Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8530

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8530 — Brookfield/Engie/FHHGL) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 244, 28.7.2017, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8530 — Brookfield/Engie/FHHGL)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 244/05)

1.

Fl-20 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Brookfield Renewable UK Hydro Limited, ultimament ikkontrollata minn Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield” tal-Kanada) u IP Karugamo Holdings Limited (UK), ultimament ikkontrollata minn Engie S.A. (“Engie” ta’ Franza) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża FHH (Guernsey) Limited kollha kemm hi (“FHHGL”, Guernsey), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Brookfield: ġestjoni ta’ assi dinjija li l-portafoll tiegħu huwa ffukat fuq il-proprjetà, l-enerġija rinnovabbli, l-infrastruttura u l-ekwità privata;

—   għal Engie: protagonista dinjija attiva tul il-katina kollha tal-valur tal-enerġija fl-oqsma tal-gass, l-elettriċità u s-servizzi tal-enerġija;

—   għal FHHGL: hija s-sid u tħaddem żewġ proprjetajiet ta’ ħażna bil-pompi tal-elettriċità f’Wales (ir-Renju Unit) u hija attiva fil-fornitura bl-ingrossa tal-elettriċità. Bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn Engie u Mitsui Power Ventures Limited.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8530 — Brookfield/Engie/FHHGL, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top