Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017DC0112

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL DWAR L-APPLIKAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI TAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 95/50/KE DWAR PROĊEDURI UNIFORMI GĦAL VERIFIKI FUQ IT-TRASPORT TA’ MERKANZIJA PERIKOLUŻA BIT-TRIQ

    COM/2017/0112 final

    Brussell, 6.3.2017

    COM(2017) 112 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    DWAR L-APPLIKAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI TAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 95/50/KE DWAR PROĊEDURI UNIFORMI GĦAL VERIFIKI FUQ IT-TRASPORT TA’ MERKANZIJA PERIKOLUŻA BIT-TRIQ


    WERREJ

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL DWAR L-APPLIKAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI TAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 95/50/KE DWAR PROĊEDURI UNIFORMI GĦAL VERIFIKI FUQ IT-TRASPORT TA’ MERKANZIJA PERIKOLUŻA BIT-TRIQ

    1.    Introduzzjoni    3

    2.    Leġiżlazzjoni relatata tal-UE    3

    3.    Applikazzjoni tad-Direttiva 95/50/KE    4

    4.    Rapporti mill-Istati Membri tal-UE u min-Norveġja    4

    5.    Rakkomandazzjoni dwar ir-rappurtar ta’ verifiki li jikkonċernaw it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq    5

    6.    Kalkolu tad-dejta    5

    7.    Evoluzzjoni tal-verifiki u r-riżultati tagħhom    5

    8.    Tqabbil tad-dejta    6

    8.1.    Frekwenza tal-verifiki    6

    8.2.    Tqassim tal-verifiki skont il-post tal-oriġini    7

    8.3.    Proporzjon tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi    7

    8.4.    Tqassim tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi skont il-post tal-oriġini    7

    8.5.    Frekwenza tal-immobilizzazzjoni tal-unitajiet ta’ trasport    7

    8.6.    Tqassim skont il-kategoriji ta’ riskju……………….    7

    8.7.    Tipi ta’ penali    8

    9.    Konklużjoni    8



    1. Introduzzjoni

    Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq ġiet adottata fis-6 ta’ Ottubru 1995 1 u l-Istati Membri kellhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi magħha sal-1 ta’ Jannar 1997.

    Id-Direttiva 95/50/KE tipprevedi li kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva għal kull sena kalendarja u sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara t-tmiem ta’ dik is-sena 2 . Id-Direttiva tipprevedi wkoll li mill-inqas kull tliet snin il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva mill-Istati Membri lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill 3 .

    Ir-rapport mill-Kummissjoni huwa bbażat fuq ir-rapporti annwali li jaslu mingħand l-Istati Membri. Dan huwa s-sitt rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE fl-Istati Membri u jkopri s-snin bejn l-2012 u l-2014. L-ewwel rapport 4 kien ikopri s-snin bejn l-1997 u l-1998, it-tieni rapport 5 is-snin bejn l-1999 u l-2002, it-tielet rapport 6 is-snin bejn l-2003 u l-2005, ir-raba’ rapport 7 is-snin bejn l-2006 u l-2007 u l-ħames rapport 8 is-snin bejn l-2008 u l-2011.

    Il-kundizzjonijiet għat-trasport sikur ta’ merkanzija perikoluża bit-triq mhumiex definiti fid-Direttiva 95/50/KE iżda jinsabu fil-leġiżlazzjoni relatata tal-UE, kif deskritt hawn taħt.

    2. Leġiżlazzjoni relatata tal-UE

    Sat-30 ta’ Ġunju 2009 kienet tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq 9 , kif emendata 10 . L-Annessi tad-Direttiva 94/55/KE kienu identiċi, f’termini tal-kontenut tagħhom, għall-Annessi tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq - ADR 11 .

    Mill-1 ta’ Lulju 2009, id-Direttiva 94/55/KE ġiet imħassra u sostitwita bid-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi 12 , kif emendata 13 . Id-Direttiva 2008/68/KE tkompli l-approċċ tad-Direttiva 94/55/KE fl-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tekniċi u amministrattivi identiċi għal dawk annessi mal-ADR għat-trasport kollu fuq it-territorju tal-UE.

    3. Applikazzjoni tad-Direttiva 95/50/KE

    Wara li ġiet adottata d-Direttiva 94/55/KE u biex ikompli jitjieb il-livell tas-sikurezza fit-trasport ta’ merkanzija perikoluża, fis-6 ta’ Ottubru 1995 il-Kunsill adotta d-Direttiva 95/50/KE dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq. Din id-Direttiva tinkludi lista armonizzata ta’ verifiki li trid tintuża mill-Istati Membri għal dawn il-verifiki u l-linji gwida għall-klassifikazzjoni tal-ksur. Fl-2004 l-Annessi tad-Direttiva ġew emendati 14 u mill-2005 s-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-ksur ġiet modifikata biex tinkludi tliet kategoriji ta’ riskju.

    Dawn il-verifiki uniformi jikkonċernaw l-operazzjonijiet kollha tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq fit-territorju ta’ Stat Membru jew li tiddaħħal f’dak it-territorju minn pajjiżi terzi, irrispettivament mill-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tal-unità ta’ trasport. Id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura li proporzjon rappreżentattiv ta’ kunsinni ta’ merkanzija perikoluża trasportata bit-triq jiġi vverifikat b’mod każwali, filwaqt li fl-istess ħin jiġi kopert porzjon estensiv tan-netwerk tat-toroq.

    Bħala miżura preventiva, jew wara li jkun ġie rreġistrat ksur mal-ġenb tat-triq li jipperikola s-sikurezza, jistgħu jitwettqu verifiki wkoll fil-bini tal-impriżi. Madankollu, fid-Direttiva 95/50/KE ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ rappurtar dwar dawn il-verifiki.

    4. Rapporti mill-Istati Membri tal-UE u min-Norveġja

    Meta jagħmlu r-rapporti tagħhom, l-Istati Membri jintalbu jużaw il-kategoriji ta’ riskju fl-Anness II tad-Direttiva 95/50/KE u jippreżentaw ir-rapport skont l-Anness III tad-Direttiva. In-Norveġja ppreżentat ir-rapporti annwali tagħha u talbet sabiex tiġi inkluża fir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Il-Kroazja ssieħbet mal-UE fl-1 ta’ Lulju 2013, iżda bdiet tirrapporta l-verifiki tagħha fl-2012. Ħafna mill-Istati Membri u n-Norveġja fil-biċċa l-kbira ppreżentaw ir-rapporti tagħhom fil-ħin. Uħud mir-rapporti nazzjonali ġew affettwati minn dewmien minħabba l-proċeduri amministrattivi għall-ġbir, l-analiżi u t-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-Kummissjoni, b’mod partikolari meta dawn il-proċeduri jinvolvu awtoritajiet pubbliċi differenti. Għalkemm fl-2012 is-sitwazzjoni kienet tjiebet b’mod temporanju meta mqabbel mal-passat, fis-snin ta’ wara ma ġiex osservat l-istess ritmu, u għalhekk il-Kummissjoni kellha terġa’ ttenni t-talba tagħha lill-Istati Membri u tistedinhom sabiex itejbu l-format u l-konsistenza tad-dejta li għandha tiġi pprovduta fil-futur.

    Il-Kummissjoni rċeviet rapporti mill-Istati Membri kollha għall-perjodu kollu iżda, minkejja t-titjib kbir, mhux l-informazzjoni kollha waslet fil-format korrett, peress li xi pajjiżi baqgħu jibagħtu rapporti separati skont il-kompetenzi differenti fil-livell nazzjonali. Barra minn hekk, uħud minnhom ma kinux kompluti jew imtlew ħażin, u dan wassal għal diskrepanzi u għal riżultati li mhumiex rilevanti fit-tabelli ppreżentati f’dan ir-rapport, fejn dawn huma indikati bis-sinjal “# N/A” (“mhux disponibbli”). Is-sommarju tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri huwa ppreżentat fl-Annessi ta’ dan ir-rapport.

    Fl-analiżi tal-evoluzzjoni fil-Kapitolu 7, għandu jiġi nnutat li għas-sena 2013, l-indikatur għan-nuqqas ta’ konformità fid-Danimarka huwa baxx minħabba interpretazzjoni ħażina tal-għadd ta’ unitajiet ta’ trasport mhux konformi mad-dispożizzjonijiet. Din l-interpretazzjoni ħażina ġiet rettifikata fir-rapport tal-2014.

    Diversi Stati Membri bagħtu rapporti li fihom it-total ta’ ksur huwa differenti mill-għadd ta’ unitajiet ta’ trasport li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet. Dan ma għandux ikun il-każ peress li għal kull unità ta’ trasport għandha tiġi rrappurtata biss il-kategorija ta’ ksur l-aktar serja.

    5. Rakkomandazzjoni dwar ir-rappurtar ta’ verifiki li jikkonċernaw it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq

    Ir-rapporti preċedenti tal-Kummissjoni indikaw ċerti inkonsistenzi sistematiċi fir-rapporti statistiċi tal-Istati Membri. Peress li r-rappurtar uniformi mill-Istati Membri huwa kruċjali għall-kwalità, il-komparabilità u l-affidabilità tar-rapporti tal-Kummissjoni, fl-2011 il-Kummissjoni adottat rakkomandazzjoni 15 li tfittex li ttejjeb il-kwalità ta’ dawn ir-rapporti.

    Wara l-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni, ir-rapporti tjiebu b’mod sostanzjali u ġew innutati biss xi inkonsistenzi okkażjonali u żgħar.

    Uħud minn dawn l-inkonsistenzi, li għandhom it-tendenza li jonqsu, huma relatati mal-għadd ta’ ksur skont il-kategorija ta’ riskju 16 . Il-paragrafu 1.4 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni jenfasizza li l-ksur l-aktar serju biss għandu jiġi rrappurtat anke jekk jinstabu diversi ksur. Għalhekk, it-total ta’ ksur skont il-kategorija ta’ riskju għandu jkun daqs l-għadd ta’ unitajiet ta’ trasport mhux konformi mad-dispożizzjonijiet.

    Jidher li dan il-prinċipju għad mhuwiex applikat b’mod korrett fl-Istati Membri kollha peress li għad qed jiġi rrappurtat diversi ksur għal kull unità ta’ trasport.

    Kwistjoni ewlenija oħra indirizzata permezz tar-Rakkomandazzjoni kienet il-kunċett tal-penali imposti meta jiġi identifikat ksur matul xi verifika mal-ġenb tat-triq. Minħabba d-differenzi fl-arranġamenti legali u amministrattivi xi Stati Membri ma setgħux isegwu l-eżitu tal-proċess ġuridiku wara verifiki li fihom ġie identifikat ksur suspettat. Ir-Rakkomandazzjoni pproponiet kompromess komuni li jista’ jintuża fl-Istati Membri kollha, jiġifieri r-reġistrazzjoni tad-deċiżjoni meħuda mill-uffiċjal ta’ infurzar wara l-verifika fuq il-post. Madankollu, għad hemm Stati Membri li ma jistgħux jirrappurtaw din id-dejta (jiġifieri Franza u Malta).

    6. Kalkolu tad-dejta

    L-Istati Membri huma mitluba li jipprovdu, jekk ikun possibbli, l-istima tagħhom tal-ammont ta’ trasport annwali ta’ merkanzija perikoluża f’tunnellati jew f’tunnellati-kilometri li twettaq fit-territorju tagħhom. Bejn l-2012 u l-2014, kien hemm 15-il Stat Membru li pprovdew stima.

    Sabiex ikun jista’ jsir tqabbil oġġettiv bejn l-Istati Membri, il-volum tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża huwa bbażat fuq l-informazzjoni fil-bażi tad-dejta tal-Eurostat 17 . Din l-informazzjoni tintuża biex tingħata stima tal-frekwenza tal-verifiki meta mqabbla mal-volum ta’ trasport. Il-Eurostat ma għandu l-ebda statistika dwar Malta, peress li ngħatat deroga fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 70/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq. Il-volum tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża f’Malta huwa stmat abbażi tad-dejta pprovduta mill-awtorità kompetenti Maltija.

    L-istatistika mill-Eurostat hija ppreżentata fl-Anness IX ta’ dan ir-rapport.

    7. Evoluzzjoni tal-verifiki u r-riżultati tagħhom

    L-Anness I jippreżenta l-evoluzzjoni tal-għadd ta’ verifiki mwettqa mill-Istati Membri, il-proporzjon tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi mad-dispożizzjonijiet u l-proporzjon ta’ ksur tal-kategorija ta’ riskju I.

    Fl-aħħar tat-tabella hemm irrappurtati l-medji għall-Unjoni Ewropea u l-istatistika min-Norveġja.

    Għandu jiġi nnutat li:

    - hemm ċertu żbilanċ bejn id-dejta rrappurtata għall-għadd ta’ unitajiet tat-trasport ivverifikati u l-għadd ta’ unitajiet ta’ trasport li huma konformi mal-ADR - pereżempju fl-2014 il-Greċja rrappurtat li vverifikat 521 unità ta’ trasport, u ġie nnutat li kienet biss unità waħda ta’ trasport li kienet tippreżenta ksur tal-kategorija ta’ riskju I u ngħatat multa waħda biss;

    - hemm diversi Stati Membri li ma rrappurtaw l-ebda immobilizzazzjoni matul il-perjodu ta’ tliet snin: l-Estonja, Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja u s-Slovakkja. F’każijiet oħra, pereżempju d-Danimarka, Malta u l-Greċja dan ġara biss darba jew darbtejn fil-perjodu ta’ referenza;

    - is-sehem ta’ Ċipru tal-kategorija ta’ riskju I huwa nieqes għall-2012 u l-2014 u fil-każ tas-Slovakkja dan jgħodd għall-perjodu kollu tar-rapport.

    L-indikatur tas-sehem tal-ksur tal-kategorija ta’ riskju I huwa partikolarment sensittiv għar-rappurtar korrett. Jekk ġie rreġistrat aktar minn ksur wieħed għal kull unità ta’ trasport, is-sehem tal-ksur tal-kategorija I huwa aktar baxx mill-valur korrett.

    Uħud mill-Istati Membri rrappurtaw ammont totali ta’ ksur anqas milli kemm kien hemm unitajiet tat-trasport li nstabu li ma kinux konformi. Dan kien il-każ fl-2012 għall-Ungerija, fl-2013 għall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Finlandja u r-Renju Unit, fl-2014 għar-Rumanija u r-Renju Unit. Hemm każijiet fejn l-awtoritajiet ta’ infurzar irrappurtaw biss li nstab ksur, iżda ma pprovdew l-ebda informazzjoni addizzjonali dwar il-ksur jew il-penali. Għalkemm dan jirriżulta fi statistika mhux kompleta, ma hemm l-ebda impatt sistematiku fuq l-analiżi. Din il-kwistjoni hija diskussa f’aktar dettall f’§ 8.6.

    8. Tqabbil tad-dejta

    L-għadd totali ta’ verifiki matul il-perjodu inkluż f’dan ir-rapport ma kienx kostanti fuq bażi annwali. L-għadd ta’ kontrolli kien ivarja kif ġej: 2012: 153,362; 2013: 157,455; 2014: 153,348. Għalkemm fl-2013 tista’ tiġi osservata żieda ta’ 2.6 %, l-2014 kienet ikkaratterizzata minn ritorn lejn il-valuri osservati fl-2012.

    It-tendenzi nazzjonali jvarjaw, peress li tmien Stati Membri biss żiedu l-verifiki tagħhom matul il-perjodu. L-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja u r-Rumanija kellhom l-ogħla perċentwali ta’ żieda ta’ verifiki matul il-perjodu ta’ rappurtar, filwaqt li l-Bulgarija, l-Italja, in-Netherlands u l-Iżvezja kellhom l-ogħla tnaqqis.

    F’termini ta’ għadd assolut ta’ verifiki fl-UE, fl-2014 il-Ġermanja kellha l-ogħla sehem (32.5 %) segwita mill-Polonja (15.19 %) u l-Awstrija (9.21 %), filwaqt li l-Estonja (0.02 %), Ċipru (0.03 %) u Malta (0.05 %) kellhom l-ishma l-aktar baxxi. Fil-biċċa l-kbira dan l-indikatur huwa relatat mad-daqs tal-Istat Membru, iżda ma kienx hemm bidliet notevoli matul il-perjodu ta’ rappurtar. Fl-2012, is-sehem tal-Ġermanja kien l-ogħla (35.99 %), il-Polonja kienet fit-tieni post (13 %) u l-Awstrija reġgħet kienet fit-tielet post (7.80 %). It-tliet Stati Membri li għamlu l-inqas verifiki kienu l-Estonja u Malta (0.05 %), kif ukoll Ċipru (0.06 %).

    8.1 Frekwenza tal-verifiki

    L-Anness II jagħti ħarsa ġenerali tal-frekwenza tal-verifiki mal-ġenb tat-toroq fl-Istati Membri għas-snin 2012 u 2014. Il-frekwenza hija kkalkulata bħala l-proporzjon tal-għadd ta’ verifiki għal kull miljun tunnellata-kilometru ta’ merkanzija perikoluża trasportata f’kull Stat Membru.

    Fl-2012, il-medja fl-UE kienet ta’ 0.52 verifiki għal kull miljun tunnellata-kilometru; fl-2013 din naqset għal 0.48, li jimplika li kien hemm tnaqqis annwali ta’ 9.6  %, filwaqt li fl-2014 reġgħet lura għal 0.49. Fl-2012 l-ogħla frekwenza ta’ verifiki ġiet irreġistrata fl-Awstrija (12.89 %), l-Ungerija (7 %) u l-Bulgarija (5.84 %). Fl-2013, l-ogħla valuri ġew osservati fl-Awstrija (12.34 %), is-Slovakkja (10.10 %) u l-Iżvezja (6.72 %) u, fl-2014, fl-Awstrija (14.85 %), is-Slovakkja (10.73 %) u l-Ungerija (9.47 %). Fl-2012, il-frekwenza tal-verifiki fl-Awstrija kienet kważi 24.78 darba aktar mill-medja tal-UE, fl-Ungerija kienet 13.46-il darba aktar mill-medja tal-UE u fil-Bulgarija kienet 11.23-il darba aktar mill-medja tal-UE.

    8.2 Tqassim tal-verifiki skont il-post tal-oriġini

    L-Anness III ta’ dan ir-rapport juri t-tqassim tal-verifiki skont il-post tal-oriġini tal-unità ta’ trasport.

    L-indikatur huwa affettwat mhux biss mid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta’ infurzar iżda wkoll mill-ġeografija tal-Istat Membru; pereżempju fuq il-gżejjer hemm inqas tranżitu internazzjonali bit-triq. Bejn l-2012 u l-2014, Malta u Ċipru ma vverifikaw l-ebda unità ta’ trasport irreġistrata barra l-UE.

    Is-sehem tal-unitajiet ta’ trasport irreġistrati fil-pajjiż tal-verifiki kien ta’ 65 % matul il-perjodu ta’ rappurtar. Mill-2012 sal-2014 is-sehem tal-unitajiet ivverifikati li ġejjin minn pajjiżi oħra tal-UE żdied minn 28 % għal 30 %. Fl-2013 is-sehem tal-verifiki li jikkonċernaw l-unitajiet irreġistrati barra l-UE naqas meta mqabbel mal-2012, minn 5 % għal 4 %, filwaqt li fl-2014 żdied għal 6 %

    8.3 Proporzjon tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi

    Is-sehem tal-unitajiet ta’ trasport ivverifikati li għandhom mill-inqas ksur wieħed huwa ppreżentat fl-Anness IV.

    Il-proporzjon ta’ unitajiet li mhumiex konformi naqas minn 22.12 % fl-2012 għal 19.73 % fl-2014, bi tnaqqis kbir li b’mod partikolari seħħ f’Ċipru, is-Slovenja, il-Polonja, u l-Litwanja. Madankollu, hemm xi Stati Membri fejn dan il-proporzjon żdied – is-Slovakkja, il-Greċja, l-Ungerija u n-Netherlands.

    8.4 Tqassim tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi skont il-post tal-oriġini

    Il-graffs fl-Anness V juru d-distribuzzjoni tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi mad-dispożizzjonijiet skont il-post tal-oriġini tal-unità ta’ trasport.

    Kif ġie nnutat f’§ 8.2 hawn fuq, il-ġeografija tal-Istat Membru taffettwa wkoll lil dan l-indikatur b’mod konsiderevoli.

    8.5 Frekwenza tal-immobilizzazzjoni tal-unitajiet ta’ trasport

    Il-graff fl-Anness VI turi s-sehem tal-vetturi immobilizzati fost dawk li kienu rrappurtati li kellhom ksur.

    It-tendenza oxxillanti msemmija hawn fuq inżammet b’rabta mal-frekwenza tal-immobbilizzazzjoni tal-unitajiet ta’ trasport: fl-2012 il-proporzjon tal-vetturi immobilizzati kienet ta’ 26.16 %, u din żdiedet għal 28.06 % fl-2013 u fl-2014 naqset ftit għal 27.72 %.

    Fl-2012, fil-Bulgarija (84.38 %), is-Slovenja (57.89 %) u l-Irlanda (54.84 %) ġew irreġistrati l-ogħla frekwenzi ta’ immobilizzazzjoni. Fin-Norveġja, 71.07 % tal-ksur wassal għall-immobilizzazzjoni fl-2014. L-Estonja, Spanja, l-Italja, Ċipru, Malta u s-Slovakkja ma rrappurtaw l-ebda immobilizzazzjoni bejn l-2012 u l-2014.

    8.6 Tqassim skont il-kategoriji ta’ riskju

    Il-graffs fl-Anness VII juru d-distribuzzjoni tas-severità tal-ksur. Għandu jiġu rrapportat biss il-ksur tal-ogħla kategorija ta’ riskju li ġie identifikat matul il-verifika.

    L-Istati Membri kollha rrappurtaw mill-inqas kategorija waħda ta’ ksur għal kull unità ta’ trasport ivverifikata. Uħud mill-Istati Membri ma rrappurtaw l-ebda dejta għal xi kategoriji. Fl-2012, Ċipru u s-Slovakkja ma rrappurtaw l-ebda ksur skont il-kategoriji ta’ riskju I u II. Barra minn hekk, matul il-perjodu kollu l-Ġreċja ma rrappurtat l-ebda ksur skont il-kategorija ta’ riskju III u l-ebda ksur fil-kategorija ta’ riskju II fl-2014 u l-2013.

    Fost il-verifiki mwettqa fl-UE fl-2012, f’42.69 % tal-każijiet li fihom instab xi ksur, l-aktar wieħed serju kien ikklassifikat fil-kategorija ta’ riskju I. Il-ksur tal-kategorija ta’ riskju I jimplika nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar is-sikurezza li joħolqu livell għoli ta’ riskju ta’ mewt, korriment personali serju jew ħsara sinifikanti lill-ambjent. Dan il-ksur jirrikjedi miżuri korrettivi immedjati u xierqa bħall-immobilizzazzjoni tal-vettura.

    Il-biċċa l-kbira tal-ksur serju rrappurtat fil-kategorija ta’ riskju II kien jirrappreżenta 33.48 % tal-verifiki li fihom instab xi ksur. Il-kategorija ta’ riskju III tkopri t-23.83 % li jifdal.

    8.7 Tipi ta’ penali

    Il-graffs fl-Anness VIII juru d-distribuzzjoni tal-penali skont l-Istat Membru.

    Qabel il-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni msemmija f’§ 5 ta’ dan ir-rapport, kien hemm diffikultajiet fundamentali fil-ġbir ta’ din l-informazzjoni. Wara r-Rakkomandazzjoni s-sitwazzjoni tjiebet b’mod drammatiku u fl-2012-2014 kienu Franza u Malta biss li ma rrappurtaw l-ebda statistika dwar il-penalitajiet. Għalkemm fl-2012 is-Slovakkja ma rrappurtat l-ebda penali, hija bdiet tirrapporta din id-dejta fis-snin ta’ wara.

    Fl-2014, matul l-ispezzjonijiet imwettqa fl-UE nħarġu 5,066 każ ta’ twissija; f’29,206 każ ġew imposti multi; u 2,963 każ wasslu għal penali oħra, inklużi proċessi ġuridiċi kriminali u amministrattivi. Għalkemm f’termini ġenerali tliet kwarti tal-penalitajiet fl-UE huma multi, hemm varjazzjoni kbira bejn l-Istati Membri.

    Fl-2014 kien hemm b’kollox madwar 10.50 % penali anqas mill-2012. Filwaqt li l-għadd ta’ twissijiet naqas bi 18.1 % matul il-perjodu u l-għadd ta’ multi naqas b’10  %, il-penali l-oħra żdiedu b’9.8  %.

    9. Konklużjonijiet

    Id-Direttiva 95/50/KE ġiet trasposta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri mill-1 ta’ Jannar 1997. Id-dettalji dwar ir-rappurtar ġew emendati fl-2004 u d-dispożizzjonijiet ta’ rappurtar emendati saru applikabbli fl-14 ta’ Diċembru 2005. Wara ċerti inkonsistenzi sistematiċi fir-rappurtar, fl-2011 il-Kummissjoni ppubblikat Rakkomandazzjoni dwar din il-kwistjoni.

    L-Istati Membri kollha jwettqu verifiki fuq il-vetturi li jittrasportaw merkanzija perikoluża u b’mod ġenerali jirrappurtaw dawn il-verifiki b’mod pjuttost preċiż. Madankollu, għad hemm xi inkonsistenzi u l-Kummissjoni qed tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura li r-rekwiżiti ta’ rappurtar skont id-Direttiva 95/50/KE jiġu rispettati, u li l-konformità titjieb b’mod progressiv kull sena. B’mod ġenerali jista’ jiġi konkluż li d-Direttiva 95/50/KE tiġi applikata b’mod korrett.

    Madankollu, l-aħħar rapporti juru biċ-ċar li d-disponibilità tar-riżorsi għal dawn il-verifiki qed issir aktar limitata. Meta mqabbel mal-perjodu ta’ referenza fir-rapport preċedenti (2008-2011), kull sena kien hemm tnaqqis fl-għadd ta’ verifiki rrappurtati. Billi huwa fl-interess tal-Istati Membri li jidentifikaw u jevitaw kwalunkwe periklu li jista’ jinqala’ fit-trasport ta’ din il-merkanzija, il-Kummissjoni tixtieq tħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki u aktar investiment f’dan il-qasam.

    Matul il-perjodu ta’ referenza l-għadd ta’ każijiet ta’ ksur baqa’ relattivament stabbli: fl-2014, verifika minn kull ħamsa tat konferma jew suspett ta’ ksur fit-trasport ta’ merkanzija perikoluża, filwaqt li fl-2012 dan l-ammont naqas għal verifika minn kull 4.5.

    Fi 42.69 % tal-każijiet meta ġie identifikat xi ksur dan kien tat-tip l-aktar serju. Konsegwentement, fl-2012 ġew immobilizzati madwar 8,875 vettura.

    B’konklużjoni, fl-UE jiġi applikat sett ta’ dispożizzjonijiet komuni għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża. Dawn id-dispożizzjonijiet jintużaw ukoll bl-istess mod f’ħafna pajjiżi barra mill-UE. Madankollu, kważi 32,000 minn madwar 150,000 verifika annwali mal-ġenb tat-triq, jirriżultaw fil-konklużjoni li t-trasport mhuwiex konformi mar-rekwiżiti obbligatorji ta’ sikurezza.

    Madankollu, l-għadd kbir ta’ ksur irrappurtat mill-Istati Membri jista’ jkun dovut ukoll għall-politika ta’ verifika speċifika tagħhom, li għandha l-għan li tidentifika u tissanzjona lill-operaturi tat-trasport li għandhom l-agħar prestazzjoni sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza tar-riżorsi skarsi disponibbli. Dan jimplika li l-istatistika ppreżentata mhix kompletament rappreżentattiva tas-suq tal-UE għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża, li fil-prattika huwa ħafna aktar sikur milli jidher mid-dejta rrappurtata.

    Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni flimkien mal-awtoritajiet rilevanti bdiet tanalizza l-possibilitajiet li jiġu emendati l-Annessi tad-Direttiva sabiex jitjieb il-mod kif id-dejta dwar il-verifiki u s-sanzjonijiet tiġi rreġistrata u rrappurtata mill-Istati Membri.

    «-»

    (1) ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/112/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li tadatta għall-progress tekniku lid-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE (ĠU L 367, 14.12.2004, p. 23)
    (2) L-Artikolu 9(1) tagħha.
    (3) L-Artikolu 9(2) tagħha.
    (4) COM(2000) 517 final, 6.9.2000
    (5) COM(2005) 430 final, 15.9.2005
    (6) COM(2007) 795 final, 13.12.2007
    (7) COM(2010) 364 final, 7.7.2010
    (8) COM(2013) 815 final, 25.11.2013
    (9) ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7
    (10) Emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/111/KE tad-9 ta’ Diċembru 2004 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE (ĠU L 365, 10.12.2004, p. 25)
    (11) Il-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq li ġie konkluż f’Ġinevra fit-30 ta’ Settembru 1957, kif emendat, taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE).
    (12) ĠU L 260, 30.09.2008, p. 13
    (13) Emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/103/UE tal-21 ta’ Novembru 2014 li tadatta għat-tielet darba l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi skont il-progress xjentifiku u tekniku (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 15)
    (14) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/112/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li tadatta għall-progress tekniku lid-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE (ĠU L 367, 14.12.2004, p. 23)
    (15) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21.2.2011 dwar ir-rappurtar ta’ verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq, C(2011) 909 final
    (16) Id-definizzjoni tal-kategoriji ta’ riskju u l-linji gwida dwar il-ksur li jappartjeni għal dawn il-kategoriji jinsabu fl-Anness II tad-Direttiva 95/50/KE kif emendata bid-Direttiva 2004/112/KE.
    (17) It-tabella tal-Eurostat “DS-073082”: It-trasport annwali ta’ merkanzija perikoluża bit-triq, skont it-tip ta’ merkanzija perikoluża u analizzat skont l-attività
    Top

    Brussell, 6.3.2017

    COM(2017) 112 final

    ANNESSI

    tar-

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar l-applikazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq


    Anness I
    Evoluzzjoni tal-għadd ta’ verifiki, tan-nuqqas ta’ konformità u tal-ksur tal-kategorija I

    Aktar informazzjoni dwar din it-tabella hija pprovduta f’§ 7 tar-rapport.

    PAJJIŻ

    2008

    2009

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    BE

    Nru ta’ Verifiki

    5178

    6033

    5464

    4188

    4504

    4001

    4095

    % Mhux konformi

    17.671 %

    21.76 %

    22.16 %

    12.32 %

    17.94 %

    19.80 %

    19.88 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    24.07 %

    37.49 %

    37.05 %

    26.42 %

    48.51 %

    42.93 %

    42.26 %

    BG

    Nru ta’ Verifiki

    28106

    28455

    7756

    6203

    5424

    4237

    3212

    % Mhux konformi

    0.71 %

    4.85 %

    0.81 %

    1.00 %

    0.59 %

    1.06 %

    0.72 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    34.33 %

    27.78 %

    57.41 %

    55.74 %

    84.38 %

    31.11 %

    30.43 %

    CZ

    Nru ta’ Verifiki

    3977

    3471

    2816

    2491

    1932

    1743

    1640

    % Mhux konformi

    5.53 %

    6.60 %

    11.51 %

    11.92 %

    11.39 %

    10.27 %

    12.6 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    21.36 %

    25.33 %

    17.59 %

    55.74 %

    25.00 %

    21.79 %

    30.92 %

    DK

    Nru ta’ Verifiki

    755

    721

    604

    646

    531

    323

    675

    % Mhux konformi

    58.15 %

    61.44 %

    57.12 %

    58.98 %

    50.28 %

    0.31 %

    34.67 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    38.27 %

    35.21 %

    38.26 %

    35.43 %

    35.58 %

    83.00 %

    71.79 %

    DE

    Nru ta’ Verifiki

    79664

    62085

    67356

    58270

    55195

    55344

    49851

    % Mhux konformi

    22.69 %

    23.64 %

    21.69 %

    27.02 %

    25.52 %

    24.44 %

    26.23 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    48.14 %

    45.23 %

    49.96 %

    49.55 %

    47.65 %

    48.65 %

    50.97 %

    EE

    Nru ta’ Verifiki

    117

    152

    154

    44

    73

    14

    34

    % Mhux konformi

    46.15 %

    39.47 %

    50.00 %

    25.00 %

    17.81 %

    42.86 %

    50.00 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    25.93 %

    30.00 %

    25.97 %

    45.45 %

    53.85 %

    66.67 %

    76.47 %

    IE

    Nru ta’ Verifiki

    783

    892

    751

    674

    437

    370

    296

    % Mhux konformi

    38.19 %

    28.36 %

    26.23 %

    24.93 %

    21.28 %

    25.68 %

    23.31 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    13.71 %

    25.20 %

    33.33 %

    12.64 %

    35.48 %

    23.16 %

    37.68 %

    EL

    Nru ta’ Verifiki

    1202

    413

    1094

    650

    757

    596

    437

    % Mhux konformi

    3.83 %

    10.65 %

    3.93 %

    5.54 %

    0.53 %

    0.17 %

    0.23 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    69.57 %

    61.36 %

    55.81 %

    30.56 %

    75.00 %

    100.00 %

    100.00 %

    ES

    Nru ta’ Verifiki

    42771

    40782

    36004

    19707

    9480

    10382

    9635

    % Mhux konformi

    0.27 %

    10.63 %

    11.44 %

    29.60 %

    67.90 %

    56.88 %

    49.77 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    63.64 %

    65.28 %

    64.82 %

    75.63 %

    67.07 %

    58.54 %

    46.24 %

    FR

    Nru ta’ Verifiki

    6572

    5788

    6178

    6930

    7546

    7345

    7746

    % Mhux konformi

    21.67 %

    16.48 %

    16.48 %

    14.68 %

    13.86 %

    13.41 %

    13.16 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    24.30 %

    25.05 %

    29.08 %

    28.32 %

    28.30 %

    27.31 %

    26.50 %

     

    Nru ta’ Verifiki

    Mhux disponibbli

    Mhux disponibbli

    Mhux disponibbli

    Mhux disponibbli

    243

    394

    484

    HR

    % Mhux konformi

    Mhux disponibbli

    Mhux disponibbli

    Mhux disponibbli

    Mhux disponibbli

    22.22 %

    13.96 %

    20.87 %

     

    % Riskju tal-Kategorija I

    Mhux disponibbli

    Mhux disponibbli

    Mhux disponibbli

    Mhux disponibbli

    12.96 %

    16.36 %

    16.83 %

    IT

    Nru ta’ Verifiki

    4960

    5180

    6253

    6260

    6235

    4789

    3120

    % Mhux konformi

    16.73 %

    16.16 %

    13.58 %

    11.04 %

    5.21 %

    4.34 %

    5.00 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    17.33 %

    15.85 %

    14.65 %

    14.18 %

    26.77 %

    25.96 %

    29.49 %

    CY

    Nru ta’ Verifiki

    224

    232

    168

    188

    88

    80

    42

    % Mhux konformi

    1.34 %

    1.72 %

    1.19 %

    1.60 %

    2.27 %

    22.50 %

    28.57 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    0.00 %

    0.00 %

    0.00 %

    0.00 %

    0.00 %

    5.56 %

    0.00 %

    LV

    Nru ta’ Verifiki

    1230

    996

    703

    89

    197

    182

    259

    % Mhux konformi

    7.15 %

    10.14 %

    8.25 %

    15.73 %

    19.29 %

    20.88 %

    10.81 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    56.82 %

    59.41 %

    55.17 %

    78.57 %

    60.53 %

    63.16 %

    53.57 %

    LT

    Nru ta’ Verifiki

    529

    487

    491

    560

    531

    577

    610

    % Mhux konformi

    17.01 %

    18.07 %

    21.59 %

    6.07 %

    9.60 %

    13.00 %

    13.61 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    6.67 %

    15.91 %

    16.04 %

    7.41 %

    21.57 %

    10.67 %

    26.51 %

    LU

    Nru ta’ Verifiki

    210

    293

    233

    341

    222

    186

    98

    % Mhux konformi

    59.05 %

    50.51 %

    48.50 %

    57.77 %

    52.25 %

    37.10 %

    46.94 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    44.35 %

    6.08 %

    5.31 %

    0.00 %

    3.45 %

    2.90 %

    4.35 %

    HU

    Nru ta’ Verifiki

    27225

    15613

    4158

    1589

    6184

    6588

    9692

    % Mhux konformi

    3.49 %

    5.72 %

    3.42 %

    4.85 %

    22.93 %

    6.27 %

    3.96 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    30.77 %

    29.56 %

    34.18 %

    17.74 %

    4.51 %

    32.20 %

    42.45 %

    MT

    Nru ta’ Verifiki

    81

    76

    79

    78

    77

    78

    72

    % Mhux konformi

    54.32 %

    67.11 %

    63.29 %

    69.23 %

    63.64 %

    51.28 %

    81.94 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    25.00 %

    21.57 %

    42.00 %

    24.07 %

    12.24 %

    15.00 %

    38.98 %

    NL

    Nru ta’ Verifiki

    4820

    5717

    4068

    5480

    4023

    3451

    2956

    % Mhux konformi

    17.45 %

    10.02 %

    28.61 %

    30.99 %

    30.75 %

    30.48 %

    14.14 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    60.57 %

    55.79 %

    59.39 %

    53.86 %

    97.49 %

    132.41 %

    353.11 %

    AT

    Nru ta’ Verifiki

    6883

    9824

    10220

    11300

    11966

    11676

    13851

    % Mhux konformi

    35.70 %

    30.99 %

    28.72 %

    32.50 %

    30.32 %

    30.44 %

    27.10 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    23.40 %

    20.70 %

    21.87 %

    20.40 %

    19.38 %

    17.45 %

    16.49 %

    PL

    Nru ta’ Verifiki

    14438

    19537

    20324

    16363

    19940

    23607

    22838

    % Mhux konformi

    7.60 %

    6.68 %

    5.32 %

    6.17 %

    3.08 %

    3.81 %

    4.22 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    14.65 %

    19.03 %

    23.39 %

    27.68 %

    36.59 %

    36.89 %

    35.41 %

    PT

    Nru ta’ Verifiki

    425

    566

    1065

    601

    657

    834

    633

    % Mhux konformi

    58.35 %

    33.75 %

    29.67 %

    40.72 %

    29.68 %

    27.82 %

    44.39 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    50.81 %

    41.88 %

    41.14 %

    41.11 %

    49.74 %

    61.64 %

    45.20 %

    RO

    Nru ta’ Verifiki

    5257

    5969

    7352

    11525

    2417

    4528

    5516

    % Mhux konformi

    4.13 %

    2.31 %

    3.99 %

    3.64 %

    4.43 %

    5.96 %

    4.82 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    32.82 %

    25.16 %

    29.69 %

    29.36 %

    16.82 %

    23.70 %

    27.44 %

    SI

    Nru ta’ Verifiki

    291

    315

    253

    601

    1548

    1878

    1494

    % Mhux konformi

    48.11 %

    46.03 %

    39.53 %

    5.99 %

    2.45 %

    2.29 %

    3.48 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    28.57 %

    38.62 %

    36.00 %

    38.89 %

    57.89 %

    46.51 %

    46.15 %

    SK

    Nru ta’ Verifiki

    351

    572

    561

    194

    217

    2302

    3531

    % Mhux konformi

    2.28 %

    12.41 %

    16.40 %

    0.52 %

    1.38 %

    0.13 %

    0.08 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    75.00 %

    4.23 %

    4.35 %

    0.00 %

    0.00 %

    0.00 %

    0.00 %

    FI

    Nru ta’ Verifiki

    3353

    3589

    3273

    3100

    3073

    2302

    2434

    % Mhux konformi

    41.10 %

    34.35 %

    32.26 %

    30.03 %

    27.43 %

    27.15 %

    25.43 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    12.48 %

    12.09 %

    10.21 %

    11.08 %

    12.22 %

    17.44 %

    17.61 %

    SE

    Nru ta’ Verifiki

    4049

    3733

    4076

    4929

    6903

    7147

    5332

    % Mhux konformi

    20.87 %

    16.98 %

    18.84 %

    20.15 %

    15.89 %

    15.49 %

    21.85 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    21.42 %

    19.24 %

    22.01 %

    17.15 %

    19.78 %

    17.89 %

    23.78 %

    UK

    Nru ta’ Verifiki

    9181

    7251

    8427

    4277

    2962

    3217

    2765

    % Mhux konformi

    36.99 %

    41.26 %

    22.99 %

    38.23 %

    37.31 %

    25.46 %

    58.34 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    29.68 %

    17.88 %

    19.05 %

    16.64 %

    22.35 %

    20.51 %

    11.41 %

     

     

     

     

     

     

    UE

    Nru ta’ Verifiki

    252632

    228742

    199881

    167340

    153362

    157455

    150348

    % Mhux konformi

    13.67 %

    15.80 %

    16.54 %

    21.39 %

    22.12 %

    20.08 %

    20.80 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    40.29 %

    37.16 %

    42.10 %

    44.04 %

    44.15 %

    45.00 %

    42.65 %

     

     

     

     

     

     

    NO

    Nru ta’ Verifiki

    712

    767

    515

    617

    563

    755

    793

    % Mhux konformi

    25.70 %

    22.16 %

    20.97 %

    25.12 %

    25.75 %

    34.70 %

    35.31 %

    % Riskju tal-Kategorija I

    19.13 %

    17.65 %

    29.63 %

    31.21 %

    26.90 %

    25.19 %

    25.00 %

    Anness II
    Frekwenza tal-verifiki għal kull miljun tunnellata-kilometru

    Aktar informazzjoni dwar dawn il-graffs hija pprovduta f’§ 8.1 tar-rapport.


    Anness III - Tqassim tal-verifiki skont il-post tal-oriġini

    Aktar informazzjoni dwar dawn il-graffs hija pprovduta f’§ 8.2 tar-rapport.

    Nazzjonali

    UE

    Mhux tal-UE

    Anness IV
    Proporzjon tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi mad-dispożizzjonijiet

    Aktar informazzjoni dwar dawn il-graffs hija pprovduta f’§ 8.3 tar-rapport.



    Anness V - Tqassim tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi mad-dispożizzjonijiet skont il-post tal-oriġini

    Aktar informazzjoni dwar dawn il-graffs hija pprovduta f’§ 8.4 tar-rapport.

    Nazzjonali

    UE

    Mhux tal-UE

    Anness VI
    Frekwenza tal-immobbilizzazzjoni tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi mad-dispożizzjonijiet

    Aktar informazzjoni dwar dawn il-graffs hija pprovduta f’§ 8.5 tar-rapport.


    Anness VII
    Tqassim skont il-kategoriji ta’ riskju

    Aktar informazzjoni dwar dawn il-graffs hija pprovduta f’§ 8.6 tar-rapport.

    Kat.I

    Kat.II

    Kat.III

    Anness VIII - Tqassim għal kull tip ta’ penali

    Aktar informazzjoni dwar dawn il-graffs hija pprovduta f’§ 8.7 tar-rapport.

    Twissija

    Multa

    Oħrajn


    Anness IX
    Trasport annwali tal-merkanzija perikoluża bit-triq f’miljun tunnellata-kilometru

    Aktar informazzjoni dwar din it-tabella hija pprovduta f’§ 6 tar-rapport. 

    2009

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    UE-28

    :

    :

    81,024

    80,803

    73,945

    75,024

    UE-27

    77,688

    78,625

    80,491

    80,292

    73,462

    74,523

    BE

    1,832

    1,853

    1,973

    1,985

    2,124

    1,694

    BG

    735

    347

    665

    928

    958

    684

    CZ

    1,050

    1,669

    1,787

    1,393

    1,281

    1,567

    DK

    1,015

    772

    730

    767

    760

    690

    DE

    12,961

    12,853

    13,028

    12,773

    12,958

    12,912

    EE

    82

    171

    189

    133

    163

    172

    IE

    530

    379

    419

    443

    476

    355

    EL

    3,283

    2,708

    1,989

    2,268

    1,169

    1,010

    ES

    11,253

    11,643

    11,908

    11,833

    10,626

    11,718

    FR

    7,755

    7,325

    7,785

    8,900

    8,158

    7,976

    HR

    493

    481

    533

    511

    483

    501

    IT

    11,270

    11,342

    9,556

    8,313

    8,037

    7,358

    CY

    169

    184

    194

    167

    181

    147

    LV

    215

    114

    234

    219

    213

    227

    LT

    308

    283

    324

    392

    386

    534

    LU

    359

    413

    482

    581

    700

    839

    HU

    1,241

    1,049

    1,032

    883

    997

    1,023

    MT (1)

    :

    :

    :

    :

    :

    :

    NL

    2,408

    3,432

    2,749

    2,232

    1,342

    957

    AT

    1,082

    1,083

    1,144

    928

    946

    933

    PL

    5,697

    5,880

    6,848

    6,801

    7,024

    8,778

    PT

    1,480

    938

    1,143

    715

    973

    946

    RO

    2,250

    1,369

    1,182

    1,453

    1,704

    1,664

    SI

    668

    607

    842

    637

    552

    724

    SK

    278

    498

    361

    289

    228

    329

    FI

    1,640

    2,169

    1,535

    1,357

    1,426

    1,423

    SE

    1,162

    1,387

    1,304

    1,251

    1,064

    1,283

    UK

    6,965

    8,157

    11,087

    12,653

    9,017

    8,583

    NO

    976

    1,321

    778

    1,319

    1,141

    1,029

    CH

    848

    794

    506

    833

    749

    812

    (1) Malta: Deroga skont ir-Regolament (UE) Nru 70/2012

    Sors: Eurostat (online data code: road_go_ta_dg)

    Top