Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8698

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8698 — EQT/Curaeos Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 379, 10.11.2017, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 379/16


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8698 — EQT/Curaeos Holding)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2017/C 379/09)

    1.

    Fit-30 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    EQT Fund Management S.à.r.l. (“EQT”, il-Lussemburgu)

    Curaeos Holding BV (“Curaeos Holding”, in-Netherlands)

    EQT takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Curaeos Holding.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal EQT: fond ta’ investiment li jagħmel investimenti primarjament fl-Ewropa tat-Tramuntana u l-Ewropa Kontinentali.

    —   għal Curaeos Holding: fornitur ta’ servizzi dentali internazzjonali bi kliniċi dentali, laboratorji dentali u negozju tad-distribuzzjoni ta’ prodotti dentali. Hija tħaddem ukoll klinika għall-emikranja fil-Ġermanja.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.8698 — EQT/Curaeos Holding

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks: +32 22964301

    Indirizz tal-posta:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top