Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AP0411

    P8_TA(2017)0411 L-istabbiliment ta' Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2017dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (COM(2016)0194 – C8-0135/2016 – 2016/0106(COD)) P8_TC1-COD(2016)0106 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-25 ta’ Ottubru 2017 fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011

    ĠU C 346, 27.9.2018, p. 390–390 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 346/390


    P8_TA(2017)0411

    L-istabbiliment ta' Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2017dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (COM(2016)0194 – C8-0135/2016 – 2016/0106(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2018/C 346/57)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0194),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 77(2)(b) u (d), u l-Artikoli 87(2)(a) u 88(22)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0135/2016),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3), l-Artikolu 77(2)(b) u (d) u l-Artikolu 87(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2016 (1),

    wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

    wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Lulju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0057/2017),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  ĠU C 487, 28.12.2016, p. 66.


    P8_TC1-COD(2016)0106

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-25 ta’ Ottubru 2017 fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/2226.)


    Top