Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AP0311

    P8_TA(2017)0311 Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u t-twaqqif tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u t-twaqqif tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD (COM(2016)0586 – C8-0377/2016 – 2016/0281(COD)) P8_TC1-COD(2016)0281 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis--6 ta' Lulju 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament(UE) 2017/…tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta' Garanzija tal-EFSD

    ĠU C 334, 19.9.2018, p. 263–263 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 334/263


    P8_TA(2017)0311

    Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u t-twaqqif tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u t-twaqqif tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD (COM(2016)0586 – C8-0377/2016 – 2016/0281(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2018/C 334/39)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0586),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 209(1) u 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0377/2016),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0170/2017),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    P8_TC1-COD(2016)0281

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis--6 ta' Lulju 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament(UE) 2017/…tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta' Garanzija tal-EFSD

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2017/1601.)


    Top