Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0366

Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li jissostitwixxi l-listi ta' proċedimenti ta' falliment, proċedimenti ta' għeluq (stralċ) u l-likwidaturi fl- Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment

COM/2016/0366 final - 2016/0167 (NLE)

Brussell, 7.6.2016

COM(2016) 366 final

2016/0167(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li jissostitwixxi l-listi ta' proċedimenti ta' falliment, proċedimenti ta' għeluq (stralċ) u l-likwidaturi fl-
Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

L-Anness A tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament") jelenka l-proċedimenti ta’ insolvenza msemmija fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament. L-Anness B jelenka l-proċedimenti ta’ stralċ imsemmija fl-Artikolu 2(c). L-Anness C jelenka l-likwidaturi msemmija fl-Artikolu 2(b).

L-Annessi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 kienu emendati l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 663/2014 tal-5 ta' Ġunju 2014.

F’Diċembru 2015, il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar riforma sostanzjali fid-dritt nazzjonali tagħha dwar ir-ristrutturar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2016, u talbet biex tbiddel il-listi stabbiliti fl-Annessi A, B u C tar-Regolament kif xieraq. Skont l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(a) tar-Regolament, kif tikkonferma l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, proċedimenti nazzjonali jikkwalifikaw bħala “proċedimenti ta’ insolvenza” fil-kuntest tar-Regolament biss jekk ikunu elenkati fl-Anness A tiegħu. 1 Il-qrati nazzjonali, għalhekk, li ma jkunux ġew inklużi espressament fl-Anness A, mhumiex affettwati minn dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa t-talba tal-Polonja sabiex tiġi żgurata l-konformità tan-notifika mar-rekwiżiti tar-Regolament.

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 għandu jiġi emendat skont dan.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Ir-Regolament huwa strument importanti tal-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili fil-livell tal-UE. It-trattament effiċjenti ta’ insolvenzi transfruntiera ta’ debituri biċ-ċentru tal-interessi prinċipali tagħhom fi Stat Membru jitlob li l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament jirrifletti s-sitwazzjoni attwali tal-liġijiet ta’ insolvenza domestiċi.

Ir-Regolament ġie mħassar bir-Regolament (UE) Nru 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (tfassil mill-ġdid). Madankollu, dan l-aħħar regolament japplika biss mis-26 ta’ Ġunju 2017; barra minn hekk, ir-Regolament għandu jkompli jkollu rwol anke wara dik id-data, minħabba li l-Artikolu 84 tar-Regolament imfassal mill-ġdid jipprovdi illi r-"Regolament (KE) Nru 1346/2000 għandu jkompli japplika għal proċedimenti ta' insolvenza li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament u li jkunu nfetħu qabel is-26 ta' Ġunju 2017".

Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

Ir-Regolament għandu rwol importanti ta’ appoġġ għal-libertà ta’ stabbiliment u għall-moviment liberu tal-persuni.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Il-bażi ġuridika

Il-proposta tissejjes fuq l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000.

Is-sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

Il-Proposta tal-Kummissjoni tissostitwixxi l-listi għall-Polonja fl-Annessi A, B u C tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 b'listi ġodda li jqisu t-tagħrif innotifikat minn dak l-Istat Membru. Il-listi ma jistgħux jiġu emendati b’xi mod ieħor.

Ir-Regolament japplika direttament fl-Istati Membri u ma jeħtieġ l-ebda miżuri ta' implimentazzjoni. Huwa ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għalhekk il-kontenut tiegħu huwa aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha.

L-għażla tal-istrument

L-istrument propost huwa Regolament.

Mezzi oħra ma jkunux xierqa, minħabba dawn ir-raġunijiet:

Skont l-Artikolu 45 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, l-Annessi tar-Regolament jistgħu jkunu emendati biss mill-Kunsill fuq inizjattiva tal-Istati Membri jew fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni b'emendi addizzjonali għal-listi li jinsabu fl-Annessi. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tipproponi lill-Kunsill emendi għall-Annessi tar-Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-emendi previsti huma ta’ natura purament teknika. Ma fihom l-ebda tibdil sostantiv tar-Regolament innifsu. Għalhekk, il-miżura proposta tikkostitwixxi kodifikazzjoni uffiċjali ta’ test leġiżlattiv fis-sens tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 2 . Għal dawn l-inizjattivi, f’konformità mal-linji gwida tar-Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni Ewropea, l-ebda valutazzjoni tal-impatt ma hi meħtieġa.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 45 tar-Regolament, wara t-talba tal-Polonja biex tinbeda l-proċedura leġiżlattiva meħtieġa, il-Kummissjoni ma baqgħalha l-ebda għażla, ħlief li tikkonforma ma’ din it-talba, sakemm din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament. Ix-xogħol preparatorju għall-adozzjoni ta’ din il-proposta ma jirrikjedix għarfien espert ġdid.

4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit.

2016/0167 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li jissostitwixxi l-listi ta' proċedimenti ta' falliment, proċedimenti ta' għeluq (stralċ) u l-likwidaturi fl-
Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar proċedimenti ta' falliment 3 , u b'mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)L-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 jelenkaw l-ismijiet mogħtija fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri lill-proċedimenti u lil-likwidaturi li dak ir-Regolament japplika għalihom. L-Anness A jelenka l-proċedimenti ta' falliment imsemmijin fl-Artikolu 2(a) ta' dak ir-Regolament. L-Anness B jelenka l-proċedimenti ta' għeluq (stralċ) imsemmijin fl-Artikolu 2(c) ta' dak ir-Regolament u l-Anness C jelenka l-likwidaturi msemmijin fl-Artikolu 2(b) ta' dak ir-Regolament.

(2)Fl-4 ta' Diċembru 2015, il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, b'emendi għal-listi stabbiliti fl-Annessi A, B u C ta' dak ir-Regolament. Dawn l-emendi jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

(3)Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbutin bir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 u, bis-saħħa tal-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament, qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(4)Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(5)L-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 huma sostitwiti bit-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-22 ta’ Novembru 2012 fil-każ C-116/11, Bank Handlowy, ECLI:EU:C:2012:739, il-paragrafi 32-36.
(2) Il-Ġurnal Uffiċjali C 102, 04/04/1996 P. 0002 - 0003
(3) ĠU L 160, 30.6.2000, p.1.
Top

Brussell, 7.6.2016

COM(2016) 366 final

ANNESSI

tal-Proposta għal

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li jissostitwixxi l-listi tal-proċedimenti ta' falliment, tal-proċedimenti ta’ għeluq ta’ negozju u tal-likwidaturi fl-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar il-proċedimenti ta' falliment


ANNESSI

tal-Proposta għal

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li jissostitwixxi l-listi tal-proċedimenti ta' falliment, tal-proċedimenti ta’ għeluq ta’ negozju u tal-likwidaturi fl-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar il-proċedimenti ta' falliment

L-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 jinbidlu b'dan li ġej:

"ANNESS A

Proċedimenti ta' falliment imsemmijin fl-Artikolu 2(a)

BELGIQUE/BELGIË

— Het faillissement/La faillite,

— De gerechtelijke reorganisatie door een collectief akkoord/La réorganisation judiciaire par accord collectif,

— De gerechtelijke reorganisatie door overdracht onder gerechtelijk gezag/La réorganisation judiciaire par transfert sous autorité de justice,

— De collectieve schuldenregeling/Le règlement collectif de dettes,

— De vrijwillige vereffening/La liquidation volontaire,

— De gerechtelijke vereffening/La liquidation judiciaire,

— De voorlopige ontneming van beheer, bepaald in artikel 8 van de faillissementswet/Le dessaisissement provisoire, visé à l'article 8 de la loi sur les faillites,

БЪЛГАРИЯ

— Производство по несъстоятелност,

ČESKÁ REPUBLIKA

— Konkurs,

— Reorganizace,

— Oddlužení,

DEUTSCHLAND

— Das Konkursverfahren,

— Das gerichtliche Vergleichsverfahren,

— Das Gesamtvollstreckungsverfahren,

— Das Insolvenzverfahren,

EESTI

— Pankrotimenetlus,

ΕΛΛΑΣ

— Compulsory winding-up by the court,

— Bankruptcy,

— The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent,

— Winding-up in bankruptcy of partnerships,

— Creditors' voluntary winding-up (with confirmation of a court),

— Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the Official Assignee for realisation and distribution,

— Company examinership,

— Debt Relief Notice,

— Debt Settlement Arrangement,

— Personal Insolvency Arrangement,

ΕΛΛΑΔΑ

— Η πτώχευση,

— Η ειδική εκκαθάριση εν λειτουργία,

— Σχέδιο αναδιοργάνωσης,

— Απλοποιημένη διαδικασία επί πτωχεύσεων μικρού αντικειμένου,

ESPAÑA

— Concurso,

FRANCE

— Sauvegarde,

— Redressement judiciaire,

— Liquidation judiciaire,

REPUBLIKA HRVATSKA

— Stečajni postupak,

ITALIA

— Fallimento,

— Concordato preventivo,

— Liquidazione coatta amministrativa,

— Amministrazione straordinaria,

ΚΥΠΡΟΣ

— Υποχρεωτική εκκαθάριση από το Δικαστήριο,

— Εκούσια εκκαθάριση από μέλη,

— Εκούσια εκκαθάριση από πιστωτές,

— Εκκαθάριση με την εποπτεία του Δικαστηρίου,

— Διάταγμα Παραλαβής και πτώχευσης κατόπιν Δικαστικού Διατάγματος,

— Διαχείριση της περιουσίας προσώπων που απεβίωσαν αφερέγγυα,

LATVIJA

— Tiesiskās aizsardzības process,

— Juridiskās personas maksātnespējas process,

— Fiziskās personas maksātnespējas process,

LIETUVA

— Įmonės restruktūrizavimo byla,

— Įmonės bankroto byla,

— Įmonės bankroto procesas ne teismo tvarka,

— Fizinio asmens bankroto byla,

LUXEMBOURG

— Faillite,

— Gestion contrôlée,

— Concordat préventif de faillite (par abandon d'actif),

— Régime spécial de liquidation du notariat,

— Procédure de règlement collectif des dettes dans le cadre du surendettement,

MAGYARORSZÁG

— Csődeljárás,

— Felszámolási eljárás,

MALTA

— Xoljiment,

— Amministrazzjoni,

— Stralċ volontarju mill-membri jew mill-kredituri,

— Stralċ mill-Qorti,

— Falliment f'każ ta' negozjant,

NEDERLAND

— Het faillissement,

— De surséance van betaling,

— De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen,

ÖSTERREICH

— Das Konkursverfahren (Insolvenzverfahren),

— Das Sanierungsverfahren ohne Eigenverwaltung (Insolvenzverfahren),

— Das Sanierungsverfahren mit Eigenverwaltung (Insolvenzverfahren),

— Das Schuldenregulierungsverfahren,

— Das Abschöpfungsverfahren,

— Das Ausgleichsverfahren,

POLSKA

— Postępowanie naprawcze,

— Upadłość obejmująca likwidację,

— Upadłość z możliwością zawarcia układu,

— Upadłość

— Przyspieszone postępowanie układowe

— Postępowanie układowe

— Postępowanie sanacyjne

PORTUGAL

— Processo de insolvência,

— Processo especial de revitalização,

ROMÂNIA

— Procedura insolvenței,

— Reorganizarea judiciară,

— Procedura falimentului,

SLOVENIJA

— Stečajni postopek,

— Skrajšani stečajni postopek,

— Postopek prisilne poravnave,

— Prisilna poravnava v stečaju,

SLOVENSKO

— Konkurzné konanie,

— Reštrukturalizačné konanie,

SUOMI/FINLAND

— Konkurssi/konkurs,

— Yrityssaneeraus/företagssanering,

SVERIGE

— Konkurs,

— Företagsrekonstruktion,

UNITED KINGDOM

— Winding-up by or subject to the supervision of the court,

— Creditors' voluntary winding-up (with confirmation by the court),

— Administration, including appointments made by filing prescribed documents with the court,

— Voluntary arrangements under insolvency legislation,

— Bankruptcy or sequestration.



ANNESS B

Proċedimenti ta' għeluq ta’ negozju msemmija fl-Artikolu 2(c)

BELGIQUE/BELGIË

— Het faillissement/La faillite,

— De vrijwillige vereffening/La liquidation volontaire,

— De gerechtelijke vereffening/La liquidation judiciaire,

— De gerechtelijke reorganisatie door overdracht onder gerechtelijk gezag/La réorganisation judiciaire par transfert sous autorité de justice,

БЪЛГАРИЯ

— Производство по несъстоятелност,

ČESKÁ REPUBLIKA

— Konkurs,

DEUTSCHLAND

— Das Konkursverfahren,

— Das Gesamtvollstreckungsverfahren,

— Das Insolvenzverfahren,

EESTI

— Pankrotimenetlus,

ΕΛΛΑΣ

— Compulsory winding-up,

— Bankruptcy,

— The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent,

— Winding-up in bankruptcy of partnerships,

— Creditors' voluntary winding-up (with confirmation of a court),

— Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the Official Assignee for realisation and distribution,

ΕΛΛΑΔΑ

— Η πτώχευση,

— Η ειδική εκκαθάριση,

— Απλοποιημένη διαδικασία επί πτωχεύσεων μικρού αντικειμένου,

ESPAÑA

— Concurso,

FRANCE

— Liquidation judiciaire,

REPUBLIKA HRVATSKA

— Stečajni postupak,

ITALIA

— Fallimento,

— Concordato preventivo,

— Liquidazione coatta amministrativa,

— Amministrazione straordinaria,

ΚΥΠΡΟΣ

— Υποχρεωτική εκκαθάριση από το Δικαστήριο,

— Εκκαθάριση με την εποπτεία του Δικαστηρίου,

— Εκούσια εκκαθάριση από πιστωτές, με επιβεβαίωση του Δικαστηρίου,

— Πτώχευση,

— Διαχείριση της περιουσίας προσώπων που απεβίωσαν αφερέγγυα,

LATVIJA

— Juridiskās personas maksātnespējas process,

— Fiziskās personas maksātnespējas process,

LIETUVA

— Įmonės bankroto byla,

— Įmonės bankroto procesas ne teismo tvarka,

LUXEMBOURG

— Faillite,

— Régime spécial de liquidation du notariat,

— Liquidation judiciaire dans le cadre du surendettement,

MAGYARORSZÁG

— Felszámolási eljárás,

MALTA

— Stralċ volontarju,

— Stralċ mill-Qorti,

— Falliment inkluż il-ħruġ ta' mandat ta' qbid mill-Kuratur f'każ ta' negozjant fallut,

NEDERLAND

— Het faillissement,

— De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen,

ÖSTERREICH

— Das Konkursverfahren (Insolvenzverfahren),

POLSKA

— Upadłość obejmująca likwidację,

— Upadłość

PORTUGAL

— Processo de insolvência,

ROMÂNIA

— Procedura falimentului,

SLOVENIJA

— Stečajni postopek,

— Skrajšani stečajni postopek,

SLOVENSKO

— Konkurzné konanie,

SUOMI/FINLAND

— Konkurssi/konkurs,

SVERIGE

— Konkurs,

UNITED KINGDOM

— Winding-up by or subject to the supervision of the court,

— Winding-up through administration, including appointments made by filing prescribed documents with the court,

— Creditors' voluntary winding-up (with confirmation by the court),

— Bankruptcy or sequestration.

ANNESS C

Likwidaturi imsemmija fl-Artikolu 2(b)

BELGIQUE/BELGIË

— De curator/Le curateur,

— De gedelegeerd rechter/Le juge-délégué,

— De gerechtsmandataris/Le mandataire de justice,

— De schuldbemiddelaar/Le médiateur de dettes,

— De vereffenaar/Le liquidateur,

— De voorlopige bewindvoerder/L'administrateur provisoire,

БЪЛГАРИЯ

— Назначен предварително временен синдик,

— Временен синдик,

— (Постоянен) синдик,

— Служебен синдик,

ČESKÁ REPUBLIKA

— Insolvenční správce,

— Předběžný insolvenční správce,

— Oddělený insolvenční správce,

— Zvláštní insolvenční správce,

— Zástupce insolvenčního správce,

DEUTSCHLAND

— Konkursverwalter,

— Vergleichsverwalter,

— Sachwalter (nach der Vergleichsordnung),

— Verwalter,

— Insolvenzverwalter,

— Sachwalter (nach der Insolvenzordnung),

— Treuhänder,

— Vorläufiger Insolvenzverwalter,

EESTI

— Pankrotihaldur,

— Ajutine pankrotihaldur,

— Usaldusisik,

ΕΛΛΑΣ

— Liquidator,

— Official Assignee,

— Trustee in bankruptcy,

— Provisional Liquidator,

— Examiner,

— Personal Insolvency Practitioner,

— Insolvency Service,

ΕΛΛΑΔΑ

— Ο σύνδικος,

— Ο εισηγητής,

— Η επιτροπή των πιστωτών,

— Ο ειδικός εκκαθαριστής,

ESPAÑA

— Administradores concursales,

FRANCE

— Mandataire judiciaire,

— Liquidateur,

— Administrateur judiciaire,

— Commissaire à l'exécution du plan,

REPUBLIKA HRVATSKA

— Stečajni upravitelj,

— Privremeni stečajni upravitelj,

— Stečajni povjerenik,

— Povjerenik,

ITALIA

— Curatore,

— Commissario giudiziale,

— Commissario straordinario,

— Commissario liquidatore,

— Liquidatore giudiziale,

ΚΥΠΡΟΣ

— Εκκαθαριστής και Προσωρινός Εκκαθαριστής,

— Επίσημος Παραλήπτης,

— Διαχειριστής της Πτώχευσης,

LATVIJA

— Maksātnespējas procesa administrators,

LIETUVA

— Bankroto administratorius,

— Restruktūrizavimo administratorius,

LUXEMBOURG

— Le curateur,

— Le commissaire,

— Le liquidateur,

— Le conseil de gérance de la section d'assainissement du notariat,

— Le liquidateur dans le cadre du surendettement,

MAGYARORSZÁG

— Vagyonfelügyelő,

— Felszámoló,

MALTA

— Amministratur Proviżorju,

— Riċevitur Uffiċjali,

— Stralċjarju,

— Manager Speċjali,

— Kuraturi f'każ ta' proċeduri ta' falliment,

NEDERLAND

— De curator in het faillissement,

— De bewindvoerder in de surséance van betaling,

— De bewindvoerder in de schuldsaneringsregeling natuurlijke personen,

ÖSTERREICH

— Masseverwalter,

— Sanierungsverwalter,

— Ausgleichsverwalter,

— Besonderer Verwalter,

— Einstweiliger Verwalter,

— Sachwalter,

— Treuhänder,

— Insolvenzgericht,

— Konkursgericht,

POLSKA

— Syndyk,

— Nadzorca sądowy,

— Zarządca,

— Nadzorca układu

— Tymczasowy nadzorca sądowy

— Tymczasowy zarządca

— Zarządca przymusowy

PORTUGAL

— Administrador de insolvência,

— Administrador judicial provisório,

ROMÂNIA

— Practician în insolvență,

— Administrator judiciar,

— Lichidator,

SLOVENIJA

— Upravitelj prisilne poravnave,

— Stečajni upravitelj,

— Sodišče, pristojno za postopek prisilne poravnave,

— Sodišče, pristojno za stečajni postopek,

SLOVENSKO

— Predbežný správca,

— Správca,

SUOMI/FINLAND

— Pesänhoitaja/boförvaltare,

— Selvittäjä/utredare,

SVERIGE

— Förvaltare,

— Rekonstruktör,

UNITED KINGDOM

— Liquidator,

— Supervisor of a voluntary arrangement,

— Administrator,

— Official Receiver,

— Trustee,

— Provisional Liquidator,

— Judicial factor".

Top