This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017IP0084
European Parliament resolution of 15 March 2017 on the Commission’s approval of Germany’s revised plan to introduce a road toll (2017/2526(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2017 dwar l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjan rivedut tal-Ġermanja biex tintroduċi pedaġġ stradali (2017/2526(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2017 dwar l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjan rivedut tal-Ġermanja biex tintroduċi pedaġġ stradali (2017/2526(RSP))
ĠU C 263, 25.7.2018, pp. 103–105
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
25.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/103 |
P8_TA(2017)0084
L-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjan rivedut tal-Ġermanja biex tintroduċi pedaġġ stradali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2017 dwar l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjan rivedut tal-Ġermanja biex tintroduċi pedaġġ stradali (2017/2526(RSP))
(2018/C 263/13)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti”(COM(2011)0144), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2016 dwar “Strateġija Ewropea għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi” (COM(2016)0501), |
|
— |
wara li kkunsidra l-adozzjoni mill-Bundestag Ġermaniż fis-27 ta' Marzu 2015 tal-proposta leġiżlattiva dwar l-introduzzjoni ta' sistema ta' pedaġġ fuq it-toroq federali (“Entwurf eines Gesetzes zur Einführung einer Infrastrukturabgabe für die Benutzung von Bundesfernstraßen”) u tat-tieni liġi emendatorja tal-liġi dwar it-taxxa fuq vetturi bil-mutur u l-liġi dwar it-taxxa fuq l-assigurazzjoni (“Zweites Gesetz zur Änderung des Kraftfahrzeugsteuergesetzes und des Versicherungsteuergesetzes”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-approvazzjoni mill-Bundestag Ġermaniż fit-8 ta' Mejju 2015 tal-liġi dwar l-introduzzjoni ta' sistema ta' pedaġġ fuq it-toroq federali (“Gesetz zur Einführung einer Infrastrukturabgabe für die Benutzung von Bundesfernstraßen”) u t-tieni liġi emendatorja tal-liġi dwar it-taxxa fuq vetturi bil-mutur u l-liġi dwar it-taxxa fuq l-assigurazzjoni (“Zweites Gesetz zur Änderung des Kraftfahrzeugsteuergesetzes und des Versicherungsteuergesetzes”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' ksur dwar l-introduzzjoni mill-Ġermanja ta' skema ġdida ta' imposti stradali għal vetturi privati (“Pkw-Maut”), imnedija mill-Kummissjoni fit-18 ta' Ġunju 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim tal-1 ta' Diċembru 2016 bejn il-President tal-Kummissjoni u l-Ministeru Ġermaniż għat-Trasport u l-Infrastruttura Diġitali, dwar sistema Ġermaniża ta' pedaġġ għall-karozzi (“Pkw-Maut”), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (2), u r-reviżjoni imminenti tagħha bħala parti mill-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar it-toroq fl-2017, |
|
— |
wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità (3), u r-reviżjoni imminenti tagħha bħala parti mill-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar it-toroq fl-2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni kif minqux fl-Artikolu 18 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u d-dritt tal-UE li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni tal-Kummissjoni ta' pjan rivedut tal-Ġermanja għall-introduzzjoni ta' pedaġġ stradali (O-000152/2016 – B8-0201/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi bħalissa qed jiġi eżaminat mill-ġdid jekk is-sistema Ġermaniża ta' pedaġġ stradali fuq vetturi ħfief (LDVs) proposta hijiex konsistenti mal-politiki fis-seħħ tal-Unjoni Ewropea; |
|
B. |
billi sistema ta' rimborż dirett jew indirett abbażi tan-nazzjonalità hija diskriminatorja, tikkontradixxi l-prinċipji gwida tal-Unjoni Ewropea, ixxekkel il-mobbiltà transfruntiera u ddgħajjef is-suq uniku Ewropew; |
|
C. |
billi s-sistema Ġermaniża ta' pedaġġ stradali proposta taf tmur kontra l-prinċipju ta' “nondiskriminazzjoni”, il-prinċipju ta' “min juża jħallas” u l-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”; |
|
D. |
billi s-sistemi ta' pedaġġ nazzjonali li jintroduċu tariffi bbażati direttament jew indirettament fuq in-nazzjonalità jmorru kontra d-dritt tal-UE; |
|
E. |
billi s-sistemi ta' pedaġġ nazzjonali għandhom, b'mod partikolari, impatt negattiv fuq iċ-ċittadini fir-reġjuni tal-fruntieri minħabba li jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' sistemi ta' pedaġġ differenti u mal-ispejjeż assoċjati, ixekklu l-fluss bla tfixkil tat-traffiku transfruntier u joħolqu ostakli bla bżonn għall-integrazzjoni ulterjuri tal-Ewropa; |
|
F. |
billi l-piżijiet amministrattivi addizzjonali konsegwenzjali jirriżultaw fi spejjeż ogħla u possibbilment fi proċeduri mhux trasparenti, u dan inaqqas il-mezzi intiżi għal investiment addizzjonali fl-infrastruttura; |
|
1. |
Jirrikonoxxi li t-trasport jirrappreżenta settur kruċjali għat-tkabbir ekonomiku peress li jiżgura l-mobilità effiċjenti u affordabbli taċ-ċittadini u tal-merkanzija fi ħdan l-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha; |
|
2. |
Jinnota li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinvestu b'mod adegwat fl-infrastruttura tat-trasport; |
|
3. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta l-politiki fis-seħħ, kif stipulat, fost l-oħrajn, fil-White Paper tal-2011 dwar it-trasport; |
|
4. |
Jenfasizza li l-imposti fuq l-infrastrutturi stradali jista' jkollhom rwol vitali fil-bidla modali, fil-finanzjament tal-manutenzjoni u fl-iżvilupp ta' infrastruttura stradali sostenibbli, sikura, sigura, effiċjenti u orjentata lejn il-futur fl-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Jenfasizza li s-sistemi ta' imposti stradali għal kwalunkwe tip ta' vettura bil-mutur għandhom ikunu elettroniċi u bbażati fuq id-distanza u għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta' “min juża jħallas” u “min iniġġes iħallas”, kif minquxa fil-politiki tal-UE u fil-leġiżlazzjoni tal-UE, sabiex tiġi żgurata l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni marbuta mat-trasport stradali; |
|
6. |
Jinnota l-ħtieġa li jinkisbu kemm titjib fil-kwalità tas-servizzi b'rabta mal-infrastruttura stradali, b'mod partikolari f'termini ta' sikurezza, kif ukoll tnaqqis sinifikanti tal-konġestjoni; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi l-ispejjeż esterni li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima u minn aċċidenti, li ma jkunux koperti b'assigurazzjoni, meta tkun qed tipproponi leġiżlazzjoni ġdida, bħal pereżempju r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Eurovignette; jenfasizza, barra minn hekk, li l-leġiżlazzjoni dwar l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni trid tapplika għat-toroq kollha u teskludi l-kompetizzjoni inġusta bejn il-mezzi tat-trasport differenti; |
|
8. |
Jinnota li proċedura ta' ksur li għaddejja kontra l-Ġermanja, li tindirizza d-diskriminazzjoni indiretta abbażi tan-nazzjonalità, ġiet “sospiża” mingħajr ebda raġunament ġuridiku xieraq sakemm jingħata avviż ieħor, permezz ta' ftehim politiku informali bejn il-President tal-Kummissjoni u l-Ministeru Ġermaniż għat-Trasport u l-Infrastruttura Diġitali; |
|
9. |
Jenfasizza li l-introduzzjoni ta' sistemi ta' imposti stradali nazzjonali m'għandhiex tostakola l-aċċess għas-suq, it-tkabbir, il-kompetittività u l-flessibilità tat-trasport u tal-operaturi tat-trasport tranfruntiera fl-UE, sabiex jiġu żgurati l-iżvilupp ulterjuri u l-integrità tas-suq uniku Ewropew; |
|
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi u tiddivulga informazzjoni rilevanti mingħand id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport (DĠ MOVE) dwar l-analiżi tal-miżuri l-ġodda għall-“Pkw-Maut” ippreżentati mill-awtoritajiet Ġermaniżi u l-konformità tal-“Pkw-Maut” mad-dritt tal-UE; |
|
11. |
Jenfasizza li rekwiżit fundamentali għal imposti stradali nondiskriminatorji huwa li l-utenti kollha jħallsu l-istess imposta għall-użu tal-istess toroq; jenfasizza li kwalunkwe sistema nazzjonali ta' imposti stradali li tiddiskrimina direttament abbażi tan-nazzjonalità jew li tkun ikkombinata ma' miżuri ta' taxxa nazzjonali għall-benefiċċju taċ-ċittadini biss, eż. tnaqqis mit-taxxa nazzjonali fuq il-vetturi bl-objettiv li t-tariffi jiġu imposti primarjament fuq l-utenti barranin, tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni minqux fl-Artikolu 18 tat-TFUE; ifakkar li l-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, trid tissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretta tal-liġi b'segwitu għall-adozzjoni tagħha; |
|
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament il-ftehim li sar mal-Gvern Ġermaniż, filwaqt li tindika d-differenzi ewlenin vis-à-vis l-leġiżlazzjoni nazzjonali mressqa quddiem il-Qorti u r-raġunament dwar il-konformità tiegħu mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati u mad-dritt tal-UE; |
|
13. |
Huwa tal-opinjoni li s-sistema Ġermaniża ta' pedaġġ stradali (“Pkw-Maut”) ta' Diċembru 2016 għad fiha elementi li jirrappreżentaw ksur tad-dritt tal-Unjoni u li jmorru kontra l-prinċipji fundamentali tat-Trattati, b'mod partikolari fir-rigward tad-diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità; |
|
14. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' regoli komuni biex jiġi stabbilit qafas koerenti, ġust, nondiskriminatorju u armonizzat għas-sistemi ta' imposti stradali għat-tipi kollha ta' vetturi fl-Unjoni Ewropea; |
|
15. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni u l-qafas armonizzat fir-rigward tal-Eurovignette u s-Servizz Ewropew ta' Pedaġġ Elettroniku (EETS) bħala opportunità biex jiġi stabbilit tali qafas u biex l-infurzar xieraq ta' din il-leġiżlazzjoni jiġi ssorveljat u jingħata spinta; |
|
16. |
Jinnota li l-interoperabilità tas-sistemi ta' pedaġġ elettroniċi għandha rwol ewlieni fl-iffaċilitar tat-trasport transfruntier u li l-Istati Membri li jaġixxu waħidhom, joħolqu frammentazzjoni u jxekklu l-progress lejn żona unika Ewropea tat-trasport; |
|
17. |
Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi d-dettalji tekniċi u ġuridiċi kollha tal-ftehim tal-1 ta' Diċembru 2016 bejn il-President tal-Kummissjoni u l-Ministeru Ġermaniż għat-Trasport u l-Infrastruttura Diġitali, u tiċċara l-aspetti ġuridiċi u politiċi rilevanti kollha rigward ir-raġuni għalfejn il-ftehim tal-1 ta' Diċembru 2016, li xorta għadu ma jimponix piż addizzjonali fuq l-utenti Ġermaniżi u b'hekk jiddiskrimina b'mod indirett abbażi tan-nazzjonalità, ġie kkunsidrat bħala bażi suffiċjenti biex il-proċedura ta' ksur kontra l-Ġermanja tiġi sospiża, liema proċedura tnediet proprju abbażi tal-istess tħassib ta' diskriminazzjoni, u żżomm lill-Parlament infurmat dwar dan b'mod adegwat; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-proċess mill-qrib; |
|
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament involut f'kull stadju tal-proċess permezz ta' djalogu strutturat; |
|
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.