IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 15.3.2017
COM(2017) 125 final
2017/0053(NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/2192 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2192 jalloka fost l-Istati Membri l-opportunitajiet ta’ sajd imniżżlin fil-Protokoll tal-2015-2019 għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Mawritanja.
Waqt il-laqgħa tiegħu f’Nouakchott fil-15 u s-16 ta’ Novembru 2016, il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 10 tal-Ftehim ta’ Sħubija ddeċieda li jagħti opportunitajiet tas-sajd ġodda għall-bastimenti tat-tkarkir tal-UE mgħammra bi friża li jimmiraw għas-sajd tal-merluzz l-iswed bħala l-ispeċi ewlenija (3 500 tunnellata) kif ukoll tal-klamari (1 450 tunnellata) u s-siċċ (600 tunnellata) bħala speċijiet fil-mira sekondarji, fil-limiti tal-eċċess disponibbli.
L-objettiv tal-proposta huwa li jallokaw dawn l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd lill-Istati Membri.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Il-proposta tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju ta’ sfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u tal-ekosistemi tal-baħar u hija konsistenti mal-Protokoll li jipprevedi li, abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, iż-żewġ partijiet jistgħu jiftehmu fil-Kumitat Konġunt dwar l-għoti ta’ opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża għas-sajd għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ li għalihom ikun ġie identifikat eċċess.
Din il-proposta hija wkoll f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd u mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2012 dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-Dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
In-negozjar ta’ opportunitajiet tas-sajd fil-qafas tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd mal-Mawritanja huwa konformi mal-azzjoni esterna tal-UE lejn il-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP).
Billi fil-livell ferm lokali, il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd jikkomplementa l-approċċ ta’ Qafas Ġdid ta’ Sħubija dwar il-Migrazzjoni u l-ġenerazzjoni ekonomika fis-settur tas-sajd, jikkontribwixxi sabiex jiġu indirizzati l-kawżi tal-emigrazzjoni mill-Mawritanja.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika għar-Regolament hija prevista fl-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jistabbilixxi l-proċedura għall-iffissar u għall-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd.
•Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)
Mhux applikabbli, kompetenza esklużiva.
•Proporzjonalità
Il-proposta hija proporzjonali mal-objettiv.
•Għażla tal-istrument
Ara l-ispjega taħt bażi ġuridika.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontroll tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Evalwazzjoni retroattiva u prospettiva tal-Protokoll preċedenti tal-2012-2014 tlestiet f’Jannar 2014.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati fil-qafas tal-evalwazzjoni tal-Protokoll 2012-2014. L-esperti mill-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-industrija tal-UE ġew ikkonsultati wkoll fil-laqgħat tekniċi. Dawn il-konsultazzjonijiet wasslu għall-konklużjoni li hemm interess ċar minn bastimenti tat-tkarkir tal-Unjoni mgħammra bi friża li jistadu għall-marlozz l-iswed u għall-klamari u s-siċċ fil-Mawritanja, fil-limiti tal-eċċess disponibbli.
Waqt il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt li sar f’Nouakchott fil-15 u s-16 ta’ Novembru 2016, il-Mawritanja kkonfermat ir-rieda tagħha li tagħti aċċess lill-UE għall-eċċess disponibbli.
•Ġbir u użu tal-kompetenzi
Il-Kumitat Xjentifiku Konġunt indipendenti stabbilit bl-Artikolu 4 tal-Protokoll u li hu magħmul minn xjenzati miż-żewġ partijiet organizza l-ħames laqgħa annwali f’Nouakchott bejn il-5 u s-7 ta’ Settembru 2016. Ir-rapport tal-laqgħa ġie ppubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.
Il-Kumitat qies il-valutazzjonijiet xjentifiċi disponibbli, b’mod partikolari dawk tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) u l-Istitut tal-Mawritanja għar-Riċerka Oċeanografika u għas-Sajd (IMROP). Fuq din il-bażi, il-Kumitat identifika li hemm eċċess disponibbli tal-marlozz l-iswed ta’ 3 550 tunnellata, ta’ 1 450 tunnellata ta’ klamari u ta’ 600 tunnellata ta’ siċċ.
•Valutazzjoni tal-impatt
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
•Drittijiet fundamentali
L-Artikolu 9, il-paragrafu 1, punt (c) tal-Protokoll jipprevedi l-possibbiltà li tiġi sospiża l-implimentazzjoni tiegħu f’każ ta’ attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni previst fl-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Cotonou b’rabta ma’ ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif definiti skont l-Artikolu 9 tal-istess Ftehim.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għall-kategorija ġdida ta’ sajd ġiet stabbilita għal EUR 2 500 000 fis-sena. F’dan ir-rigward, il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għall-aċċess kif speċifikat fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 tal-Protokoll tiżdied minn EUR 55 000 000 għal EUR 57 500 000.
2017/0053 (NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/2192 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Fit-30 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1801/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (“il-Ftehim ta’ Sħubija”).
(2)Fl-24 ta’ Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2016/870 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta’ erba’ snin li jibdew mis-16 ta’ Novembru 2015 (“il-Protokoll”).
(3)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2192 jalloka fost l-Istati Membri l-opportunitajiet tas-sajd previsti skont il-Protokoll.
(4)Il-parir xjentifiku tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt indipendenti stabbilit bl-Artikolu 4 tal-Protokoll identifika eċċess tal-marlozz iswed u ħa nota tal-parir xjentifiku tal-2014 tal-Istitut tal-Mawritanja għar-Riċerka Oċeanografika u għas-Sajd (IMROP) billi kkonferma eċċess ta’ klamari u ta’ siċċ.
(5)Skont l-Artikolu 6(1)(a) tal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta’ Sħubija ddeċieda fil-laqgħa tiegħu f’Nouakchott fil-15 u s-16 ta’ Novembru 2016 li jimmodifika l-Protokoll billi jiġu introdotti opportunitajiet tas-sajd ġodda, fil-limiti tal-eċċess disponibbli, għal bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża li jintużaw għas-sajd tal-merluzz l-iswed bħala speċi primarja u tal-klamari u s-siċċ bħala speċi sekondarja.
(6)Huwa xieraq li dawn l-opportunitajiet tas-sajd ġodda jiġu allokati fost l-Istati Membri għall-bqija tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll.
(7)Billi l-introduzzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd ġodda għandha impatt fuq l-attivitajiet ekonomiċi u fuq l-ippjanar tal-istaġuni tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu.
(8)Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 2015/2192 jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 2015/2192, jiżdied il-punt (h) li ġej:
“(h)
Il-kategorija 2bis – Bastimenti tat-tkarkir (mgħammra bi friża) għas-sajd tal-marlozz iswed:
Spanja
Marlozz iswed
3 500 tunnellata
Klamari
1 450 tunnellata
Siċċ
600 tunnellata
F’din il-kategorija, fi kwalunkwe waqt jistgħu jintużaw massimu ta’ 6 bastimenti fl-ibħra tal-Mauritania.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
1.4.Objettiv/i
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.6.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju
1.7.Mod/i ta’ ġestjoni ppjanat/i
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Kunsill (UE) li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2015/2192 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB
11. – Politiki dwar l-affarijiet marittimi u s-sajd
11.03 - Kontribuzzjonijiet obbligatorji għal organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (ORGP) u għal organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u għal ftehimiet tas-sajd sostenibbli (SFAs)
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
X Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4.Objettiv/i
1.4.1.L-objettiv/i strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva
In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli ma’ pajjiżi terzi jilħqu l-objettiv ġenerali li jiġi awtorizzat l-aċċess tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għaż-żoni tas-sajd li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) ta’ pajjiżi terzi u li jiġu żviluppati sħubiji ma’ dawn il-pajjiżi bil-għan li jissaħħaħ l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra l-ilmijiet tal-UE.
Il-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs) jiżguraw ukoll il-koerenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji meħudin skont politiki Ewropej oħrajn (l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali u governanza politika u finanzjarja aħjar tas-sajd).
1.4.2.Objettiv/i speċifiku/ċi u attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
Objettivi speċifiċi
Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni Ewropea, sabiex tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u sabiex jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli ma’ stati kostali, b’mod li jkun konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn.
Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
L-affarijiet marittimi u s-sajd, l-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd li jsiru mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terżi (SFAs) (il-linja baġitarja 11.0301).
1.4.3.Riżultat/i u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
L-allokazzjoni bejn l-Istati Membri tal-opportunitajiet tas-sajd ġodda tal-UE għal bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża li jintużaw għas-sajd tal-merluzz l-iswed u ta’ xi speċijiet ta’ ċefalopodi (klamari u siċċ) skont il-Protokoll tal-2015-2019 għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd mar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja tgħin biex jinżammu u jiġu estiżi l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali addizzjonali ta’ EUR 2 500 000 li għandha titħallas mill-Unjoni bi tpattija għal dawn l-opportunitajiet tas-sajd ġodda tista’ tikkontribwixxi għall-ġestjoni u l-konservazzjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd għaliex il-Mawritanja tista’ tiddeċiedi li tużaha għall-implimentazzjoni tal-istrateġija settorjali nazzjonali tagħha biex tiżgura l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd tagħha, minbarra l-kontribuzzjoni finanzjarja dedikata li tkun irċeviet skont il-Protokoll għall-iżvilupp tas-settur tas-sajd tagħha (“appoġġ settorjali”).
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
Ir-rati tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (l-użu annwali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd bħala persentaġġ tad-disponibbiltà offruta bil-Protokoll);
Il-ġbir u l-analiżi tad-dejta dwar il-qbid u l-valur kummerċjali tal-Ftehim;
il-kontribut għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-UE u għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-UE (flimkien ma’ SFPAs oħrajn);
L-għadd ta’ laqgħat tekniċi u ta’ laqgħat tal-Kumitat Konġunt.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jeħtieġ li jiġi/jiġu ssodisfat/i fuq terminu qasir jew twil
Il-Protokoll tal-2015-2019 għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd mal-Mawritanja jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Mawritanja u jsaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Mawritanja bl-għan li jippromwovi l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli.
Il-Protokoll jipprevedi l-possibbiltà li, abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, iż-żewġ partijiet jistgħu jiftiehmu fil-Kumitat Konġunt dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża li jintużaw għas-sajd għall-ispeċijiet demersali li għalihom ikun ġie identifikat eċċess.
Waqt il-laqgħa tiegħu f’Nouakchott fil-15 u fis-16 ta’ Novembru 2016, il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 10 tal-Ftehim iddeċieda li jagħti opportunitajiet tas-sajd ġodda għal bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża li jintużaw għas-sajd tal-merluzz l-iswed bħala speċi primarja kif ukoll tal-klamari u s-siċċ bħala speċi sekondarja fl-ibħra tal-Mawritanja, fil-limiti tal-eċċess disponibbli.
Din id-deċiżjoni tippermetti dawk il-bastimenti tal-UE li ma setgħux jistadu fl-ibħra tal-Mawritanja minn mindu saret l-esklużjoni taċ-ċefalopodi mill-Protokolli tal-2012-2014 u tal-2015-2019, biex jerġgħu jibdew jistadu fil-Mawritanja.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE
Sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-attivitajiet tas-sajd, il-klawsola tal-esklużività inkluża fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd mal-Mawritanja (l-Artikolu 6) tipprevedi li l-bastimenti tal-UE ma jistgħux jistadu fil-Mawritanja (inklużi fl-ambitu ta’ ftehimiet privati) ħlief jekk ikunu fil-pussess ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa fil-qafas tal-Ftehim.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli u l-valutazzjonijiet tagħhom, iż-żewġ partijiet stabbilixxew volum ta’ qbid awtorizzat għall-kategorija tas-sajd ġdida 2bis ta’ 3 500 tunnellati ta’ marlozz iswed, ta’ 1 450 tunnellata ta’ klamari u ta’ 600 tunnellata ta’ siċċ. F’din il-kategorija, fi kwalunkwe waqt fl-ibħra tal-Mawritanja jistgħu jiġu utilizzati massimu ta’ 6 bastimenti.
1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
1.6.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju
X Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat
–X
Il-proposta/l-inizjattiva fis-seħħ mill-2017 sal-2019
–X
Impatt finanzjarju mill-2017 sal-2019
◻ Proposta/Inizjattiva ta’ tul ta’ żmien illimitat
–Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu minn SSSS sa SSSSS,
–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod/i ta’ ġestjoni ppjanat/i
X Ġestjoni diretta min-naħa tal-Kummissjoni
–X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;
–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli.
Il-Kummissjoni (DĠ MARE, b’kollaborazzjoni mal-espert tas-sajd tagħha bbażat fil-Mawritanja u d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’Nouakchott) se tiżgura l-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, partikolarment fir-rigward tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi u f’termini tad-dejta dwar il-qbid.
Barra minn hekk, il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd jipprevedi mill-inqas laqgħa waħda annwali tal-Kumitat Konġunt biex jirrevedi l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u, jekk ikun meħtieġ, biex jaġġusta l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja.
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Riskju/i identifikat/i
2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern stabbilita
2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u stima tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.
Il-Kummissjoni żżomm djalogu politiku u koordinazzjoni regolari mal-Mawritanja biex tkun żgurata l-ġestjoni tajba tal-Ftehim u tal-Protokoll. Fi kwalunkwe każ, kull pagament li jsir mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ SFPA jsir skont ir-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. B’mod partikulari, b’dan ikunu jistgħu jiġu identifikati bis-sħiħ il-kontijiet bankarji tal-pajjiżi terzi fejn titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja. L-Artikolu 2, il-paragrafu 8 tal-Protokoll jistipula li l-kontribuzzjoni finanzjarja għal aċċess jeħtieġ li titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku miftuħ mal-Bank Ċentrali tal-Mawritanja.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
[Intestatura………………………...…………]
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
2
|
11.03 01
Sabiex jiġi stabbilit qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd li jsiru mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terżi (SFAs)
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
[…][Intestatura………………………………………]
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
|
[…][XX.SS.SS.SS]
|
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
Numru
|
2 - Tkabbir sostenibbli: Riżorsi Naturali
|
|
DĠ: MARE
|
|
|
Sena
2017
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
• Approprjazzjonijiet operattivi
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-linja baġitarja 11.0301
|
Impenji
|
(1)
|
5.000
|
2.500
|
|
|
|
|
|
7.500
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
5.000
|
2.500
|
|
|
|
|
|
7.500
|
|
Numru tal-linja baġitarja
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-linja baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ MARE
|
Impenji
|
=1+1a +3
|
5.000
|
2.500
|
|
|
|
|
|
7.500
|
|
|
Pagamenti
|
=2+2a
+3
|
5.000
|
2.500
|
|
|
|
|
|
7.500
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi
|
Impenji
|
(4)
|
5.000
|
2.500
|
|
|
|
|
|
7.500
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
5.000
|
2.500
|
|
|
|
|
|
7.500
|
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 2
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
5.000
|
2.500
|
|
|
|
|
|
7.500
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
5.000
|
2.500
|
|
|
|
|
|
7.500
|
Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI minn 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+ 6
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
“Nefqa amministrattiva”
|
f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
DĠ: <…….>
|
|
• Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL DĠ <…….>
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti totali)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Sena
2017
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
5.000
|
2.500
|
|
|
|
|
|
7.500
|
|
|
Pagamenti
|
5.000
|
2.500
|
|
|
|
|
|
7.500
|
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi
–X
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs
⇩
|
|
|
Sena2017
|
Sena2018
|
Sena2019
|
SenaN+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Nru ta’ liċenzji ta’ bastimenti
|
|
0.417
|
12
|
5.000
|
6
|
2.500
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
18
|
7.500
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sottototal tal-objettiv speċifiku Nru 1
|
12
|
5.000
|
6
|
2.500
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
18
|
7.500
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sottototal tal-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KOST TOTALI
|
12
|
5.000
|
6
|
2.500
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
18
|
7.500
|
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
–X
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sottototal INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħrata’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sottototal
barra mill-INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–X
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
•Karigi tal-organigramma (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
|
|
XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
•Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)
|
|
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 ss
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
|
|
|
|
|
|
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–X
Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
[...]
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
[…]
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
–Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.
–Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Totali
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–X
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻
fuq ir-riżorsi proprji
–◻
fuq id-dħul mixxellanju
f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
SenaN
|
SenaN+1
|
SenaN+2
|
SenaN+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
Artikolu ….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata.
Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.