkonċernati li s-sigrieti kummerċjali jew tal-gvern tagħhom ma għandhomx jiġu żvelati.

Artikolu 7

Bażi tas-sejbiet f’każ ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa tiġi rifjutata jew inkella ma tingħatax f’limiti ta’ żmien xierqa, jew meta l-investigazzjoni tkun ostakolata b’mod sinifikanti, is-sejbiet għandhom isiru abbażi tal-fatti disponibbli. Meta l-Kummissjoni ssib li tkun ġiet sottomessa informazzjoni falza jew qarrieqa, tali informazzjoni għandha tiġi injorata.

Artikolu 8

Żvelar

1.Il-pajjiż terz, l-entità tal-pajjiż terz u t-trasportatur bl-ajru tal-pajjiż terz ikkonċernat, kif ukoll l-ilmentatur u l-partijiet interessati għandhom jirċievu l-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom huwa maħsub li jiġu adottati miżuri ta’ rimedju, jew biex jintemmu l-proċedimenti mingħajr ma jiġu adottati miżuri ta’ rimedju, sa mhux aktar tard minn xahar qabel ma jinqabad il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 15, skont l-Artikoli 10(2), 10(3), 12(2) jew 13(1).

2.L-iżvelar m’għandux jippreġudika kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni. Meta l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tibbaża tali deċiżjoni fuq kwalunkwe fatt u konsiderazzjoni addizzjonali jew differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista’ jkun malajr.

3.Rappreżentazzjonijiet magħmula wara li jkun sar l-iżvelar, għandhom jitqiesu biss jekk ikunu riċevuti f’perjodu li jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f’kull każ, li għandu jkun mill-inqas 10 ijiem, b’kunsiderazzjoni partikolari tingħata għall-urġenza tal-kwistjoni. Jista’ jiġi stabbilit perijodu iqsar kull darba li jkun irid isir żvelar finali addizzjonali.

Artikolu 9

Durata tal-proċedimenti u tas-sospensjoni

1.Il-proċedimenti għandhom jiġu konklużi fi żmien sentejn. Dak il-perjodu jista’ jitwal f’każijiet li jkunu debitament ġustifikati.

2.F’każ ta’ urġenza, bħal pereżempju f’sitwazzjonijiet fejn ikun hemm riskju ta’ ħsara immedjata u irriversibbli lil trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni, il-proċedimenti jistgħu jitqassru għal sena.

3.Il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-proċedimenti meta l-pajjiż terz jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu ħadu passi deċiżivi biex jeliminaw, bħal:

(a)fil-każ ta’ ksur tal-obbligu internazzjonali applikabbli, dak il-ksur;

(b)fil-każ ta’ prattika li taffettwa l-kompetizzjoni, dik il-prattika jew il-ħsara jew it-theddida ta’ ħsara għat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i).

4.Jekk il-ksur tal-obbligi internazzjonali applikabbli jew il-prattika li taffettwa il-kompetizzjoni, il-ħsara jew it-theddida ta’ ħsara lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i) ma jkunux ġew eliminati, wara perjodu raġonevoli ta’ żmien, il-Kummissjoni tista’ terġa’ tibda l-proċedimenti.

Kapitolu III

Ksur ta’ obbligi internazzjonali applikabbli

Artikolu 10

Konklużjoni tal-proċedimenti

1.Meta l-ilment jiġi rtirat, il-Kummissjoni tista’ ttemm l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4 mingħajr ma tadotta miżuri ta’ rimedju.

2.Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ittemm l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4 mingħajr ma tadotta miżuri ta’ rimedju f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)il-Kummissjoni tikkonkludi li l-obbligi internazzjonali applikabbli ma jkunux ġew miksura;

(b)il-Kummissjoni tikkonkludi li l-adozzjoni tal-miżuri ta’ rimedju tmur kontra l-interessi tal-Unjoni;

(c)ikun inkiseb rimedju sodisfaċenti bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz konċernat skont il-mekkaniżmi rilevanti previsti fil-ftehim jew fl-arranġament applikabbli jew skont liġi internazzjonali pubblika rilevanti.

L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

3.Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u soġġetta għall-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri ta’ rimedju jekk l-investigazzjoni tiddetermina li l-obbligi internazzjonali applikabbli jkunu ġew miksura.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

4.Meta l-att li jkun fih l-obbligi internazzjonali applikabbli jirrikjedi, qabel ma tiġi adottata kwalunkwe miżura, it-twettiq minn qabel ta’ proċedura internazzjonali għall-konsultazzjoni jew għas-soluzzjoni tat-tilwim, dik il-proċedura għandha titwettaq l-ewwel u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 3 għandha tqis ir-riżultati tagħha.

5.Il-miżuri ta’ rimedju msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu l-miżuri previsti fl-att li jkun fih l-obbligi internazzjonali applikabbli jew li jkunu disponibbli skont regoli rilevanti u prinċipji tal-liġi internazzjonali pubblika.

Kapitolu IV

Prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni

Artikolu 11

Determinazzjoni tal-ħsara

1.Sejba ta’ ħsara għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu għandha tkun ibbażata fuq evidenza u għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha, b’mod partikolari:

(a)is-sitwazzjoni tat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i), b’mod partikolari f’termini ta’ aspetti bħalma huma l-frekwenza tas-servizzi, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, l-effett tan-netwerk, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, il-profitti, id-dħul minn kapital, l-investiment u l-impjiegi;

(b)is-sitwazzjoni ġenerali dwar is-suq/swieq affettwat(i) tas-servizzi tat-trasport bl-ajru, b’mod partikolari f’termini tal-livell tan-nollijiet jew tar-rati, il-kapaċità u l-frekwenza tas-servizzi tat-trasport bl-ajru jew l-użu tan-netwerk.

2.Sejba ta’ theddida ta’ ħsara teħtieġ li tkun prevista b’mod ċar li sitwazzjoni partikolari x’aktarx tiżviluppa fi ħsara attwali. Kwalunkwe tali determinazzjoni għandha tkun ibbażata fuq evidenza u għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha, b’mod partikolari:

(a)l-evoluzzjoni prevista tas-sitwazzjoni tat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i), b’mod partikolari f’termini ta’ frekwenza tas-servizzi, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, l-effett tan-netwerk, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, il-profitti, id-dħul minn kapital, l-investiment u l-impjiegi;

(b)l-evoluzzjoni prevista tas-sitwazzjoni ġenerali tas-suq/swieq potenzjalment affettwat(i) tas-servizzi tat-trasport bl-ajru, b’mod partikolari f’termini tal-livell tan-nollijiet jew tar-rati, il-kapaċità u l-frekwenza tas-servizzi tat-trasport bl-ajru jew l-użu tan-netwerk.

3.Il-Kummissjoni għandha tagħżel perjodu ta’ investigazzjoni u tanalizza l-evidenza rilevanti matul dak il-perjodu.

4.Ħsara jew theddida ta’ ħsara kkawżati minn fatturi oħra għajr il-prattika li taffettwa l-kompetizzjoni u li jaffettwaw b’mod negattiv ukoll lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i) m’għandhomx jiġu attribwiti għall-prattika taħt skrutinju.

Artikolu 12

Terminazzjoni tal-proċedimenti mingħajr miżuri ta’ rimedju

1.Il-Kummissjoni tista’ ttemm l-investigazzjoni mingħajr ma tadotta miżuri ta’ rimedju meta l-ilment jiġi rtirat.

2.Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ittemm l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4 mingħajr ma tadotta miżuri ta’ rimedju meta:

(a)il-Kummissjoni tikkonkludi li xi waħda minn dawn li ġejjin ma tkunx stabbilita:

(I)l-eżistenza ta’ prattika li taffettwa l-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta’ pajjiż terz;

(II)l-eżistenza ta’ ħsara jew theddida ta’ ħsara għat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i);

(III)l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn il-ħsara jew it-theddida ta’ ħsara u l-prattika meqjusa;

(b)il-Kummissjoni tikkonkludi li l-adozzjoni tal-miżuri ta’ rimedju skont l-Artikolu 13 tkun kontra l-interessi tal-Unjoni;

(c)il-pajjiż terz jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu eliminaw il-prattika li taffettwa l-kompetizzjoni;

(d)il-pajjiż terz jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu eliminaw il-ħsara jew it-theddida ta’ ħsara għat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

3.Id-deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni skont il-paragrafu 2 għandha tkun akkumpanjata b’dikjarazzjoni tar-raġunijiet tagħha u għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Miżuri ta’ rimedju

1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(1) u ħlief fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 12(2) il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri ta’ rimedju jekk l-investigazzjoni mwettqa fl-Artikolu 4 tiddetermina li prattika li taffettwa l-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta’ pajjiż terz, ikkawżat ħsara jew theddida ta’ ħsara lit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

2.Il-miżuri ta’ rimedju msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu imposti fuq it-trasportatur(i) bl-ajru tal-pajjiż terz li jibbenefika(w) mill-prattika li taffettwa l-kompetizzjoni u jistgħu jieħdu l-forma ta’ xi waħda minn dawn li ġejjin;

(a)dmirijiet finanzjarji;

(b)kwalunkwe miżura ta’ valur ekwivalenti jew inqas.

3.Il-miżuri ta’ rimedju msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx jaqbżu dak li huwa meħtieġ biex tiġi kumpensata l-ħsara jew it-theddida ta’ ħsara għat-trasportatur(i) bl-ajru tal-Unjoni kkonċernat(i). Għal dan il-għan, il-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 jistgħu jkunu limitati għal żona ġeografika speċifika.

4.Il-miżuri ta’ rimedju msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jidderieġu l-Unjoni jew l-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) biex jiksru l-ftehimiet tat-trasport bl-ajru, tas-servizzi tal-ajru jew kwalunkwe dispożizzjoni tas-servizzi tat-trasport bl-ajru inklużi fi ftehim kummerċjali konkluż mal-pajjiż terz ikkonċernat.

5.Id-deċiżjoni li tiġi konkluża l-investigazzjoni bl-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata b’dikjarazzjoni tar-raġunijiet tagħha u għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Reviżjoni tal-miżuri ta’ rimedju

1.Il-miżuri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 13 għandhom jibqgħu fis-seħħ biss sakemm u sal-limitu li, huwa meħtieġ fid-dawl tal-persistenza tal-prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni u l-ħsara jew it-theddida ta’ ħsara li jirriżultaw. Għal dan il-għan, għandha tapplika l-proċedura tar-reviżjoni stabbilita fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.Meta ċ-ċirkostanzi jitolbu hekk, tista’ tiġi riveduta l-ħtieġa għall-impożizzjoni kontinwa tal-miżuri ta’ rimedju fil-forma inizjali tagħhom, jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew tal-ilmentatur jew inkella fuq talba motivata minn pajjiż terz jew mill-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata.

3.Matul ir-reviżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-eżistenza kontinwa tal-prattika li taffettwa l-kompetizzjoni, tal-ħsara jew tat-theddida ta’ ħsara u tar-rabta kawżali bejn il-prattika u l-ħsara jew it-theddida ta’ ħsara.

4.Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tħassar, temenda jew iżżomm, kif xieraq, il-miżuri ta’ rimedju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

Kapitolu V

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 15

Proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 16

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 jitħassar. Referenzi għar-Regolament mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew            Għall-Kunsill

Il-President                    Il-President



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.    QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

   1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

   1.2.    Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB:

   1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

   1.4.    Objettiv(i)

   1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

   1.6.    Durata u impatt finanzjarju

   1.7.    Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.    MIŻURI TA’ ĠESTJONI

   2.1.    Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

   2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

   2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

3.    STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

   3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

   3.2.    Stima tal-impatt fuq in-nefqa 

   3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

   3.2.2.    Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   3.2.3.    Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   3.2.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   3.2.5.    Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

   3.3.    Stima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ta’ ABM/ABB 25  

06 - Mobilità u Trasport

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

◻ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida 

◻ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja 26  

◻ Il-proposta/L-inizjattiva għandha x’taqsam mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

☑ Il-proposta/L-inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

Impjiegi u tkabbir: L-għan tal-inizjattiva huwa li tikkontribwixxi għal industrija kompetittiva Ewropea tal-avjazzjoni li tiġġenera tkabbir sostenibbli u impjiegi ta’ valur għoli u li tixpruna l-innovazzjoni teknoloġika.

Suq intern iktar profond u iktar ġust b’bażi industrijali msaħħa: żona kompetittiva Unika Ewropea tat-Trasport li tipprovdi qafas liċ-ċittadini u lin-negozji għal trasport sikur, effiċjenti u ta’ kwalità għolja.

Azzjoni tal-UE għandha l-kapaċità tiżgura kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi tal-Unjoni u t-trasportaturi tal-pajjiżi terzi, jiġifieri kundizzjonijiet ekwi bejniethom. Dan jikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet li jwasslu għal livell għoli ta’ konnettività.

Finalment, ir-Regolament propost jikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-rwol tal-UE bħala attur globali.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/ċi u l-attività/jiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Objettiv speċifiku

DĠ MOVE Objettiv Speċifiku Nru 1: Żona Unika Ewropea tat-Trasport effiċjenti, sostenibbli, sikura u sigura: Titjib fir-regolamentazzjoni, l-iżgurar ta’ grad għoli ta’ implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tat-trasport u tal-kompetizzjoni miftuħa u ġusta kemm fl-UE kif ukoll fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħab ewlenin.

Attività/ajiet ABM/ABB konċernata/i

06 02 - Politika Ewropea tat-Trasport

1.4.3.Riżultat(i) u impatti mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi mmirati.

Ir-Regolament propost huwa mistenni jiggarantixxi kompetizzjoni ġusta bejn it-trasportaturi tal-Unjoni u t-trasportaturi ta’ pajjiż terz li għandha tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ konnettività bejn l-UE u l-pajjiżi terzi.

Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, ir-Regolament propost jistabbilixxi qafas li fih jiġu indirizzati l-prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni, adottati minn pajjiżi terzi jew minn entitajiet ta’ pajjiż terz u li jikkawżaw ħsara jew theddida ta’ ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-UE, u fejn miżuri ta’ rimedju rilevanti jiġu adottati biex jikkumpensaw għall-ħsara u jistabbilixxu mill-ġdid kompetizzjoni ġusta.

Ir-Regolament jipprovdi wkoll qafas għall-adozzjoni ta’ miżuri fejn obbligi internazzjonali applikabbli jkunu (allegatament) ġew miksura.

Huwa mistenni li l-industrija tal-linja tal-ajru tal-UE se tibbenefika minn dan ir-Regolament.

Huwa mistenni wkoll li l-passiġġieri tal-UE se jibbenefikaw mir-Regolament peress li dan jikkontribwixxi għaż-żamma ta’ aċċess wiesa’ għas-servizzi tat-trasport bl-ajru madwar l-UE.

Finalment, huwa mistenni li l-ekonomija globali tal-UE se tibbenefika minn dan ir-Regolament permezz tal-kontribut kontinwu tal-industrija tal-avjazzjoni għall-objettiv ta’ impjiegi u tkabbir.

Konsegwenzi ekonomiċi mistennija jinkludu żieda fl-għadd ta’ passiġġieri ttrasportati mil-linji tal-ajru tal-UE u żieda fid-dħul tal-linji tal-ajru tal-UE. L-ajruporti tal-UE se jibbenefikaw ukoll peress li se jattiraw aktar passiġġieri.

Konsegwenzi operazzjonali mistennija jinkludu titjib fil-konnettività fl-ispazju tal-ajru Ewropew, xprunati minn kompetizzjoni ġusta fost it-trasportaturi bl-ajru.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

- l-għadd u n-natura ta’ lmenti uffiċjali mis-settur lill-Kummissjoni;

- l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati Ewropej dwar l-applikabbiltà tal-qafas legali Ewropew.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil

Ipprovdi għodda effettiva li tippermetti l-indirizzar tal-prattiki li jaffettwaw il-kompetizzjoni li jikkawżaw ħsara jew theddida ta’ ħsara lit-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni. Il-miżuri f’tali każijiet huma maħsuba bħala kumpens għal tali ħsara jew theddida ta’ ħsara.

Ipprovdi qafas għall-adozzjoni ta’ miżuri fejn obbligi internazzjonali applikabbli jkunu (allegatament) ġew miksura.

It-tali miżuri kollha jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ konnettività bejn l-UE u l-pajjiżi terzi.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-kompatibbiltà mal-prinċipju tas-sussidjarjetà ġiet rikonoxxuta fis-26 premessa tar-Regolament (KE) Nru 868/2004, sakemm din kienet tikkonċerna t-termini ta’ dak ir-Regolament.

L-element ewlieni ġdid li jinsab fir-Regolament propost huwa azzjoni f’każijiet ta’ “ksur tal-obbligi internazzjonali applikabbli”. Ir-Regolament propost jiddefinixxi “obbligi internazzjonali applikabbli” bħala obbligi li jinsabu fi ftehim li l-Unjoni tagħmel parti minnu. Id-drittijiet vis-à-vis il-pajjiżi terzi, skont ftehimiet li l-Unjoni hija parti minnhom, ma jistgħux jiġu eżerċitati b’mod separat minn Stati Membri individwali.

Peress li l-objettivi mfittxija ma setgħux jintlaħqu mingħajr azzjoni fil-livell tal-Unjoni, tali azzjoni hija meħtieġa għal dan il-għan u tipprovdi valur miżjud f’paragun mal-azzjonijiet fil-livell nazzjonali.

1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-għan tar-Regolament Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kien li jipprevjeni u jiġġieled kontra prattiki inġusti, jiġifieri s-sussidji u d-diskriminazzjoni, mill-pajjiżi terzi u l-entitajiet ta’ pajjiż terz li jaffettwaw b’mod negattiv lit-trasportaturi tal-UE.

Madankollu, għal aktar minn 10 snin wara l-adozzjoni tiegħu, ir-Regolament qatt ma ntuża, peress li l-ebda trasportatur bl-ajru tal-UE ma ressaq lment formali, minkejja li kien hemm bosta akkużi u lmenti informali fl-industrija dwar il-prattiki inġusti allegatament adottati minn pajjiżi terzi u entitajiet ta’ pajjiżi terzi.

Ir-raġuni ewlenija għalfejn ir-Regolament Nru 868/2004 wera li huwa ineffettiv hija minħabba l-fatt li, sa fejn jikkonċerna “prezzar inġust”, dan huwa mfassal konċettwalment fuq għodod użati kontra d-dumping tal-oġġetti u għalhekk mhuwiex adattat għall-ispeċifiċitajiet tas-settur tat-trasport bl-ajru.

Tabilħaqq, minbarra s-sussidjar, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 japplika b’mod esklussiv għall-hekk imsejħa prattiki inġusti tal-ipprezzar. Dawn jinsabu biss fejn trasportatur bl-ajru ta’ pajjiż terz jimponi “nollijiet tal-ajru li huma suffiċjentement orħos minn dawk offruti mit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità li jikkompetu biex jikkawżaw ħsara”, li l-evidenza ta’ dan hija diffiċli biex tiġi ġestita. Filwaqt li s-sejba ta’ “prattiki inġusti ta’ prezzar” tirrikjedi wkoll li t-trasportatur bl-ajru ta’ pajjiż terz ikun irċieva vantaġġ mhux kummerċjali, l-eżistenza ta’ tali vantaġġ mhijiex suffiċjenti biex tqanqal azzjoni tal-Unjoni.

Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 jonqos milli jipprovdi proċedura interna tal-UE dedikata fir-rigward tal-obbligi li jinsabu fil-ftehimiet tat-trasport bl-ajru jew tas-servizzi tal-ajru, li l-Unjoni tagħmel parti minnhom, u li huma maħsuba biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta, jiġifieri fejn tali obbligi jkunu ġew miksura.

Fl-aħħar nett, ir-regoli dwar il-ftuħ ta’ investigazzjoni huma pjuttost restrittivi. B’mod partikolari, dritt xieraq li jitressaq ilment lill-Kummissjoni huwa limitat għall-“industrija tal-Komunità”, definita bħala “t-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità li jipprovdu servizzi sħaħ tal-ajru l-istess jew dawk li fosthom l-ishma kollettivi jikkostitwixxu proporzjon sostanzjali tal-provvisti totali tal-Komunità ta’ dawk is-servizzi”. La l-Istati Membri u lanqas it-trasportaturi bl-ajru individwali ma huma mogħtija pożizzjoni bħala ilmentaturi fihom infushom.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti adatti oħrajn

Ir-Regolament propost huwa konformi mal-objettivi ppreżentati fl-Istrateġija tal-Avjazzjoni u bħala tali jikkontribwixxi direttament għal dawn l-objettivi, fl-interess ta’ settur tal-avjazzjoni tal-UE aktar kompetittiv.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

–◻ Proposta/inizjattiva b’effett minn [DD/MM]YYYY sa [DD/MM]YYYY

–◻ Impatt finanzjarju minn YYYY sa YYYY

☑ Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

–Implimentazzjoni b’perjodu għat-tnedija minn YYYY sa YYYY,

–Segwita minn operazzjoni sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 27  

☑ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

–☑ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

–◻ mill-aġenziji eżekuttivi

◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

◻ Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

–◻ pajjiżi terzi jew il-korpi li ħatru;

–◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (li għandhom jiġu speċifikati);

–◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

–◻ il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

–◻ korpi ta’ dritt pubbliku;

–◻ korpi regolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

–◻ korpi regolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

–◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

–Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima ‘Kummenti’.

Kummenti

Mhux applikabbli

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Is-servizzi tal-Kummissjoni huma mistennija jwettqu evalwazzjoni biex jivverifikaw jekk l-objettivi tal-inizjattiva jkunux intlaħqu, ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. L-għan huwa li jiġi vverifikat jekk il-miżuri l-ġodda ħolqux kundizzjonijiet aktar ekwi u jekk għenux biex jinżamm livell għoli ta’ konnettività. Din l-evalwazzjoni se titwettaq abbażi tal-indikaturi ewlenin tal-progress speċifikati fit-taqsima dwar “indikaturi tar-riżultati u l-impatt”. Din trid tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Ġew identifikati r-riskji li ġejjin relatati mal-implimentazzjoni tar-Regolament propost:

1) Azzjoni ta’ ritaljazzjoni diretta lejn kumpaniji tal-UE

L-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju tista’ twassal għal miżuri ta’ ritaljazzjoni lejn l-industrija tal-UE (pereżempju jirrelataw mal-aċċess tat-trasportaturi bl-ajru għal servizzi jew għal xiri ta’ inġenju tal-ajru tal-UE minn trasportaturi ta’ pajjiż terz). Madankollu, ir-Regolament propost jispeċifika li l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma tiħux azzjoni jekk din tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Il-Kummissjoni se jkollha wkoll il-possibbiltà li tfassal miżuri ta’ rimedju bl-għan li tnaqqas ir-riskju ta’ effetti sekondarji, inkluża r-ritaljazzjoni.

2) Għadd ta’ lmenti mhux mistennija u li ma jistgħux jiġu ġestiti

L-infurzar tar-Regolament propost se jirriżulta f’każijiet li għandhom jiġu indirizzati mill-Kummissjoni u għalhekk se jirriżulta f’żieda fl-ispejjeż amministrattivi (spejjeż tax-xogħol, spejjeż tat-tagħmir u materjal, kif ukoll spejjeż ġenerali). Jekk jasal għadd kbir mhux mistenni ta’ lmenti, jista’ jkun hemm nuqqas ta’ persunal, diffikultajiet ta’ ġestjoni u spejjeż addizzjonali. Madankollu, ir-Regolament propost jispeċifika li l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma tiħux azzjoni jekk il-każ ma jqajjimx kwistjoni sistemika, u lanqas ma jkollu impatt sinifikanti fuq it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-Regolament propost jipprevedi l-possibbiltà għall-Kummissjoni li titlob lill-Istati Membri jappoġġawha fl-investigazzjoni.

2.2.2.Informazzjoni dwar l-istabbiliment tas-sistema ta’ kontroll intern

- Il-Kummissjoni timponi miżuri ta’ rimedju permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, skont l-Artikolu 291 tat-TFUE.

- Il-kontroll tal-Istati Membri jkun regolat mir-Regolament Nru 182/2011 dwar il-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

- Il-kontromiżuri finanzjarji li għandhom fil-mira tagħhom l-entitajiet ta’ pajjiż terz ikollhom jiġu infurzati skont l-Artikolu 299 tat-TFUE.

2.2.3.Stima tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ żball

Mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

Mhux applikabbli

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

·Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[…][Intestatura………………………...……………]

Diff./Mhux diff 28 .

minn pajjiżi tal-EFTA 29

minn pajjiżi kandidati 30

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[5][06.01.01.01]

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji tal-baġit ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[…][Intestatura………………………………………]

Diff./Mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[…][XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

[…][Intestatura……………...……………………………………………………………….]

DĠ: <…….>

Sena
N 31

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1)

Pagamenti

(2)

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2 a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva finanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 32  

Numru tal-linja baġitarja

(3)

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
għal DĠ <…….>

Impenji

=1+1a +3

Pagamenti

=2+2a

+3






•TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

•TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA <….> tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6

Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta/mill-inizjattiva:

•TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

•TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

‘Nefqa amministrattiva’

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

DĠ: MOVE

• Riżorsi umani

1.242

1.242

1.242

3.726

• Nefqa amministrattiva oħra

0.02

0.02

0.02

0.06

TOTAL TAD-DĠ MOVE

Approprjazzjonijiet

1.262

1.262

1.262

3.786

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

1.262

1.262

1.262

3.786

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

1.262

1.262

1.262

3.786

Pagamenti

1.262

1.262

1.262

3.786

3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

–☑Il-proposta/L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

–◻Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

⇩

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 33

Spiża medja

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 34 …

- Output

- Output

- Output

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

–◻    Il-proposta/L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

–☑    Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

1.242

1.242

1.242

3.726

Nefqa amministrattiva oħra

0.02

0.02

0.02

0.02

Subtotal għall-INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali

1.262

1.262

1.262

3.786

Barra l-INTESTATURA 5 35
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Infiq ieħor
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

1.262

1.262

1.262

3.786

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riskjerati ġewwa l-Kummissjoni, flimkien jekk ikun hemm bżonn ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ responsabbli mill-ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

–◻    Il-proposta/L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani.

–☑    Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time

Sena 2018

Sena 2019

Sena 2020

• Postijiet tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

06 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

9

9

9

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE) 36

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-Delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  37

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

TOTAL

9

9

9

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit konċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati minn persunal li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riskjerat fil-Kummissjoni, flimkien ma’, jekk ikun hemm bżonn, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ responsabbli mill-ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Jirċievu u jipproċessaw ilmenti indirizzati lill-Kummissjoni, jibdew proċedimenti u jwettqu investigazzjonijiet, iħejju atti legali tal-Kummissjoni, jipproċessaw talbiet għal informazzjoni u jipproċessaw talbiet għal reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.

Persunal estern

Mhux applikabbli

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

–☑    Il-proposta/L-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

–◻    Il-proposta/L-inizjattiva se tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

–◻    Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

–Il-proposta/L-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul

–◻    Il-proposta/L-inizjattiva m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–☑    Il-proposta/L-inizjattiva jkollha l-impatt finanzjarju li ġej:

(IV)☑    fuq ir-riżorsi proprji

(V)◻    fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Linja tal-baġit tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/l-inizjattiva 38

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

(1) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Strateġija tal-Avjazzjoni għall-Ewropa” COM(2015)598 final, 7.12.2015.
(2) Sors: “OAG Summer schedules for the year 2016”
(3) Idem.
(4)

   Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Il-Politika Esterna tal-UE dwar l-Avjazzjoni — Nindirizzaw l-Isfidi tal-Futur”’, COM(2012)556, 27.09.2012.

(5) B’mod partikolari, l-ebda regola multilaterali speċifika ma nħolqot fi ħdan l-ICAO, u l-maġġoranza tas-servizzi tat-trasport bl-ajru ġew esklużi mill-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) (cf. il-Ftehim ta’ Marakexx, l-Anness 1B Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), l-Anness dwar is-Servizzi tat-Trasport bl-Ajru. GATS japplika għal miżuri li jaffettwaw (a) is-servizzi għat-tiswija u l-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru; (b) il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi tat-trasport bl-ajru; u (c) is-sistemi kompjuterizzati ta’ prenotazzjoni.
(6) Dan jirreferi biss għas-sussidji li huma selettivi kif definit fl-Artikolu 2(h) ta’ dan ir-Regolament propost.
(7)

   Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — “Il-Politika Esterna tal-UE dwar l-Avjazzjoni — Nindirizzaw l-Isfidi tal-Futur”.

(8) Ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jikkonċerna l-protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fil-provvista tas-servizzi bl-ajru minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 162, 30.04.2004, p. 1).
(9) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Strateġija tal-Avjazzjoni għall-Ewropa”.
(10) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Il-Politika Esterna tal-UE dwar l-Avjazzjoni “Nindirizzaw l-Isfidi tal-Futur” 20.12.2012.
(11) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Settembru 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011: It-teħid tal-kont u t-triq ’il quddiem lejn mobbiltà sostenibbli (2015/2005(INI)).
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1).
(13) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36).
(14) Dak li kien l-Artikolu 80(2) tal-KE.
(15) Dan jirreferi biss għas-sussidji li huma selettivi kif definit fl-Artikolu 2(h) ta’ dan ir-Regolament propost.
(16) Dan għandu l-għan li jindirizza n-nuqqas identifikat ta’ trasparenza u informazzjoni dwar il-prattiki li allegatament ikollhom impatt fuq il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq.
(17) ĠU C , , p.
(18) ĠU C , , p.
(19) Il-Ftehim ta’ Marakexx, l-Anness 1B tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), l-Anness dwar is-Servizzi tat-Trasport bl-Ajru.
(20) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1).
(21) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36).
(22) Ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jikkonċerna l-protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fil-provvista tas-servizzi bl-ajru minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 162, 30.04.2004, p. 1).
(23) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(24) Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3)
(25) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: baġit ibbażat fuq l-attività.
(26) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(27) Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(28) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(29) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(30) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.
(31) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(32) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ tal-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (linji “BA” preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(33) L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (eż.: għadd ta’ skambji ta’ studenti finanzjati, għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(34) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. ‘Objettiv(i) speċifiku/ċi...’.
(35) L-għajnuna teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji ‘BA’), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(36) AC = Persunal b’Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet.
(37) Sottolimitu għal persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operattivi (linji ’BA’ preċedenti).
(38) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.
Top