This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017IP0248
European Parliament resolution of 13 June 2017 on cross-border mergers and divisions (2016/2065(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2017 dwar fużjonijiet u xissjonijiet transfruntieri (2016/2065(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2017 dwar fużjonijiet u xissjonijiet transfruntieri (2016/2065(INI))
ĠU C 331, 18.9.2018, pp. 25–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
18.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 331/25 |
P8_TA(2017)0248
Fużjonijiet u xissjonijiet transfruntieri
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2017 dwar fużjonijiet u xissjonijiet transfruntieri (2016/2065(INI))
(2018/C 331/04)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 49, 54 u 153 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra s-sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta' Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar ix-xissjonijiet ta' kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers [fużjonijiet] transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2157/2001 tal-Kunsill tat-8 ta' Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta' kumpanija Ewropea (SE) (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta' Ottubru 2001 li tissupplimenta l-istatut għal kumpannija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2012 bit-titolu “Pjan ta' Azzjoni: Id-dritt soċjetarju Ewropew u l-governanza korporattiva – qafas legali modern għal azzjonisti aktar impenjati u kumpaniji sostenibbli” (COM(2012)0740), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar il-Futur tad-Dritt Soċjetarju Ewropew (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2009 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-trasferiment transkonfinali tal-uffiċċju reġistrat ta' kumpanija (7), |
|
— |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar il-bini ta' sistema ta' taxxa korporattiva ġusta, kompetittiva u stabbli għall-UE (COM(2016)0682), |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) dwar il-libertà tal-istabbiliment, b'mod partikolari fil-kawżi SEVIC Systems AG (8), Cadbury Schweppes plc & Cadbury Schweppes Overseas Ltd v Commissioners of Inland Revenue (9), CARTESIO Oktató és Szolgáltató bt. (10), VALE Építési kft. (11), KA Finanz AG v Sparkassen Versicherung AG Vienna Insurance Group (12), Kamer van Koophandel en Fabrieken voor Amsterdam v Inspire Art Ltd. (13), Überseering BV v Nordic Construction Company Baumanagement GmbH (NCC) (14), Centros Ltd v Erhvervs- og Selskabsstyrelsen (15), u The Queen v H. M. Treasury and Commissioners of Inland Revenue, ex parte Daily Mail and General Trust plc. (16), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istqarrija ta' feedback tal-Kummissjoni ta' Ottubru 2015 li tiġbor fil-qosor ir-risposti tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-fużjonijiet u x-xissjonijiet transfruntieri li twettqet bejn it-8 ta' Settembru 2014 u t-2 ta' Frar 2015 (17), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tad-Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew: id-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali ta' Ġunju 2016 bit-titolu “Cross-border mergers and divisions, transfers of seat: is there a need to legislate?” (18), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju ta' Diċembru 2016 tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew bit-titolu “Ex-post analysis of the EU framework in the area of Cross-border mergers and divisions” (19); |
|
— |
wara li kkunsidra l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2017 – It-twettiq bil-fatti ta' Ewropa li tipproteġi, li tagħti s-setgħa u li tiddefendi, u b'mod partikolari l-Kapitolu II, Punt 4 tiegħu (COM(2016)0710), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) ta', tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja, u l-Anness 3 għal din id-deċiżjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0190/2017), |
|
A. |
wara li kkunsidra l-effett importanti fuq il-kompetittività Ewropea ta' riforma organika tad-dritt soċjetarju kif ukoll l-ostakli li jxekklu t-twettiq sħiħ tad-Direttiva dwar il-fużjonijiet transfruntieri; |
|
B. |
wara li kkunsidra li x-xissjonijiet transfruntieri tal-kumpaniji għadhom mhumiex soġġetti għad-dritt tal-Unjoni Ewropea; billi s-sitwazzjoni attwali tinvolvi diffikultajiet proċedurali, amministrattivi u finanzjarji evidenti għan-negozji kkonċernati, kif ukoll ir-riskju ta' abbużi u dumping; |
|
C. |
billi l-Parlament għamel appelli qawwijin u kontinwi favur l-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni Ewropea dwar it-trasferimenti transfruntieri tal-uffiċċju rreġistratjew is-sede tal-kumpaniji; billi l-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati tappoġġja b'mod globali t-talbiet tal-Parlament; |
|
D. |
billi għal finijiet ta' titjib fil-mobbiltà tal-kumpaniji fi ħdan l-UE, huwa importanti li jkun hemm qafas ġuridiku komuni dwar l-operazzjonijiet ta' fużjonijiet, xissjonijiet u trasferimenti tal-kumpaniji; |
|
E. |
billi mhux l-Istati Membri kollha li fihom ikunu saru operazzjonijiet ta' fużjonijiet u xissjonijiet transfruntieri jew ta' trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat jew sede għandhom regoli li jagħtu drittijiet lill-ħaddiema fir-rigward tal-konsultazzjoni, l-informazzjoni u l-kodeterminazzjoni; |
|
F. |
billi t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat m'għandux jaħrab mir-rekwiżiti ġuridiċi, soċjali u tat-taxxa previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri ta' oriġini, iżda anzi għandu jkollu l-objettiv li jistabbilixxi qafas ġuridiku uniformi li jiżgura t-trasparenza u s-simplifikazzjoni massima tal-proċeduri u li jiġġieled kontra l-frodi tat-taxxa; |
|
G. |
billi l-acquis rilevanti tal-UE jipprevedi ġabra wiesgħa ta' drittijiet għal informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni għall-ħaddiema; billi d-Direttiva 2009/38/KE (20) u d-Direttiva 2005/56/KE, jiggarantixxu l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-ħaddiema kif ukoll jistabbilixxu l-prinċipju tad-drittijiet preeżistenti; billi jitqies li tali drittijiet tal-ħaddiema għandhom ikunu protetti anki fil-każ ta' trasferiment tas-sede; |
|
H. |
billi l-inizjattivi l-ġodda kollha fil-qasam tad-dritt soċjetarju Ewropew għandhom jissejsu fuq evalwazzjoni u valutazzjoni bir-reqqa tal-forom eżistenti tad-dritt tal-kumpaniji, is-sentenzi rilevanti tal-QtĠ dwar il-mobbiltà transfruntiera tal-kumpaniji u l-valutazzjonijiet tal-impatt li jirriflettu l-interessi tal-partijiet interessati kollha, inklużi l-azzjonisti, il-kredituri, l-investituri u l-ħaddiema, filwaqt li jkunu garantiti l-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità; |
Kwistjonijiet orizzontali
|
1. |
Itenni l-importanza li jiġi ddefinit qafas li jirregola b'mod kumplessiv il-mobbiltà tal-kumpaniji fuq livell Ewropew, sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri u r-rekwiżiti għat-trasferimenti, għax-xissjonijiet u għall-fużjonijiet, kif ukoll sabiex jiġu evitati abbużi u trasferimenti fittizji bl-iskop ta' dumping soċjali jew tat-taxxi; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni lir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika li saret bejn it-8 ta' Settembru 2014 u t-2 ta' Frar 2015 dwar ir-reviżjoni possibbli tad-Direttiva 2005/56/KE u dwar l-introduzzjoni ta' qafas leġiżlattiv li jirregola x-xissjonijiet transkonfinali; ifakkar li mill-eżitu tal-konsultazzjoni ħarġet konverġenza dwar il-prijoritajiet regolatorji fil-qasam tal-fużjonijiet u tax-xissjonijiet transfruntieri u fl-objettivi tal-promozzjoni tas-suq intern u tat-trawwim tad-drittijiet tal-ħaddiema; |
|
3. |
Jikkunsidra li huwa importanti li l-proposti leġiżlattivi futuri dwar il-mobbiltà tal-kumpaniji jkunu jinkludu dispożizzjonijiet rigward armonizzazzjoni massima – b'mod partikolari dwar l-istandards proċedurali, id-drittijiet tal-atturi fil-governanza tal-kumpaniji, b'mod partikolari dawk minuri, u dwar l-estensjoni tal-applikabbiltà għall-entitajiet kollha definiti bħala kumpaniji jew ditti fis-sens tal-Artikolu 54 tat-TFUE – segwiti minn regoli settorjali oħrajn, bħal pereżempju fil-qasam tad-drittijiet tal-ħaddiema; |
|
4. |
Huwa tal-opinjoni li regoli ġodda fir-rigward ta' fużjonijiet, xissjonijiet u trasferimenti tas-sede jenħtieġ jiffaċilitaw il-mobbiltà tal-kumpaniji fl-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-esiġenzi tan-negozju tagħhom għar-ristrutturar sabiex jiġu sfruttati aħjar l-opportunitajiet tas-suq intern, u biex tiġi ffaċilitata l-libertà tal-organizzazzjoni tal-kumpaniji, b'rispett sħiħ għad-drittijiet tar-rappreżentanza tal-ħaddiema; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għall-importanza li jitneħħew l-ostakli li jirriżultaw mill-kunflitti ta' liġijiet sabiex jiddeterminaw id-dritt nazzjonali applikabbli; iqis li l-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema jista' jiġi indirizzat permezz ta' diversi atti legali tal-UE, b'mod partikolari permezz ta' proposta għal direttiva dwar standards minimi għall-ħaddiema u dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati f'forom Ewropej tal-liġi tal-kumpaniji u f'bordijiet superviżorji maħluqa skont il-liġi Ewropea; |
Fużjonijiet transfruntieri
|
5. |
Jisħaq dwar l-effikaċja pożittiva tad-Direttiva 2005/56/KE dwar mergers [fużjonijiet] transfruntieri ta' kumpaniji ta' responsabbiltà limitata, li kellha l-funzjoni li tiffaċilita l-fużjonijiet transfruntieri bejn il-kumpaniji ta' responsabbiltà limitata fl-Unjoni Ewropea – kif jidher mill-figuri uffiċjali li jissarrfu f'żieda sinifikanti fin-numru ta' fużjonijiet transfruntieri f'dawn l-aħħar snin – u li tnaqqas l-ispejjeż u l-proċeduri amministrattivi assoċjati; |
|
6. |
Iqis li huwa neċessarju li ssir reviżjoni tad-Direttiva 2005/56/KE sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni u sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi reċenti kemm fil-ġurisprudenza tal-QtĠ dwar il-libertà ta' stabbiliment ta' kumpaniji kif ukoll fid-dritt soċjetarju Ewropew; iqis li l-proposta leġiżlattiva futura li temenda d-Direttiva 2005/56/KE għandu jkun fiha ġabra ġdida ta' regoli li jirrigwardaw ix-xissjonijiet ta' kumpaniji u jistabbilixxu ċerti linji gwida għal leġiżlazzjoni ulterjuri fil-qasam tal-mobbiltà tal-kumpaniji; |
|
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-konsultazzjoni ta' Ottubru 2015, li huma xhieda b'mod partikolari tal-ħtieġa ta' armonizzazzjoni massima dwar il-kriterji li jirregolaw l-effetti tal-fużjonijiet dwar id-diversi suġġetti interessati tal-kumpanija; |
|
8. |
Iqis li hija prijorità li tiġi stabbilita ġabra ta' regoli aktar avvanzati għal serje ta' atturi u kategoriji tal-governanza tal-kumpaniji, u li dawk ir-regoli jiġu rreplikati għall-mudelli komuni futuri dwar xissjonijiet transfruntieri u trasferimenti tal-uffiċċju rreġistrat u tas-sedje prinċipali; jikkunsidra li huwa essenzjali li l-proċeduri ta' fużjoni transfruntiera jiġu ssimplifikati permezz ta' definizzjoni aktar ċara ta' standards għad-dokumentazzjoni ġuridika – li jibdew bil-kwistjonijiet tal-informazzjoni tal-azzjonisti u l-ġbir ta' dokumenti ta' fużjoni – u ta' prattiki ġodda ta' diġitalizzazzjoni, bil-kundizzjoni li jinżammu l-istandards proċedurali u r-rekwiżiti bażiċi stabbiliti fid-Direttiva 2005/56/KE (inkluż il-ħruġ ta' ċertifikat prefużjoni u l-iskrutinju tal-legalità skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva) u li jkunu ppreservati l-interessi pubbliċi, bħaċ-ċertezza legali u l-affidabbiltà tar-reġistri kummerċjali; |
|
9. |
Jistenna li d-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-ħaddiema jkunu ddefiniti b'tali mod li jipprevjenu li xi kumpaniji jużaw id-Direttiva dwar il-fużjonijiet transfruntieri bl-għan uniku li jittrasferixxu l-uffiċċju rreġistrat jew is-sede tagħhom għal raġunijiet ta' abbuż fiskali, soċjali u legali; jenfasizza l-importanza li jiġu evitati l-ambigwitajiet fl-applikazzjoni ta' penali nazzjonali għan-nuqqas ta' rispett lejn il-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-ħaddiema; |
|
10. |
Iqis li għaldaqstant huwa importanti li jkun hemm titjib f'xi aspetti essenzjali:
|
|
11. |
Jattribwixxi importanza kbira lill-ħarsien ta' xi drittijiet tal-azzjonisti minoritarji, fosthom id-dritt ta' inkjesta dwar il-fużjoni, id-dritt ta' kumpens lil azzjonist li jċedi l-ishma tiegħu f'kumpanija minħabba oppożizzjoni tal-fużjoni, u d-dritt li tiġi kkontestata l-ġustizzja tar-relazzjoni ta' kambju; |
|
12. |
Isostni l-possibbiltà li jiddaħħlu proċeduri transfruntieri mħaffa f'każ ta' kunsens tal-azzjonisti kollha, fejn m'hemmx ħaddiema jew fejn kwalunkwe impatt fuq il-kredituri jkun insinifikanti; |
Xissjonijiet transfruntieri
|
13. |
Ifakkar li d-Direttiva 82/891/KEE tirregola biss ix-xissjonijiet ta' kumpaniji fi ħdan Stat Membru; jinnota li, għalkemm każijiet speċifiċi li jinvolvu xissjonijiet ta' impriżi bejn Stati Membri differenti huma iktar rari, kif iddikjarat f'konsultazzjoni tal-Kummissjoni tal-2015, iċ-ċifri dwar xissjonijiet domestiċi juru ħtieġa reali li jkun stabbilit qafas speċjali tal-UE għal xissjonijiet transfruntieri; jisħaq li kwalunkwe direttiva ġdida ma għandhiex tintuża bħala strument formali għal xissjonijiet f'kumpanija għal finijiet ta' għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni (“forum shopping”) biex ikunu evitati l-obbligi ġuridiċi skont id-dritt nazzjonali; |
|
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-effetti ekonomiċi importanti li jkunu jidderivaw minn regolament dwar ix-xissjonijiet transfruntieri, fosthom is-simplifikazzjoni tal-istruttura organizzattiva, kapaċità ta' adattament aħjar, u opportunitajiet ġodda għas-suq intern; |
|
15. |
Jinnota l-proċeduri kumplessi u fit-tul meħtieġa bħalissa għal xissjonijiet transfruntieri, li huma ġeneralment implimentati f'żewġ fażijiet: xissjoni domestika inizjali u fużjoni transfruntiera sussegwenti; jemmen li l-introduzzjoni ta' standards armonizzati fil-livell tal-UE fil-qasam ta' xissjonijiet transfruntieri twassal għal simplifikazzjoni tal-operazzjonijiet u tnaqqis fl-ispejjeż u t-tul ta' żmien tal-proċeduri; |
|
16. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li jitneħħew l-ostakli li jirriżultaw mill-kunflitti ta' liġijiet sabiex jiddeterminaw id-dritt nazzjonali applikabbli; |
|
17. |
Ifakkar li f'xi Stati Membri ma jeżistux regoli nazzjonali ad hoc dwar kif għandha ssir xissjoni transfruntiera; |
|
18. |
Huwa tal-parir li inizjattiva leġiżlattiva futura dwar ix-xissjonijiet transfruntieri għandha tuża l-prinċipji u r-rekwiżiti elenkati fil-kuntest tad-Direttiva dwar il-Fużjonijiet Transkonfinali:
|
o
o o
|
19. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
(1) ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47.
(2) ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1.
(3) ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1.
(4) ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22.
(5) ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.
(6) ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 78.
(7) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 5.
(8) Kawża C-411/03, SEVIC Systems AG,13.12.2005, ECLI:EU:C:2005:762.
(9) Kawża C-196/04, Cadbury Schweppes Overseas Ltd v Commissioners of Inland Revenue,12.9.2006, ECLI:EU:C:2006:544.
(10) Kawża C-210/06, CARTESIO Oktató és Szolgáltató bt.,16.12.2008, ECLI:EU:C:2008:723.
(11) Kawża C-378/10, VALE Építési kft., 12.7.2012, ECLI:EU:C:2012:440.
(12) Kawża C-483/14, KA Finanz AG v Sparkassen Versicherung AG Vienna Insurance Group, 7.4.2016, ECLI:EU:C:2016:205.
(13) Kawża C-167/01, Kamer van Koophandel en Fabrieken voor Amsterdam v Inspire Art Ltd., 30.9.2003, ECLI:EU:C:2003:512.
(14) Kawża C-208/00, Überseering BV v Nordic Construction Company Baumanagement GmbH (NCC), 5.11.2002, ECLI:EU:C:2002:632.
(15) Kawża C-212/97, Centros Ltd v Erhvervs- og Selskabsstyrelsen, 9.3.1999, ECLI:EU:C:1999:126.
(16) Kawża C81/87, The Queen v H. M. Treasury and Commissioners of Inland Revenue, ex parte Daily Mail and General Trust plc., 27.09.1988, ECLI:EU:C:1988:456.
(17) http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/2014/cross-border-mergers-divisions/docs/summary-of-responses_en.pdf
(18) PE 556.960 http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/556960/IPOL_STU(2016)556960_EN.pdf
(19) PE 593.796
(20) Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni tal-impjegati (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28).