Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 52017M8620

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8620 — KKR/WBA/PharMerica) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 294, 5.9.2017, str. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 294/7


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8620 — KKR/WBA/PharMerica)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2017/C 294/07)

    1.

    Fit-30 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi KKR & Co. L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Walgreens Boots Alliance, Inc. (“WBA”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża PharMerica Corporation (“PharMerica”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    KKR hija ditta dinjija tal-investiment li toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi alternattivi lill-investituri tas-suq pubbliċi u privati u li tipprovdi soluzzjonijiet tas-swieq ta’ kapital għall-imprizi, il-kumpaniji tal-portafoll tagħha u l-klijenti tagħha.

    WBA hija intrapriża dinjija tal-farmaċewtika, is-saħħa u l-benesseri, li tħaddem spiżeriji madwar l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Ewropa, kif ukoll network dinji tal-bejgħ bl-ingrossa u d-distribuzzjoni tal-farmaċewtiċi, b’ċentri ta’ distribuzzjoni li jikkonsenjaw provvisti lill-ispiżeriji, it-tobba, iċ-ċentri tas-saħħa u l-isptarijiet f’aktar minn 20 pajjiż.

    PharMerica tipprovdi servizzi ta’ farmaċewtiċi għal kura fit-tul, terapija tal-infużjoni, u servizzi farmaċewtiċi ta’ speċjalità fl-Istati Uniti tal-Amerika.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8620 — KKR/WBA/PharMerica, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Na vrh