This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017DP0407
European Parliament decision to raise no objections to the Commission delegated regulation of 22 September 2017 amending Commission Delegated Regulation (EU) No 149/2013 with regard to regulatory technical standards on indirect clearing arrangements (C(2017)06270 — (2017/2859(DEA))
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-22 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indirett (C(2017)06270 – (2017/2859(DEA))
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-22 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indirett (C(2017)06270 – (2017/2859(DEA))
ĠU C 346, 27.9.2018, pp. 373–374
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
27.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 346/373 |
P8_TA(2017)0407
L-ebda oġġezzjoni għal att delegat: standards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indirett (li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 149/2013)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-22 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indirett (C(2017)06270 – (2017/2859(DEA))
(2018/C 346/54)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2017)06270), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2017, li fiha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati bid-data 16 ta' Ottubru 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 13 u l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi ta' regolamentazzjoni dwar “arranġamenti tal-ikklerjar indirett fil-qafas tal-EMIR u l-MiFIR”, ippreżentat mill-ESMA fis-26 ta' Mejju 2016 skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fl-24 ta’ Ottubru 2017, |
|
A. |
billi ma kienx qabel 16-il xahar wara li rċevietu mingħand l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fis-26 ta' Mejju 2016 li l-Kummissjoni approvat l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji; billi tul dan il-perjodu hija ma kkonsultatx formalment l-ESMA dwar l-emendi tagħha għal dan l-abbozz u ma informatx lill-koleġiżlaturi jew lill-industrija bir-raġunijiet għad-dewmien fl-approvazzjoni lil hinn mit-tliet xhur stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010; billi l-fatt li l-Kummissjoni qabżet iż-żmien għall-adozzjoni tal-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji b'aktar minn sena mingħajr ma informat lill-koleġiżlaturi huwa inaċċettabbli; |
|
B. |
billi l-Parlament iqis li, minħabba l-emendi tal-Kummissjoni, l-istandards tekniċi regolatorji adottati mhumiex l-istess bħal dawk tal-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ippreżentat mill-ESMA, u jqis li għandu 3 xhur żmien biex joġġezzjona għall-istandards tekniċi regolatorji (“perjodu ta' skrutinju”); billi dan il-perjodu ta' skrutinju ta' tliet xhur ġie kkonfermat mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tat-28 ta' Settembru 2017; |
|
C. |
billi r-Regolament delegat suppost japplika mit-3 ta' Jannar 2018, jiġifieri d-data ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE (“MiFID II”) u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 (“MiFIR”), iżda l-użu sħiħ tal-perjodu ta' skrutinju ta' 3 xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament ma jħallix żmien biżżejjed biex l-industrija timplimenta l-bidliet; |
|
D. |
billi l-pubblikazzjoni rapida tar-Regolament delegat fil-Ġurnal Uffiċjali tippermetti l-implimentazzjoni f'waqtha u ċ-ċertezza legali rigward id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-ikklerjar indirett; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |