Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0068

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat Doganali stabbilit bil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fejn tidħol il-bidla tal-Protokoll II ta' dak il-Ftehim, li jittratta d-definizzjoni tal-kunċett ta’ "prodotti oriġinarji" u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li, fejn jidħlu r-regoli tal-oriġini, ikun jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

    COM/2016/068 final - 2016/040 (NLE)

    Brussell, 16.2.2016

    COM(2016) 68 final

    2016/0040(NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat Doganali stabbilit bil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fejn tidħol il-bidla tal-Protokoll II ta' dak il-Ftehim, li jittratta d-definizzjoni tal-kunċett ta’ "prodotti oriġinarji" u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li, fejn jidħlu r-regoli tal-oriġini, ikun jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

    Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji 1 ("il-Konvenzjoni") tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar l-oriġini ta' prodotti kkummerċjati skont il-Ftehimiet rilevanti konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti. L-UE ffirmat il-Konvenzjoni fil-15 ta’ Ġunju 2011. Ir-Repubblika tal-Moldova talbet biex taderixxi għall-Konvenzjoni tas-17 ta’ Lulju 2013, u bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 2 tal-21 ta’ Mejju 2014 2 il-Kumitat Konġunt tal-Konvenzjoni ddeċieda li r-Repubblika tal-Moldova għandha tiġi mistiedna taderixxi għall-Konvenzjoni..

    L-UE u r-Repubblika tal-Moldova ddepożitaw l-istrument tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u fil-31 ta' Lulju 2015, rispettivament. Għaldaqstant, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tagħha, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-UE u fir-Repubblika tal-Moldova fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Settembru 2015 rispettivament.

    L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jistipula li kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b'mod effettiv. Għal dan il-għan, is-Sottokumitat Doganali stabbilit bil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra 3 , għandu jadotta Deċiżjoni li tibdel il-Protokoll II dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ "prodotti oriġinarji" u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li, fejn jidħlu r-regoli tal-oriġini, ikun jirreferi għall-Konvenzjoni. Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-UE fis-Sottokumitat Doganali għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill.

    2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

    Il-bażi ġuridika

    Il-bażi ġuridika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill hija l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Is-sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

    Il-proposta hi fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni.

    L-għażla tal-istrument

    L-istrument li qed jiġi propost: Deċiżjoni tal-Kunsill.

    3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET KONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati

    L-Istati Membri tal-UE ġew infurmati bl-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill fit-Taqsima tal-Oriġini tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali tat-30 ta' Settembru 2015.

    Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

    Ma kienx hemm bżonn jintalab għarfien espert estern.

    Il-valutazzjoni tal-impatt

    Barra minn hekk, ma kienx hemm bżonn issir valutazzjoni tal-impatt għax l-emendi proposti għandhom natura teknika u ma jolqtux is-sustanza tal-protokoll dwar ir-regoli tal-oriġini li hemm fis-seħħ bħalissa.

    2016/0040 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat Doganali stabbilit bil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fejn tidħol il-bidla tal-Protokoll II ta' dak il-Ftehim, li jittratta d-definizzjoni tal-kunċett ta’ "prodotti oriġinarji" u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li, fejn jidħlu r-regoli tal-oriġini, ikun jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)Il-Protokoll II tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra 4 , ("il-Ftehim"), għandu x'jaqsam mad-definizzjoni tal-kunċett ta’ "prodotti oriġinarji" u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva ("il-Protokoll II").

    (2)Ħafna mill-kwistjonijiet tal-kummerċ u relatati mal-kummerċ fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, inkluż tal-Protokoll II, ilhom jiġu applikati proviżorjament mill-1 ta’ Settembru 2014.

    (3)Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji 5 ("il-Konvenzjoni") tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar l-oriġini ta' prodotti kkummerċjati skont ftehimiet rilevanti konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti.

    (4)L-Unjoni ffirmat il-Konvenzjoni fil-15 ta’ Ġunju 2011. Bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 2 tal-21 ta’ Mejju 2014 6 il-Kumitat Konġunt tal-Konvenzjoni ddeċieda li jistieden lir-Repubblika tal-Moldova biex taderixxi għall-Konvenzjoni.

    (5)L-Unjoni u r-Repubblika tal-Moldova ddepożitaw l-istrument tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u fil-31 ta' Lulju 2015, rispettivament. Għaldaqstant, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-Unjoni u fir-Repubblika tal-Moldova fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Settembru 2015 rispettivament.

    (6)L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprovdi li kull Parti Kontraenti għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b'mod effettiv. Għal dan il-għan, is-Sottokumitat Doganali stabbilit bil-Ftehim għandu jadotta deċiżjoni li tibdel il-Protokoll II bi Protokoll ġdid li, fejn jidħlu r-regoli tal-oriġini, ikun jirreferi għall-Konvenzjoni.

    (7)Għalhekk il-pożizzjoni tal-Unjoni fis-Sottokumitat Doganali għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat Doganali stabbilit bil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fejn tidħol il-bidla tal-Protokoll II ta' dak il-Ftehim, li jitratta d-definizzjoni tal-kunċett ta’ "prodotti oriġinarji" u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li, fejn jidħlu r-regoli tal-oriġini, ikun jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali, mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat Doganali jistgħu jaqblu dwar bidliet żgħar fl-abbozz tad-deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali, mingħajr ebda deċiżjoni oħra tal-Kunsill.

    Artikolu 2

    Id-deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    (1) ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.
    (2) ĠU L 217, 23.7.2014, p. 88.
    (3) ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.
    (4) ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.
    (5) ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.
    (6) ĠU L 217, 23.7.2014, p. 88.
    Top

    Brussell, 16.2.2016

    COM(2016) 68 final

    ANNESS

    Hemża

    ta' [...]

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat Doganali stabbilit bil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fejn tidħol il-bidla tal-Protokoll II ta' dak il-Ftehim, li jittratta d-definizzjoni tal-kunċett ta’ "prodotti oriġinarji" u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li, fejn jidħlu r-regoli tal-oriġini, ikun jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji


    Abbozz

    ID-DEĊIŻJONI Nru … TAS-SOTTOKUMITAT DOGANALI TAL-UNJONI EWROPEA U TAR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

    li

    tibdel il-Protokoll II tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, li għandu x'jaqsam mad-definizzjoni tal-kunċett ta’ "prodotti oriġinarji" u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva

    Is-Sottokumitat Doganali tal-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Moldova,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra 1 , u b'mod partikolari l-Artikolu 144(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Protokoll II tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, li għandu x'jaqsam mad-definizzjoni tal-kunċett ta’ "prodotti oriġinarji" u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva,

    Billi:

    (1)L-Artikolu 144(2) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, ("il-Ftehim") jirreferi għall-Protokoll II tal-Ftehim ("il-Protokoll II") li jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini u jipprevedi għall-kumulazzjoni tal-oriġini bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova.

    (2)Ħafna mill-kwistjonijiet tal-kummerċ u relatati mal-kummerċ fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, inkluż il-Protokoll II, ilhom jiġu applikati proviżorjament mill-1 ta’ Settembru 2014.

    (3)L-Artikolu 38 tal-Protokoll II jipprovdi li s-Sottokumitat Doganali previst bl-Artikolu 200 tal-Ftehim jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.

    (4)Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji 2 (“il-Konvenzjoni”) għandha l-għan li b'att legali wieħed tibdel il-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li hemm fis-seħħ bħalissa fost il-pajjiżi taż-żona pan-Ewro-Mediterranja.

    (5)L-Unjoni ffirmat il-Konvenzjoni fil-15 ta’ Ġunju 2011. Bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 2 tal-21 ta’ Mejju 2014 3 il-Kumitat Konġunt tal-Konvenzjoni ddeċieda li jistieden lir-Repubblika tal-Moldova biex taderixxi għall-Konvenzjoni.

    (6)L-Unjoni u r-Repubblika tal-Moldova ddepożitaw l-istrument tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u fil-31 ta' Lulju 2015, rispettivament. Għaldaqstant, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-Unjoni u fir-Repubblika tal-Moldova fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Settembru 2015 rispettivament.

    (7)Għalhekk il-Protokoll II għandu jinbidel bi Protokoll ġdid li jagħmel referenza għall-Konvenzjoni.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll II tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, li għandu x'jaqsam mad-definizzjoni tal-kunċett ta’ "prodotti oriġinarji" u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Din tapplika minn...

    Magħmul fi

       Għas-Sottokumitat Doganali

       Il-President

    Anness

    Il-Protokoll II

    dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ "prodotti oriġinarji" u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva

    Artikolu 1

    Ir-regoli tal-oriġini applikabbli

    1.    Għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, għandhom japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji 4 ("il-Konvenzjoni").

    2.    Ir-referenzi kollha għall-'ftehim rilevanti' fl-Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni għandhom jitqiesu li qed jirreferu għal dan il-Ftehim.

    Artikolu 2

    Is-soluzzjoni għat-tilwim

    1.    Meta jinqala' xi tilwim b'rabta mal-proċeduri ta' verifika tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, li ma jkunx jista' jissolva bejn l-awtoritajiet doganali li jkunu qed jitolbu l-verifika u l-awtoritajiet doganali li jkunu responsabbli biex iwettqu din il-verifika, it-tilwim għandu jitressaq quddiem is-Sottokumitat Doganali. Id-dispożizzjonijiet dwar il-mekkaniżmu tas-soluzzjoni għat-tilwim fil-Kapitolu 14 (is-Soluzzjoni tat-Tilwim) tat-Titolu V (Kwistjonijiet tal-Kummerċ u relatati mal-Kummerċ) ta' dan il-Ftehim ma għandhomx japplikaw.

    2.    Fil-każijiet kollha, is-soluzzjoni għat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur għandha timxi skont il-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż.

    Artikolu 3

    Emendi fil-Protokoll

    Is-Sottokumitat Doganali jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

    Artikolu 4

    Irtirar mill-Konvenzjoni

    1.    Jekk l-Unjoni Ewropea jew ir-Repubblika tal-Moldova tavża bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni bl-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni skont l-Artikolu 9 tagħha, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova għandhom jibdew negozjati minnufih fuq ir-regoli tal-oriġini għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

    2.    Sakemm jidħlu fis-seħħ ir-regoli tal-oriġini li jkun għadhom kemm ġew negozjati, għal dan il-Ftehim għandhom jibqgħu japplikaw ir-regoli tal-oriġini li hemm fl-Appendiċi I u, meta xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, applikabbli waqt l-irtirar. Iżda waqt l-irtirar ir-regoli tal-oriġini li hemm fl-Appendiċi I u, meta jkun il-każ, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, għandhom jiġu interpretati b'mod li jippermettu akkumulazzjoni bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova biss.

    Artikolu 5

    Dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni – kumulazzjoni

    Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, meta l-kumulazzjoni tinvolvi biss lill-Istati tal-EFTA, lill-Gżejjer Faeroe, lill-Unjoni Ewropea, lit-Turkija, lill-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, u lir-Repubblika tal-Moldova, il-prova tal-oriġini tista' tkun ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.

    (1) ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.
    (2) ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.
    (3) ĠU L 217, 23.7.2014, p. 88.
    (4) ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.
    Top