Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8512

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8512 — A.P. Moller Mærsk/Danske Bank/Gatetu) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 247, 29.7.2017, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8512 — A.P. Moller Mærsk/Danske Bank/Gatetu)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 247/03)

1.

Fid-19 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-A.P. Moller — Mærsk A/S (“APMM”, id-Danimarka) u Danske Bank A/S (“DB”, id-Danimarka) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) ġdida fid-Danimarka (“Gatetu”).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

DB hija kumpanija tas-servizzi finanzjarji bbażata fid-Danimarka u kkwotata fil-Borża ta’ Copenhagen. Il-kumpanija hija attiva mad-dinja kollha fis-servizzi bankarji lill-konsumatur u bl-ingrossa, fl-iskemi tal-pensjoni, fl-assigurazzjoni, fil-finanzjament tal-ipoteki, fil-ġestjoni tal-assi, fis-senserija, u fil-proprjetà immobbli u fis-servizzi tal-kiri.

APMM hija grupp internazzjonali b’attivitajiet fil-ġarr tal-containers bil-baħar u servizzi ta’ terminals, operazzjonijiet ta’ rmonk fil-portijiet, loġistika u enerġija (esplojtazzjoni taż-żejt u l-gass), attiva mad-dinja kollha.

Gatetu fin-tech start-up li se toffri softwer għal pjattaformi B2B online biex ikunu faċilitati l-pagamenti u servizzi finanzjarji oħra f’livell dinji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8512 — A.P. Moller Mærsk/Danske Bank/Gatetu, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top