This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016XC0809(03)
Notice for the attention of Aslan Avgazarovich Byutukaev and Ayrat Nasimovich Vakhitov, whose names were added to the list referred to in Articles 2, 3 and 7 of Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the ISIL (Da’esh) and Al-Qaeda organisations, by virtue of Commission Regulation (EU) 2016/1347
Avviż għall-attenzjoni ta' Aslan Avgazarovich Byutukaev u Ayrat Nasimovich Vakhitov, li l-ismijiet tagħhom ġew miżjuda fil-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1347

C/2016/5252
ĠU C 288, 9.8.2016, pp. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/14 |
Avviż għall-attenzjoni ta' Aslan Avgazarovich Byutukaev u Ayrat Nasimovich Vakhitov, li l-ismijiet tagħhom ġew miżjuda fil-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1347
(2016/C 288/04)
1. |
Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni sabiex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni ta' ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista mħejjija skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1267(1999). Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:
Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità huma “assoċjati ma’” ISIL (Da'esh) u Al Qaida, jinkludu:
|
2. |
Il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fit-3 ta’ Awwissu 2016 approva ż-żieda tal-entrati ta’ Aslan Avgazarovich Byutukaev u Ayrat Nasimovich Vakhitov mal-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida. Aslan Avgazarovich Byutukaev u Ayrat Nasimovich Vakhitov jistgħu, fi kwalunkwe waqt, jippreżentaw talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
Għal aktar informazzjoni ara: https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1267/aq_sanctions_list/procedures-for-delisting. |
3. |
B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) 2016/1347 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al Qaida (3). L-emenda, magħmula f'konformità mal-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid l-ismijiet ta' Aslan Avgazarovich Byutukaev u Ayrat Nasimovich Vakhitov fil-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”). Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-individwi u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:
|
4. |
L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jipprovdi għal proċess ta’ rieżami fejn jiġu ppreżentati l-osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament (UE) 2016/1347 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:
|
5. |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u tal-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament (UE) 2016/1347 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
6. |
Għall-korrettezza, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/Membri rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati għal bżonnijiet essenzjali jew għal pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dan ir-Regolament. |
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.
(2) ĠU L 214, 9.8.2016, p. 12.
(3) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.