Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0070

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea

COM/2016/070 final - 2016/042 (NLE)

Brussell, 18.2.2016

COM(2016) 70 final

2016/0042(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-proposta annessa tikkostitwixxi l-istrument legali għall-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Protokoll").

Skont l-Atti tal-Adeżjoni tagħhom fl-2003, l-2005 u l-2011 rispettivament, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, ir-Repubblika tal-Kroazja jaċċedu għall-ftehimiet internazzjonali ffirmati jew konklużi mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha permezz ta’ protokoll ma’ dawk il-ftehimiet.

Il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, ġie ffirmat fi Brussell fil-25 ta’ Mejju 1998 (il-Ftehim bħalissa għaddej minn ratifika u għadu ma daħalx fis-seħħ).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2012 1 awtorizzat lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati, sabiex jiġu konklużi l-protokolli rilevanti. In-negozjati mat-Turkmenistan ġew konklużi b’suċċess billi ġie inizjalat il-Protokoll.

Il-Protokoll propost jinkorpora r-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka bħala parti kontraenti għall-Ftehim u jorbot lill-UE biex tipprovdi l-verżjoni awtentika tal-Ftehim bil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Estonjana, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Rumena, Slovakka u Slovena.

Il-Kummissjoni tqis ir-riżultati tan-negozjati bħala sodisfaċenti u titlob lill-Kunsill biex jawtorizza l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll.

2016/0042 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-2003 tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-2011 tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, l-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, l-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011 tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) għandha tiġi miftiehma permezz ta’ protokoll mal-Ftehim. Skont l-Artikolu 6(2) tal-Atti ta' Adeżjoni tal-2003, l-2005 u l-2011, għal tali adeżjonijiet għandha tapplika proċedura simplifikata, li permezz tagħha jiġi konkluż protokoll mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u mill-pajjiżi terzi kkonċernati.

(2)Fit-8 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, biex tinnegozja mat-Turkmenistan Protokoll mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea.

(3)Fit-23 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, biex tinnegozja mat-Turkmenistan Protokoll mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea.

(4)Fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati 2 dwar l-adattament tal-ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-Unjoni Ewropea, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

(5)Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjoni f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea hija b'dan awtorizzata, soġġetta għall-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi.

It-test tal-Protokoll ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna(i) li jkollhom is-setgħa jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati għall-adattament tal-ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-Unjoni Ewropea, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (id-Dokument tal-Kunsill 13351/12 RISTRETT).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għall-adattament tal-ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-Unjoni Ewropea, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (Dokument tal-Kunsill 13351/12 RISTRETT).
Top

Brussell, 18.2.2016

COM(2016) 70 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea


PROTOKOLL
MAL-FTEHIM TA' SĦUBIJA U KOOPERAZZJONI

BEJN IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHOM, MINN NAĦA WAĦDA,

U T-TURKMENISTAN, MIN-NAĦA L-OĦRA,

BIEX TITQIES L-ADEŻJONI

TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

U R-REPUBBLIKA SLOVAKKA

MAL-UNJONI EWROPEA

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Istati Membri”,

kif ukoll

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Unjoni",

kif ukoll

Il-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Euratom”

   minn naħa waħda,

KIF UKOLL

IT-TURKMENISTAN

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħa "l-Partijiet Kontraenti,"


BILLI l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fil-25 ta' Mejju 1998;

FILWAQT LI TITQIES l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007, u l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013;

BILLI, skont l-Artikolu 6(2) tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (l-Att ta' Adeżjoni tal-2003), l-adeżjoni tagħhom mal-Ftehim għandha tiġi miftiehma b'konklużjoni ta' protokoll mal-Ftehim;

BILLI, skont l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea ("l-Att ta' Adeżjoni tal-2005"), l-adeżjoni tagħhom mal-Ftehim għandha tiġi miftiehma b'konklużjoni ta' protokoll mal-Ftehim;

BILLI, skont l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ("l-Att ta' Adeżjoni tal-2011"), l-adeżjoni tagħha mal-Ftehim għandha tiġi miftiehma permezz tal-konklużjoni ta' protokoll mal-Ftehim;

FTIEHMU kif ġej:



ARTIKOLU 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka b’dan jaċċedu bħala Partijiet mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra ("il-Ftehim") u rispettivament jadottaw u jieħdu nota, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, Skambji ta’ Ittri, u d-Dikjarazzjoni mit-Turkmenistan annessi mal-Att Finali ffirmat fl-istess data.

ARTIKOLU 2

Wara l-iffirmar ta’ dan il-Protokoll, l-Unjoni tikkomunika lill-Istati Membri tagħha u lit-Turkmenistan dan il-Ftehim bil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Estonjana, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Rumena, Slovakka u Slovena. Soġġetti għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, il-verżjonijiet bil-lingwi msemmija fl-ewwel sentenza ta’ dan l-Artikolu jsiru awtentiċi bl-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet bil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola, Żvediża u Turkmena tal-Ftehim.

ARTIKOLU 3

Dan il-Protokoll ikun parti integrali tal-Ftehim.



ARTIKOLU 4

1.    Dan il-Protokoll jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti, skont il-proċeduri tagħhom stess. Il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri neċessarji għal dan l-għan. L-istrumenti ta' approvazzjoni jiġu depożitati għand is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.    Soġġett għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

ARTIKOLU 5

Dan il-Protokoll huwa mfassal f'żewġ eżemplari bil-Bulgaru, bil-Kroat, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bl-Ungeriż, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż u bit-Turkmen, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti, mogħtija s-setgħa għal dan l-effett,

Iffirmaw dan il-Protokoll.

Magħmul fi …, fi …jum ta' …tas-sena ...

GĦALL-UNJONI EWROPEA, L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

GĦAT-TURKMENISTAN

Top