Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8522

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8522 — Avantor/VWR) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 317, 23.9.2017, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 317/3


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8522 — Avantor/VWR)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2017/C 317/03)

    1.

    Fil-15 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Avantor, INC. (l-Istati Uniti), kkontrollata minn Mew Mountain Capital LLC (l-Istati Uniti),

    VWR Corporation (l-Istati Uniti).

    Avantor takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll tat-totalità ta’ VWR.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal Avantor: Avantor hija fornitur globali ta’ materjali ta’ purezza estremament għolja, inkluż sustanzi kumiċi tal-laboratorju għas-setturi tax-xjenzi tal-ħajja u tat-teknoloġija avvanzata.

    —   għal VWR: VWR hija distributur globali ta’ prodotti u servizzi tal-laboratorju. Hija tiddistribwixxi sustanzi kimiċi, reaġenti, materjal li jiġi kkunsmat kif ukoll apparat u strumenti xjentifiċi, u toffri prodotti kemm tad-ditta kif ukoll ta’ tikketta privata. VWR hija wkoll attiva fil-manifattura ta’ prodotti tal-bijoxjenza u ta’ sustanzi kimiċi għal-laboratorju.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.8522 — Avantor/VWR

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Posta elettronika:

    COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks:

    +32 22964301

    Indirizz tal-posta:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top