Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0088

Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

COM/2016/088 final

Brussell, 26.2.2016

COM(2016) 88 final

Rakkomandazzjoni għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi l-istrument legali għar-Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni tal-Protokoll, mill-Kummissjoni Ewropea, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(i)Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni tal-Protokoll, mill-Kummissjoni Ewropea, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

Din il-proposta hija ppreżentata b’mod konġunt ma’:

(ii)Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha;

(iii)Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha;

Skont l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Kroazja għandha taderixxi għall-ftehimiet internazzjonali ffirmati jew konklużi mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha permezz ta’ protokoll għal dawk il-ftehimiet.

Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, minn issa ’il quddiem imsejjaħ bħala "l-Ftehim", kien iffirmat fil-11 ta' Ottubru 2004 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2010.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2012 1 awtorizzat lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati, sabiex jiġu konklużi l-protokolli rilevanti. In-negozjati mar-Repubblika tat-Taġikistan ġew konklużi b’suċċess billi ġie inizjalat il-Protokoll.

Il-Protokoll propost jinkorpora lir-Repubblika tal-Kroazja bħala parti kontraenti għall-Ftehim u jorbot lill-UE biex tipprovdi l-verżjoni awtentika tal-Ftehim bil-Kroat.

Il-Kummissjoni qieset li r-riżultati tan-negozjati huma sodisfaċenti u titlob lill-Kunsill biex jirrakkomanda Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

Rakkomandazzjoni għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, għandu jkun hemm qbil dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), permezz ta' protokoll għal dan il-Ftehim.

(2)Fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati 2 . In-negozjati ġew konklużi b’suċċess mar-Repubblika tat-Taġikistan permezz tat-tnedija tal-Protokoll.

(3)Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Protokoll għandha tiġi approvata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(4)L-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll huma soġġetti għal proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu Uniku

Il-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, hija b'dan approvata.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għall-adattament tal-ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-Unjoni Ewropea, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (Dokument tal-Kunsill 13351/12 RISTRETT).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għall-adattament tal-ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-Unjoni Ewropea, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (Dokument tal-Kunsill 13351/12 RISTRETT).
Top