EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0301

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1387/2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali

COM/2016/0301 final - 2016/0154 (NLE)

Brussell, 26.5.2016

COM(2016) 301 final

2016/0154(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1387/2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Sabiex jiġu żgurati fornimenti suffiċjenti u bla waqfien ta’ ċerti prodotti li huma inadegwati jew li ma jeżistux fl-Unjoni u sabiex jiġi evitat kull tfixkil fis-suq ta’ ċerti prodotti agrikoli u industrijali, uħud mid-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni ġew sospiżi parzjalment jew totalment permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013.

Ir-Regolament jiġi aġġornat kull semestru bil-għan li jakkomoda l-ħtiġijiet tal-industrija tal-UE. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja (“Economic Tariff Questions Group” - ETQG), irrevediet it-talbiet kollha għal sospensjoni temporanja tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni li l-Istati Membri ppreżentawlha.

Wara din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-sospensjoni tad-dazji hija ġġustifikata għal xi prodotti ġodda li bħalissa mhumiex imniżżlin fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013. Għal xi prodotti oħrajn, il-kliem tad-deskrizzjoni tagħhom irid jinbidel jew inkella għandhom jiġu assenjati kodiċijiet ġodda tan-NM jew tat-TARIC. Meta s-sospensjoni tariffarja ta’ ċerti prodotti ma tibqax fl-interess ekonomiku tal-Unjoni, dawn iridu jiġu rtirati.

Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-politika fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta mhix se tkun ta’ żvantaġġ għall-pajjiżi li qegħdin jibbenefikaw minn ftehim kummerċjali preferenzjali mal-UE (pereżempju l-SPĠ, is-sistema tal-AKP, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali).

Il-konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Il-proposta tikkonforma mal-politiki tal-agrikoltura, tal-kummerċ, tal-intrapriżi, tal-iżvilupp u tar-relazzjonijiet esterni.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Il-bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 31 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE).

Is-sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta tidħol fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Il-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għax dan is-sett ta’ miżuri jaqbel mal-prinċipji stipulati għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-operaturi involuti fil-kummerċ barrani u jikkonforma wkoll mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6). Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet li jridu jinkisbu skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

L-għażla tal-istrument

Bis-saħħa tal-Artikolu 31 tat-TFUE, is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi jiġu stabbiliti mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni; għalhekk l-istrument ix-xieraq huwa regolament.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-evalwazzjonijiet ex post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-iskema kollha ta’ sospensjonijiet awtonomi ġiet evalwata bi studju li twettaq fl-2013. L-evalwazzjoni kkonkludiet li r-raġuni fundamentali għall-iskema għadha valida. L-iffrankar tal-ispejjeż għan-negozji tal-UE li jimpurtaw l-oġġetti skont din l-iskema jista’ jkun wieħed sinifikanti. Min-naħa tiegħu, dan l-iffrankar jista’ jwassal għal benefiċċji usa’ (bħal kapaċitajiet ogħla ta’ kompetittività, metodi ta’ produzzjoni iktar effiċjenti, il-ħolqien jew iż-żamma tal-impjiegi fl-UE, eċċ.), skont il-prodott, il-kumpanija u s-settur ikkonċernat.

Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-valutazzjoni ta’ din il-proposta twettqet bl-għajnuna tal-ETQG, li jikkonsisti minn delegazzjonijiet mill-Istati Membri kollha u mit-Turkija. Dan il-Grupp iltaqa’ tliet darbiet qabel ma ntlaħaq ftehim dwar il-bidliet stabbiliti f’din il-proposta.

Huwa għarbel bir-reqqa kull talba (ġdida jew emendata). B’mod partikulari, l-evitar ta’ kwalunkwe ħsara għall-produtturi tal-UE u t-tisħiħ u l-konsolidazzjoni tal-kompetittività tal-produzzjoni tal-UE kienu jiffurmaw parti mill-eżami ta’ kull każ. Din il-valutazzjoni twettqet permezz ta’ diskussjonijiet fl-ETQG u b’konsultazzjoni tal-Istati Membri mal-industriji, mal-assoċjazzjonijiet u mal-kmamar tal-kummerċ ikkonċernati u mal-partijiet ikkonċernati l-oħrajn involuti.

Is-sospensjonijiet kollha mniżżlin jikkorrispondu ma’ ftehimiet jew kompromessi milħuqa fid-diskussjonijiet tal-ETQG. Ma ssemma l-ebda riskju potenzjalment serju b’konsegwenzi irreversibbli.

Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli.

Il-valutazzjoni tal-impatt

L-emenda proposta hija waħda teknika li tikkonċerna biss il-kopertura tas-sospensjonijiet imniżżlin fl-Anness. Mill-bqija r-Regolament jibqa’ l-istess bħar-Regolament eżistenti tal-Kunsill. Għalhekk ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt għal din il-proposta.

L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni

Mhux rilevanti.

Id-drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandha l-ebda konsegwenza fuq id-drittijiet fundamentali.

4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul. Hemm dazji doganali mhux miġbura ta’ madwar EUR 88 miljun fis-sena. L-effett fuq ir-riżorsi proprji tradizzjonali tal-baġit huwa ta’ EUR 66 miljun fis-sena (75 % ta’ EUR 88 miljun fis-sena). Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva fiha aktar dettalji dwar l-implikazzjonijiet baġitarji tal-proposta.

Il-kontribuzzjonjiet tal-Istati Membri bbażati fuq l-ING tagħhom għandhom jikkumpensaw għat-telf fid-dħul tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rappurtar

Il-miżuri proposti huma ttrattati fil-qafas tat-TARIC (it-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea) u japplikawhom l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri.

Se jitwettqu kontrolli fuq l-użu aħħari ta’ xi prodotti koperti minn dan ir-Regolament tal-Kunsill skont l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

Id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-Direttivi)

Mhux rilevanti.

Spjegazzjoni ddettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Mhux applikabbli.

2016/0154 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1387/2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Huwa fl-interess tal-Unjoni li tissospendi għalkollox id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq 140 prodott li bħalissa mhumiex imniżżlin fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 1 .

(2)Ma għadux fl-interess tal-Unjoni li tinżamm is-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni għal sitta mill-prodotti li bħalissa huma mniżżlin fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1387/2013.

(3)Hemm bżonn li jinbidlu l-kundizzjonijiet ta’ 46 sospensjoni li bħalissa huma mniżżlin fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1387/2013 sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi tal-prodotti, ix-xejriet ekonomiċi fis-suq u l-iskrutinju li kompla jsir tal-klassifikazzjoni, jew biex isiru l-adattamenti lingwistiċi meħtieġa. Il-kundizzjonijiet mibdulin jirreferu għal bidliet fid-deskrizzjoni tal-prodotti, fil-klassifikazzjoni tagħhom, fir-rati tad-dazju jew fir-rekwiżit tal-użu aħħari tagħhom. Is-sospensjonijiet li jenħtieġ li jinbidlu għandhom jitħassru mil-lista ta’ sospensjonijiet tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1387/2013, u s-sospensjonijiet mibdulin għandhom jiddaħħlu f’dik il-lista.

(4)Fl-interess taċ-ċarezza, in-nota f’qiegħ il-paġna li tindika li miżura għadha kif iddaħħlet jew li ġew emendati l-kundizzjonijiet tal-miżura mniżżla fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1387/2013 għandha titħassar u l-entrati mibdulin permezz ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu mmarkati b’asterisk.

(5)Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 1387/2013 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)Minħabba li l-bidliet fis-sospensjonijiet għall-prodotti kkonċernati previsti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2016, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b’urġenza,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1387/2013 huwa emendat kif ġej:

(1) ir-ringieli għall-prodotti mniżżlin fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament qed jiddaħħlu skont l-ordni tal-kodiċijiet tan-NM indikati fl-ewwel kolonna tat-tabella tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1387/2013;

(2) qed jitħassru r-ringieli għall-prodotti li l-kodiċijiet tan-NM u tat-TARIC tagħhom jidhru fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(3) qed titħassar in-nota sebgħa f’qiegħ il-paġna “(7) Miżura li għadha kif iddaħħlet jew li ġew emendati l-kundizzjonijiet tagħha”, li bħalissa qed tidher fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1387/2013.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.ISEM IL-PROPOSTA

Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1387/2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali

2.IL-LINJI BAĠITARJI

Il-Kapitolu u l-Artikolu: Il-Kapitolu 12, l-Artikolu 120

L-ammont ibbaġitjat għall-2016: EUR 18 465 300 000 (B 2016)

3.L-IMPATT FINANZJARJU

   Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju

X    Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej:

(f’miljuni ta’ Euro sa ċifra waħda wara l-punt deċimali 2 )

Linja baġitarja

Dħul 3

Perjodu ta’ sitt xhur li jibda minn jj/xx/ssss

[Sena: 2/2016]

L-Artikolu 120

L-impatt fuq ir-riżorsi proprji

Mill-1 ta’ Lulju 2016

-33

Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni

[Mill-2017 sal-2020]

L-Artikolu 120

-66 fis-sena

4.IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI

Se jitwettqu kontrolli fuq l-użu aħħari ta’ xi prodotti koperti minn dan ir-Regolament tal-Kunsill skont l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

5.KUMMENTI OĦRAJN

Din il-proposta fiha l-emendi li jridu jsiru fl-Anness tar-Regolament eżistenti sabiex jitqiesu l-affarijiet li ġejjin:

1. it-talbiet il-ġodda għas-sospensjoni li jkunu ġew ippreżentati u ġew aċċettati;

2. l-iżviluppi tekniċi tal-prodotti u x-xejriet ekonomiċi fis-suq li jwasslu biex jitneħħew ċerti sospensjonijiet eżistenti.

Żieda

Dan l-Anness, flimkien mal-emendi li jirriżultaw minn tibdil fid-deskrizzjonijiet jew fil-kodiċi, fih 140 prodott ġdid. Id-dazji mhux miġbura li jikkorrispondu għal dawn is-sospensjonijiet, ikkalkulati abbażi tat-tbassir tal-Istati Membri li qed jagħmlu t-talba għall-perjodu ta’ bejn l-2015 u l-2019, jammontaw għal EUR 55,8 miljun fis-sena.

Madankollu, abbażi tal-istatistika eżistenti għas-snin ta’ qabel, jidher li dan l-ammont jeħtieġ li jiżdied b’fattur medju, li huwa stmat għal 1,8, sabiex jitqiesu l-importazzjonijiet fi Stati Membri oħrajn li jużaw l-istess sospensjonijiet. Dan ifisser telf tad-dħul mid-dazji mhux miġbura ta’ madwar EUR 100,4 miljun fis-sena.

Irtirar

Tneħħew sitt prodotti minn dan l-Anness biex tiġi riflessa l-introduzzjoni mill-ġdid tad-dazji doganali. Dan jirrappreżenta żieda ta’ EUR 12,4-il miljun fir-riżorsi, kif stmat abbażi tal-istatistika tal-2015.

Stima tal-ispiża ta’ din l-operazzjoni

Abbażi ta’ dan kollu, l-impatt fuq it-telf tad-dħul li jirriżulta minn dan ir-Regolament jista’ jiġi stmat li se jkun ta’ EUR 100,4 – 12,4 = 88 miljun (ammont gross, inklużi l-ispejjeż tal-ġbir) immultiplikati b’0,75 = EUR 66 miljun fis-sena għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Il-kontribuzzjonjiet tal-Istati Membri bbażati fuq l-ING tagħhom għandhom jikkumpensaw għat-telf fid-dħul tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali.

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1344/2011 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 201).
(2) L-ammonti għal kull sena jridu jkunu stima bbażata fuq il-formula mogħtija fit-Taqsima 5 b’nota f’qiegħ il-paġna li tgħid dan, pereżempju “ammont indikattiv ibbażat fuq formula maqbula”. Għas-sena tal-bidu, l-ammont annwali normalment jitħallas mingħajr tnaqqis jew fuq bażi prorata.
(3) Għar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji agrikoli, l-imposti fuq iz-zokkor, id-dazji doganali), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara li minnhom jitnaqqas 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.
Top

Brussell, 26.5.2016

COM(2016) 301 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1387/2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali


Anness I

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Ir-rata ta' dazji awtonomi

Unità Supplimentari

Data prevista għal reviżjoni mandatorja

ex 1512 19 10

10

Żejt tal-għosfor raffinat (Safloröl, CAS RN  8001-23-8) għall-użu fil-manifattura tal-

 (1)

0 %

-

31.12.2020

*ex 2008 99 91

20

Qastan tal-ilma Ċiniż (Eleocharis dulcis jew Eleocharis tuberosa) imqaxxar, maħsul, ibbjankat, iffriskat u ffriżat malajr individwalment għall-użu fil-manifattura ta' prodotti tal-industrija tal-ikel għal trattament għajr ippakkjar mill-ġdid b'mod sempliċi

 (2)(1)

0 % (3)

-

31.12.2020

*ex 2009 89 99

96

Ilma tal-ġewż tal-Indi (coconut)

 (2)

0 %

-

31.12.2016

*ex 2106 10 20

30

Preparazzjoni abbażi ta' isolat ta’ proteini tas-sojja, li fiha, skont il-piż, 6,6 % jew iktar iżda mhux iktar minn 8,6 % ta' fosfat tal-kalċju

0 %

-

31.12.2018

*ex 2805 19 90

20

Metall tal-litju ta’ safa, skont il-piż, ta' 98,8 % jew aktar (CAS RN 7439-93-2)

0 %

-

31.12.2017

ex 2811 22 00

70

Diossidu tas-siliċju amorfu (CAS RN 60676-86-0),

0 %

-

31.12.2020

ex 2818 30 00

20

Idrossidu tal-aluminju (CAS RN 21645-51-2)

0 %

-

31.12.2020

ex 2825 50 00

30

Ossidu tar-ram (II) (CAS RN 1317-38-0), b'daqs tal-partiċella ta' mhux iktar minn 100 nm

0 %

-

31.12.2020

*ex 2836 99 17

30

Karbonat bażiku taż-żirkonju (IV) (CAS RN 57219-64-4 jew 37356-18-6) b’purità skont il-piż ta’ 96 % jew aktar

0 %

-

31.12.2018

*ex 2903 39 29

10

1H-Perfluworoeżan (CAS RN 355-37-3)

0 %

-

31.12.2018

ex 2906 29 00

40

2-Bromo-5-jodo-benżenmetanol (CAS RN 946525-30-0)

0 %

-

31.12.2020

ex 2908 19 00

40

3,4,5-Trifluworofenol (CAS RN 99627-05-1)

0 %

-

31.12.2020

ex 2908 19 00

50

4-Fluworofenol (CAS RN 371-41-5)

0 %

-

31.12.2020

ex 2909 30 90

50

1-Etossi-2,3-difluworobenżen (CAS RN 121219-07-6)

0 %

-

31.12.2020

ex 2909 30 90

60

1-Butossi-2,3-difluworobenżen (CAS RN 136239-66-2)

0 %

-

31.12.2020

ex 2909 49 80

10

1-Propossipropan-2-ol (CAS RN 1569-01-3)

0 %

-

31.12.2020

ex 2911 00 00

10

Etossi-2,2-difluworoetanol (CAS RN 148992-43-2)

0 %

-

31.12.2020

ex 2914 50 00

75

7-Idrossi-3,4-diidro-1(2H)-naftalenon (CAS RN 22009-38-7)

0 %

-

31.12.2020

ex 2915 90 70

65

Aċidu 2-Etil-2-metil butanojku (CAS RN 19889-37-3)

0 %

-

31.12.2020

ex 2916 14 00

30

Metakrilat tal-allil (CAS RN 96-05-9) u l-isomeri tiegħu b'purità skont il-piż ta' 98 % jew aktar u li fih mill-inqas:

 (1)

0 %

-

31.12.2020

*ex 2916 39 90

20

3,5-Dichlorobenzoyl chloride  (CAS RN 2905-62-6)

0 %

-

31.12.2018

ex 2916 39 90

41

Klorur ta' 4-Bromo-2,6-difluworobenżojl (CAS RN 497181-19-8)

0 %

-

31.12.2020

ex 2916 39 90

51

Aċidu 3-Kloro-2-fluworobenżojku (CAS RN 161957-55-7)

0 %

-

31.12.2020

ex 2916 39 90

61

Aċidu 2-Fenilbutiriku (CAS RN 90-27-7)

0 %

-

31.12.2020

ex 2917 39 95

25

Anidrid tan-naftalen-1,8-dikarbossiliku (CAS RN 81-84-5)

0 %

-

31.12.2020

ex 2917 39 95

35

1-Metil-2-nitrotereftalat (CAS RN 35092-89-8)

0 %

-

31.12.2020

ex 2918 99 90

13

Klorur ta' 3-Metossi-2-metilbenżojl (CAS RN 24487-91-0)

0 %

-

31.12.2020

ex 2918 99 90

18

Etil 2-idrossi-2-(4-fenossifenil)propanoat (CAS RN 132584-17-9)

0 %

-

31.12.2020

ex 2921 49 00

60

2,6-Diisopropilanilina (CAS RN 24544-04-5)

0 %

-

31.12.2020

ex 2922 19 85

35

2-[2-(Dimetilammino)etossi] etanol (CAS RN 1704-62-7)

0 %

-

31.12.2020

*ex 2922 29 00

63

Aklonifen (ISO) (CAS RN 74070-46-5) b'purità skont il-piż ta' 97 % jew iktar

0 %

-

31.12.2020

ex 2922 39 00

25

3-(Dimetilammino)-1-(1-naftalenil)-1-propanon)idroklorur (CAS RN 5409-58-5)

0 %

-

31.12.2020

ex 2922 39 00

35

5-Kloro-2-(metilammino)benżofenon (CAS RN 1022-13-5)

0 %

-

31.12.2020

ex 2922 49 85

30

Soluzzjoni milwiema li fiha 40 % skont il-piż jew iktar ta' metilamminoaċetat tas-sodju (CAS RN 4316-73-8)

0 %

-

31.12.2020

ex 2924 29 98

61

(S)-1-Feniletanammina (S)-2-(((1R,2R)-2-allilċiklopropossi)karbonilammino)-3,3-dimetilbutanoat (CUS 0143288-8)

0 %

-

31.12.2020

ex 2924 29 98

62

2-Klorobenżammid (CAS RN 609-66-5)

0 %

-

31.12.2020

ex 2924 29 98

64

N-(3',4'-dikloro-5-fluworo[1,1’-bifenil]-2-il)-aċetammid (CAS RN 877179-03-8)

0 %

-

31.12.2020

ex 2926 90 95

14

Aċidu ċjanoaċetiku (CAS RN 372-09-8)

0 %

-

31.12.2020

ex 2926 90 95

17

Ċipermetrina (ISO) bl-istereoisomeri tagħha (CAS RN 52315-07-8) b'purità skont il-piż ta' 90 % jew aktar

0 %

-

31.12.2020

ex 2928 00 90

23

Metobromuron (ISO) (CAS RN 3060-89-7) b'purità skont il-piż ta' 98 % jew iktar

0 %

-

31.12.2020

ex 2930 90 99

19

N-(2-Metilsulfinil-1,1-dimetil-etil)-N'-{2-metil-4-[1,2,2,2-tetrafluworo-1-(trifluworometil)etil]fenil}ftalammid (CAS RN 371771-07-2)

0 %

-

31.12.2020

ex 2930 90 99

22

Tembotrijon (ISO) (CAS RN 335104-84-2) b'purità skont il-piż ta' 94,5 % jew iktar

0 %

-

31.12.2020

ex 2930 90 99

26

Folpet (ISO) (CAS RN 133-07-3) b'purità skont il-piż ta' 97,5 % jew iktar

0 %

-

31.12.2020

ex 2931 90 80

60

Aċidu 4-kloro-2-fluworo-3-metossifenilboroniku (CAS RN 944129-07-1)

0 %

-

31.12.2020

ex 2931 90 80

63

Kloroetenildimetilsilan (CAS RN 1719-58-0)

0 %

-

31.12.2020

ex 2931 90 80

65

Bis(4-terz-butilfenil)jodonju eżafluworofosfat (CAS RN 61358-25-6)

0 %

-

31.12.2020

ex 2931 90 80

67

Dioleat tad-dimetillanda (CAS RN 3865-34-7)

0 %

-

31.12.2020

ex 2931 90 80

70

Aċidu (4-propilfenil)boroniku (CAS RN 134150-01-9)

0 %

-

31.12.2020

ex 2932 19 00

20

Tetraidrofuran-boran (CAS RN 14044-65-6)

0 %

-

31.12.2020

ex 2932 99 00

65

4,4-Dimetil-3,5,8-triossabiċiklo[5,1,0]ottan (CAS RN 57280-22-5)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 21 00

55

Idroklorur ta' 1-amminoidantoina (CAS RN 2827-56-7)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 29 90

65

(S)-terz-Butil 2-(5-bromo-1H-imidażol-2-il)pirrolidina-1-karbossilat (CAS RN 1007882-59-8)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 39 99

13

Metil (1S,3S,4R)-2-[(1R)-1-feniletil]-2-ażabiċiklo[2.2.1]ept-5-en-3-karbossilat (CAS RN 130194-96-6)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 39 99

14

Idroklorur N,4-Dimetil-1-(fenilmetil)- 3-piperidinammina (1:2) (CAS RN 1228879-37-5)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 39 99

16

Metil (2S,5R)-5-[(benżilossi)ammino]piperidina-2-karbossilat diidroklorur (CAS RN 1501976-34-6)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 39 99

17

3,5-Dimetilpiridina (CAS RN 591-22-0)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 39 99

19

Nikotinat tal-metil (INNM) (CAS RN 93-60-7)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 39 99

23

2-Kloro-3-ċjanopiridina (CAS RN 6602-54-6)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 39 99

26

Diidroklorur ta' 2-[4-(Idrażinilmetil)fenil]-piridina (CAS RN 1802485-62-6)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 49 10

50

Aċidu 1-ċiklopropil-6,7,8-trifluworo-1,4-diidro-4-osso-3-kinolinakarbossiliku (CAS RN 94695-52-0)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 59 95

18

1-Metil-3-fenilpiperażina (CAS RN 5271-27-2)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 59 95

21

N-(2-osso-1,2-diidropirimidin-4-il)benżammid (CAS RN 26661-13-2)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 69 80

13

Metribużin (ISO) (CAS RN 21087-64-9) b'purità skont il-piż ta' 93 % jew iktar

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 69 80

17

Benżoguanammina (CAS RN 91-76-9)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 99 80

16

Piridat (ISO) (CAS RN 55512-33-9) b'purità skont il-piż ta' 90 % jew iktar

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 99 80

17

Karfentrażon-etil (ISO) (CAS RN 128639-02-1) b'purità skont il-piż ta' 93 % jew iktar

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 99 80

21

1-(Bis(dimetilammino)metilen)-1H-[1,2,3]triażolo[4,5-b]piridinju 3-ossidu eżafluworofosfat(V) (CAS RN 148893-10-1)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 99 80

26

(2S,3S,4R)-Metil 4-(3-(1,1-difluworobut-3-enil)-7-metossikwinossalina-2-ilossi)-3-etilprrrolidina-2-karbossilat 4-metilbenżenesulfonat (CUS 0143289-9)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 99 80

29

3-[3-(4-Fluworofenil)-1-(1-metiletil)-1H-indol-2-il]-(E)-2-propenal (CAS RN 93957-50-7)

0 %

-

31.12.2020

ex 2933 99 80

31

Triadimenol (ISO) (CAS RN 55219-65-3) b'purità skont il-piż ta' 97 % jew iktar

0 %

-

31.12.2020

ex 2934 99 90

36

Ossadiażon (ISO) (CAS RN 19666-30-9) b'purità skont il-piż ta' 95 % jew iktar

0 %

-

31.12.2020

ex 2934 99 90

38

Klomażon (ISO) (CAS RN 81777-89-1) b'purità skont il-piż ta' 96 % jew iktar

0 %

-

31.12.2020

ex 2934 99 90

39

4-(Ossiran-2-ilmetossi)-9H-karbażol (CAS RN 51997-51-4)

0 %

-

31.12.2020

ex 2934 99 90

41

11-[4-(2-Kloro-etil)-1-piperażinil]dibenżo(b,f)(1,4)tijażepina (CAS RN 352232-17-8)

0 %

-

31.12.2020

ex 2934 99 90

42

1-(Morfolin-4-il)prop-2-en-1-on (CAS RN 5117-12-4)

0 %

-

31.12.2019

ex 2934 99 90

44

Propikonażol (ISO) (CAS RN 60207-90-1) b'purità skont il-piż ta' 92 % jew iktar

0 %

-

31.12.2020

ex 2935 00 90

52

(1R,2R)-1-Ammino-2-(difluworometil)-N-(1-metilċiklopropilsulfonil) ċiklopropankarbossammid kloridrat (CUS 0143290-2)

 (4)

0 %

-

31.12.2020

ex 2935 00 90

54

Propossikarbażon-sodju (ISO) (CAS RN 181274-15-7) b'purità skont il-piż ta' 95 % jew iktar

0 %

-

31.12.2020

ex 2935 00 90

56

N-(p-Toluwensulfonil)-N'-(3-(p-toluwensulfonilossi)fenil)urea (CAS RN 232938-43-1)

0 %

-

31.12.2020

ex 2935 00 90

57

N-{2-[(fenilkarbamojl)ammino]fenil}benżensulfonammid (CAS RN 215917-77-4)

0 %

-

31.12.2020

ex 2935 00 90

58

1-Metilċiklopropan-1-sulfonammid (CAS RN 669008-26-8)

0 %

-

31.12.2020

*ex 2935 00 90

59

Flazasulfuron (ISO) (CAS RN 104040-78-0) b'purità skont il-piż ta' 94 % jew aktar

0 %

-

31.12.2020

*ex 3201 90 90

ex 3202 90 00

40

10

Prodott ta' reazzjoni tal-estratt tal-Akaċja mearnsii, il-klorur tal-ammonja u l-formaldeid (CAS RN 85029-52-3)

0 %

-

31.12.2020

ex 3204 17 00

16

Kolorant C.I. Pigment Aħmar 49:2 (CAS RN 1103-39-5) u preparazzjonijiet ibbażati fuqu bil-Kolorant C.I. Pigment Aħmar 49:2 kontenut ta' 60 % jew iktar skont il-piż

0 %

-

31.12.2020

*ex 3212 10 00

ex 7607 20 90

ex 7616 99 90

10

30

25

Rita metallizzata li tikkonsisti f'mill-inqas tmien saffi ta' aluminju ta' purezza b'piż ta' 99,8 % jew aktar(CAS RN 7429-90-5), b'kull saff ta' aluminju separat b'saff ta' reżina, fuq rita ta' appoġġ ta' PET, fuq rombli twal sa massimu ta' 50 000 metru, b'densità ottika ta' mhux aktar minn 3.0 għal kull saff ta' aluminju

0 %

-

31.12.2019

ex 3507 90 90

20

Amidinoidrolażi tal-kreatina (CAS RN 37340-58-2)

0 %

-

31.12.2020

*ex 3701 30 00

30

Pjanċa bir-riljiev għall-istampar, tat-tip użat għall-istampar tal-gazzetti, li tikkonsisti f’substrat metalliku miksi f’saff ta’ fotopolimeru bi ħxuna ta’ 0,15 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx 0,8 mm, mhux mgħottija b’release film, bi ħxuna totali li ma taqbiżx 1 mm

0 %

-

31.12.2018

ex 3802 10 00

10

Taħlita ta' karbonju attiv u polietilen, fil-forma ta' trab

0 %

-

31.12.2020

ex 3808 92 30

10

Mankożeb (ISO) (CAS RN 8018-01-7) importat f'pakketti immedjati ta' kontenut ta' 500kg jew iktar

 (2)

0 %

-

31.12.2020

ex 3811 21 00

12

Aġent dispersiv li fih:

użat fil-manifattura ta' taħlitiet ta' addittivi ta' żjut lubrikanti

 (1)

0 %

-

31.12.2020

ex 3811 21 00

14

Aġent dispersiv:

użat fil-manifattura ta' taħlitiet ta' addittivi ta' żjut lubrikanti

 (1)

0 %

-

31.12.2020

ex 3811 21 00

16

Deterġent li fih:

użat fil-manifattura ta' taħlitiet ta' addittivi ta' żjut lubrikanti

 (1)

0 %

-

31.12.2020

ex 3811 21 00

18

Deterġent li fih:

użat fil-manifattura ta' taħlitiet ta' addittivi ta' żjut lubrikanti

 (1)

0 %

-

31.12.2020

ex 3824 90 92

21

Soluzzjoni ta' 2-kloro-5-(klorometil)-piridina (CAS RN 70258-18-3) fit-Toluwen

0 %

-

31.12.2020

ex 3824 90 92

22

Soluzzjoni milwiema li fiha skont il-piż

0 %

-

31.12.2020

ex 3824 90 92

23

Kumplessi tal-butilfosfat tat-titanju(IV) (CAS RN 109037-78-7), maħlula fl-etanol u fil-propan-2-ol

0 %

-

31.12.2020

*ex 3901 10 10

40

Polietilen lineari b'densità baxxa (LLDPE) (CAS RN 9002-88-4) f'forma ta' trab,

0 %

31.12.2018

ex 3901 90 90

53

Kopolimeru ta' etilen u aċidu akriliku (CAS RN 9010-77-9) b'

0 %

31.12.2020

ex 3901 90 90

57

Polietilen lineari b'densità baxxa (LLDPE) bl-ottan fl-għamla ta' pellets użati fl-ipproċessar b'koestrużjoni ta' films għall-ippakkjar flessibbli tal-ikel:

0 %

31.12.2020

ex 3901 90 90

63

Polietilen lineari b'densità baxxa (LLDPE) bl-ottan prodotta bil-metodu katalizzatur Ziegler-Natta fl-għamla ta' pellets:

għall-użu fl-ipproċessar b'koestrużjoni ta' films għall-ippakkjar flessibbli tal-ikel

 (1)

0 %

31.12.2020

*ex 3901 90 90

65

Polietilen lineari b'densità baxxa (LLDPE) (CAS RN 9002-88-4) fl-għamla ta' trab,

0 %

31.12.2018

*ex 3901 90 90

67

Kopolimeru magħmul esklużivament mill-monomeri tal-aċidu etilen u tal-aċidu metakriliku li fih il-kontenut tal-aċidu metakriliku huwa 11 % skont il-piż jew aktar

0 %

-

31.12.2020

ex 3903 90 90

46

Kopolimeru fil-forma ta' granijiet li fihom skont il-piż:

0 %

31.12.2020

ex 3903 90 90

70

Kopolimeru fil-forma ta' granijiet li fihom skont il-piż:

0 %

31.12.2020

ex 3907 10 00

10

Taħlita ta' kopolimeru triossan-ossiran u politetrafluworoetilen

0 %

-

31.12.2020

ex 3907 10 00

20

Poliossimetilen bi gruppi terminali tal-aċetil, li fih polidimetilsilossan u fibri ta' kopolimeru tal-aċidu tereftaliku u 1,4-fenildiammina

0 %

-

31.12.2020

ex 3907 30 00

15

Reżina tal-epossidu, mingħajr aloġeni,

għall-użu fil-manifattura tal-folji prepreg jew taʼ rollijiet taʼ tip użat fil-produzzjoni taċ-ċirkwiti stampati

 (1)

0 %

-

31.12.2020

ex 3907 30 00

25

Reżina tal-epossidu

0 %

-

31.12.2020

*ex 3907 40 00

35

α-Phenoxycarbonyl-ω-phenoxypoly[oxy(2,6-dibromo-1,4-phenylene) isopropylidene(3,5-dibromo-1,4-phenylene)oxycarbonyl](CAS RN 94334-64-2)

0 %

-

31.12.2018

ex 3910 00 00

15

Dimetil, metil(propil(ossidu polipropilen)) silossan (CAS RN 68957-00-6), trimetilsilossi tterminat

0 %

-

31.12.2020

ex 3919 10 80

63

Rita li tirrifletti li tikkonsisti minn

0 %

-

31.12.2020

*ex 3919 10 80

ex 3919 90 00

73

50

Folja awtoadeżiva li tirrifletti, sħiħa jew issegmentata:

il-folja li tirrifletti tikkonsisti minn:

0 %

-

31.12.2018

ex 3919 90 00

52

Tejp abjad tal-poljolefina li jikkonsisti minn:

0 %

-

31.12.2020

*ex 3919 90 00

54

Films tal-poli(klorur tal-vinil), kemm jekk miksija fuq naħa waħda bʼsaff taʼ polimeru u kemm jekk le, li għandhom

0 %

-

31.12.2019

*ex 3920 20 29

60

Rita orjentata monoassjalment, bi ħxuna totali ta’ mhux iktar minn 75µm, li tikkonsisti minn tliet jew erba' saffi, b'kull saff ikun fih taħlita ta’ polipropilen u polietilen, b’saff tal-qalba li jkun fih id-diossidu tat-titanju jew le, li għandha:

kif determinat bil-metodu tat-test ASTM D882/ISO 527-3

0 %

-

31.12.2018

*ex 3920 20 29

70

Rita orjentata monoassjalment, li tikkonsisti minn tliet saffi, b'kull saff ikun jikkonsisti minn taħlita ta’ polipropilen u kopolimeru tal-etilen u tal-aċetat tal-vinil, b'saff tal-qalba li fih id-diossidu tat-titanju jew le, li għandha:

0 %

-

31.12.2019

*ex 3920 99 59

65

Film ta’ lopolimeru tal-vinyl alcohol, li jinħall fl-ilma kiesaħ, bi ħxuna ta’ 34 μm jew aktar iżda li ma taqbiżx 90 μm, b’reżistenza elastika għall-ksur (tensile strength at break) ta’ 20 Mpa jew aktar iżda li ma taqbiżx 55 MPa u titwil sal-ksur ta’ 250 % jew aktar iżda ma jaqbiżx 900 %

0 %

-

31.12.2018

ex 3921 19 00

40

Film tal-polietilen imlaqqam bl-aċidu akriliku, mikroporuż, trasparenti, fl-għamla ta' rombli:

tat-tip użat għall-manifattura ta' separaturi tal-batterija alkalina

0 %

-

31.12.2020

ex 3921 90 55

50

Folji tal-ħġieġ rinforzati bil-fibra, reżina tal-epossid mingħajr aloġenu b'materjal li jwebbes, addittivi u materjali għall-mili inorganiċi għall-użu f'sistemi semikundutturi inkapsulanti

 (1)

0 %

31.12.2020

ex 4016 93 00

20

Gasket magħmul mil-lastku vulkanizzat (monomeri tal-etilen-propilen-dien), bi fluss 'il barra permissibbli tal-materjal fil-post tal-qasma tal-forma ta' mhux iktar minn 0,25 mm, fil-forma ta' rettangolu:

0 %

-

31.12.2020

ex 4104 41 51

10

Qoxra tal-ġilda tal-ispeċi żebu jew tal-ispeċi ibridu taż-żebu b'erja tal-wiċċ ta' unità ikbar minn 2,6 m2 u li fiha toqba tal-ħotba b'daqs ta' 450 cm2 jew iktar iżda ta' mhux iktar minn 2850 cm2, għall-użu fil-manifattura tal-materja prima għall-koperturi tas-sits tal-vetturi bil-mutur

 (1)

0 %

-

31.12.2020

ex 5403 39 00

10

Monofilament bijodegredabbli (norma EN 149995) ta' mhux iktar minn 33 dtex, li fih tal-inqas 98 % skont il-piż polilattur (PLA), għall-użu fil-manifattura tat-tessuti tal-filtrazzjoni għall-industrija tal-ikel

 (1)

0 %

-

31.12.2020

*ex 6804 21 00

20

Diski

0 %

p/st

31.12.2019

*ex 6813 89 00

20

Materjal għall-frizzjoni, bi ħxuna ta’ anqas minn 20 mm, mhux immuntat, użat fil-manifattura ta' komponenti tal-frizzjoni

 (1)

0 %

-

31.12.2018

ex 7009 10 00

40

Mera ta' wara fuq ġewwa elettrokromika li tbaxxi d-dawl waħidha, u tikkonsisti minn:

għall-użu fil-manifattura tal-vetturi bil-mutur tal-Kapitolu 87

 (1)

0 %

-

31.12.2020

ex 8108 20 00

40

Ingott ta' liga tat-titanju,

li fih elementi ta' liga skont il-piż ta':

0,1 % jew iktar iżda mhux iktar minn 0,5 % ta' siliċju

0 %

-

31.12.2020

ex 8108 20 00

50

Ingott ta' liga tat-titanju,

li fih elementi ta' liga skont il-piż ta':

0 %

-

31.12.2020

ex 8108 20 00

60

Ingott ta' liga tat-titanju,

li fih elementi ta' liga skont il-piż ta':

0 %

-

31.12.2020

ex 8113 00 90

20

Spazjatur kubu magħmul mill-kompost tal-karbur tas-siliċju tal-aluminju (AlSiC) użat għall-imballaġġ fil-moduli IGBT

0 %

-

31.12.2020

ex 8302 20 00

20

Castors,

0 %

p/st

31.12.2020

*ex 8407 90 10

10

Magni petrol four-stroke b’ċilindrata ta’ mhux iktar minn 250 cm³ għall-użu fil-manifattura tat-tagħmir għall-ġnien tal-intestatura 8432, 8433, 8436 jew 8508

 (1)

0 %

-

31.12.2016

*ex 8408 90 43

ex 8408 90 45

ex 8408 90 47

40

30

50

Magna b'4 ċilindi, b'4 ċikli, li taqbad bil-kompressjoni u li titkessaħ bil-likwidu: 

maħsuba għall-użu fil-manifattura ta' vetturi bl-intestatura 8427

 (1)

0 %

-

31.12.2017

ex 8415 90 00

30

Riċevitur li jnixxef li jista' jitneħħa, tal-aluminju u wweldjat bl-ark bi blokk ta' konnessjoni, li fih elementi tal-poliammid u taċ-ċeramika:

ta' tip użat fis-sistemi tal-arja kundizzjonata tal-karozzi

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8415 90 00

40

Blokka tal-aluminju ssaldjata bi fjamma b'linji estrużi ta' konnettur kurvat, ta' tip użat fis-sistemi tal-arja kundizzjonata tal-karozzi

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8415 90 00

50

Riċevitur li jnixxef u li jista' jitneħħa, tal-aluminju u wweldjat bl-ark bi blokk ta' konnessjoni li fih elementi tal-poliammid u taċ-ċeramika:

tat-tip użat fis-sistemi tal-arja kundizzjonata tal-karozzi

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8436 99 00

10

Parti li fiha:

li fiha jew ma fihiex:

għall-użu fil-manifattura tax-xreders tal-ġnien

 (1)

0 %

p/st

31.12.2020

*ex 8479 89 97

15

Bijoreattur għall-koltura taċ-ċelloli bijofarmaċewtiċi

0 %

p/st

31.12.2019

*ex 8482 10 10

ex 8482 10 90

30

20

Bolberings:

għall-użu fil-manifattura tas-sistemi tal-istering bi trażmissjoni biċ-ċinga tal-vetturi, tas-sistemi ta' power stering tal-elettriku jew tas-sistemi tat-tmun

 (1)

0 %

p/st

31.12.2019

ex 8501 10 10

20

Mutur sinkroniku għall-magni tal-ħasil tal-platti b'mekkaniżmu ta' kontroll tal-fluss tal-ilma:

0 %

-

31.12.2020

ex 8501 10 99

55

Attwatur elettriku turboċarġer, b':

0 %

-

31.12.2020

ex 8501 10 99

57

Mutur DC:

0 %

-

31.12.2020

ex 8501 31 00

ex 8501 32 00

35

70

Mutur awtopropulsiv, b'kurrent dirett, bi ħruġ permanenti u bla braxis:

0 %

-

31.12.2020

*ex 8501 32 00

ex 8501 33 00

60

15

Mutur ta' trazzjoni, b':

għall-użu fil-manifattura ta' vetturi elettriċi

 (1)

0 %

-

31.12.2019

ex 8505 11 00

ex 8505 19 90

55

40

Barijiet ċatti ta' liga tas-samarju u tal-kobalt b'

intenzjonati li jsiru kalamiti permanenti wara li jiġu manjetizzati, ta' tip użat fl-istarters tal-karozzi u f'apparat li jestendi l-firxa tas-sewqan tal-karozzi elettriċi

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8506 50 10

10

Ċelloli primarji ċilindriċi tal-litju:

għall-użu fil-manifattura tal-apparat tat-telemetrija u mediku, tal-miters elettroniċi jew tal-kontrolli mill-bogħod

 (1)

0 %

-

31.12.2020

*ex 8507 10 20

30

Akkumulaturi jew moduli ta' aċidu biċ-ċomb,

għall-użu fil-manifattura ta' oġġetti bil-kodiċi tan-NM 8711

 (1)

0 %

-

31.12.2018

*ex 8507 60 00

71

Batteriji tal-joni tal-litju rikarikabbli, b':

0 %

-

31.12.2017

*ex 8508 70 00

ex 8537 10 99

10

96

Bord ta’ ċirkwit stampat b’ħawsing separat biex jazzjona u jikkonktrolla l-ixkupilji tal-vacuum cleaner li jaħdmu b'mutur li għandu output ta' mhux iktar minn 300W

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8512 20 00

30

Modulu tad-dawl, li fih mill-inqas:

f'qafas tal-aluminju b'radjatur, immuntat fuq brekit b'attwatur

0 %

p/st

31.12.2020

*ex 8512 20 00

40

Lampi taċ-ċpar b'wiċċ intern galvanizzat, li fihom:

għall-użu fil-manifattura ta' oġġetti tal-Kapitolu 87

 (1)

0 %

p/st

31.12.2019

ex 8512 30 90

20

Buzzer ta' twissija għas-sistema ta' sensuri tal-parkeġġ f'ħawsing tal-plastik li jopera fuq il-prinċipju ta' piezo-mekkanika, li fih:

ta' tip użat fil-manifattura ta' oġġetti tal-Kapitolu 87

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8518 90 00

60

Pjastra ta' fuq tas-sistema tal-kalamita ta' loudspeaker magħmula mill-azzar integralment ippanċjat, stampat u ppjastrat, fil-forma ta' diska, li fiha toqba fin-nofs jew le, ta' tip użat fil-loudspeakers tal-karozzi

0 %

-

31.12.2020

ex 8523 51 99

10

Kard tal-memorja SD b'sett ta' mapep li ma jistgħux jiġu aġġornati mtella' fiha għall-inkorporazzjoni fl-unitajiet tan-navigazzjoni ta' karozza

 (1)

0 %

-

31.12.2020

*ex 8525 80 19

70

Kamera ta' infraaħmar b'tul tal-mewġa twil (kamera LWIR) (skont l-ISO/TS 16949), b':

0 %

-

31.12.2019

*ex 8529 90 92

35

Moduli LCD b':

għall-inkorporazzjoni permanenti jew l-immuntar permanenti fil-vetturi bil-mutur tal-Kapitolu 87

 (1)

0 %

-

31.12.2020

*ex 8529 90 92

36

Modulu LCD b':

għall-installazzjoni fil-vetturi bil-mutur tal-Kapitolu 87

 (1)

0 %

-

31.12.2020

*ex 8529 90 92

55

Moduli OLED, li jikkonsistu minn ċellola waħda jew iktar tal-ħġieġ jew tal-plastik TFT, li fihom materjal organiku, mhux ikkombinati ma’ faċilitajiet ta’ skrin tattilu u bord ta' ċirkwit stampat wieħed jew iktar b’elettronika tal-kontroll għall-indirizzar tal-pixels, għall-użu fil-manifattura tas-settijiet tat-televiżjoni u tal-moniters

 (1)

0 %

p/st

31.12.2019

ex 8529 90 92

85

Modulu LCD tal-kulur f'ħawsing:

għal installazzjoni permanenti fil-vetturi tal-Kapitolu 87

 (1)

0 %

p/st

31.12.2020

*ex 8535 90 00

20

Bord taċ-ċirkwiti stampat fil-forma ta’ pjanċi ta’ materjal iżolanti b’konnessjonijiet elettriċi u punti ta’ ssaldjar, għall-użu fil-manifattura ta’ unitajiet ta’ retrodawl għall-moduli LCD

 (1)

0 %

p/st

31.12.2018

ex 8536 69 90

60

Sokits u plakek tal-elettriku b'tul ta' mhux iktar minn 12,7 mm jew b'dijametru ta' mhux iktar minn 10,8 mm, għall-użu fil-produzzjoni tal-apparat tas-smigħ u tal-proċessuri tad-diskors

 (1)

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8536 90 85

20

Qafas ta-ċipep semikondutturi fl-għamla ta' frejm tal-plastik li fih qafas għaċ-ċirkwit mgħammar b'pads għall-kuntatt, għal vultaġġi ta' mhux aktar minn 1 000 V

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8536 90 85

30

Kuntatti tar-rivets

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8537 10 91

50

Modulu ta' kontroll tal-fuse f'ħawsing tal-plastik bi brekits tal-immuntar li jinkludi:

ta' tip użat fil-manifattura ta' oġġetti tal-Kapitolu 87

0 %

p/st

31.12.2020

*ex 8537 10 91

ex 8537 10 99

60

45

Unititajiet tal-kontroll elettroniku, immanifatturati skont il-klassi 2 tal-istandard IPC-A-610E, b'mill-anqas:

tat-tip użat għall-manifattura ta' magni li jirriċiklaw jew jissortjaw

0 %

p/st

31.12.2018

ex 8537 10 99

35

Unità ta' kontroll elettroniku mingħajr memorja, għal vultaġġ ta' 12 V, għas-sistemi ta' skambju tal-informazzjoni fil-vetturi (għall-konnessjoni tal-awdjo, tat-telefonija, tan-navigazzjoni, tal-kamera u tas-servizz mingħajr fili tal-karozza) li fiha:

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8538 90 91

ex 8538 90 99

20

50

Antenna interna għal sistema ta' serratura tal-bibien tal-karozza, li tinkludi:

tat-tip użat fil-manifattura tal-oġġetti bil-kodiċi tan-NM 8703

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8544 30 00

ex 8544 42 90

80

60

Kejbil tal-estensjoni two-core b'żewġ konnetturi, li fih tal-inqas:

ta' tip użat biex jikkonnettja s-sensuri tal-veloċità tal-vetturi fil-manifattura tal-vetturi tal-Kapitolu 87

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8544 42 90

70

Kondutturi elettriċi:

għall-użu fil-manifattura tal-apparat tas-smigħ, tal-kits tal-aċċessorji u tal-proċessuri tad-diskors

 (1)

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8544 49 93

30

Kondutturi elettriċi:

għall-użu fil-manifattura tal-apparat tas-smigħ, tal-impjanti u tal-proċessuri tad-diskors

 (1)

0 %

m

31.12.2020

*ex 8708 30 10

20

Unità tal-attwazzjoni tal-brejk li titħaddem b'mutur

għall-użu fil-manifattura tal-vetturi elettriċi bil-mutur

 (1)

0 %

p/st

31.12.2019

ex 8708 40 50

10

Gerboks idrodinamika awtomatika b'konvertur tat-torque idrawliku mingħajr kaxxa tat-trasferiment, xaft Cardan u differenxjal ta' quddiem għall-użu fil-produzzjoni ta' vetturi bil-mutur tal-Kapitolu 87

 (1)

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8708 50 55

10

Xaft tal-ġenb tal-fus tal-karozza b'ġonta tal-veloċità kostanti f'kull tarf, ta' tip użat fil-manifattura ta' oġġetti tal-intestatura tan-NM 8703

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8708 91 99

30

Tank tal-arja tal-inlet jew tal-outlet ta' liga tal-aluminju manifatturat skont l-istandard EN AC 42100 b':

ta' tip użat fl-iskambjaturi tas-sħana għas-sistemi ta' tkessiħ tal-karozzi

0 %

p/st

31.12.2020

ex 8714 10 90

20

Radjaturi ta' tip użat fil-muturi tat-triq għall-iffitjar tal-oġġetti mehmuża

 (1)

0 %

p/st

31.12.2020

*ex 8714 91 30

ex 8714 91 30

ex 8714 91 30

24

34

71

Frieket ta' quddiem bis-saqajn tal-aluminju, għall-użu fil-manifattura tar-roti

 (1)

0 %

-

31.12.2018

ex 8714 96 10

10

Pedali, għall-użu fil-manifattura tar-roti

 (1)

0 %

-

31.12.2020

ex 8714 99 90

30

Pedestalli tas-sits, għall-użu fil-manifattura tal-biċikletti

 (1)

0 %

p/st

31.12.2020

*ex 9001 50 41

ex 9001 50 49

30

30

Lenti korrettiva għall-għajnejn, tonda organika u mhux maqtugħa, maħduma lesta fuq iż-żewġ naħat:

li tkun tat-tip użat biex tinħadem bil-għan li tiġi adattata għal par nuċċali

1.45 %

-

31.12.2019

*ex 9001 50 80

30

Lenti korrettiva għall-għajnejn, tonda, organika u mhux maqtugħa, iffinixxjata fuq naħa waħda:

tat-tip użat biex tinħadem u tiġi adattata għal par nuċċali

0 %

-

31.12.2019

ex 9002 11 00

ex 9002 19 00

15

10

Lenti infraħamra b'aġġustament motorizzat tal-fokus,

għall-użu fil-manifattura tal-kameras tal-immaġni termali, tal-binokli infraħomor u tal-iscopes tal-armi

 (1)

0 %

-

31.12.2020

*ex 9025 80 40

50

Sensur elettroniku semikonduttur għall-kejl ta' mill-inqas tnejn minn dawn li ġejjin:

tat-tip użat għall-inkorporazzjoni fi prodotti tal-Kapitoli 84-90 u tal-Kapitolu 95

0 %

p/st

31.12.2019

*ex 9031 80 38

15

Apparat li jkejjel ir-rata ta' dawran tar-roti fil-vetturi bil-mutur (Sensur semikunduttur tar-rata tad-dawran) li jikkonsisti minn:

għad-detezzjoni tad-datur tal-implusi taċ-ċaqlieq

0 %

p/st

31.12.2018

*ex 9031 80 38

25

Sensur semikonduttur elettroniku biex ikejjel l-aċċellerazzjoni u/jew ir-rata angulari:

tat-tip użat għall-inkorporazzjoni fi prodotti tal-Kapitoli 84-90 u tal-Kapitolu 95

0 %

p/st

31.12.2019

*ex 9401 90 80

20

Longeron bi ħxuna ta' 0,8 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 3,0 mm, użat fil-manifattura ta' sedili tal-karozza li jitilgħu u jinżlu

 (1)

0 %

p/st

31.12.2018

ex 9607 20 10

10

Slajders, tejp dejjaq bi snien taż-żipp immuntati, pinnijiet/kaxxi u partijiet oħrajn tal-qafliet slajd, ta' metall ta' bażi għall-użu fil-manifattura taż-żippijiet

 (1)

0 %

-

31.12.2020

ex 9607 20 90

10

Strippi dojoq immuntati bi scoops ta' katina tal-plastik għall-użu fil-manifattura taż-żippijiet

 (1)

0 %

-

31.12.2020

(1)

Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni  (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(2)

Madankollu, is-sospensjoni tat-tariffi doganali ma għandhiex tapplika meta l-ipproċessar isir minn impriżi tal-forniment tal-ikel jew li jbiegħu bl-imnut.

(3)

Id-dazju ad valorem biss huwa sospiż. Id-dazju speċifiku għandu jkompli japplika.

*

Sospensjoni relatata ma’ prodott fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1344/2011 li għalih il-kodiċi NM jew TARIC jew id-deskrizzjoni tal-prodott ġew modifikati b’dan ir-Regolament.

Anness II

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

*ex 2008 99 91

10

*ex 2009 89 99

94

*ex 2106 10 20

10

*ex 2805 19 90

10

*ex 2836 99 17

20

*ex 2903 39 29

10

*ex 2916 39 90

20

*ex 2922 29 00

60

*ex 2935 00 90

41

*ex 3201 90 90

40

ex 3204 17 00

70

*ex 3212 10 00

10

*ex 3701 30 00

10

*ex 3824 90 92

62

*ex 3901 10 10

30

ex 3901 30 00

80

*ex 3901 90 90

60

*ex 3901 90 90

82

*ex 3919 10 80

67

*ex 3919 90 00

46

*ex 3919 90 00

48

*ex 3920 20 29

92

*ex 3920 20 29

93

*ex 3920 99 59

60

*ex 6804 21 00

10

*ex 6813 89 00

10

ex 7606 12 92

40

*ex 7607 20 90

30

*ex 8407 90 10

10

*ex 8408 90 43

30

*ex 8408 90 45

20

*ex 8408 90 47

30

ex 8408 90 47

40

*ex 8479 89 97

60

*ex 8482 10 10

20

*ex 8501 32 00

60

*ex 8501 33 00

15

*ex 8507 10 20

30

*ex 8507 60 00

63

*ex 8508 70 00

10

*ex 8512 20 00

10

ex 8512 90 90

10

*ex 8525 80 19

25

ex 8526 91 20

80

ex 8527 29 00

10

*ex 8529 90 92

35

*ex 8529 90 92

36

*ex 8529 90 92

55

*ex 8535 90 00

20

*ex 8537 10 91

40

*ex 8537 10 99

96

*ex 8708 30 10

10

*ex 8714 91 30

24

*ex 8714 91 30

34

*ex 8714 91 30

71

*ex 9001 50 41

20

*ex 9001 50 49

20

*ex 9001 50 80

20

*ex 9025 80 40

40

*ex 9029 10 00

20

*ex 9031 80 38

40

*ex 9401 90 80

20

*

Sospensjoni relatata ma’ prodott fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1344/2011 li għalih il-kodiċi NM jew TARIC jew id-deskrizzjoni tal-prodott ġew modifikati b’dan ir-Regolament.

Top