This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017BP0452
European Parliament resolution of 30 November 2017 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council amending Decision (EU) 2017/344 of the European Parliament and of the Council of 14 December 2016 on the mobilisation of the Contingency Margin in 2017 (COM(2017)0900 — C8-0408/2017 — 2017/2265(BUD))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017 (COM(2017)0900 – C8-0408/2017 – 2017/2265(BUD))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017 (COM(2017)0900 – C8-0408/2017 – 2017/2265(BUD))
ĠU C 356, 4.10.2018, pp. 157–159
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
4.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 356/157 |
P8_TA(2017)0452
Il-Mobilizzazjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017 (COM(2017)0900 – C8-0408/2017 – 2017/2265(BUD))
(2018/C 356/34)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0900 – C8-0408/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra t-test konġunt approvat fit-18 ta' Novembru 2017 mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A8-0359/2017), fil-kuntest tal-konċiljazzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2018, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0372/2017), |
|
A. |
billi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill immobilizzaw il-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017 għall-ammont ta' EUR 1 906,1 miljun lil hinn mil-limiti massimi tal-Intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) u tal-intestatura 4 (Ewropa Globali); |
|
B. |
billi, fi ħdan dan l-ammont, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew li jikkumpensaw EUR 575,0 miljun kontra l-marġini mhux allokat skont l-Intestatura 2 (Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali) fl-2017, kif ukoll EUR 507,3 miljun, EUR 570,0 miljun u EUR 253,9 miljun, kontra l-marġini mhux allokati skont l-Intestatura 5 (Amministrazzjoni) fl-2017, 2018 u 2019 rispettivament; |
|
C. |
billi l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni li ltaqa' għall-adozzjoni tal-baġit għall-2018 sussegwentement qabel li jaġġusta t-tpaċija tal-Marġini ta' Kontinġenza msemmija hawn fuq sabiex l-ammont ikkumpensat skont l-Intestatura 5 fl-2018 jitnaqqas b'EUR 252,0 miljun u introduċa kumpens korrispondenti fl-Intestatura 5 fl-2020; |
|
1. |
Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni, bħala parti mill-ftehim dwar il-baġit għall-2018, dwar ir-reviżjoni tat-tpaċija tal-marġini ta' kontinġenza mobilizzat fl-2017, sabiex jiżdied il-marġini globali għall-impenji disponibbli għall-2018; jiddispjaċih dwar l-enfasi eċċessiva ta' xi Stati Membri fuq il-marġini disponibbli taħt il-limiti tal-QFP, li ta' spiss twassal biex jiġu injorati l-flessibilitajiet offruti mill-istrumenti speċjali; |
|
2. |
Jissottolinja, li anke mingħajr tpaċija riveduta, il-marġini globali għall-impenji fil-baġit maqbul għall-2018 diġà jammonta għal EUR 1 348,3 miljun, filwaqt li aktar minn EUR 900 miljun għadhom disponibbli skont l-Istrument ta' Flessibbiltà u l-Marġini Globali għall-Impenji (GMC); jindika li EUR 1,2 biljun oħra għandhom isiru disponibbli skont il-GMC u l-Istrument ta' Flessibilità matul l-2018; |
|
3. |
Jieħu nota li tali reviżjoni ta' tpaċija, filwaqt li mhijiex essenzjali, tirrilaxxa EUR 252 miljun tal-marġini addizzjonali fl-2018 minflok fl-2020, sabiex b'hekk tiġi pprovduta flessibbiltà addizzjonali fi stadju aktar bikri skont dan il-QFP; |
|
4. |
Jiddispjaċih li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrikorru għall-qsim tat-tpaċija skont l-Intestatura 5 bejn l-2018 u l-2020 sabiex il-baġit tal-UE jingħata l-flessibbiltà meħtieġa fl-2018; jesprimi tħassib dwar it-tnaqqis konsegwenti fil-marġini tal-Intestatura 5 li se ġġib magħha din il-manuvra fl-2020; jindika li l-adozzjoni ta' tali approċċ lil hinn mill-limiti hi sinjal ċar li l-baġit tal-UE mhuwiex jiġi fornut bir-riżorsi indispensabbli biex iwettaq il-politiki u l-programmi tal-Unjoni; |
|
5. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/9.)