Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0384

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli, rigward il-limitazzjoni kwantitattiva applikabbli għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat

    COM/2016/0384 final - 2016/0181 (NLE)

    Brussell, 10.6.2016

    COM(2016) 384 final

    2016/0181(NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli, rigward il-limitazzjoni kwantitattiva applikabbli għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

    Is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib qed jesperjenza perjodu mtawwal ta' żbilanċ serju fis-suq. Matul l-2015 id-domanda globali għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib iddeterjorat, b'mod partikolari minħabba l-introduzzjoni u l-estensjoni tal-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjonijiet u t-tnaqqis fl-importazzjonijiet miċ-Ċina, l-akbar importatur fid-dinja ta’ prodotti tal-ħalib. Fl-istess ħin, il-provvista tal-ħalib żdiedet b’mod ġenerali fir-reġjuni ewlenin li jesportaw.

    Il-produzzjoni tal-ħalib qed tiżdied b'mod partikolari fl-Unjoni minħabba li l-investimenti fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-ħalib kienu saru fid-dawl tal-iskadenza tal-kwota tal-ħalib u tal-prospetti pożittivi ta' terminu medju fis-suq dinji. Fl-2015 il-konsenji tal-ħalib fl-Unjoni żdiedu b’ 2.5% u dan jirrappreżenta aktar minn 3.5 miljun tunnellata ta’ ħalib mhux ipproċessat addizzjonali. Il-volumi ta’ ħalib żejda li jiġu prodotti għandhom jiġu pproċessati fi prodotti li jinħażnu fit-tul bħal butir u trab tal-ħalib xkumat (SMP). Fil-fatt, fl-2015 il-produzzjoni żdiedet bi 8.1% għas-SMP u b’4.7% għall-butir. Fl-2016 l-istimi tad-DĠ AGRI jindikaw żieda ulterjuri ta’ 1.4% ta’ konsenji tal-ħalib fl-UE.

    Fis-snin 2014 u 2015 il-prezzijiet tas-SMP fl-Unjoni naqsu konsegwentement, hekk kif laħqu l-prezz ta' intervent pubbliku. Ġiet osservata wkoll pressjoni ta' tnaqqis fuq il-prezzijiet tal-butir, iżda xorta għadhom ogħla mill-prezz ta' intervent pubbliku.

    L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 jistabbilixxi limitazzjonijiet kwantitattivi għal xiri sfurzat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat bil-prezz fiss imsemmi fl-Artikolu 2 tal-istess Regolament (50 000 tunnellata għall-butir u 109 000 tunnellata għas-SMP). Ladarba dawk il-limiti jintlaħqu, ix-xiri sfurzat għandu jitwettaq permezz ta' proċedura tal-offerti biex jiġi stabbilit il-prezz massimu tax-xiri sfurzat.

    Sabiex is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib jiġi mgħejjun isib bilanċ ġdid fis-sitwazzjoni serja prevalenti tas-suq, u tinżamm il-fiduċja fl-effettività tal-mekkaniżmi ta’ intervent, fis-sena 2016 il-Kunsill iddeċieda li jżid il-limitazzjonijiet kwantitattivi għax-xiri sfurzat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss.

    Il-limitazzjoni kwantitattiva inizjali ta' 109 000 tunnellata għat-trab tal-ħalib xkumat intlaħqet fil-31 ta’ Marzu 2016. Sakemm ittieħdet id-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija hawn fuq saret proċedura tal-offerti li fiha nxtraw b'mod sfurzat madwar 27 000 tunnellata ta’ trab tal-ħalib xkumat.

    Minn meta reġa' beda x-xiri sfurzat bi prezz fiss taħt il-limitu massimu rduppjat, il-kwantitajiet ta’ trab tal-ħalib xkumat mixtri kull ġimgħa kienu konsiderevolment ogħla milli kienu fil-bidu tas-sena. Wisq probabbli, dan il-limitu l-ġdid se jintlaħaq malajr.

    Għall-istess raġuni tad-deċiżjoni inizjali tal-Kunsill, huwa għalhekk xieraq li jiżdied aktar il-limitu kwantitattiv għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss. Mhix meħtieġa żieda tal-limitu kwantitattiv għall-butir, peress li s’issa ma waslet l-ebda offerta għall-butir.

    Billi huwa possibbli li, sad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, b'mod awtomatiku setgħet tinbeda proċedura tal-offerti għax-xiri sfurzat, jeħtieġ li l-volumi tax-xiri sfurzat taħt dik il-proċedura ma jiġux meqjusa biex ma jitnaqqsux mil-limiti massimi ġodda disponibbli.

    Sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikollhom impatt immedjat fuq is-suq u jikkontribwixxu għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu,

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

    Din il-proposta hija konsistenti mal-ispirtu tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli, bl-għan li jiġu stabbilizzati s-swieq u jiġi żgurat livell ta’ għajxien ġust għall-komunità agrikola.

    Il-proposta hija konsistenti mal-Artikolu 43(3) tat-TFUE li b'konformità miegħu l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet, l-imposti, l-għajnuna u l-limitazzjonijiet kwantitattivi, kif ukoll dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

    Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

    Mhux applikabbli

    2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

    Il-bażi ġuridika

    L-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Is-sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

    Il-proposta taqa’ taħt kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri u hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

    Il-proporzjonalità

    Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

    L-għażla tal-istrument

    Mhux applikabbli

    3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    L-evalwazzjonijiet ex post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Mhux applikabbli

    Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Mhux applikabbli

    Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

    Mhux applikabbli

    Il-valutazzjoni tal-impatt

    Mhux applikabbli

    L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni

    Mhux applikabbli

    Id-drittijiet fundamentali

    Mhux applikabbli

    4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    L-impatt baġitarju ta’ din il-proposta huwa limitat għad-differenza fil-prezz bejn il-prezz fiss imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 u l-prezz li eventwalment kien ikun stabbilit skont proċedura tal-offerti. Fiċ-ċirkostanzi attwali (u abbażi tal-esperjenzi tal-passat), x'aktarx li dawn tal-aħħar kienu jkunu stabbiliti f’livell li huwa qrib tal-prezz fiss, biex l-implikazzjoni baġitarja attwali tkun negliġibbli.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Il-pjanijiet għall-implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar

    Mhux applikabbli

    Id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

    Mhux applikabbli

    Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Mhux applikabbli

    2016/0181 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli, rigward il-limitazzjoni kwantitattiva applikabbli għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)Is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib qed jesperjenza perjodu mtawwal ta' żbilanċ serju fis-suq. Filwaqt li fl-2015 id-domanda għall-importazzjoni fid-dinja għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib baqgħet stabbli b'mod ġenerali meta mqabbla mal-2014, il-produzzjoni żdiedet b’mod sinifikanti fl-Unjoni u fir-reġjuni ewlenin l-oħra tal-esportazzjoni.

    (2)Il-produzzjoni tal-ħalib fl-Unjoni qed tiżdied b’rata kostanti minħabba l-investimenti li saru fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-ħalib fl-Unjoni fid-dawl tal-iskadenza tal-kwota tal-ħalib u tal-prospetti pożittivi ta' terminu medju fis-suq dinji. Il-volumi ta’ ħalib żejda li jiġu prodotti għandhom jiġu pproċessati fi prodotti li jinħażnu fit-tul bħal butir u trab tal-ħalib xkumat.

    (3)Konsegwentement, fis-snin 2014 u 2015 il-prezzijiet tat-trab tal-ħalib xkumat fl-Unjoni naqsu, hekk kif laħqu l-prezz ta' intervent pubbliku.

    (4)L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 1 jistabbilixxi limitazzjonijiet kwantitattivi għal xiri sfurzat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat bil-prezz fiss imsemmi fl-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament. Ladarba dawk il-limiti jintlaħqu, ix-xiri sfurzat għandu jitwettaq permezz ta' proċedura tal-offerti biex jiġi stabbilit il-prezz massimu tax-xiri sfurzat.

    (5)Il-limitazzjoni kwantitattiva inizjali ta' 109 000 tunnellata għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1370/2013 intlaħqet fil-31 ta’ Marzu 2016.

    (6)Sabiex is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib jiġi mgħejjun isib bilanċ ġdid fis-sitwazzjoni serja prevalenti tas-suq, u tinżamm il-fiduċja fl-effettività tal-mekkaniżmi ta’ intervent pubbliku, il-limitazzjonijiet kwantitattivi għal xiri sfurzat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss kienu rduppjaw għas-sena 2016 permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/591 2 .

    (7)Qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/591 saret proċedura tal-offerti li fiha nxtraw b'mod sfurzat 27 000 tunnellata ta’ trab tal-ħalib xkumat.

    (8)Minn meta reġa' beda x-xiri sfurzat bi prezz fiss taħt il-limitu kwantitattiv il-ġdid, il-kwantitajiet ta’ trab tal-ħalib xkumat mixtrija kull ġimgħa kienu konsiderevolment ogħla milli kienu fil-bidu tas-sena. Għalhekk, huwa mistenni li l-limitazzjoni kwantitattiva l-ġdida se tintlaħaq malajr.

    (9)Fil-każ li ssir proċedura tal-offerti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, huwa xieraq li jkun żgurat li fl-2016 il-volumi possibbli li nxtraw bix-xiri sfurzat taħt dik il-proċedura ma jitqisux biex jiġu determinati l-volumi disponibbli għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss.

    (10)Sabiex ikun żgurat li l-miżura temporanja prevista f'dan ir-Regolament ikollha impatt immedjat fuq is-suq u tikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2013, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

    “B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fis-sena 2016, il-limitazzjonijiet kwantitattivi għax-xiri sfurzat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss għandu jkun ta’ 100 000 tunnellata għall-butir u ta' 350 000 tunnellata għat-trab tal-ħalib xkumat. Fil-każ li tkun saret proċedura tal-offerti qabel [date of entry into force], il-volumi li nxtraw bix-xiri sfurzat taħt dik il-proċedura m’għandhomx jitnaqqsu minn dawk il-limitazzjonijiet kwantitattivi.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA

    FS/16/CM/aj 2770087
    agri.ddg2.c.3(2016) 2751015

    6.142.2016.1

    DATA: 11.05.2016

    1.

    INTESTATURA TAL-BAĠIT:

    05 02 12 02

    APPROPRJAZZJONIJIET:

    f’miljuni ta’ EUR

    17,0

    2.

    TITLU:

    Abbozz ta' REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli, rigward il-limitazzjoni kwantitattiva applikabbli għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat

    3.

    BAŻI ĠURIDIKA:

    L-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    4.

    GĦANIJIET:

    Dan l-abbozz ta' regolament iżid il-limitazzjonijiet kwantitattivi għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss fis-sena 2016.

    5.

    IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI

    PERJODU TA’ 12-IL XAHAR




    (EUR miljun)

    IS-SENA FINANZJARJA ATTWALI

    2016

    (EUR miljun)

    IS-SENA FINANZJARJA LI JMISS

    2017

    (EUR miljun)

    5.0

    NEFQA

    -    MAĦRUĠ MILL-BAĠIT TAL-UE
    (RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI)

    -    AWTORITAJIET NAZZJONALI

    -    OĦRAJN

    -

    -

    -

    -

    -

    -

    5.1

    DĦUL

    -    RIŻORSI PROPRJI TAL-UE
    (IMPOSTI/DAZJI DOGANALI)

    -    NAZZJONALI

    2018

    2019

    2020

    2021

    5.0.1

    STIMA TAN-NEFQA

    5.1.1

    STIMA TAD-DĦUL

    5.2

    METODU TA' KALKOLAZZJONI

    6.0

    IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI?

    IVA

    6.1

    IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI?

    IVA

    6,2

    SE JKUN HEMM BŻONN TA' BAĠIT SUPPLIMENTARI?

    LE

    6,3

    SE JKUN HEMM BŻONN LI JIDDAĦĦLU APPROPRJAZZJONIJIET F’BAĠITS FUTURI?

    LE

    OSSERVAZZJONIJIET:

    Qed tiġi proposta żieda ulterjuri fil-limitazzjonijiet kwantitattivi għax-xiri sfurzat f'intervent pubbliku bi prezz fiss għat-trab tal-ħalib xkumat (350 000 tunnellata minflok 218 000-il tunnellata). Hemm probabbiltà kbira li l-limitu preżenti se jintlaħaq u li x-xiri sfurzat se jkollu jitwettaq permezz ta’ proċedura tal offerti li tiddetermina l-prezz massimu tax-xiri sfurzat. L-esperjenzi tal-passat fil-proċeduri tal-offerti jissuġġerixxu li l-prezzijiet tax-xiri sfurzat determinati b'riżultat ta' proċedura tal-offerti jkunu qrib ħafna tal-prezz ta' intervent stabbilit, u għalhekk wieħed jassumi li l-impatt finanzjarju tal-proposta huwa negliġibbli meta mqabbel max-xiri sfurzat permezz ta’ offerta.

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12).
    (2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/591 tal-15 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli, fir-rigward tal-limitazzjonijiet kwantitattivi applikabbli għax-xiri sfurzat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 3).
    Top