Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0640

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    COM/2016/0640 final - 2016/0311 (NLE)

    Brussell, 6.10.2016

    COM(2016) 640 final

    2016/0311(NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.
    tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn
    il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u
    l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, biex titqies
    l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi l-istrument legali għall-konklużjoni ta' Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Protokoll').

    Skont l-Att ta' Adeżjoni tagħha, il-Kroazja, għandha taċċedi għall-ftehimiet internazzjonali ffirmati jew konklużi mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha permezz ta’ Protokoll ma' dawk il-ftehimiet.

    Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsemmi 'il-Ftehim, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta' Ġunju 2008 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2015.

    Fl-24 ta’ Settembru 2012 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u r-Repubblika tal-Kroazja, mal-Bożnija-Ħerzegovina sabiex tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

    Bejn it-13 ta’ Diċembru 2012 u t-28 ta’ April 2016 saru diversi ċikli ta’ negozjati. Wara aktar konsultazzjonijiet tekniċi u korrispondenza, il-Protokoll ġie inizjalat mill-Kummissjoni u mill-Bożnija-Ħerzegovina fit-18 ta’ Lulju 2016.

    Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jiddeċiedi dwar il-konklużjoni tal-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. L-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll huma soġġetti għal proposta għal deċiżjoni separata tal-Kunsill. Il-konklużjoni tal-Protokoll f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (KEEA) issegwi proċedura separata, li permezz tagħha l-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Kunsill jagħti l-approvazzjoni tiegħu, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-KEEA.

    Il-proposta mehmuża hija għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll. Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill:

    jikkonkludi l-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

    2016/0311 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.
    tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn

    il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u

    l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, biex titqies

    l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-punt (a)(i) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2016/.../UE 1 , il-Protokoll Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ("il-Protokoll") ġie iffirmat fi […], soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

    (2) 2 Il-konklużjoni tal-Protokoll hija s-soġġett ta' proċedura separata fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

    (3)Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



    Artikolu 1

    Il-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri 3 .

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna (jew persuni) li jkollhom is-setgħa, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, li jiddepożitaw l-istrument ta' approvazzjoni previst fl-Artikolu 7 tal-Protokoll.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    (1) [Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2016/…/UE ta' […2016] dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L […], […], p.[…]).. ]
    (2) It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma (ara l-paġna [..] ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
    Top

    Brussell, 6.10.2016

    COM(2016) 640 final

    ANNESSI

    ta' [...]

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konkluzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea


    PROTOKOLL

    għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IR-RENJU TA’ SPANJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    L-UNGERIJA,

    IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

    IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,

    IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-RUMANIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

    Partijiet kontraenti għat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Istati Membri", u

    L-UNJONI EWROPEA u L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA,

    minn hawn 'il quddiem l-"Unjoni Ewropea",

    minn naħa, u

    IL-Bożnija-Ħerzegovina,

    min-naħa l-oħra,

    Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (minn hawn 'il quddiem il-''Kroazja'') mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013,

    Billi:

    (1)Il-Ftehim Interim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta’ Ġunju 2008 u kien fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2008 sal-31 ta’ Mejju 2015.

    (2)It-Trattat dwar l-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem it-"Trattat ta' Adeżjoni") ġie ffirmat fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011.

    (3)Il-Kroazja aderixxiet mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013.

    (4)Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, (minn hawn 'il quddiem "l-FSA") ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta' Ġunju 2008 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2015;

    (5)Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, l-adeżjoni tal-Kroazja mal-FSA tiġi miftiehma permezz tal-konklużjoni ta' protokoll għall-FSA.

    (6)Saru konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 37(3) tal-FSA sabiex jiġi żgurat li jitqiesu l-interessi reċiproċi tal-Unjoni Ewropea u tal-Bożnija-Ħerzegovina msemmija f'dan il-Ftehim,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Taqsima I

    Il-Partijiet Kontraenti

    Artikolu 1

    Il-Kroazja hija Parti fil-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (minn issa l-"FSA") iffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta' Ġunju 2008 u għandha rispettivament, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea, tadotta u tieħu nota tat-testi tal-SAA, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti u d-Dikjarazzjonijiet Unilaterali mehmuża mal-Att Finali ffirmat fl-istess data.

    Taqsima II

    AĠĠUSTAMENTI FIT-TEST TAL-FSA INKLUŻI L-ANNESSI U L-PROTOKOLLI TIEGĦU

    Prodotti Agrikoli

    Artikolu 2

    Prodotti Agrikoli sensu stricto

    1. Fl-Artikolu 27(3) tal-FSA, jiżdied is-subparagrafu ġdid li ġej:

    Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll sabiex titqis l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, jew, f’każ li dan il-Protokoll japplika b’mod provviżorju, mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu, il-kwota tariffarja annwali stabbilita fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ta’ 13 210 tunnellati (piż nett).

    2. Fl-Artikolu 27 tal-FSA, jiżdied il-paragrafu l-ġdid 4a li ġej:

    4a. Barra minn hekk, mal-paragrafu 4, mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll biex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea jew, f’każ li dan il-Protokoll japplika b’mod proviżorju, mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu l-Bożnija-Ħerzegovina għandha tneħħi d-dazji doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Komunità, elenkati fl-Anness III (e) sal-limitu tal-kwota tariffarja indikata għall-prodotti kkonċernati.

    3. L-Anness I ta' dan il-Protokoll għandu jiżdied bħala l-Anness III(f) tal-SSA u għandu jifforma parti integrali mill-FSA.

    Artikolu 3

    Ħut u prodotti tas-sajd

    1. Fl-Artikolu 28 tal-FSA, jiddaħħal il-paragrafu li ġej bħala l-paragrafu 1a:

    1a. Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, jew, f’każ li dan il-Protokoll japplika b’mod proviżorju, mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu, l-Unjoni għandha tneħħi d-dazji doganali kollha jew il-ħlasijiet li jkollhom effett ekwivalenti ta’ ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Bożnija-Ħerzegovina, ħlief dawk elenkati fl-Anness IVa. Il-prodotti elenkati fl-Anness IVa għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stipulati fih.

    2. Fl-Artikolu 28 tal-FSA, jiddaħħal il-paragrafu li ġej bħala l-paragrafu 3:

    3. Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll biex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea jew, f’każ li dan il-Protokoll japplika b’mod proviżorju, mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu l-Bożnija-Ħerzegovina għandha tiftaħ kwota ħielsa mid-dazju għall-importazzjonijiet ta' karpu ħaj skont il-Kodiċi NM 0301 93 00 fil-limitu tal-kwota tariffarja annwali ta' 75 tunnellata. L-importazzjonijiet barra l-limiti tal-kwota se jkunu soġġetti għad-dazji stabbiliti fl-Anness V tal-FSA.

    3. L-Anness II ta' dan il-Protokoll għandu jiżdied bħala l-Anness IVa tal-FSA u għandu jifforma parti integrali mill-FSA.

    Artikolu 4

    Prodotti agrikoli pproċessati

    L-Anness III ta' dan il-Protokoll għandu jiżdied bħala l-Anness III tal-Protokoll 1 tal-FSA u għandu jifforma parti integrali mill-FSA.

    Artikolu 5

    Il-Ftehim dwar l-Inbid

    Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll sabiex titqis l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, jew, f’każ li dan il-Protokoll japplika b’mod proviżorju, mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu, l-Anness I tal-Protokoll 7 tal-FSA msemmi fl-Artikolu 27(5) tal-FSA għandu jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness IV ta' dan il-Protokoll.

    Taqsima III

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

    Artikolu 6

    Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom ikunu parti integrali mill-FSA.

    Artikolu 7

    1. Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u mill-l-Bożnija-Ħerzegovina skont il-proċeduri tagħhom stess.

    2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu 1. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 8

    1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar ta' wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta' approvazzjoni.

    2. Jekk mhux l-istrumenti kollha ta' approvazzjoni ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel l-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-firma, dan il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju. Id-data tal-applikazzjoni provviżorja għandha tkun l-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-firma.

    Artikolu 9

    Dan il-Protokoll huwa mħejji f'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Bożnija u Serba, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.



    ANNESSI



    ANNESS I

    "ANNESS III (f)

    KONĊESSJONIJIET TARIFFARJI TAL-BOŻNIJA-ĦERZEGOVINA GĦALL-PRODOTTI AGRIKOLI PRIMARJI LI JORIĠINAW FL-UNJONI EWROPEA

    (Imsemmija fl-Artikolu 27(4a) tal-FSA)

    1.

    Mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, id-dazju għandu jiġi abolit għal prodotti ta' hawn taħt fil-kwantitajiet tal-Kwota Tariffarja stabbiliti hawn taħt. Għal importazzjonijiet barra l-kwota għandna tapplika r-rata tad-dazju MFN. Għas-sena 2017, għandu japplika l-ammont sħiħ tal-kwota, irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Tariffa tal-kwota (tunnellati)

    0102

    Annimali tal-ifrat ħajjin:

    - Frat:

    0102 29

    - - Oħrajn:

    - - - Oħrajn:

    - - - - Ta’ piż aktar minn 300 kg:

    - - - - - Baqar:

    0102 29 61

    - - - - - - Għall-qatla

    1 935

    - - - - - Oħrajn:

    0102 29 91

    - - - - - - Għall-qatla

    190

    0103

    Majjal ħaj:

    - Oħrajn:

    0103 92

    - - Jiżen 50 kg jew aktar:

    - - - Speċi domestiċi:

    0103 92 11

    - - - - Majjali nisa li jkunu ferrgħu għallinqas darba, ta’ piż mhux inqas minn 160 kg

    575

    0103 92 19

    - - - - Oħrajn

    1 755

    0103 92 90

    - - - Oħrajn

    195

    0105

    Tjur ħajjin, jiġifieri tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u farawni:

    - Oħrajn:

    0105 94 00

    - - Tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus

    1 455

    0207

    Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta’ tjur tat-titlu 0105, frisk, imkessaħ jew friżat:

    - Ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus:

    0207 12

    - - Mhux imqattgħin f’biċċiet, iffriżati:

    0207 12 90

    - - - Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn u bla għenuq, qlub, fwied u qnieżaħ, magħrufa bħala "65 % tiġieġ", jew preżentati mod ieħor

    80

    0207 13

    - - Qatgħat u ġewwieni, friski jew imkessħin:

    - - - Qatgħat:

    0207 13 10

    - - - - Bla għadam

    90

    - - - - Bl-għadma:

    0207 13 30

    - - - - - Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot

    55

    0207 13 60

    - - - - - Saqajn u qatgħat tagħhom

    320

    - - - Ġewwieni:

    0207 13 99

    - - - - Oħrajn

    25

    0207 14

    - - Qatgħat u ġewwieni, friżati:

    - - - Qatgħat:

    - - - - Bl-għadma:

    0207 14 20

    - - - - - Nofsijiet jew kwarti

    30

    0207 14 60

    - - - - - Saqajn u qatgħat tagħhom

    130

    - - - Ġewwieni:

    0207 14 99

    - - - - Oħrajn

    50

    0401

    Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr iż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu:

    0401 40

    - B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, aktar minn 6 % iżda mhux aktar minn 10 %:

    0401 40 10

    - - F’pakki diretti ta’ kontenut nett mhux akbar minn żewġ litri

    80

    0401 50

    - B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, aktar minn 10 %:

    - - Ta’ mhux aktar minn 21 %:

    0401 50 11

    - - - F’pakki diretti ta’ kontenut nett mhux akbar minn żewġ litri

    30

    0402

    Ħalib u krema, konċentrati u biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu:

    - Fi trab, ħbub u forom solidi oħrajn, b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, aktar minn 1,5 %

    0402 21

    - - Mingħajr zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu:

    - - - B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, mhux aktar minn 27 %:

    0402 21 18

    - - - - Oħrajn

    25

    0403

    Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

    0403 90

    - Oħrajn:

    - - Mhux imħawrin u lanqas miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

    - - - Oħrajn:

    - - - - Mingħajr żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż:

    0403 90 51

    - - - - - Ta’ mhux aktar minn 3 %:

    500

    0403 90 53

    - - - - - Li jaqbeż it-3 % imma mhux aktar minn 6 %

    290

    0405

    Butir u xaħmijiet u żjut oħra miksuba mill-ħalib Dlik (spreds) ta’ prodotti tal-ħalib:

    0405 10

    - Butir:

    - - B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, mhux aktar minn 85 %:

    - - - Butir naturali:

    0405 10 11

    - - - - F’pakki diretti b’kontenut nett mhux aktar minn 1 kg

    160

    0405 10 19

    - - - - Oħrajn

    200

    0406

    Ġobon u baqta:

    0406 10

    - Ġobon frisk (mhux misjur jew konservat), inkluż ġobon tax-xorrox, u baqta

    - - B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, mhux aktar minn 40 %:

    0406 10 30

    - - - Mozzarella, kemm jekk f’likwidu jew le

    355

    0406 10 50

    - - - Oħrajn

    0406 10 80

    - - Oħrajn

    165

    0409 00 00

    Għasel naturali

    165

    0701

    Patata, friska jew imkessħa:

    0701 90

    - Oħrajn:

    - - Oħrajn:

    0701 90 50

    - - - Ġdida, mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju

    50

    0701 90 90

    - - - Oħrajn

    1 265

    0704

    Kaboċċi, pastard, ġdur u brassicae oħrajn li jittieklu, friski jew imkessħin:

    0704 90

    - Oħrajn:

    0704 90 10

    - - Kaboċċi bojod u kaboċċi ħomor

    280

    0706

    Karrotti, turnips (xorta ta’ Brassica), pitravi għall-insalata, sassefrika, celeriac (xorta ta’ krafes), ravanell u għeruq oħrajn simili tajbin għall-ikel, friski jew imkessħin:

    0706 10 00

    - Karrotti u ġdur

    50

    0806

    Għeneb, frisk jew imnixxef:

    0806 10

    - Frisk:

    0806 10 10

    - - Għeneb tal-mejda

    45

    0809

    Berquq, ċirasa, ħawħ (inkluż nuċiprisk), għanbaqar u pruna selvaġġa (sloes), friski:

    - Ċirasa:

    0809 21 00

    - - Ċirasa qarsa (Prunus cerasus)

    410

    0811

    Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha:

    0811 90

    - Oħrajn:

    - - Oħrajn:

    - - - Ċirasa:

    0811 90 75

    - - - - Ċirasa qarsa (Prunus cerasus)

    70

    1601

    Zalzett u prodotti simili, ta' laħam, fdal tal-ġewwieni jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti:

    - Oħrajn:

    1601 00 91

    - - Zalzett, niexef jew biex jinfirex, nej

    285

    1602

    Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn preparati jew preservati:

    1602 10 00

    - Preparazzjonijiet omoġenizzati

    75

    1602 20

    - Ta' fwied ta' kull annimal:

    1602 20 90

    - - Oħrajn

    140

    - Ta’ tjur ta’ intestatura 0105:

    1602 31

    - - Tad-dundjani:

    - - - Li fihom 57 % jew aktar tal-piż laħam jew fdal tal-laħam tat-tjur:

    1602 31 19

    - - - - Oħrajn

    40

    1602 32

    - - Ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus

    - Tal-majjal:

    - - - Li fihom 57 % jew aktar tal-piż laħam jew fdal tal-laħam tat-tjur:

    1602 32 11

    - - - - Nej

    130

    1602 32 19

    - - - - Oħrajn

    30

    1602 32 30

    - - - Li fihom 25 % jew aktar iżda inqas minn 57 % tal-piż laħam jew fdal tal-laħam tat-tjur

    170

    1602 32 90

    - - - Oħrajn

    230

    1602 41

    - - Prieżet u qatgħat tagħhom:

    1602 41 10

    - - - Ta' majjal domestiku

    360

    1602 49

    - - Oħrajn, inklużi taħlitiet:

    - - - Ta' majjal domestiku:

    - - - - Li fihom 80 % jew aktar tal-piż laħam jew fdal tal-laħam, ta’ kull tip, inklużi xaħmijiet ta’ kull tip u oriġni:

    1602 49 15

    - - - - - Taħlit ieħor li jinkludi koxox (saqajn), spallejn, ġenbejn jew għenuq, u qatgħat tagħhom

    150

    1602 49 30

    - - - - Li fihom 40 % jew aktar tal-piż iżda inqas minn 80 % laħam jew fdal tal-laħam, ta’ kull tip, inklużi xaħmijiet ta’ kull tip u oriġni

    445

    1602 49 50

    - - - - Li fihom anqas minn 40 % tal-piż laħam jew fdal tal-laħam, ta’ kull tip, inklużi xaħmijiet ta’ kull tip u oriġni

    60

    1602 50

    - Tal-bovini:

    - - Oħrajn:

    1602 50 31

    - - - Bulubif (corned beef) f’kontenituri ssiġġillati mill-arja

    70

    1602 50 95

    - - - Oħrajn

    295

    1701

    Zokkor tal-kannamieli jew pitravi u sakkarożju kimikament pur, f’forma solida:

    - Oħrajn:

    1701 91 00

    - - Li fih miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur

    55

    1701 99

    - - Oħrajn:

    1701 99 10

    - - - Zokkor abjad

    3 470

    2001

    Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, preparati u preservati bil-ħall jew b’aċtu aċetiku:

    2001 10 00

    - Ħjar u ħjar żgħir (gherkins)

    265

    2001 90

    - Oħrajn:

    2001 90 70

    - - Bżar ħelu

    70

    2005

    Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006:

    - Ħxejjex oħrajn u taħlit tal-ħxejjex:

    2005 99

    - - Oħrajn:

    2005 99 50

    - - - Taħlit ta’ veġetali

    245

    2005 99 60

    - - - Kaboċċi mqattgħin immarinati (sauerkraut)

    40



    2.

    Importazzjonijiet fil-Bożnija-Ħerzegovina tal-prodotti li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal konċessjonijiet kif imfassla hawn taħt: Għal importazzjonijiet barra l-kwota għandna tapplika r-rata tad-dazju MFN. Għas-sena 2017, għandu japplika l-ammont sħiħ tal-kwota, irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Tariffa tal-kwota (tunnellati)

    Sa mill-01.01.2017

    Sa mill-01.01.2018

    Sa mill-01.01.2019

    0401

    Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr iż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu:

    0401 20

    - B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, aktar minn 1 % iżda mhux aktar minn 6 %:

    - - Ta’ mhux aktar minn 3 %:

    0401 20 11

    - - - F’pakki diretti ta’ kontenut nett mhux akbar minn żewġ litri

    5 432

    9 506

    13 580

    - - li jaqbeż it-3 %:

    0401 20 91

    - - - F’pakki diretti ta’ kontenut nett mhux akbar minn żewġ litri

    720

    1 440

    1 440

    0403

    Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

    0403 10

    - Jogurt:

    - - Mhux imħawrin u lanqas miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

    - - - Mingħajr żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż:

    0403 10 11

    - - - - Ta’ mhux aktar minn 3 %

    1 515

    3 030

    3 030

    0403 10 13

    - - - - Li jaqbeż it-3 % imma mhux aktar minn 6 %

    1 520

    3 040

    3 040

    0403 90

    - Oħrajn:

    - - Mhux imħawrin u lanqas miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

    - - - Oħrajn:

    - - - - Mingħajr żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż:

    0403 90 59

    - - - - - Ta’ mhux aktar minn 6 %

    1 762.5

    3 525

    3 525

    1601

    Zalzett u prodotti simili, ta' laħam, fdal tal-ġewwieni jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti:

    - Oħrajn:

    1601 00 99

    - - Oħrajn

    1 692.5

    3 385

    3 385



    ANNESS II

    "ANNESS IVa

    DAZJI APPLIKABBLI GĦALL-PRODOTTI LI JOROĠINAW MILL-BOŻNIJA-ĦERZEGOVINA META JIĠU IMPORTATI FL-UNJONI EWROPEA

    (Imsemmija fl-Artikolu 28 (1a) tal-FSA)

    1.

    Mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, l-importazzjonijiet fil-Bożnija-Ħerzegovina fl-Unjoni Ewropea għandhom ikunu soġġetti għal konċessjonijiet kif imfassla hawn taħt. Għas-sena 2017, għandu japplika l-ammont sħiħ tal-kwota, irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Tariffa tal-kwota ta' volum (tunnellati)

    Rata ta’ dazju
    ġewwa l-kwota

    Rata ta’ dazju
    'il fuq mill-kwota

    0301 91 00

    0302 11 00

    0303 14 00

    0304 42 00

    ex 0304 52 00

    0304 82 00

    ex 0304 99 21

    ex 0305 10 00

    ex 0305 39 90

    0305 43 00

    ex 0305 59 80

    ex 0305 69 80

    Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache and Oncorhynchus chrysogaster): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxfa, immellħa jew fis-salmura, iffumikati; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

    500

    0 %

    70 %
    tad-dazju MFN

    0301 93 00

    0302 73 00

    0303 25 00

    ex 0304 39 00

    ex 0304 51 00

    ex 0304 69 00

    ex 0304 93 90

    ex 0305 10 00

    ex 0305 31 00

    ex 0305 44 90

    ex 0305 59 80

    ex 0305 69 80

    Karpjun (Cyprinus carpio, Carassius carassius, Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxfa, immellħa jew fis-salmura, iffumikati; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

    140

    0 %

    70 %
    tad-dazju MFN

    ex 0301 99 85

    0302 85 10

    0303 89 50

    ex 0304 49 90

    ex 0304 59 90

    ex 0304 89 90

    ex 0304 99 99

    ex 0305 10 00

    ex 0305 39 90

    ex 0305 49 80

    ex 0305 59 80

    ex 0305 69 80

    Pagru (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxfa, immellħa jew fis-salmura, iffumikati; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

    30

    0 %

    30 %
    tad-dazju MFN

    ex 0301 99 85

    0302 84 10

    0303 84 10

    ex 0304 49 90

    ex 0304 59 90

    ex 0304 89 90

    ex 0304 99 99

    ex 0305 10 00

    ex 0305 39 90

    ex 0305 49 80

    ex 0305 59 80

    ex 0305 69 80

    Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxfa, immellħa jew fis-salmura, iffumikati; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

    30

    0 %

    30 %
    tad-dazju MFN

    1604 13 11

    1604 13 19

    ex 1604 20 50

    Sardin ippreparat jew ippreżervat

    50

    6 %

    100 %

    1604 16 00

    1604 20 40

    Inċova ppreparata jew ippreservata

    70

    12,5 %

    100 %

    2.

    Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prodotti kollha ta' l-intestatura ta' l-HS 1604, minbarra sardini u inċova ppreparati jew ippreservati, se titnaqqas għal 70 % tar-rata tad-dazju MFN



    Anness III

    "ANNESS III TAL-PROTOKOLL 1




    KONĊESSJONIJIET TARIFFARJI TAL-BOŻNIJA-ĦERZEGOVINA GĦAL PRODOTTI AGRIKOLI PPROĊESSATI LI JORIĠINAW FL-UNJONI EWROPEA



    (Imsemmija fl-Artikolu 25 tal-FSA)

    Mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, id-dazju għandu jiġi abolit fi ħdan il-kwantitajiet tal-Kwota Tariffarja stabbiliti hawn taħt. Għal importazzjonijiet barra l-kwota għandna tapplika r-rata tad-dazju MFN. Għas-sena 2017, għandu japplika l-ammont sħiħ tal-kwota, irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Tariffa tal-kwota (tunnellati)

    0403

    Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

    0403 10

    - Jogurt:

    - - Imħawrin u miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

    - - - Oħrajn, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib, bil-piż:

    0403 10 91

    - - - - Ta’ mhux aktar minn 3 %

    480

    0403 10 93

    - - - - Li jaqbeż it-3 % imma mhux aktar minn 6 %

    130

    0403 10 99

    - - - - Ta’ mhux aktar minn 6 %

    25

    0403 90

    - Oħrajn:

    - - Imħawrin u miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

    - - - Oħrajn, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib, bil-piż:

    0403 90 91

    - - - - Ta’ mhux aktar minn 3 %

    530

    0403 90 93

    - - - - Li jaqbeż it-3 % imma mhux aktar minn 6 %

    55

    1905

    Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, fihom il-kawkaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili:

    - Biskuttini ħelwin; waffles u wejfers:

    1905 31

    - - Biskuttini ħelwin:

    - - - Miksijin kompletament jew parzjalment biċ-ċikkulata jew preparazzjonijiet oħrajn li fihom il-kawkaw:

    1905 31 19

    - - - - Oħrajn

    365

    - - - Oħrajn:

    - - - - Oħrajn:

    1905 31 99

    - - - - - Oħrajn

    600

    1905 32

    - - Waffles u wejfers:

    - - - Oħrajn:

    - - - - Miksijin kompletament jew parzjalment biċ-ċikkulata jew preparazzjonijiet oħrajn li fihom il-kawkaw:

    1905 32 19

    - - - - - Oħrajn

    300

    1905 90

    - Oħrajn:

    - - Oħrajn:

    1905 90 45

    - - - Gallettini

    35

    2208

    Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’qawwa alkoħolika bil-volum ta’ inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż:

    2208 20

    - Spirti magħmulin bid-distillar ta’ inbid tal-għeneb jew ta’ karfa ta’ għeneb magħsur:

    - - F'kontenituri li jesgħu 2 litri jew inqas:

    2208 20 29

    - - - Oħrajn:

    ex

    2208 20 29

    - - - - Brandy tal-għeneb u l-karfa tal-għeneb brandy

    85

    ex

    2208 20 29

    - - - - Oħrajn

    2402

    Sigarri, cheroots, cigarillos u sigarretti, tat-tabakk jew sostituti tat-tabakk:

    2402 20

    - Sigarretti li fihom tabakk:

    2402 20 90

    - - Oħrajn

    3 200



    ANNESS IV

    “EMENDI GĦALL-ANNESS I TAL-PROTOKOLL 7

    1.

    It-tabella f’Punt 1 tal-Anness I għall-Protokoll 7, fuq l-importazzjonijiet tal-inbejjed fl-Unjoni Ewropea, għandha tiġi sostitwita bit-tabella ta’ hawn taħt:

    2.

    It-tabella f’Punt 3 tal-Anness I għall-Protokoll 7, fuq l-importazzjonijiet tal-inbejjed fil-Bożnija-Ħerzegovina, għandha tiġi sostitwita bit-tabella ta’ hawn taħt:

    Top