Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8560

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8560 — HAPM/Magna/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 230, 15.7.2017, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 230/51


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8560 — HAPM/Magna/JV)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2017/C 230/07)

    1.

    Fl-10 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Hubei Aviation Precision Machinery Co., Ltd (iċ-Ċina) (“HAPM”) li hija ultimament ikkontrollata minn Aviation Industry Corporation of China, Beijing (iċ-Ċina) (“AVIC”), u Magna International Inc. (il-Kanada) (“Magna”) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ HAPM MAGNA Seating Systems Co., Ltd, (iċ-Ċina) (il-“JV”) permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi joint venture.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   HAPM: il-provvista ta’ mekkaniżmu tas-seats u komponenti tal-istruttura;

    —   Magna: il-provvista ta’ firxa wiesgħa ta’ komponenti awtomotivi, inklużi il-body tal-karozzi, ix-xażi, il-partijiet esterni, is-seats, il-is-sistema tal-motopropulsjoni, l-assistenza attiva lis-sewwieq, il-viżta, is-sistemi tal-għeluq u tas-soqfa, kif ukoll l-inġinerija u l-manifattura kkuntrattata tal-vetturi.

    —   JV: se tkun attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ komponenti għas-seats tal-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief (l-istrutturi tas-seats u l-mekkaniżmi tas-seats) għas-suq Ċiniż. Il-joint venture se tkun attiva esklużivament fiċ-Ċina u tista’ tespandi f’pajjiżi Ażjatiċi oħra fil-futur. Il-Partijiet ma pprevedewx xi espansjoni tal-attività tan-negozju tal-joint venture fiż-ŻEE.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8560 — HAPM/Magna/JV fl-indirizz li ġej:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top