Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0426

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim internazzjonali dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, 2015

COM/2016/0426 final - 2016/0196 (NLE)

Brussell, 28.6.2016

COM(2016) 426 final

2016/0196(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim internazzjonali dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, 2015


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-Ftehim internazzjonali dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, 2005 1 li applika sal-31 ta' Diċembru 2014 ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2015. Skont l-Artikolu 47(3) tiegħu, huwa ser jibqa' fis-seħħ sad-dħul fis-seħħ tal-ftehim il-ġdid, sakemm it-tul ta' żmien ta' din l-estensjoni ma jaqbiżx it-tnax-il xahar. Il-ftehim eżistenti għalhekk ser jitnemm mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016.

Fid-19 ta' Novembru 2013, il-Kunsill ta l-awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati f'isem l-Unjoni għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali ġdid dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda.

Fil-Qafas tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti għan-Negozjar ta' Ftehim Suċċessur għall-Ftehim Internazzjonali tal-2005 dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tal-mejda li sar fil-Palais des Nations f'Ġinevra, mill-5 sad-9 ta' Ottubru 2015, ir-rappreżentanti ta' 24 Stat Membru tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) u ta' żewġ organizzazzjonijiet intergovernattivi stabbilixxew it-test tal-ftehim il-ġdid.

It-test tal-Ftehim li ġie negozjat b'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar il-Prodotti Bażiċi (PROBA) huwa konformi mad-Direttivi tan-negozjar adottati mill-Kunsill.

Il-Ftehim il-ġdid huwa miftuħ għall-iffirmar fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, fi New York, sal-31 ta' Diċembru 2016 inkluża. Dan għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2017 bil-kundizzjoni li mill-inqas ħames Partijiet Kontraenti li jirrappreżentaw mill-inqas 80 % tal-ishma ta' parteċipazzjoni jkunu ffirmawh b'mod definittiv jew ikunu rratifikawh, aċċettawh jew approvawh, jew ikun disponibbli għalihom. Jekk, sal-1 ta' Jannar 2017, il-Ftehim il-ġdid ma jkunx daħal kompletament fis-seħħ, jista' jiġi applikat fuq bażi provviżorja bil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 31(2) u (3) tal-Ftehim il-ġdid.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Fid-dawl ta' dan kollu hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi:

Li skont l-Artikoli 207(4) u 218(5) tat-TFUE, il-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni biex tiffirma l-Ftehim f'isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

3.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Dan il-ftehim il-ġdid jimplika kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea lill-baġits tal-IOC. Dik il-kontribuzzjoni hija inkluża fl-Artikolu 05 06 01 tal-baġit tal-Unjoni Ewropea (imsejħa "l-Ftehimiet Agrikoli Internazzjonali").

2016/0196 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim internazzjonali dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, 2015

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

billi:

(1)Fid-19 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill ta l-awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati f'isem l-Unjoni għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali ġdid dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda 2 .

(2)It-test tal-Ftehim Internazzjonali l-ġdid dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tal-mejda ġie adottat fid-9 ta' Ottubru 2015 mir-rappreżentanti ta' 24 Stati Membri tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) u ta' żewġ organizzazzjonijiet intergovernattivi, fil-qafas tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozjar ta' Ftehim Suċċessur għall-Ftehim Internazzjonali tal-2005 dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda.

(3)Il-Ftehim Internazzjonali tal-2005 dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda 3 li applika sal-31 ta' Diċembru 2014 ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2015 u skont l-Artikolu 47(3) tiegħu, ser jibqa' fis-seħħ sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim il-ġdid, sakemm it-tul ta' żmien ta' din l-estensjoni ma jaqbiżx it-tnax-il xahar. Il-Ftehim il-ġdid infetaħ għall-iffirmar fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, fi New York, sal-31 ta' Diċembru 2016 inkluża.

(4)L-Artikolu 31(1) tal-Ftehim jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għad-dħul fis-seħħ tiegħu sal-1 ta' Jannar 2017. Il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 31 jipprevedu applikazzjoni tal-Ftehim fuq bażi provviżorja, b'ċerti kundizzjonijiet, fil-każ fejn il-kundizzjonijiet tal-pargrafu 1 tal-imsemmi Artikolu ma jiġux issodisfati.

(5)Skont l-Artikolu 31(2) tal-Ftehim u sabiex tiġi evitata interruzzjoni fl-applikazzjoni tar-regoli tal-Ftehimiet Internazzjonali dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, ikun xieraq li tiġi prevista l-applikazzjoni tal-Ftehim fuq bażi provviżorja mill-Unjoni jekk il-proċedura meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu mill-Unjoni ma tkunx tlestiet qabel l-1 ta' Jannar 2017.

(6)Ikun xieraq ukoll li tiġi prevista l-applikazzjoni tal-Ftehim fuq bażi provviżorja mill-Unjoni, skont l-Artikolu 31(3), jekk il-kundizzjonijiet għad-dħul fis-seħħ tiegħu definittiv jew provviżorju skont l-Artikolu 31(1) u (2), ma jkunux ġew issodisfati sal-31 ta' Diċembru 2016.

(7)Għaldaqstant, ikun xieraq li l-Ftehim jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard, u li l-applikazzjoni provviżorja tiegħu tiġi notifikata b'kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 31(2) u (3) tiegħu.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda tal-2015 huwa approvat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jistabbilixxi l-istrument ta' setgħat sħaħ għall-iffirmar tal-Ftehim, soġġett għall-konklużjoni tiegħu, għall-persuna (jew il-persuni) indikata/indikati min-negozjatur tal-Ftehim.

Artikolu 3

L-Unjoni ser tapplika l-Ftehim fuq bażi provviżorja mill-1ta' Jannar 2017 jekk:

a) il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 31(2) tal-Ftehim jiġu issodisfati u jekk il-proċedura meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu mill-Unjoni ma tkunx tlestiet,

b) il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 31(3) tal-Ftehim jiġu ssodisfati.

L-applikazzjoni tal-Ftehim fuq bażi provviżorja, taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-ewwel subparagrafu, ikun notifikat, skont l-Artikolu 31(2) u (3) tal-Ftehim, mill-persuna jew persuni awtorizzata/i biex tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim skont l-Artikolu 2.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA

FF/2015/EM/ig/1766189 Rev1

agri.ddg2.c.2(2016) Ares(2016)1790690

6.221.2016.1

DATA: 18.05.2016

1.

INTESTATURA TAL-BAĠIT:

05 06 01- Ftehimiet internazzjonali dwar l-agrikoltura

APPROPRJAZZJONIJIET:
2017

EUR 8 105 849

2.

TITOLU:

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Internazzjonali tal-2015 dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda

3.

BAŻI LEGALI:

L-Artikoli 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

4.

GĦANIJIET:

L-iffirmar ta' Ftehim ġdid għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2017.

5.

IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI

PERJODU TA’
12-IL XAHAR



(Miljun EUR)

SENA FINANZJARJA

ATTWALI

2016

(Miljun EUR)

SENA

LI JMISS

2017

(Miljun EUR)

5.0

IMĦALLSA

-    MILL-BAĠIT TAL-UE
(RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI)

-    BAĠITS NAZZJONALI

-    SETTURI OĦRAJN

-

8.105

5.1

DĦUL

-    MIR-RIŻORSI TAL-UE
(IMPOSTI / DAZJI DOGANALI)

-    FIL-LIVELL NAZZJONALI

2018

2019

2020

5.0.1

NEFQA STMATA

8.105    

8.105

8.105

5.1.1

DĦUL STMAT

5.2

METODU TA' KALKOLU: --------

6.0

JISTA' L-PROĠETT JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT PREŻENTI?



IVA 

6.1

JISTA' L-PROĠETT JIĠI FFINANZJAT BI TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT PREŻENTI?



-

6.2

HEMM BŻONN TA’ BAĠIT SUPPLIMENTARI?

-

6.3

APPROPRJAZZJONIJIET LI JRIDU JIDDAĦĦLU FIL-BAĠITS FUTURI?

IVA

OSSERVAZZJONIJIET:

Il-linja baġitarja 05 06 01 tiffinanzja l-kontribuzzjonijiet tal-UE għal diversi korpi internazzjonali. Wieħed minn dawn il-korpi ser ikun il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (IOC). Ladarba jiġi ffirmat il-Ftehim il-ġdid tal-IOC, il-kontribuzzjoni futura tal-UE għall-IOC ser tkun iffinanzjata fuq bażi ta' sehem mill-fondi inklużi f'din il-linja baġitarja fil-limiti tal-programmar finanzjarju previst għall-perjodu 2017-2020.

(1) ĠU L 302, 19.11.2005, p. 47.
(2) COM(2013) 646 final, 19.9.2013.
(3) ĠU L 302, 19.11.2005, p. 47.
Top

Brussell, 28.6.2016

COM(2016) 426 final

ANNESS

tal-proposta għal

Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim internazzjonali dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, 2015


Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp 

Ftehim Internazzjonali

dwar iż-żejt taż-żebbuġa

u ż-żebbuġ tal-mejda tal-2015

Nazzjonijiet Uniti

Ġinevra, 5-9 ta' Ottubru 2015



Riżoluzzjoni adottata mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti għan-Negozjar ta' Ftehim Suċċessur għall-Ftehim Internazzjonali dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda tal-2005

Il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti għan-Negozjar ta' Ftehim Suċċessur għall-Ftehim Internazzjonali dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda tal-2005,

Iltaqgħet f'Ġinvera mill-5 sad-9 ta' Ottubru 2015,

B'apprezzament lejn is-Segretarju Ġenerali tal-UNCTAD għall-faċilitajiet u s-servizzi li poġġa għad-dispożizzjoni tagħha,

Bi gratitudni lejn il-President tal-Konferenza, lejn membri oħrajn tal-Bureau u lejn is-Segretarjat tal-kontribuzzjoni tagħhom,

Bi stabbiliment tat-test tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda tal-2015 bil-lingwi awtentiċi jkunu l-Ingliż, l-Għarbi, l-Ispanjol u l-Franċiż,

1.    Titlob lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti biex jikkomunika t-test tal-Ftehim lill-gvernijiet kollha u lill-korpi intergovernattivi kollha mistiedna għall-Konferenza, għall-verifika;

2.    Titlob lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti jieħu passi sabiex il-Ftehim ikun miftuħ għall-iffirmar fil-Kwartieri Ġenerali tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, fi New York, mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016 inkluża.

It-2 Seduta Plenarja
9 ta' Ottubru 2015
 



Lista ta' Stati u Organizzazzjonijiet irrappreżentati
lill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti għan-Negozjar

ta' Ftehim Suċċessur għall-Ftehim Internazzjonali

dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda tal-2005
1*

1.    Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UNCTAD li ġejjin ipparteċipaw fis-sessjoni:

L-Alġerija

Il-Ġordan

Il-Ġermanja

Il-Latvja

L-Arġentina

Il-Libja

Il-Belġju

Il-Lussemburgu

Ċipru

In-Netherlands

Il-Côte d’Ivoire

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

L-Eġittu

Ir-Repubblika Ċeka

Spanja

It-Tuneżija

Franza

It-Turkija

Il-Greċja

L-Ukraina

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

L-Urugwaj

L-Italja

Ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela

2.    L-organizzazzjonijiet intergovernattivi li ġejjin kienu rrappreżentati fis-sessjoni:

   Il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ

   L-Unjoni Ewropea



Kapitolu I – Objettivi Ġenerali

Artikolu 1

Objettivi tal-Ftehim

1.Fir-rigward tal-istandardizzazzjoni u tar-riċerka

Il-ħidma għall-armonizzazzjoni ta' leġiżlazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali relatati mal-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi taż-żjut taż-żebbuġa, taż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ u taż-żebbuġ tal-mejda sabiex jiġi evitat kull tfixkil fil-kummerċ;

It-tmexxija tal-attivitajiet fir-rigward tal-analiżi fiżikokimika u organolettika sabiex jitjieb l-għarfien tal-karatteristiċi tal-kompożizzjoni u ta' kwalità tal-prodotti taż-żebbuġ, bil-għan li jinġabru standards internazzjonali li jippermettu:

Il-Kontroll tal-kwalità tal-prodotti;

Il-kummerċ internazzjonali u l-iżvilupp tiegħu;

Il-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumatur;

Il-prevenzjoni tal-prattiki frawdolenti u qarrieqa u l-adulterazzjoni;

It-tisħiħ tar-rwol tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ bħala forum ta' eċċellenza għall-komunità internazzjonali xjentifika b'rabta maż-żebbuġ;

Il-koordinazzjoni ta' studji u ta' riċerki dwar il-valuri nutrittivi u karatteristiċi intrinsiċi oħrajn taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda;

L-iffaċilitar tal-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kummerċ internazzjonali.

2.Fir-rigward tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ, l-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ta' kooperazzjoni teknika

Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni teknika u tar-riċerka u l-iżvilupp tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ billi tiġi mħeġġa l-kollaborazzjoni ta' korpi u/jew entitajiet, pubbliċi jew privati, nazzjonali jew internazzjonali;

It-tmexxija tal-attivitajiet bil-għan li jiġu identifikati, ippreżervati u jintużaw is-sorsi ġenetiċi tas-siġra taż-żebbuġ;

L-istudju tal-interazzjoni bejn il-kultivazzjoni taż-żebbuġ u l-ambjent, b'mod partikolari bil-għan li tiġi promossa l-preservazzjoni ambjentali u l-produzzjoni sostenibbli, u jiġi żgurat l-iżvilupp integrat u sostenibbli tas-settur;

L-inkoraġġiment tat-trasferiment tat-teknoloġija permezz ta' attivitajiet ta' taħriġ fl-oqsma marbutin mas-settur taż-żebbuġ billi jiġu organizzati attivitajiet internazzjonali, reġjonali u nazzjonali;

Il-promozzjoni tal-ħarsien ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti taż-żebbuġ skont ir-regolamenti internazzjonali korrispondenti li membru jista' jkun parti minnhom;

L-inkoraġġiment tal-iskambju ta' informazzjoni u ta' dejta ta' esperjenza fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti dwar il-kultivazzjoni taż-żebbuġ.

3.Fir-rigward tal-promozzjoni tal-prodotti taż-żebbuġ, tat-tixrid ta' informazzjoni, u tal-ekonomija taż-żebbuġ

It-tisħiħ tar-rwol tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ bħala ċentru dinji ta' dokumentazzjoni u ta' tixrid ta' informazzjoni dwar is-siġra taż-żebbuġ u tal-prodotti tagħha u bħala punt ta' inkontru għall-operaturi kollha tas-settur;

Il-promozzjoni tal-konsum tal-prodotti taż-żebbuġ, l-espansjoni tal-kummerċ internazzjonali taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda u l-informazzjoni relatata mal-istandards kummerċjali tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ;

L-appoġġ tal-attivitajiet fil-livelli internazzjonali u reġjonali li jippromwovu t-tixrid ta' informazzjoni xjentifika ġenerika dwar il-kwalitajiet nuttrittivi, tas-saħħa u oħrajn taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda bil-għan li tinkiseb informazzjoni aħjar għall-konsumaturi;

L-eżaminazzjoni tal-bilanċ dinji taż-żejt taż-żebbuġa, taż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ u taż-żebbuġ tal-mejda, isiru studji u jiġu proposti miżuri xierqa;

It-tixrid ta' dejta u analiżi ekonomiċi dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda u jitqiegħdu indikazzjonijiet li jippermettu li jiġi żgurat funzjonament normali tas-swieq tal-prodotti taż-żebbuġ għad-dispożizzjoni tal-membri;

It-tixrid u l-użu ta' riżultati tal-programmi ta' riċerka u żvilupp dedikati għall-kultivazzjoni taż-żebbuġ u tiġi studjata l-applikabilità tagħhom biex titjieb l-effiċjenza tal-produzzjoni.

Kapitolu II – Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim,

1.Il-"Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ" tfisser l-organizzazzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 3(1), stabbilita bil-għan li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Fethim.

2.Il-"Kunsill tal-Membri" tfisser il-korp tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ.

3.Il-"Parti Kontraenti" tfisser Stat, osservatur permanenti fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea jew organizzazzjoni intergovernattiva, fis-sens tal-Artikolu 4(3), li tkun tat il-kunsens tagħha li tintrabat b'dan il-Ftehim.

4.It-terminu "membru" ifisser Parti Kontraenti kif definit hawn fuq.

5.Iż-"żjut taż-żebbuġa" tfisser żjut li jinkisbu unikament mill-frotta tas-siġra taż-żebbuġ (Olea europaea L.), bl-esklużjoni ta’ żjut miksub minn solvent jew proċessi ta’ ri-esterifikazzjoni, u għal kull taħlit ma’ żjut ta’ xi tip ieħor. Hija soġġetta għall-ismijiet li ġejjin: żejt taż-żebbuġa straverġni, żejt taż-żebbuġa verġni, żejt taż-żebbuġa viergecourante, żejt taż-żebbuġa lampante, żejt taż-żebbuġa raffinat u żejt taż-żebbuġa magħmul minn taħlita ta' żejt taż-żebbuġa raffinat u żjut taż-żebbuġa verġni.

6.Iż-"żjut mir-residwi taż-żebbuġ" tfisser żejt li jinkiseb bit-trattamenti ta' solventi jew ta' proċeduri fiżiċi oħrajn, bl-esklużjoni ta’ żjut miksuba minn proċessi ta’ ri-esterifikazzjoni, u għal kull taħlit ma’ żjut ta’ xi tip ieħor. Hija soġġetta għall-ismijiet li ġejjin: żejt mir-residwi taż-żebbuġ mhux raffinat, żejt mir-residwi taż-żebbuġ raffinat u żejt mir-residwi taż-żebbuġ magħmul minn taħlita ta' żejt mir-residwi taż-żebbuġ raffinat u żjut taż-żebbuġ verġni.

7.Iż-"żebbuġ tal-mejda" tfisser prodott imħejji minn frott mhux imħassar ta' varjetajiet tas-siġra taż-żebbuġ ikkultivata magħżulin għall-produzzjoni tal-frott tagħhom b'mod partikolari adattat għall-preservazzjoni, soġġetti għal trattamenti jew operazzjonijiet adattati u offerti għall-kummerċ u għall-konsum finali.

8.Il-"prodotti taż-żebbuġ" tfisser il-prodotti kollha taż-żebbuġ li jittieklu, b'mod partikolari ż-żjut taż-żebbuġa, iż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ u ż-żebbuġ tal-mejda.

9.Il-"prodotti sekondarji taż-żebbuġ" tfisser b'mod partikolari l-prodotti li ġejjin mid-daqs tas-siġra taż-żebbuġ u mill-industrija tal-prodotti taż-żebbuġ kif ukoll dawk li ġejjin minn użi alternattivi tal-prodotti tas-settur.

10.Is-"sena tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ" tfisser il-perjodu li jibda mill-1 ta' Settembru tas-sena n sal-31 ta' Awwissu tas-sena n+1 għaż-żebbuġ tal-mejda u l-perjodu li jibda mill-1 ta' Ottubru tas-sena n sat-30 ta' Settembru tas-sena n+1 għaż-żejt taż-żebbuġa. Għan-naħa t'isfel, dan il-perjodu jikkorrispondi għas-sena kalendarja n għaż-żebbuġ tal-mejda u ż-żejt taż-żebbuġa.

11.L-"istandards Kummerċjali" tfisser l-istandards adottati mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ permezz tal-Kunsill tal-Membri tiegħu, applikabbli għaż-żjut taż-żebbuġa, għaż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ u għaż-żebbuġ tal-mejda.

Kapitolu III – Dispożizzjonijiet istituzzjonali

Sezzjoni I – Istituzzjoni, korpi, funzjonijiet, privileġġi u immunitajiet

Artikolu 3

Struttura u Kwartieri Ġenerali tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ

1.Il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ iwettaq il-funzjonijiet tiegħu permezz tal-korpi li ġejjin:

   Il-Kunsill tal-Membri;

   Il-President u l-Viċi President;

   Il-Kumitat għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi u kull kumitat u sottokumitat ieħor; kif ukoll

   Is-Segretarjat Eżekuttiv.

2.Il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ għandu l-Kwartieri Ġenerali tiegħu f'Madrid (Spanja), għal matul dan il-Ftehim, sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor mill-Kunsill tal-Membri.

Artikolu 4

Membri tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ

1.Kull Parti Kontraenti li taderixxi hija membru tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ fis-sens li tkun tat il-kunsens tagħha li tintrabat b'dan il-Ftehim.

2.Kull membru jikkontribwixxi għall-objettivi msemmija fl-ewwel Artikolu ta' dan il-Ftehim.

3.F'dan il-Ftehim, it-terminu "gvern" jitqies li jinkludi wkoll ir-rappreżentanti ta' kull Stat, osservatur permanenti fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea u kull organizzazzjoni intergovernattiva li għandha responsabbiltajiet kumparabbli fin-negozjar, l-iffirmar, il-konklużjoni, ir-ratifika u l-applikazzjoni ta' ftehimiet internazzjonali, b'mod partikolari l-ftehimiet dwar il-prodotti bażiċi.

Artikolu 5

Privileġġi u immunitajiet

1.Il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ għandu jkollu personalità legali. B'mod partikolari għandu jkollu l-kapaċità li jikkuntratta, jakkwista u jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u jressaq proċeduri legali. Dan ma għandux ikollu s-setgħa li jissellef il-flus.

2.L-istatus, il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ, tad-Direttur Eżekuttiv tiegħu, tal-uffiċjali għolja u tal-persunal tiegħu, kif ukoll esperti u rappreżentanti ta' membri li jinsabu fit-territorju tal-gvern ospitanti biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, huma mmexxija mill-Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali konkluż bejn il-gvern ospitanti u l-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ.

3.Safejn tippermetti l-leġiżlazzjoni tiegħu, il-gvern tal-Istat fejn il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ għandu l-Kwartieri Ġenerali tiegħu għandu jeżenta mit-taxxi l-ħlas li l-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ jagħti lill-persunal tiegħu kif ukoll il-flus, id-dħul u beni oħrajn tal-imsemmi Kunsill.

4.Il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ jista’ jikkonkludi ma’ membru wieħed jew aktar il-ftehimiet konnessi mal-privileġġi u l-immunitajiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 6

Il-kompożizzjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ

1.Il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ jikkonsisti mill-membri kollha tiegħu.

2.Kull membru għandu jagħżel ir-rappreżentant tiegħu fil-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ.

Artikolu 7

Setgħat u funzjonijiet tal-korpi

1.Il-Kunsill tal-Membri

(a)Il-Kunsill tal-Membri għandu jkun magħmul minn rappreżentant għal kull membru. Kull membru jista' wkoll jaħtar sostitut wieħed jew aktar u konsulent wieħed jew aktar għar-rappreżentant tiegħu.

Il-Kunsill tal-Membri huwa l-ogħla awtorità u l-korp tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ. Huwa għandu jeżerċita s-setgħat kollha u jwettaq il-funzjonijiet kollha li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan il-Ftehim.

(b)Il-Kunsill tal-Membri huwa inkarigat biex japplika d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, huwa jieħu deċiżjonijiet u jadotta rakkomandazzjonijiet, sakemm is-setgħat jew il-funzjonijiet ta' dan il-qasam ma jingħatawx b'mod espliċitu lid-Direttur Eżekuttiv.

Kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni adottata skont il-Ftehim Internazzjonali minn qabel ma' dan il-Ftehim u li jkun għadu fis-seħħ fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim għandu jibqa' japplika, sakemm ma jkunx kuntrarju għal dan il-Ftehim jew jiġi revokat mill-Kunsill tal-Membri.

(c)Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-Kunsill tal-Membri għandu jadotta f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi Ftehim:

i)    Regoli ta' Proċedura;

ii)    Regolament Finanzjarju;

iii)    Regolamenti tal-Persunal, bil-kunsiderazzjoni ta' dispożizzjonijiet applikabbli għall-uffiċjali ta' organizzazzjonijiet intergovernattivi simili;

iv)    Organigramma u deskrizzjoni tal-impjieg;

v)    Kwalnukwe proċedura meħtieġa għall-funzjonament tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ.

(d)Il-Kunsill tal-Membri għandu jadotta u jippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu u dwar il-funzjonament ta' dan il-Ftehim, kif ukoll kull rapport, studju jew dokument ieħor li huwa jqis utli u meħtieġ.

2.Il-President u l-Viċi President

(a)Il-Kunsill tal-Membri għandu wkoll jaħtar President u Viċi President għal sena fost id-delegazzjonijiet tal-membri. Fil-każ li l-President jew il-Viċi President ikun il-Kap tad-Delegazzjoni meta jippresjedi l-laqgħat, id-dritt tiegħu li jipparteċipa fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Membri għandu jiġi eżerċitat minn membru ieħor tad-delegazzjoni tiegħu.

(b)Mingħajr preġudizzju għas-setgħat jew il-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv minn dan il-Ftehim jew f'konformità ma' dan il-Ftehim, il-President għandu jippresjedi s-sessjonijiet tal-Kunsill tal-Membri, imexxi d-diskussjonijiet bil-għan li jiffaċilita l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u jeżerċita r-responsabbiltajiet u l-funzjonijiet l-oħrajn kollha korrispondenti definiti f'dan il-Ftehim u/jew speċifikati fir-Regoli ta' Proċedura.

(c)Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, il-President għandu jkun responsabbli lejn il-Kunsill tal-Membri.

(d)Il-Viċi President għandu jissostitwixxi l-President fl-assenza tiegħu u, f'dan il-każ, huwa għandu jkollu l-istess setgħat u l-istess dmirijiet bħall-President.

(e)Il-President u l-Viċi President ma għandhomx jitħallsu. Fil-każ ta’ assenza temporanja kemm tal-President u tal-Viċi President jew f'każ ta' assenza permanenti ta’ wieħed minnhom jew tat-tnejn li huma, il-Kunsill tal-Membri għandhu jaħtar, minn fost id-delegazzjonijiet tal-membri, uffiċjali ġodda, temporanji jew permanenti kif xieraq.

3.Il-Kumitat għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi, il-kumitati u s-sottokumitati

Sabiex jiffaċilita x-xogħol tal-Kunsill tal-Membri, il-Kunsill għandu s-setgħa li jikkostitwixxi, apparti l-Kumitat għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi msemmi fl-Artikolu 13 ta' dan il-Ftehim, il-kumitati u s-sotto kumitati li huwa jqis xierqa biex jgħinuh fit-twettiq tal-funzjonijiet li ngħataw lilu mill-imsemmi Ftehim.

4.Segretarjat Eżekuttiv

(a)Il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ għandu jkollu Segretarjat Eżekuttiv li jinkludi Direttur Eżekuttiv, uffiċjali għolja u persunal hekk kif inhuma meħtieġa biex iwettqu l-kompiti li jirriżultaw minn dan il-Ftehim. Il-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv u tal-uffiċjali għolja huma mmexxija mir-Regoli ta' Proċedura li jistabbilixxi, b'mod partikolari, il-kompiti li huma assenjati lilhom.

(b)Il-kunsiderazzjoni dominanti fir-reklutaġġ tal-persunal tas-Segretarjat Eżekuttiv hija l-ħtieġa li jiġu żgurati s-servizzi tal-persuni li għandhom l-ogħla kwalitajiet tax-xogħol, tal-kompetenza u tal-integrità. Il-persunal tas-Segretarjat Eżekuttiv, b'mod partikolari d-Direttur Eżekuttiv, l-uffiċjali għolja u l-ħaddiema sekondarji, huma reklutati fuq il-bażi tal-prinċipju tal-alternanza proporzjonata bejn il-membri u l-bilanċ ġeografiku.

(c)Il-Kunsill tal-Membri għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv u l-uffiċjali għolja għal terminu ta' erba' snin. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(4)(b), huwa jista' jiddeċiedi li jġedded jew itawwal kwalunkwe impennn għal mandat uniku b'tul ta' żmien massimu ta' erba' snin.

Il-Kunsill tal-Membri għandu jistabbilixxi t-termini tal-ħatra tagħhom fid-dawl tat-termini tal-ħatra applikabbli għall-uffiċjali korrispondenti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali simili.

(d)Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar il-persunal skont id-dispożizzjonijiet imsemmija f'dan il-Ftehim u skont ir-Regolamenti tal-persunal. Huwa għandu jiżgura li l-ħatriet kollha jirrispettaw il-prinċipji msemmija f'dan l-Artikolu(4)(b) u jirrapporta dan is-suġġett lill-Kumitat Amministrattiv u Finanzjajru.

(e)Id-direttur Eżekuttiv għandu jkun l-ogħla uffiċjal tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ; huwa għandu jkun responsabbli quddiem il-Kunsill tal-Membri għat-twettiq tal-funzjonijiet dovuti lilu fl-amministrazzjoni u l-funzjonament tal-Ftehim. Huwa għandu jwettaq il-funzjonijiet u jieħu d-deċiżjonijiet ta' ġestjoni fuq bażi kolleġjali mal-uffiċjali għolja skont id-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura.

(f)Id-Direttur Eżekuttiv, l-uffiċjali għolja u l-membri l-oħrajn tal-persunal ma għandhomx iwettqu xi attivitajiet li jagħmlu profitt f’xi wieħed mis-setturi varji tal-industrija tas-settur taż-żebbuġ.

(g)Fit-twettiq tal-funzjonijiet fdati lilhom b'dan il-Ftehim, id-Direttur Eżekuttiv, l-uffiċjali għolja u l-persunal ma għandhomx ifittxu jew jirċievu struzzjonijiet minn xi membru jew minn xi awtorità esterna għall-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ. Huma għandhom iżommu lura milli jieħdu xi azzjoni li tista’ tirrifletti fuq il-pożizzjoni tagħhom bħala uffiċjali internazzjonali responsabbli biss lejn il-Kunsill tal-Membri. Il-membri għandhom jirrispettaw il-karattru esklussiv internazzjonali tar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv, l-uffiċjali għolja u l-persunal u ma għandhomx ifittxu li jinfluwenzawhom fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom.

SEZZJONI 2 – Il-Funzjonament tal-Kunsill tal-Membri

Artikolu 8

Sessjonijiet tal-Kunsill tal-Membri

1.Il-Kunsill tal-Membri jiltaqa' fil-Kwartieri Ġenerali tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor. Jekk, fuq l-istedina ta’ xi membru, il-Kunsill tal-Membri jiddeċiedi li jiltaqa’ band’oħra, dak il-membru għandu jġorr in-nefqa żejda li din tinvolvi għall-baġit tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ lil hinn minn dawk li jkollhom sessjoni fil-Kwartieri Ġenerali.

2.Il-Kunsill tal-Membri għandu jiltaqa' f'sessjoni ordinarja darbtejn fis-sena.

3.Il-Kunsill tal-Membri għandu jiltaqa' f'sessjoni speċjali f'kull ħin fuq it-talba tal-:

(a)President tiegħu;

(b)Mill-inqas tliet membri.

4.Is-sessjonijiet għandhom jitħabbru mill-inqas sittin jum qabel id-data tal-ewwel seduta f'każ ta' sessjoni ordinarja u jekk ikun posibbli tletin jum iżda mhux inqas minn wieħed u għoxrin jum qabel id-data tal-ewwel seduta f'każ ta' sessjoni speċjali. L-ispejjeż tad-delegazzjonijiet għall-Kunsill tal-Membri għandhom jitħallsu mill-membri kkonċernati.

5.Kull membru jista', b'notifika bil-miktub indirizzata lis-Segretarjat Eżekuttiv qabel jew matul sessjoni ordinarja jew speċjali, jawtorizza membru ieħor biex jirrappreżenta l-interessi tiegħu u jeżerċita d-dritt tiegħu li jipparteċipa fid-deċiżjonijiet matul is-sessjoni inkwistjoni tal-Kunsill tal-Membri. Membru ma jistax jirrappreżenta aktar minn membru ieħor f'sessjoni tal-Kunsill tal-Membri.

6.Kwalunkwe parti terza jew entità li bi ħsiebha taderixxi għal dan il-Ftehim u/jew li għandha interess dirett għall-attivitajiet tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq stedina mill-Kunsill tal-Membri u b'kunsens minn qabel ta' dan tal-aħħar, tassisti bħala osservatur għal kull jew parti minn sessjoni jew mis-sessjonijiet mogħtija tal-Kunsill tal-Membri.

7.L-osservaturi mhumiex meqjusa bħala membri u lanqas ma għandhom is-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet jew id-dritt li jivvutaw.

Artikolu 9

Kworum tas-sessjonijiet

1.Il-kworum meħtieġ għal sessjoni ordinarja jew speċjali tal-Kunsill tal-Membri għandu jkun verifikat wara l-jum tal-ftuħ tas-sessjoni. Huwa jikkonsisti fil-preżenza jew ir-rappreżentanza skont l-Artikolu 8(5) ta' mill-inqas tliet kwarti tal-membri kollha.

2.Jekk il-kworum imsemmi fil-paragrafu ta' hawn fuq ma jintlaħaqx fil-ftuħ tas-sessjoni, il-President għandu jirrapporta s-sessjoni ta' erbgħa u għoxrin siegħa. Il-kworum meħtieġ għall-ftuħ tas-sessjoni fil-ħin il-ġdid indikat mill-President għandu jkun kostitwit mill-preżenza jew ir-rappreżentanza ta' mill-inqas żewġ terzi tal-membri kollha.

3.In-numru attwali tal-membri meħtieġa sabiex tali kworum jintlaħaq huwa n-numru sħiħ mingħajr postijiet deċimali li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' proporzjonijiet imsemmijin hawn fuq fir-rigward tan-numru totali tal-membri.

Artikolu 10

Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Membri

1.Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Membri għandhom jittieħdu b'kunsens. Id-deċiżjonijiet kollha meħudin skont dan l-Artikolu huma awtorizzati mill-membri preżenti jew mir-rappreżentanti awtorizzati biex jivvutaw skont l-Artikolu 16(6). Il-membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex jagħmlu l-isforzi kollha biex isolvu b'kunsens kull kwistjoni pendenti.

2.Sabiex deċiżjoni tal-Kunsill tal-Membri tiġi adottata, hija meħtieġa l-preżenza jew ir-rappreżentanza ta' mill-inqas il-maġġor parti tal-membri kollha awtorizzati biex jivvutaw skont l-Artikolu 16(6).

3.Il-kunsens għandu japplika għad-deċiżjonijiet kollha meħudin li jirrigwardaw:

(a)L-esklużjoni ta' membri, skont l-Artikolu 34;

(b)Il-paragrafi 6 u 10 tal-Artikolu 16;

(c)L-emendi ta' dan il-Ftehim jew it-tmiem tal-imsemmi Ftehim, skont l-Artikolu 32 u l-Artikolu 36 rispettivament;

(d)Il-koopreazzjoni mal-organizzazzjonijiet l-oħrajn, skont l-Artikolu 12(2).

4.Għad-deċiżjonijiet l-oħrajn, jekk il-kunsens ma jintlaħaqx fil-perjodu stabbilt mill-President għandha tapplika l-proċedura ta' hawn taħt.

(a)It-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-istandards kummerċjali u r-regoli ta' implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 7(1)(c)

Bħala regola ġenerali, huma biss id-deċiżjonijiet li jkun intlaħaq kunsens dwarhom fil-livell mixtieq bħal dak stabbilit mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ fir-Regoli ta' Proċedura tiegħu li għandhom jiġu sottomessi lill-Kunsill tal-Membri għall-adozzjoni.

Fil-każ fejn il-kunsens ma jintlaħaqx fil-livell meħtieġ skont il-proċedura applikabbli, id-deċiżjoni għandha terġa' tiġi ppreżentata lill-Kunsill tal-Membri flimkien ma' rapport li juri d-diffikultajiet li tfaċċaw waqt il-proċess u kull rakkomandazzjoni xierqa.

Il-Kunsill tal-Membri għandu jagħmel sforz biex jieħu d-deċiżjoni inkwistjoni b'kunsens tal-membri preżenti jew ir-rappreżentanti awtorizzati biex jivvutaw skont l-Artikolu 16(6).

Jekk il-kunsens ma jistax jintlaħaq, id-deċiżjoni għandha tiġi posposta għas-sessjoni ordinarja jew speċjali li jmiss.

Jekk fis-sessjoni li jmiss il-kunsens jibqa' ma jintlaħaqx, id-deċiżjoni għandha tiġi posposta possibbilment għal mill-inqas erba' u għoxrin siegħa.

Jekk il-kunsens ma jintlaħaqx f'dan il-perjodu, id-deċiżjoni għandha titqies bħala mhux adottata sakemm ma tkunx rifjutata minn mill-inqas kwart tal-membri jew minn membru wieħed jew aktar li għandhom total ta' mill-inqas 100 ishma ta' parteċipazzjoni.

(b)Kwalunkwe deċiżjoni oħra mhux imsemmija fil-paragrafu 4a) hawn fuq

Jekk il-kunsens ma jintlaħaqx f'perjodu stabbilit mill-President, il-membri huma mistiedna biex jivvutaw skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Kull deċiżjoni għandha titqies adottata meta tkun ġabret mill-inqas il-maġġoranza tal-voti tal-membri li jirrappreżentaw mill-inqas 86 % tal-ishma ta' parteċipazzjoni tal-membri skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

5.Il-proċeduri tal-votazzjoni u tar-rappreżentanza msemmijin f'dan l-Artikolu mhumiex applikabbli għall-membri li ma jwieġbux għall-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 16 ta' dan il-Ftehim, sakemm il-Kunsill ma jkunx iddeċieda mod ieħor skont dan l-istess Artikolu.

6.Il-Kunsill tal-Membri jista’ jieħu deċiżjonijiet mingħajr ma jżomm sessjoni, permezz ta’ skambju ta’ korrispondenza bejn il-President u l-membri, sakemm ebda membru, bl-esklużjoni ta' dawk li jħallsu b'lura, ma joġġezzjona għal din il-proċedura. Ir-Regoli ta' Implimentazzjoni ta' din il-proċedura ta' konsultazzjoni huma stabbiliti mill-Kunsill tal-Membri fir-Regoli ta' Proċedura tiegħu. Kull deċiżjoni hekk meħuda għandha tiġi kkomunikata lill-membri kollha mis-Segretarjat Eżekuttiv mill-aktar fis possibbli u għandha tiddaħħal fir-rapport finali tas-sessjoni li jmiss tal-Kunsill tal-Membri.

Artikolu 11

Ishma ta’ parteċipazzjoni

1.Il-membri flimkien għandhom 1 000 ishma ta’ parteċipazzjoni. L-ishma huma ugwali għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji u għad-drittijiet tal-vot tal-membri.

2.L-ishma ta' parteċipazzjoni għandhom jitqassmu fost il-membri fuq bażi prorata mal-bażi ta' dejta ta' kull membru, ikkalkulati permezz ta' din il-formula:

q = 1/3 (p1 + p2) + 1/3 (e1 + e2) + 1/3 (i1+i2)

F'din il-formula, il-parametri huma medji mfissra f’eluf ta’ tunellati metriċi, kwalunkwe frazzjoni ta’ elf tunellata metrika ‘l fuq min-numru sħiħ ma jiġix ikkunsidrat. Ma jista' jkun hemm l-ebda frazzjoni ta' sehem ta' parteċipazzjoni.

q :    Bażi ta' dejta użata fuq bażi prorata tal-ishma ta' parteċipazzjoni.

p1 :    Produzzjoni medja taż-żejt taż-żebbuġa tal-aħħar sitt snin ta' kultivazzjonijiet taż-żebbuġ

p2 :    Produzzjoni medja taż-żebbuġ tal-mejda tal-aħħar sitt snin ta' kultivazzjonijiet taż-żebbuġ, mibdul f'żejt taż-żebbuġa ekwivalenti minn koeffiċjent ta' konverżjoni ta' 16 %.

e1 :    Il-mezz tal-esportazzjonijiet (doganali) taż-żejt taż-żebbuġa tal-aħħar sitt snin kalendarji li jikkorrispondu għas-snin indikati bħala t-tmiem ta' kultivazzjonijiet taż-żebbuġ għall-kalkolu ta' p1.

e2 :    Il-mezz tal-esportazzjonijiet (doganali) taż-żebbuġ tal-mejda tal-aħħar sitt snin kalendarji li jikkorrispondu għas-snin indikati bħala t-tmiem ta' kultivazzjonijiet taż-żebbuġ għall-kalkolu ta' p2, mibdul f'żejt taż-żebbuġa ekwivalenti minn koeffiċjent ta' konverżjoni ta' 16 %.

i1 :    Il-medja tal-importazzjonijiet (doganali) taż-żejt taż-żebbuġa tal-aħħar sitt snin kalendarji li jikkorrispondu għas-snin indikati bħala t-tmiem ta' kultivazzjonijiet taż-żebbuġ għall-kalkolu ta' p1.

i2 :    Il-medja tal-importazzjonijiet (doganali) taż-żebbuġ tal-mejda tal-aħħar sitt snin kalendarji li jikkorrispondu għas-snin indikati bħala t-tmiem ta' kultivazzjonijiet taż-żebbuġ għall-kalkolu ta' p2, mibdul f'żejt taż-żebbuġa ekwivalenti minn koeffiċjent ta' konverżjoni ta' 16 %.

3.L-ishma ta' parteċipazzjoni tal-bidu ser jitniżżlu fl-Anness A ma' dan il-Ftehim. Huma jiġu stabbiliti skont il-medja tad-dejta għall-aħħar sitt snin ta' kultivazzjonijiet taż-żebbuġ u s-snin kalendarji li għalihom id-dejta finali hija disponibbli.

4.L-ebda membru ma jista' jżomm inqas minn ħames ishma ta' parteċipazzjoni. Jekk ir-riżultat ta' kalkolu huwa inqas minn ħames ishma ta' parteċipazzjoni għal membru, is-sehem ta' parteċipazzjoni ta' dak il-membru jitla' għal ħamsa u dak ta' membri oħrajn jonqos b'mod proporzjonali.

5.Il-Kunsill tal-Membri, fit-tieni sessjoni ordinarja tiegħu ta' kull sena kalendarja għandu jadotta l-ishma ta' parteċipazzjoni kkalkolati skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, din id-distribuzzjoni għandha tidħol fis-seħħ is-sena li ġejja.

6.Meta gvern fis-sens tal-Artikolu 4(2) isir jew jieqaf ikun parti minn dan il-Ftehim jew membru jibdel l-istatus tiegħu skont l-Artikolu 16(8), il-Kunsill tal-Membri jqassam l-ishma ta' paretċipazzjoni mill-ġdid għas-sena li jmiss, b'mod proprozjonali għan-numru ta' ishma ta' parteċipazzjoni miżmuma minn kull membru, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti, f'dan l-Artikolu. Fil-każ ta' adeżjoni ma' dan il-Ftehim jew l-irtirar tal-imsemmi Ftehim matul is-sena attwali, it-tqassim mill-ġdid isir biss għall-votazzjoni.

Artikolu 12

Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħrajn

1.Il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ jista' jistabbilixxi dispożizzjonijiet biex jikkonsulta u jikkoopera man-Nazzjonijiet Uniti u mal-korpi speċjalizzati tagħhom, b'mod partikolari l-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp, ma' organizzazzjonijiet intergovernattivi oħrajn xierqa u organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali kompetenti. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jinkludu ftehimiet ta' kollaborazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu fl-objettivi msemmijin fl-ewwel Artikolu ta' dan il-Ftehim.

2.Kull ftehim ta' kollaborazzjoni stabbilit bejn il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ u l-organizzazzjonijiet u/jew l-istituzzjonijiet internazzjonali msemmijin qabel li jimplika obbligi importanti għall-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ għandu jirċievi l-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill tal-Membri skont l-Artikolu 10(3).

3.L-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu hija rregolata mir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ.

Kapitolu IV – Kumitat għall-Affarijiet Amministrattivi u Finanzjarji

Artikolu 13

Kumitat għall-Affarijiet Amministrattivi u Finanzjarji

1.Il-Kunsill tal-Membri għandu jikkostitwixxi Kumitat għall-Affarijiet Amministrattivi u Finanzjarji li jkun jinkludi mill-inqas rappreżentant ta' kull membru. Il-Kumitat għall-Affarijiet Amministrattivi u Finanzjarji għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena, qabel kull sessjoni tal-Kunsill tal-Membri.

2.Il-Kumitat għall-Affarijiet Amministrattivi u Finanzjarji għandu jkun responsabbli għall-funzjonijiet deskritti f'dan il-Ftehim u fir-Regoli ta' Proċedura. B’mod partikolari, għandu jkun responsabbli biex:

Jeżamina l-programm tax-xogħol annwali tas-Segretarjat Eżekuttiv dwar il-funzjonament tal-istituzzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-baġit, ir-regoli finanzjarji, ir-regoli interni u statutorji, qabel ma jiġi ppreżentat għall-adozzjoni lill-Kunsill tal-Membri fit-tieni sessjoni ordinarja tiegħu tas-sena kalendarja;

Jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istandards tal-kontroll intern definiti fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ u l-kontroll tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet finanzjarji msemmijin f'dan il-Ftehim;

Jeżamina l-proġett tal-baġit annwali tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ propost mid-Direttur Eżekuttiv. Il-proġett tal-baġit propost mill-Kumitat għall-Affarijiet Amministrattivi u Finanzjarji biss huwa sottomess lill-Kunsill tal-Membri għall-adozzjoni;

Jeżamina u jissottometti kull sena l-kontijiet għas-sena finanzjarja preċedenti lill-Kunsill tal-Membri għall-adozzjoni fl-ewwel sessjoni ordinarja tiegħu tas-sena kalendarja, kif ukoll kull dispożizzjoni oħra dwar il-kwistjonijiet finanzjarji amminsitrattivi;

Jifforma opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar il-kwistjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

Jeżamina u jirrapporta lill-Kunsill tal-Membri dwar it-talbiet ta' sħubija ta' membri ġodda jew l-irtirar ta' membru mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ;

Jeżamina r-rispett tal-prinċipji msemmijin fl-Artikolu 7 dwar il-ħatra tal-persunal tas-Segretarjat Eżekuttiv u ta' kwistjonijiet oħrajn dwar l-affarijiet amministrattivi u ta' organizzazzjoni.

3.Barra mill-funzjonijiet imniżżlin f'dan il-Ftehim, il-Kumitat għall-Affarijiet Amministrattivi u Finanzjarji jeżerċita kull funzjoni oħra iddelegata lilu mill-Kunsill fir-Regoli ta' Proċedura u/jew fir-Regolament Finanzjarju tiegħu.

4.Il-Kunsill tal-Membri għandu jistabbilixxi u jadotta regoli dettaljati fir-Regoli ta' Proċedura tiegħu għall-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Kapitolu V – Dispożizzjonijiet finanzjarji

Artikolu 14

Baġit

1.Is-sena finanzjarja għandha tikkorrispondi mas-sena kalendarja.

2.Jeżisti baġit wieħed li jinkludi żewġ kapitoli:

Kapitolu I: Amministrazzjoni;

Kapitolu II: L-attivitajiet, inkluż b'mod partikolari l-istandardizzazzjoni, il-kooperazzjoni teknika u l-promozzjoni.

Il-Kunsill tal-Membri ddeċieda, jekk meħtieġ, biex iqassam il-kapitoli f'partijiet, filwaqt li jqis l-objettivi tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ.

3.Il-baġit huwa ffinanzjat minn:

(a)Il-kontribuzzjoni ta' kull membru li l-ammont tagħha huwa stabbilit b'mod proporzjonali għall-ishma ta' parteċipazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 11 ta' dan il-Ftehim;

(b)Is-sussidji u l-kontribuzzjonijiet volontarji tal-membri, li huma regolati minn dispożizzjonijet inkorporati fi ftehim stabbilit bejn il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ u l-membru donatur;

(c)Id-donazzjonijiet tal-gvern u/jew ta' sorsi oħrajn;

(d)Kontribuzzjonijiet supplementari, f'forom oħrajn, inklużi servizzi, apparat xjentifiku u tekniku u/jew impjegati li jistgħu jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ programmi approvati;

(e)Kwalunkwe dħul ieħor.

4.Fil-qafas tal-iżvilupp tal-kooperazzjoni internazzjonali, il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ għandu jagħmel minn kollox biex jikseb l-għajnuna finanzjarja u/jew teknika indispensabbli, hekk kif tista’ tinkiseb minn korpi kompetenti internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, finanzjarji jew oħrajn.

L-ammonti ta' hawn fuq huma affettwati mill-Kunsill tal-Membri għall-baġit tiegħu.

5.L-ammonti tal-baġit li ma jiġux kommessi matul sena kalendarja jistgħu jiġu rapportati fis-snin kalendarji li ġejjin bħala finanzjament bil-quddiem tal-baġit kif speċifikat fir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 15

Fondi oħrajn

Barra l-baġit imsemmi fl-Artikolu 14, il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ jista' jadotta fondi oħrajn li l-objettiv, il-funzjonament u l-użu tagħhom huma rregolati mir-Regoli ta' Proċedura.

Il-Kunsill tal-Membri jista' wkoll jawtorizza lis-Segretarjat Eżekuttiv biex jimmaniġġja l-fondi ta' partijiet terzi. Il-kundizzjonijiet u l-ambitu ta' tali awtorizzazzjoni u l-obbligi li jirriżultaw mill-ġestjoni ta' tali fondi huma definiti fir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 16

Ħlas tal-kontribuzzjonijiet

1.Fit-tieni sessjoni tiegħu tas-sena kalendarja, il-Kunsill tal-Membri għandu jiddetermina l-ammont gloabli tal-baġit imsemmi fl-Artikolu 14 ta' dan il-Ftehim, kif ukoll il-kontribuzzjoni li għandha titħallas minn kull membru għas-sena kalendarja li jmiss. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi kkalkulata abbażi ta' ishma ta' parteċipazzjoni ta' kull membru bħal kif stabbilit fl-Artikolu 11 ta' dan il-Ftehim.

2.Il-Kunsill tal-Membri għandu jistabbilixxi l-kontribuzzjoni inizjali ta' kull membru li jsir Parti minn dan il-Ftehim wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Din il-kontribuzzjoni hija stabbilita abbażi ta' ishma ta' parteċipazzjoni attribwiti lil dan il-membru, skont l-Artikolu 11 ta' dan il-Ftehim, u tal-perjodu li jifdal sal-aħħar tas-sena. L-ammont ta' kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-membri l-oħrajn għas-sena finanzjarja attwali mhux ser jiġi affetwat.

3.Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jitħallsu f'euros u huma pagabbli fl-ewwel jum tas-sena finanzjarja, jiġifieri fl-1 ta' Jannar ta' kull sena.

Il-kontribuzzjonijiet tal-membri għas-sena finanzjarja li fiha jingħaqdu mal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ ikunu dovuti fid-data meta jsiru membri.

4.Jekk, erba' xhur wara d-data tal-pagament tal-kontribuzzjonijiet, membru li ma jkunx ħallas il-kontribuzzjoni sħiħa tiegħu, is-Segretarjat Eżekuttiv għandu jikteb lill-membru kkonċernat fi żmien sebat ijiem biex jitolbu jagħmel il-pagament.

5.Jekk, hekk kif jiskadu xahrejn mid-data tat-talba tas-Segretarjat Eżekuttiv, il-membru inkwistjoni jkun għadu ma ħallasx il-kontribuzzjoni tiegħu, id-dritt tiegħu li jieħu sehem fil-votazzjoni tal-Kunsill tal-Membri jiġi sospiż sal-ħlas sħiħ tal-kontribuzzjoni.

Il-karigi eletti ta' rappreżentanti tal-membru kkonċernat fi ħdan il-Kunsill tal-Membri, il-kumitati u s-sottokumitati u l-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet iffinanzjati mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ huma wkoll sospiżi għas-sena li jmiss.

6.Fl-ewwel sessjoni ordinarja tiegħu tas-sena kalendarja jew fis-sessjoni speċjali ta' wara d-data ta' skadenza stabbilta għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet, il-Kunsill tal-Membri għandu jkun infurmat dwar in-nuqqas ta' pagament minn membru tal-kontribuzzjoni tiegħu. Il-Kunsill tal-Membri, ħlief il-membru li jħallas b'lura, wara li jkun sema' dan tal-aħħar u wara li jkun qies is-sitwazzjoni partikolari tiegħu, bħal sitwazzjoni ta' kunflitt, diżatsru naturali jew diffikultajiet ta' aċċess għas-servizzi finanzjarji internazzjonali, ikun jista' jieħu kwalunkwe deċiżjoni oħra b'kunsens. Il-Kunsill tal-Membri jista' jadatta l-programm tax-xogħol tas-Segretarjat Eżekuttiv fid-dawl tal-kontribuzzjonijiet imħallsin effettivament mill-membri.

7.Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw sal-ħlas sħiħ tal-kontribuzzjoni tiegħu mill-membru kkonċernat.

8.Wara sentejn konsekuttivi ta' kontribuzzjonijiet mhux imħallsin, il-Kunsill tal-Membri, wara li jkun sema' l-membru li jħallas b'lura, jista' jiddeċiedi li dan ma jibqax jibbenefika mid-drittijiet mogħtija lilu bħala membru iżda li jista' jipparteċipa fis-sessjonijiet bħala osservatur fis-sens tal-Artikolu 8(7).

9.Kull membru li jirtira minn dan il-Ftehim għandu jibqa' jwettaq l-obbligi finanzjarji kollha tiegħu skont dan il-Ftehim u ma għandux id-dritt għal kwalunkwe rimborż tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji diġà mħallsin.

10.Il-Kunsill tal-Membri fl-ebda każ ma jista' jeħles membru mill-obbligi finanzjarji skont dan il-Ftehim. Huwa jista' jiddeċiedi b'kunsens li jiskeda mill-ġdid l-obbligi finanzjarji tal-membri attwali u anzjani.

Artikolu 17

Kontroll

1.Il-kontroll finanzjarju tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ għandu jkun żgurat mill-Kumitat għall-Affarijiet Amministrattivi u Finanzjarji.

2.Ir-rapporti finanzjarji tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ dwar is-sena kalendarja preċedenti, iċċertifikati minn awditur indipendenti, huma ppreżentati lill-Kumitat għall-Affarijiet Amministrattivi u Finanzjarji li, wara l-analiżi tal-kontijiet, jissottometti opinjoni lill-Kunsill tal-Membri għall-ewwel sessjoni ordinarja tiegħu tas-sena kalendarja għall-approvazzjoni u l-pubblikazzjoni.

Fil-qafas tax-xogħol tal-imsemmi awditjar hawn fuq, l-awditur indipendenti għandu jivverifika l-konformità mar-Regolament Finanzjarju fis-seħħ kif ukoll il-funzjonament u l-effiċjenza ta' mekkaniżmi interni ta' kontroll eżistenti u jirreġistra x-xogħol li sar u l-inċidenti skoperti f'rapport annwali li huwa ppreżentat lill-Kumitat għall-Affarijiet Amministrattivi u Finanzjarji.

Ir-rapport tal-awditur indipendenti għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill tal-Membri fl-ewwel sessjoni ordinarja.

Il-Kunsill tal-Membri għandu jaħtar lill-awditur indipendenti li huwa responsabbli biex janalizza l-kontijiet annwali tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ u biex ifassal ir-rapport imsemmi hawn fuq skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.

3.Barra minn hekk, fl-ewwel sessjoni ordinarja tiegħu tas-sena kalendarja, il-Kunsill tal-Membri għandu jeżamina u jadotta r-rapport finanzjarju li jkopri s-sena kalendarja preċedenti u li huwa relatat ma':

Il-verifika tal-ġestjoni tal-fondi, tal-assi u tat-teżor tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ;

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet amministrattivi, statutorji u baġitarji fis-seħħ.

4.Il-kontrolli ex post tat-tranżazzjonijiet huma żgurati mill-awditur indipendenti skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju.

5.Fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju, minimu ta' tliet membri jistgħu jitolbu lill-Kunsill għall-awtorizzazzjoni biex iwettqu kontrolli ta' attivitajiet tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ sabiex jiżguraw ir-rispett tar-regoli fis-seħħ u prinċipji ta' ġestjoni tajba finanzjarja u trasparenti.

Il-kontrolli jitwettqu b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-membri tas-Segretarjat Eżekuttiv tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ skont ir-regoli u l-proċeduri msemmijin fir-Regoli ta' Proċedura u fir-Regolament Finanzjarju tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ.

Ir-rapport korrispondenti għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill tal-Membri fl-ewwel sessjoni ordinarja wara li jitlesta r-rapport.

Artikolu 18

Likwidazzjoni

1.Fil-każ ta' xoljiment u qabel dan, il-Kunsill tal-Membri għandu jieħu l-miżuri stipulati fl-Artikolu 35(1).

2.Malli jiskadi dan il-Ftehim, l-assi tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ u l-ammonti kollha mhux kommessi li ġejjin mill-fondi msemmijin fl-Artikolu 14 għandhom jitħallsu lill-membri fuq bażi prorata tat-total tal-ishma ta' parteċipazzjoni tagħhom fis-seħħ f'dak il-mument.

Il-kontribuzzjonijiet volontarji u l-għotjiet imsemmijin fl-Artikolu 14, kif ukoll l-ammonti kollha mhux kommessi msemmijin fl-Artikolu 15 għandhom jitħallsu lura lill-membri, lid-donaturi jew lill-partijiet terzi kkonċernati.

Kapitolu VI – Dispożizzjonijiet dwar l-istandardizzazzjoni

Artikolu 19

Ismijiet u definizzjonijiet ta’ żjut taż-żebbuġa, żjut mir-residwi taż-żebbuġ u żebbuġ tal-mejda

1.L-ismijiet u d-definizzjonijiet ta’ żjut taż-żebbuġa, żjut mir-residwi taż-żebbuġ u żebbuġ tal-mejda huma deskritti fl-Anness B u C ta' dan il-Ftehim.

2.Il-Kunsill tal-Membri jista' jiddeċiedi li jagħmel dawk l-emendi kollha li huwa jqis neċessarji jew xierqa għall-ismijiet u d-definizzjonijiet taż-żjut, iż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ u ż-żebbuġ tal-mejda mogħtija fl-Anness B u C ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 20

Impenji tal-Membri

1.Il-membri tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ għandhom jimpenjaw ruħhom biex fil-kummerċ internazzjonali tagħhom japplikaw l-ismijiet stabbiliti fl-Annessi B u C u jħeġġu l-applikazzjoni tagħhom fil-kummerċ nazzjonali tagħhom.

2.Il-membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex fil-kummerċ nazzjonali u internazzjonali tagħhom, ineħħu kull użu tal-isem "żejt taż-żebbuġa", waħdu jew flimkien ma' termini oħrajn, li mhumiex konformi ma' dan il-Ftehim. Fl-ebda każ l-isem "żejt taż-żebbuġa" ma għandu jintuża waħdu biex jirreferi għal żjut mir-residwi taż-żebbuġ.

3.Il-Kunsill tal-Membri għandu jiddetermina l-istandards fir-rigward tal-kriterji ta' kwalità u ta' purezza applikabbli għall-kummerċ internazzjonali tal-membri.

4.Il-membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fit-territorju tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 22(1) tal-Ftehim dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali relatati mal-Kummerċ (Ftehim TRIPS), dwar il-prodotti msemmijin minn dan il-Ftehim, skont ir-regoli, il-proċeduri u l-impenji internazzjonali applikabbli, b'mod partikolari l-ewwel Artikolu tal-Ftehim TRIPS.

5.Il-membri għandhom jipproċedu, fuq talba, bl-iskambju ta' informazzjoni dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fit-territorju tagħhom, b'mod partikolari fid-dawl tat-tisħiħ tal-protezzjoni ġuridika ta' dawn l-indikazzjonijiet kontra kull prattika li tista' taffettwa ħażin l-awtentiċità tagħhom jew tkun ta' ħsara għar-reputazzjoni tagħhom.

6.Il-membri għandu jkollhom is-setgħa li jadottaw inizjattivi maħsuba biex jinfurmaw lill-konsumaturi bil-karatteristiċi speċifiċi ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fit-territorju tagħhom u biex jiżguraw il-valutazzjoni, skont id-dispożizzjonijet legali applikabbli.

Artikolu 21

Tikketta internazzjonali ta’ garanzija tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ

Il-Kunsill tal-Membri jista' jipprevedi dispożizzjojnijiet għall-applikazzjoni tat-tikketta internazzjonali ta’ garanzija li tiżgura r-rispett ta' standards internazzjonali tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ. L-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u tad-dispożizzjonijiet ta' kontroll huma definiti fir-Regoli ta' Proċedura.

Kapitolu VII – Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 22

Obbligi ġenerali

Il-membri ma għandhom jadottaw l-ebda miżura li tmur kontra l-obbligi tagħhom skont dan il-Ftehim u l-objettivi ġenerali definiti fl-ewwel Artikolu.

Artikolu 23

Obbligi finanzjarji tal-membri

L-obbligi finanzjarji ta' membru fir-rigward tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ u ta' membri oħrajn għandhom ikunu limitati għall-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 16 dwar il-kontribuzzjonijiet għall-baġits imsemmijin fl-istess Artikolu.

Artikolu 24

Aspetti ekoloġiċi u ambjentali

Il-membri għandhom iqisu t-titjib ta' prattiki fl-istadji kollha tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda sabiex jiżguraw l-iżvilupp ta' kultivazzjoni taż-żebbuġ sostenibbli u jimpenjaw ruħhom biex jimplimentaw kull azzjoni li titqies neċessarja mill-Kunsill tal-Membri bil-għan li jtejjbu jew isolvu kwalunkwe problema li tinsab f'dan il-qasam.

Artikolu 25

Informazzjoni

Il-membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex jagħmlu disponibbli u jfornu lill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ l-istatistika kollha, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni li huwa jeħtieġ biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu skont dan il-Ftehim, u b’mod partikolari kull informazzjoni li jeħtieġ biex jistabbilixxi l-bilanċi għaż-żejt taż-żebbuġa, iż-żjut mir-residwi taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda u biex jikseb tagħrif dwar il-politika nazzjonali tal-membri għall-prodotti taż-żebbuġ.

Artikolu 26

Tilwim u ilmenti

1.Kull tilwim relatat mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, li mhuwiex regolat bil-ħsieb ta' negozjar, fuq talba ta' membru wieħed jew aktar għat-tilwim, għandu jiġi riferut lill-Kunsill tal-Membri li jieħu deċiżjoni fin-nuqqas ta' membru jew ta' membri kkonċernati, wara l-opinjoni, fejn xieraq, ta' kumitat konsultattiv fejn il-kompożizzjoni u l-proċeduri operattivi jiġu stabbiliti mir-Regoli ta' Proċedura.

2.L-opinjoni motivata tal-kumitat konsultattiv għandha tintbagħat lill-Kunsill tal-Membri, li f’kull ċirkostanza għandhu jsolvi d-disputa wara li jikkunsidra l-elementi ta' informazzjoni kollha rilevanti.

3.Kwalunkwe ilment dwar in-nuqqas ta' xi membru, il-President jew il-Viċi President li jaġixxi bħala President għall-obbligi skont dan il-Ftehim għandu jiġi riferut lill-Kunsill tal-Membri fuq talba ta' membru li jagħmel l-ilment. Il-Kunsill tal-Membri għandu jieħu deċiżjoni fin-nuqqas tal-parti jew tal-partijiet inkwistjoni, wara konsultazzjoni tal-partijiet ineteressati u, fejn xieraq, wara l-opinjoni tal-kumitat konsultattiv imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu speċifikati fir-Regoli ta' Proċedura.

4.Jekk il-Kunsill tal-Membri josserva li membru naqas milli jwettaq l-obbligi li jirriżultaw minn dan il-Ftehim, huwa jista' jew jimponi sanzjonijiet li jvarjaw minn sempliċi twissija għal sospensjoni tad-dritt ta' dak il-membru li jipparteċipa fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Membri sakemm dak il-membru jkun issodisfa l-obbligi tiegħu, jew jeskludih mill-Ftehim skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 34. Il-membru inkwistjoni għandu d-dritt li meta ma jkunx fadal aktar alternattivi jirrikorri għall-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja.

5.Jekk il-Kunsill tal-Membri jqis li l-President jew il-Viċi President li jaġixxi bħala President ma jissodisfax il-kompiti tiegħu skont dan il-Ftehim jew skont ir-Regoli ta' Proċedura, huwa jista' jiddeċiedi, fuq talba ta' mill-inqas 50 % tal-membri attwali, li jissospendi temporanjament, jew għal sessjoni jew għal perjodu ta' żmien aktar twil, is-setgħat u l-funzjonijiet li jingħataw lill-President jew lill-Viċi President skont dan il-Ftehim jew fir-Regoli ta' Proċedura u jaħtar is-sostitut tiegħu minn fost il-membri tal-Kunsill. L-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu huwa speċifikat fir-Regoli ta' Proċedura.

6.Fil-każ ta' tilwim relatat ma' tranżazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu maż-żjut taż-żebbuġa, iż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ jew iż-żebbuġ tal-mejda, il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa lill-membri dwar il-ħolqien u l-funzjonar ta' uffiċċju internazzjonali ta' konċiljazzjoni u arbitraġġ li jkun responsabbli għat-trattament ta' tali tilwim.

Artikolu 27

Depożitarju

Is-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti huwa hawnhekk innominat depożitarju ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 28

Firma, ratifika, aċċettazzjoni u approvazzjoni

1.Dan il-Ftehim ser ikun miftuħ għall-iffirmar tal-gvernijiet mistiedna għall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti għan-Negozjar ta' Ftehim Suċċessur għall-Ftehim Internazzjonali dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda tal-2005, fil-Kwartieri Ġenerali tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti mill-1 ta' Jannar 2016 u sal-31 ta' Diċembru 2016.

2.Dan il-Ftehim għandu jkun suġġett għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni mill-gvernijiet firmatarji skont il-proċeduri kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

3.Kull gvern imsemmi fl-Artikolu 4(3) jista’:

(a)Mal-iffirmar ta' dan il-Ftehim, jiddikjara bil-mkitub li dik il-firma tesprimi l-kunsens tiegħu li jintrabat b’dan il-Ftehim (firma definittiva); jew

(b)Wara li jiffirma dan il-Ftehim, jirratifikah, jaċċettah jew japprovah billi jiddepożita strument biex dan iseħħ mad-depożitarju.

4.L-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati għand id-depożitarju.

Artikolu 29

Adeżjoni

1.Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-adeżjoni minn kull gvern kif definit fl-Artikolu 4(3), li jista' jaderixxi għall-kundizzjonijiet determinati mill-Kunsill tal-Membri, li jinkludu b'mod partikolari n-numru ta' ishma ta' parteċipazzjoni u limitu ta' żmien għad-depożitu ta' strumenti ta' adeżjoni. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu trażmessi lill-Kunsill tal-Membru mid-depożitarju. Il-proċedura relatata mal-ftuħ ta' proċess ta' adeżjoni, in-negozjati tal-adeżjoni u d-dispożizzjonijiet korrrispondenti huma definiti mill-Kunsill tal-Membri fir-Regoli ta' Proċedura.

2.Meta jiġu konklużi n-negozjati tal-adeżjoni speċifikati fir-Regoli ta' Proċedura, il-Kunsill tal-Membri għandu jieħu deċiżjoni dwar l-adeżjoni skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 10.

3.Fil-mument tal-adeżjoni, il-Parti Kontraenti li tinsab fl-Anness A ta' dan il-Ftehim, b'indikazzjoni tal-ishma ta' parteċipazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha bħal dawk definiti fil-kundizzjonijiet ta' adeżjoni.

4.L-adeżjoni għandha tkun effettwata permezz tad-depożitu ta' strument ta' adeżjoni mad-depożitarju. L-istrumenti ta’ adeżjoni għandhom jiddikjaraw li l-gvern jaċċetta l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ.

Artikolu 30

Notifika tal-Applikazzjoni Provviżorja

1.Gvern firmatarju li għandu l-intenzjoni jirratifika, jaċċetta jew japprova dan il-Ftehim jew gvern li għalih il-Kunsill tal-Membri stabbilixxa kundizzjonijiet ta' adeżjoni iżda għadu ma setax jiddepożita l-istrumenti tiegħu, f'kull ħin, jista' jinnotifika lid-depożitarju li huwa ser japplika dan il-Ftehim b'mod provviżorju jew meta dan jidħol fis-seħħ skont l-Artikolu 31 jew, jekk ikun diġa fis-seħħ, f'data speċifika.

2.Gvern li jkun innotifika skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li jkun ser japplika b'mod provviżorju dan il-Ftehim meta dan jidħol fis-seħħ, jew, jekk ikun diġà daħal fis-seħħ, f’data speċifikata għandu, minn dak iż-żmien ikun Parti Kontraenti. Huwa jibqa' Parti Kontraenti sad-data tad-depożitu tal-istrument tiegħu ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

Artikolu 31

Id-dħul fis-seħħ

1.Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2017 bil-kundizzjoni li mill-inqas ħames Partijiet Kontraenti, li jinsabu fost dawk imsemmijin fl-Anness A f'dan il-Ftehim u li jirrappreżentaw mill-inqas 80 % tal-ishma ta' parteċipazzjoni fuq total ta' 1 000 ishma ta' parteċipazzjoni, ikunu iffirmawh b'mod definittiv jew ikunu rratifikawh, aċċettawh jew approvawh, jew ikun disponibbli għalihom.

2.Jekk, fl-1 ta’ Jannar 2017, dan il-Ftehim ma jkunx daħal fis-seħħ skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huwa għandu jidħol fis-seħħ b'mod proviżorju jekk sa dik id-data xi Partijiet Kontraenti li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' perċentwali tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ikunu ffirmaw dan il-Ftehim definittivament jew ikunu rratifikawh, aċċettawh jew approvawh, jew ikunu nnotifikaw lid-depożitarju li huma sejrin japplikaw dan il-Ftehim b'mod proviżorju.

3.Jekk, sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-kundizzjonjijiet tad-dħul fis-seħħ imsemmijin fil-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu ma jkunux tħarsu, id-depożitarju għandu jistieden lill-Partijiet Kontraenti li jkunu ffirmaw definittivament dan il-Ftehim jew li jkunu rratifikawh, aċċettawh jew approvawh, jew li jkunu nnotifikaw li huma jkunu ser japplikaw dan il-Ftehim b'mod proviżorju, biex jiddeċiedu jekk iqegħdux fis-seħħ dan il-Ftehim definittivament jew b'mod proviżorju bejniethom, kollu kemm hu jew parti minnu, f’dik id-data hekk kif huma jistgħu jistabbilixxu.

4.Għal kull Parti Kontraenti li tiddepożita strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni wara d-dħul fis-seħħ tal-imsemmi Ftehim, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data ta' dan id-depożitu.

Artikolu 32

Emendi

1.Il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ jista', permezz tal-Kunsill tal-Membri jemenda dan il-Ftehim b'kunsens.

2.Il-Kunsill tal-Membri għandu jiffissa data sa liema l-membri għandhom jinnotifikaw lid-depożitarju bl-aċċettazzjoni tagħhom tal-emenda inkwistjoni.

3.L-emenda għandha tidħol fis-seħħ disgħin jum wara li d-depożitarju jkun irċieva notifika tal-aċċettazzjoni tagħha mill-membri kollha. Jekk din il-kundizzjoni ma tiġix issodisfata sad-data ffissata mill-Kunsill tal-Membri, skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-emenda għandha titqies bħala irtirata.

4.L-aġġornament tal-lista tal-Partijiet Kontraenti li tinsab fl-Anness A b'applikazzjoni tal-Artikolu 11(5), mhumiex meqjusa bħala emendi, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 33

L-irtirar

1.Kull membru jista' jirtira minn dan il-Ftehim f'kull żmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim billi jagħti avviż ta' rtirar bil-miktub lid-depożitarju. Il-membru għandu fl-istess ħin jinforma bil-miktub lill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ bid-deċiżjoni tiegħu.

2.L-irtirar taħt dan il-Ftehim għandu jsir effettiv disgħin jum wara li d-depożitarju jkun irċieva l-avviż.

Artikolu 34

Esklużjoni

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, jekk il-Kunsill tal-Membri jikkonkludi li membru jkun kiser l-obbligi tiegħu taħt dan il-Ftehim u b'żieda jiddetermina li dak il-ksur sinjifikament ifixkel l-operat tal-imsemmi Ftehim, huwa jista', b'deċiżjoni motivata tal-membri l-oħrajn, meħuda b'kunsens u fin-nuqqas tal-membru kkonċernat, jeskludi dak il-membru minn dan il-Ftehim. Il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ għandu jinnotifika minnufih lid-depożitarju bid-deċiżjoni tiegħu. Il-membru kkonċernat għandu jtemm milli jkun Parti għal dan il-Ftehim tletin jum wara d-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Membri. L-ebda obbligu finanzjarju ġdid ma jseħħ wara d-data tad-deċiżjoni li jiġi eskluż dak il-membru.

Artikolu 35

Ħlas tal-kontijiet

1.Il-Kunsill tal-Membri għandu jiddetermina kwalunkwe ħlas tal-kontijiet bil-mod li huwa jqis ġust, billi jqis l-impenji kollha li jinvolvu konsegwenzi ġuridiċi għall-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ u li jkollhom riperkussjonijiet fuq il-kontribuzzjonijiet ta' membru li jirtira minn dan il-Ftehim jew li ġie eskluż mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ jew li b'mod ieħor ma jkunx għadu Parti minn dan il-Ftehim, kif ukoll iż-żmien meħtieġ biex tiġi żgurata tranżazzjoni adegwata, b'mod partikolari meta impenji bħal dawn ikollhom jitwaqqfu.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu ta' hawn fuq, dan il-membru għandu jkun marbut li jħallas kwalunkwe ammont dovut minnu lill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ għall-perjodu li matulu kien membru.

2.Malli jintemm dan il-Ftehim, membru li jsib ruħu fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandu jkollu dritt għal ebda sehem mill-profitti tal-ħlas u lanqas tal-assi oħrajn tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ; l-ebda parti tad-defiċit tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ ma jista' jiġi attribwit.

Artikolu 36

Perjodu ta' żmien, estensjoni u tmiem

1.Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2026.

2.Il-Kunsill tal-Membri jista' jestendi dan il-Ftehim. Il-Kunsill tal-Membri għandu jinnotifika din l-estensjoni lid-depożitarju. Kull membru li ma jaċċettax estensjoni bħal din ta' dan il-Ftehim għandu jinforma lill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ u jtemm li jkun parti mill-imesmmi Ftehim mill-bidu tal-perjodu tal-estensjoni.

3.Jekk, qabel il-31 ta' Diċembru 2026 jew qabel l-iskadenza ta' perjodu ta' estensjoni deċiż mill-Kunsill tal-Membri, ġie nnegozjat ftehim ġdid mill-Kunsill tal-Membri iżda għadu ma daħalx fis-seħħ b'mod proviżorju jew definittivament, dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ għal perjodu massimu ta' tnax-il xahar mid-data ta' skadenza tiegħu sad-dħul fis-seħħ tal-ftehim il-ġdid.

4.Il-Kunsill tal-Membri jista' jiddeċiedi li jtemm dan il-Ftehim b'kunsens. L-obbligi tal-membri għandhom ikomplu sad-data tat-tmiem stabbilita mill-Kunsill tal-Membri.

5.Minkejja l-iskadenza jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ jista’ jkompli jeżisti sakemm ikun meħtieġ għall-għan li jwettaq il-ħlas tal-Kunsill, inkluż il-ħlas tal-kontijiet, u għandu matul dak il-perjodu jkollu dawk is-setgħat u funzjonijiet hekk kif jistgħu jkunu meħtieġa għal dawn l-għanijiet.

6.Il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ għandu jinnotifika lid-depożitarju b’kull deċiżjoni meħuda taħt dan l-Artikolu.

Artikolu 37

Riżervi

Riservi ma jistgħux isiru dwar xi dispożizzjoni ta' dan il-Ftehim.

   Bix-xhieda ta' dan is-sottoskritti, li huma debitament awtorizzati għal hekk, iffirmaw dan il-Ftehim fid-dati indikati.

   Magħmul f’Ġinevra fid-9 ta’ Ottubru 2015, it-testi ta’ dan il-Ftehim huma fil-lingwa Ingliża, Għarbija, Spanjola u Franċiża, b’kull waħda minnhom tkun ugwalment awtentika.



Anness A

L-ishma ta' parteċipazzjoni għall-baġit tal-Organizzazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 11

L-Albanija                5

L-Alġerija                19

L-Arġentina                18

L-Eġittu                23

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran    5

L-Iraq                    5

L-Iżrael                5

Il-Ġordan                8

Il-Libanu                6

Il-Libja                5

Il-Marokk                41

Il-Montenegro                5

It-Tuneżija                67

It-Turkija                66

L-Unjoni Ewropea            717

L-Urugwaj                5

   Għal Total:                     1 000



Anness B

Ismijiet u definizzjonijiet ta’ żjut taż-żebbuġa u ta' żjut mir-residwi taż-żebbuġ

L-ismijiet taż-żjut taż-żebbuġa u żjut mir-residwi taż-żebbuġ huma mogħtija hawn taħt mad-definizzjoni li tikorrispondi ma’ kull isem:

I.    Żejt taż-żebbuġa

A.    Żjut taż-żebbuġa verġni : żjut miksubin mill-frott tas-siġra taż-żebbuġ (Olea europaea L.) unikament b’mezzi mekkaniċi jew fiżiċi oħrajn taħt kundizzjonijiet, u partikolarment kundizzjonijiet termali, li ma jwasslux għad-deterjorazzjoni taż-żejt, u li ma jkunux għaddew minn xi trattament minbarra ħasil, tferriegħ, ċentrifugazzjoni u filtrazzjoni. Huma għandhom jiġu klassifikati u msemmijin kif ġej:

(a)Żjut taż-żebbuġa verġni tajjeb għall-konsum kif ikun:

(i)    Żejt taż-żebbuġa straverġni: żejt taż-żebbuġa verġni li l-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi tiegħu jikkorrispondu għall-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ previst għal din il-kategorija;

(ii)    Żejt taż-żebbuġa verġni: żejt taż-żebbuġa verġni li l-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi tiegħu jikkorrispondu għall-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ previst għal din il-kategorija;

(iii)    Żejt taż-żebbuġa verġni ordinarju: żejt taż-żebbuġa verġni li l-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi tiegħu jikkorrispondu għal dawk tal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ previst għal din il-kategorija 2 ;

(b)Iż-żjut taż-żebbuġa verġni li jeħtieġu trattament qabel il-konsum tagħhom:

(i)    Żejt taż-żebbuġa verġni lampante: żejt taż-żebbuġa verġni li l-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi tiegħu jikkorrispondu għall-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ previst għal din il-kategorija; Huwa maħsub biex jiġi raffinat bil-għan li jintuża għall-konsum mill-bniedem jew maħsub għal użi tekniċi.

B.    Żejt taż-żebbuġa raffinat : żejt taż-żebbuġa miksub bir-raffinazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa verġni, li l-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi tiegħu jikkorrispondu għall-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ previst għal din il-kategorija 3 .

C.    Żejt taż-żebbuġa magħmul minn taħlita ta' żejt taż-żebbuġa raffinat u żjut taż-żebbuġa verġni : żejt li jikkonsisti f'taħlita ta' żejt taż-żebbuġa raffinat u żjut taż-żebbuġa verġni tajbin għall-konsum kif inhuma, li l-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi tiegħu jikkorrispondu għall-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ previst għal din il-kategorija.

II.    Iż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ 4

huwa ż-żejt li jinkiseb bit-trattament tar-residwi taż-żebbuġ b'solventi jew proċeduri fiżiċi oħrajn tar-residwi taż-żebbuġ, bl-esklużjoni ta’ żjut miksuba minn proċessi ta’ riesterifikazzjoni, u għal kull taħlit ma’ żjut ta’ xi tip ieħor. Huwa soġġett għall-ismijiet li ġejjin:

A.    Żejt mir-residwi taż-żebbuġ mhux raffinat : żejt mir-residwi taż-żebbuġ li l-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi tiegħu jikkorrispondu għall-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ previst għal din il-kategorija. Huwa maħsub biex jiġi raffinat bil-għan li jintuża għall-konsum mill-bniedem jew maħsub għal użi tekniċi.

B.    Żejt mir-residwi taż-żebbuġ raffinat : żejt li jinkiseb mir-raffinazzjoni taż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ mhux raffinat, li l-karatteristiċi fiżikokimiċi tiegħu jikkorrispondu għall-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ previst għal din il-kategorija 5 .

C.    Żejt mir-residwi taż-żebbuġ magħmul minn taħlita ta' żejt mir-residwi taż-żebbuġ raffinat u żjut taż-żebbuġa verġni : żejt li jikkonsisti f'taħlita ta' żejt mir-residwi taż-żebbuġ raffinat u żjut taż-żebbuġa verġni tajbin għall-konsum kif inhuma, li l-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi tiegħu jikkorrispondu għall-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ previst għal din il-kategorija. Fl-ebda każ din it-taħlita ma għandha tissejjaħ "żejt taż-żebbuġa".



Anness C

Tipi u definizzjonijiet taż-żebbuġ tal-mejda

Iż-żebbuġ tal-mejda għandu jiġi kklassifikat f’wieħed mit-tipi li ġejjin:

(i)    Żebbuġ aħdar: frott miġbur matul il-perjodu ta’ sajran, qabel ma jbiddel il-kulur u meta jkun laħaq daqs normali. Il-kulur tiegħu jista’ jvarja minn aħdar għal isfar lewn it-tiben;

(ii)    Żebbuġ li jbiddel il-kulur: frott miġbur qabel is-sajran komplet, fil-bidla tal-kulur. Il-kulur tiegħu jista’ jvarja minn roża għal roża lewn l-inbid jew kannella;

(iii)    Żebbuġ iswed: frott miġbur fil-mument li jkun laħaq is-sajran komplet tiegħu, jew ftit qabel. Il-kulur tiegħu jista' jvarja minn iswed jagħti fil-ħamrani għal kannella skur, kif ukoll iswed jagħti fil-vjola, vjola skur u iswed lewn iż-żebbuġ.

Il-preparazzjonijiet kummerċjali taż-żebbuġ tal-mejda, inkluż f'ċerti tipi ta' proċessar, għandhom ikunu koperti mill-istandards kummerċjali fis-seħħ tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ.

(1) *Il-lista tal-parteċipanti ġiet ippubblikata bħala dokument TD/OLIVE OIL.11/INF.1.
(2) Dan il-prodott ma jistax jinbiegħ direttament lill-konsumaturi jekk il-pajjiż tal-bejgħ bl-imnut jippermetti. Jekk dan ma jkunx il-każ, id-deżinjazzjoni ta' dan il-prodott għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż ikkonċernat.
(3) Dan il-prodott ma jistax jinbiegħ direttament lill-konsumaturi jekk il-pajjiż tal-bejgħ bl-imnut jippermetti.
(4) Iż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ ma jistax jinbiegħ taħt id-deskrizzjoni jew id-definizzjoni taż-"żejt taż-żebbuġa".
(5) Dan il-prodott ma jistax jinbiegħ direttament lill-konsumaturi ħlief jekk il-pajjiż tal-bejgħ bl-imnut ma jippermettihx.
Top