Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016DC0181

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL IT-TMIEN RAPPORT FINANZJARJU TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-FOND AGRIKOLU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP RURALI (FAEŻR) GĦAS-SENA FINANZJARJA 2014

COM/2016/0181 final

Brussell, 6.4.2016

COM(2016) 181 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

IT-TMIEN RAPPORT FINANZJARJU TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-FOND AGRIKOLU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP RURALI (FAEŻR)
GĦAS-SENA FINANZJARJA 2014

{SWD(2016) 111 final}


Werrej

1.Il-proċedura baġitarja

1.1.Abbozz tal-Baġit (AB) 2014

1.2.L-adozzjoni tal-Baġit tal-2014

1.3.L-adozzjoni tal-Baġits Emendatorji

2.Il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet

2.1.Il-ġestjoni tal-Approprjazzjonijiet ta’ Impenn

2.1.1.Programmi ta' żvilupp rurali tal-FAEŻR

2.1.2.L-għajnuna teknika

2.2.Il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

2.2.1.Programmi ta' żvilupp rurali tal-FAEŻR

2.2.2.Assistenza teknika

3.Implimentazzjoni tal-baġit tal-FAEŻR tal-2014

3.1.Introduzzjoni

3.2.Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

3.2.1.Programmi ta' żvilupp rurali tal-FAEŻR

3.2.2.Għajnuna teknika

3.3.L-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

3.3.1.Programmi ta' żvilupp rurali tal-FAEŻR

3.3.2.Għajnuna teknika

3.4.Analiżi tan-nefqa ddikjarata skont l-assi u skont il-miżura - Perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013

3.5.L-implimentazzjoni tal-programmi tal-FAEŻR - Il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013

1.    Il-proċedura baġitarja

1.1.    Abbozz tal-Baġit (AB) 2014

L-Abbozz tal-Baġit (AB) 2014 ġie adottat mill-Kummissjoni u propost lill-Awtorità Baġitarja fit-28 ta’ Ġunju 2013.

L-Abbozz tal-Baġit għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) taħt l-intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013 kien jammonta għal
EUR 10 340 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament. Ma ntalbux approprjazzjonijiet ta' impenn għas-sena 2014 billi l-perjodu ta' programmazzjoni l-antik spiċċa fl-2013. L-abbozz tal-baġit tal-2014 għall-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid 2014-2020 kien jammonta għal EUR 13 987 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u għal EUR 1 312-il miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Tabella 1

Partita tal-Baġit

Approprjazzjonijiet ta’ impenn
(f’EUR)

Approprjazzjonijiet ta’ pagament
(f’EUR)

2007-2013

05.040501 (Programmi ta' Żvilupp Rurali)

-

10 333 305 000

05.040502 (Għajnuna teknika għat-tħaddim)

-

6 433 956

2014-2020

05.046001 (Programmi ta' Żvilupp Rurali)

13 970 049 059

1 303 887 960

05.046002 (Għajnuna teknika għat-tħaddim)

17 222 000

7 748 500

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-Abbozz tal-Baġit tal-2014 fit-2 ta' Settembru 2013. L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-programmi tal-FAEŻR tnaqqsu b’EUR 4,6 miljun għall-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti u b' EUR 50 miljun għall-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid, meta mqabbla mal-Abbozz tal-Baġit tal-Kummissjoni filwaqt li l-impenji baqgħu ma nbidlux. Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-23 ta' Ottubru 2013 u b’hekk irrestawra l-proposta tal-Kummissjoni. Il-proċedura ta’ Konċiljazzjoni rriżultat fi ftehim bejn iż-żewġ istituzzjonijiet. Fit-12 ta’ Novembru 2013, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew qablu dwar pakkett ta’ kompromess.

1.2.    L-adozzjoni tal-Baġit tal-2014

L-Abbozz tal-Baġit ġie approvat mill-Parlament permezz ta’ vot fl-20 ta’ Novembru 2013. Il-baġit li ġie vvotat għall-FAEŻR fil-kapitolu 05 04 ammonta għal EUR 10 336 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 u EUR 13 987 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 1 275 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament għall-perjodu 2014-2020.

Tabella 2

Partita tal-Baġit

Approprjazzjonijiet ta’ impenn
(f’EUR)

Approprjazzjonijiet ta’ pagament
(f’EUR)

05.040501 (Programmi ta' Żvilupp Rurali 2007-2013)

-

10 329 896 149

05.040502 (Għajnuna teknika 2007-2013)

-

6 433 956

05.046001 (Programmi ta' Żvilupp Rurali 2014-2020)

13 970 049 059

1 267 275 423

05.046002 (Għajnuna teknika 2014-2020)

17 222 000

7 748 500

1.3.    L-adozzjoni tal-Baġits Emendatorji

Il-Baġit Emendatorju Nru 2 ġie adottat fis-17 ta' Diċembru 2014. Dan naqqas l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Programmi tal-Iżvilupp Rurali 2014-2020 b'EUR 20 miljun.

2.    Il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet

2.1.    Il-ġestjoni tal-Approprjazzjonijiet ta’ Impenn

2.1.1.    Programmi ta' żvilupp rurali tal-FAEŻR

Il-Baġit tal-2014 ma kienx fih approprjazzjonijiet ta' impenn għall-programmi tal-2007-2013 tal-FAEŻR, filwaqt li l-approprazzjonijiet ta' impenn għall-FAEŻR 2014-2020 ammontaw għal EUR 13 970 miljun.

Tabella 3

Ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-2014 – FAEŻR

Partita tal-Baġit

05.040501

(ammonti f’euro)

Partita tal-Baġit

05.046001

(ammonti f’euro)

Approprjazzjonijiet fil-bidu tal-2014

-

13 970 049 059

Riport mill-2013

-

0

Approprjazzjonijiet disponibbli fl-2014

-

13 970 049 059

Approprjazzjonijiet użati fl-2014

-

3 294 627 697

2.1.2.    L-għajnuna teknika

L-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jistipula li l-FAEŻR jista' juża sa 0,25% tal-allokazzjoni annwali tiegħu biex, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jiffinanzja l-azzjonijiet ta' għajnuna teknika meħtieġa biex jimplimenta l-politika ta' żvilupp rurali u, b'mod partikolari, l-ispejjeż biex jiġu stabbiliti u jitħaddmu n-netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali u n-netwerk tal-Isħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP). Fil-baġit tal-2014, l-ammont oriġinali disponibbli għal dan l-iskop kien ta' EUR 17,2 miljun. Minn dan l-ammont, EUR 0,7 miljun ġew allokati mill-ġdid għal partiti oħra tal-baġit. Fi tmiem l-2014, l-ammont totali tal-impenn kien ta' EUR 11,9 miljun.

2.2.    Il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

2.2.1.    Programmi ta' żvilupp rurali tal-FAEŻR

Għall-programmi tal-2007 sal-2013, l-approprjazzjonijiet ta' pagament tal-baġit ivvutat tal-2014 ammontaw għal EUR 10 330 miljun. Barra minn hekk, id-dħul assenjat disponibbli, jew dak riportat mill-2013 jew dak miġbur matul is-sena, ammonta għal EUR 149,9 miljun. Tul is-sena, is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-baġit u l-analiżi tal-previżjonijiet ippreżentati mill-Istati Membri wrew li kienu meħtieġa EUR 536,4 miljun oħra f'approprjazzjonijiet ta' pagament. Din il-ħtieġa addizzjonali ġiet koperta minn trasferimenti mill-programmi tal-2014 sal-2020 u mil-linji tal-għajnuna teknika.

L-ammont totali li tħallas lill-Istati Membri għall-programmi tal-FAEŻR 2007-2013, fl-2014 wasal għal EUR 10 947 miljun. EUR 69 miljun tad-dħul assenjat ġew riportati awtomatikament għall-2015.

Għall-programmi tal-2014 sal-2020, l-approprjazzjonijiet ta' pagament tal-baġit ivvutat ammontaw għal EUR 1 267 miljun. Minn dan l-ammont, EUR 225 miljun biss intużaw fl-2014, minħabba l-adozzjoni tardiva ta' programmi ta' żvilupp rurali ġodda. Rigward l-eċċess, parti tpoġġiet disponibbli għall-programmi ta' qabel (EUR 532 miljun) u l-bqija ddaħħal fit-Trasferiment tal-Aħħar tas-Sena (EUR 490 miljun) jew fil-Baġit Emendatorju Nru 2/2014 (EUR 20 miljun).

Tabella 4

Il-ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2014

(f'euro)

FAEŻR (2007-2013)

Il-Partita tal-Baġit - 05.040501

Approprjazzjonijiet fil-bidu tal-2014

10 329 896 149

Dħul assenjat li ġie ttrasferit mill-2013

80 494 135

Dħul assenjat li nġabar fl-2014

69 413 811

Trasferimenti mill-Programmi ta' Żvilupp Rurali u mil-linji tal-għajnuna teknika

536 390 000

Approprjazzjonijiet disponibbli fl-2014

11 016 194 095

Approprjazzjonijiet użati fl-2014

10 947 350 314

FAEŻR (2014-2020)

Il-Partita tal-Baġit - 05.046001

Approprjazzjonijiet fil-bidu tal-2014

1 267 275 423

Trasferiment għall-programmi tal-2007 sal-2013

- 532 190 000

Baġit Emendatorju Nru 2/2014

- 20 000 000

Trasferiment tal-aħħar tas-sena

- 490 090 023

Approprjazzjonijiet disponibbli fl-2014

224 995 400

Approprjazzjonijiet użati fl-2014

224 989 886

2.2.2.    Assistenza teknika

L-approprjazzjonijiet ta' pagament totali tal-baġit tal-2014 ammontaw għal EUR 14,2 miljun. Minn dan l-ammont, EUR 6,4 miljun kienu marbuta ma' ħtiġijiet pendenti tal-programmi 2007-2013 (impenji pendenti tal-partita tal-baġit 05.040502) filwaqt li EUR 7,7 miljun kien l-ammont allokat għall-għajnuna teknika tal-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid (il-partita nru 05.046002). Fi tmiem is-sena, il-pagamenti totali laħqu EUR 8,4 miljun, filwaqt li EUR 4,2 miljun ġew allokati mill-ġdid biex jirrinfurzaw il-programmi tal-2007 sal-2013.

3.    Implimentazzjoni tal-baġit tal-FAEŻR tal-2014

3.1.    Introduzzjoni

L-aħħar impenji tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007 sal-2013 ġew allokati fis-sena finanzjarja 2013. Rigward il-pagamenti, il-pass tal-implimentazzjoni ta' programmi ta' żvilupp rurali li ġew irreġistrati fl-2014 baqa' għaddej b'livell għoli, minkejja li fil-każ ta' xi wħud mill-programmi d-dikjarazzjonijiet tal-infiq ma ġewx rimburżati kompletament minħabba l-applikazzjoni tal-limitu massimu ta' 95%. It-twettiq fl-2014 jirrappreżenta 83,5% tat-twettiq tal-2012, li huwa l-ogħla twettiq irreġistrat f'dan il-perjodu ta' programmazzjoni.

3.2.    Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

3.2.1.    Programmi ta' żvilupp rurali tal-FAEŻR

Fl-2014, l-approprjazzjonijiet ta' impenn kienu disponibbli biss għall-programmi tal-FAEŻR tal-2014 sal-2020. Il-baġit ivvotat tal-2014 kien jammonta għal EUR 13 970 miljun, iżda minħabba l-adozzjoni tardiva tal-programmi ma setax jiġi impenjat l-ammont kollu. Għaldaqstant, għall-programmi li ma ġewx adottati, kien hemm il-bżonn jew li jiġu pprogrammati mill-ġdid l-allokazzjonijiet, jew, meta kienu sodisfatti r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) 966/2012, l-approprjazzjonijiet korrispondenti kellhom jiġu riportati għas-sena 2015.

It-Tabella 5 turi l-allokazzjoni stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-17/12/2013 kif emendat bir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/791 tas-27/04/2015 (jiġifieri bl-ipprogrammar) għal programmi tal-FAEŻR ġodda, u l-ammonti impenjati għal kull Stat Membru fl-2014.

Tabella 5

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 mqabbla mal-ammonti impenjati fit-tmiem tal-2014:

Partita tal-baġit: 05.046001

 

(f'euro)

Stat Membru

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

- Fondi tal-UE 2014

Ammonti riportati għal impenn fl-2014

Ammonti impenjati fis-sena baġitarja 2014

 

(a)

(b)

(c=a+b)

AT

557 806 503

-

557 806 503

BE

40 855 562

-

-

BG

-

-

-

CY

-

-

-

CZ

-

-

-

DE

664 601 903

-

234 970 693

DK

90 287 658

-

90 287 658

EE

103 626 144

-

-

ES

-

-

-

FI

335 440 884

-

332 522 548

FR

4 353 019

-

-

GR

-

-

-

HR

-

-

-

HU

-

-

-

IE

-

-

-

IT

-

-

-

LT

230 392 975

-

-

LU

-

-

-

LV

138 327 376

-

-

MT

-

-

-

NL

87 118 078

-

-

PL

1 569 517 638

-

1 569 517 638

PT

577 031 070

-

509 522 657

RO

-

-

-

SE

-

-

-

SI

118 678 072

-

-

SK

   271 154 575

-

-

UK

475 531 544

-

-

Total

5 264 723 001

-

3 294 627 697

3.2.2.    Għajnuna teknika

It-Tabella 6 turi l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-għajnuna teknika kkunsmati fl-2014. Il-parti l-iktar importanti tirrigwarda n-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Tabella 6

Għajnuna teknika - Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

Partita tal-Baġit: 05.046002

(f'euro)

Deskrizzjoni

Ammont impenjat

Punt ta’ kuntatt għan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

4 000 000

Gruppi ta’ esperti / Kumitat ta’ koordinazzjoni / Seminars (ENRD)

1 087 693

SEI (Sit web u Faċilità tan-Netwerk)

2 569 923

L-Informatika

1 927 013

Protezzjoni tas-simboli

290 443

Avvenimenti

1 000 000

Netwerk Ewropew tal-Evalwazzjoni (helpdesk tal-evalwazzjoni u kumitati esperti)

993 950

Total

11 869 022

3.3.    L-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

3.3.1.    Programmi ta' żvilupp rurali tal-FAEŻR

Għall-perjodu ta' programmazzjoni tal-2007 sal-2013, l-approprjazzjonijiet ta' pagament kollha disponibbli fil-baġit ivvutat tal-2014 ġew implimentati (EUR 10 330 miljun). Ingħataw pagamenti addizzjonali ta' EUR 81 miljun u ta' EUR 536,4 miljun bl-approprjazzjonijiet mid-dħul assenjat u minn trasferimenti minn linji tal-għajnuna teknika (05.040502 u 05.046002) u mil-linja għal programmi ġodda (05.046001). Fi tmiem l-2014, l-ammont totali mħallas għall-programmi tal-FAEŻR kien ta' EUR 10 947 miljun. EUR 68,8 miljun tad-dħul assenjat ġew riportati għall-2015

Għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 tħallas biss il-prefinanzjament fl-ammont ta' EUR 225 miljun.

It-Tabella 7 ta’ hawn taħt turi t-tqassim tal-pagamenti li saru fl-2014 skont il-perjodu ta’ dikjarazzjoni:

Tabella 7

Pagamenti 2014 għall-programmi ta' żvilupp rurali tal-FAEŻR (f'miljuni ta' euro)

2007-2013

2014-2020

Partita 05.040501

Partita 05.046001

Rimborż ta’ talbiet għal pagamenti Q3 2013

2,61

-

Rimborż ta’ talbiet għal pagament Q4 2013

4 927,28

-

Rimborż ta’ talbiet għal pagament Q1 2014

2 101,38

-

Rimborż ta’ talbiet għal pagament Q2 2014

1 711,84

-

Rimborż ta’ talbiet għal pagamenti Q3 2014

2 204,24

-

Prefinanzjament 2014-2020

-

224.99

Total tal-2014

10 947,35

224,99

Il-grafika ta’ hawn taħt tirrappreżenta l-konsum ta’ kull xahar tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament matul is-sena (minn Jannar sa Diċembru 2014) għall-programmi tal-perjodu 2007-2013. Ir-ritmu tal-konsum huwa marbut maż-żmien li fih jintbagħtu l-erba’ dikjarazzjonijiet ta’ pagamenti (il-31 ta’ Jannar, it-30 ta’ April, il-31 ta’ Lulju u l-10 ta’ Novembru għat-talbiet għal pagamenti li jikkorrispondu għal Q4 2013, Q1 2014, Q2 2014 u Q3 2014) rispettivament, skont l-Artikolu 22 (2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014.

Rigward il-programmi tal-perjodu 2014-2020, l-avvanzi kollha (EUR 225 miljun) tħallsu f'Diċembru tal-2014.

Il-grafika turi l-konsum tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kull xahar. Ir-ritmu tal-pagamenti ġie influwenzat minn diffikultajiet tat-teżor li wasslu għal dewmien ta' xi rimborżi fl-ewwel parti tal-2014 (minn Jannar sa Ġunju) u fl-aħħar tas-sena.

Grafika 1

It-tqassim skont l-Istat Membru u skont il-perjodu ta' dikjarazzjoni tal-ammonti li ħallset il-Kummissjoni għall-programmi tal-2007-2013 fis-sena baġitarja 2014 jidher fit-Tabella 8a. L-ammont totali li tħallas, EUR 10 947 miljun, huwa marbut biss ma' pagamenti interim.

Tabella 8a

Pagamenti li fil-fatt saru bejn l-01/01/2014 u l-31/12/2014

 

Il-Partita tal-Baġit 05.040501

 

(f'euro)

Stat Membru

Q3 2013

Q4 2013

Q1 2014

Q2 2014

Q3 2014

Total Kumplessiv

AT

0

244 873 999

0

0

0

244 873 999

BE

0

2 689 192

3 244 454

9 266 757

1 427 705

16 628 109

BG

0

284 557 645

24 550 102

27 675 831

56 967 049

393 750 627

CY

0

13 267 957

1 055 853

4 586 052

3 988 489

22 898 351

CZ

0

41 674 370

187 320 552

54 253 139

0

283 248 060

DE

0

477 758 847

119 748 265

96 522 148

223 278 056

917 307 316

DK

0

22 147 611

19 064 163

20 158 227

21 937 263

83 307 265

EE

0

19 809 432

42 326 220

0

0

62 135 652

EL

0

297 262 410

28 283 661

54 263 779

169 354 762

549 164 613

ES

0

495 902 738

147 877 593

103 782 522

216 625 787

964 188 641

FI

0

56 934 909

0

0

0

56 934 909

FR

0

351 132 742

165 867 656

139 255 349

141 896 984

798 152 731

HU

0

171 302 480

121 740 056

110 912 819

146 395 713

550 351 068

IE

0

0

0

0

0

0

IT

51 734

634 840 721

128 549 026

211 279 181

229 312 537

1 204 033 199

LT

0

22 936 917

119 899 042

49 775 609

39 769 642

232 381 211

LU

0

1 287 916

0

0

0

1 287 916

LV

0

51 845 146

6 941 296

0

0

58 786 443

MT

0

4 949 774

527 688

2 451 135

3 482 391

11 410 988

NL

0

24 827 909

19 292 515

44 919 341

21 976 313

111 016 078

PL

0

626 415 545

392 425 430

335 987 350

345 944 778

1 700 773 103

PT

913 213

210 553 953

154 826 061

139 415 532

177 413 253

683 122 011

RO

0

345 989 125

172 531 090

107 792 851

196 529 406

822 842 472

SE

0

178 628 972

34 930 716

7 714 548

0

221 274 236

SI

0

54 749 783

17 568 160

33 916 658

11 856 850

118 091 451

SK

0

79 574 145

25 024 890

25 142 009

18 604 336

148 345 380

UK

1 646 288

211 369 622

167 784 553

132 767 523

177 476 500

691 044 486

Total

2 611 235

4 927 283 862

2 101 379 040

1 711 838 362

2 204 237 814

10 947 350 314

Għall-programmi tal-2014 sal-2020 adottati fl-2014, l-avvanzi li tħallsu ammontaw għal EUR 224,99 miljun. It-Tabella 8b turi t-tqassim skont l-Istati Membri.

Tabella 8b

Il-prefinanzjament 2014-2020 li tħallas bejn l-01/01/2014 u l-31/12/2014

(f'euro)

Partita tal-baġit: 05.046001

Stat Membru

Ammont

AT

39 375 519,97

BE

-

BG

-

CY

-

CZ

-

DE

15 994 705.09

DK

6 294 006.90

EE

-

ES

-

FI

23 596 993.38

FR

-

GR

-

HR

-

HU

-

IE

-

IT

-

LT

-

LU

-

LV

-

MT

-

NL

-

PL

85 982 808.14

PT

53 745 852.35

RO

-

SE

-

SI

-

SK

-

UK

-

Total

224 989 885,83

It-Tabella 9 tqabbel, għal kull Stat Membru, il-pagamenti tal-FAEŻR 2007-2013 li saru fl-2014, mal-pagamenti tal-2013. Il-pagamenti totali naqsu bi 15,5 % (EUR 10,95 biljun vs 12,95 biljun).

Tabella 9

Pagmenti li saru lill-Istati Membri – Tqabbil tal-2014 mal-2013 (f'euro)

 

 

 

Stat Membru

2013

2014

Differenza 2014 vs 2013

Pagamenti interim

Prefinanzjament

Total

Pagamenti interim

Prefinanzjament

Total

(f'euro)

(f'perċentwali)

AT

526 926 131

-

526 926 131

244 873 999

-

244 873 999

-282 052 131

-53,53%

BE

52 721 009

-

52 721 009

16 628 109

-

16 628 109

-36 092 900

-68,46%

BG

396 641 691

-

396 641 691

393 750 627

-

393 750 627

-2 891 064

-0,73%

CY

23 033 218

-

23 033 218

22 898 351

-

22 898 351

-134 866

-0,59%

CZ

373 075 923

-

373 075 923

283 248 060

-

283 248 060

-89 827 863

-24,08%

DE

1 267 359 343

-

1 267 359 343

917 307 316

-

917 307 316

-350 052 027

-27,62%

DK

62 519 910

-

62 519 910

83 307 265

-

83 307 265

20 787 355

33,25%

EE

127 044 772

-

127 044 772

62 135 652

-

62 135 652

-64 909 120

-51,09%

EL

225 793 111

-

225 793 111

549 164 613

-

549 164 613

323 371 502

143,22%

ES

1 038 317 781

-

1 038 317 781

964 188 641

-

964 188 641

-74 129 140

-7,14%

FI

340 230 873

-

340 230 873

56 934 909

-

56 934 909

-283 295 964

-83,27%

FR

998 803 101

-

998 803 101

798 152 731

-

798 152 731

-200 650 370

-20,09%

HU

491 234 841

-

491 234 841

550 351 068

-

550 351 068

59 116 226

12,03%

IE

256 972 589

-

256 972 589

0

-

0

-256 972 589

-100,00%

IT

1 275 133 647

-

1 275 133 647

1 204 033 199

-

1 204 033 199

-71 100 448

-5,58%

LT

252 927 822

-

252 927 822

232 381 211

-

232 381 211

-20 546 611

-8,12%

LU

10 094 904

-

10 094 904

1 287 916

-

1 287 916

-8 806 989

-87,24%

LV

184 032 828

-

184 032 828

58 786 443

-

58 786 443

-125 246 385

-68,06%

MT

9 682 192

-

9 682 192

11 410 988

-

11 410 988

1 728 796

17,86%

NL

99 485 140

-

99 485 140

111 016 078

-

111 016 078

11 530 938

11,59%

PL

1 820 972 541

-

1 820 972 541

1 700 773 103

-

1 700 773 103

-120 199 438

-6,60%

PT

656 450 463

-

656 450 463

683 122 011

-

683 122 011

26 671 547

4,06%

RO

1 191 637 130

-

1 191 637 130

822 842 472

-

822 842 472

-368 794 658

-30,95%

SE

182 871 555

-

182 871 555

221 274 236

-

221 274 236

38 402 681

21,00%

SI

126 635 115

-

126 635 115

118 091 451

-

118 091 451

-8 543 663

-6,75%

SK

197 308 952

-

197 308 952

148 345 380

-

148 345 380

-48 963 572

-24,82%

UK

763 498 948

-

763 498 948

691 044 486

-

691 044 486

-72 454 462

-9,49%

Total

12 951 405 528

0

12 951 405 528

10 947 350 314

0

10 947 350 314

-2 004 055 214

-15,47%

3.3.2.    Għajnuna teknika

L-ammont fil-baġit tal-2014 għall-approprjazzjonijiet ta' pagament kien ta' EUR 6,4 miljun għall-programmi tal-2007-2013 u EUR 7,7 miljun għall-programmi tal-2014-2020. Parti minn dawn l-approprjazzjonijiet ġiet ittrasferita biex tkopri l-bżonnijiet ta' pagament marbutin ma' programmi ta' żvilupp rurali fil-programm tal-FAEŻR tal-2007-2013: EUR 0,8 miljun mill-perjodu ta' programmazzjoni ta' qabel u EUR 3,4 miljun mill-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid.

It-Tabella 10 minn hawn 'il quddiem turi l-pagamenti raggruppati skont l-attivitajiet ewlenin. Il-parti l-iktar importanti tirrigwarda n-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Tabella 10

Għajnuna teknika - Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

Deskrizzjoni

Ammont imħallas

Partita tal-Baġit: 05.040502

(f'euro)

In-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (Punt ta' kuntatt, gruppi esperti, kumitat ta' koordinazzjoni, seminars.)

2 333 316

Netwerk Ewropew tal-Evalwazzjoni (kumitati esperti, laqgħat...)

21 426

Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (SEI) 

988 626

L-Informatika

1 424 401

Protezzjoni tas-simboli tal-UE

308 241

Total tal-05.040502

5 076 010

Partita tal-Baġit: 05.046002

(f'euro)

In-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (gruppi esperti, kumitat ta' koordinazzjoni, seminars...)

1 076 857

Netwerk Ewropew tal-Evalwazzjoni (kumitati esperti, laqgħat...)

64 594

Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (SEI)

1 099 903

L-Informatika

694 133

Avvenimenti

400 000

Total tal-05.046002

3 335 487

Total għall-Għajnuna Teknika

8 411 497

3.4.    Analiżi tan-nefqa ddikjarata skont l-assi u skont il-miżura - Perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 

It-Tabella 11 turi t-talbiet għal pagamenti ddikjarati skont l-Istat Membru u skont l-assi/il-miżura għall-iżvilupp rurali fl-2014 (minn Q4 2013 sa Q3 2014) għall-programmi 2007-2013, in-nefqa kumulattiva ddikjarata mill-2007 sal-2013 (minn Q4 2006 sa Q3 2014) kif ukoll il-pjanijiet finanzjarji tal-programmi tal-FAEŻR (2007-2013; UE27).

Fl-2014, in-nefqa għall-FAEŻR 2007-2013 għadha kkonċentrata fuq l-assi 2 (43,7%), u wara dan fuq l-assi 1 bi 32,1%, fuq l-assi 3 bi 13,5% u fuq l-assi 4 bi 8,9%. Dan it-tqassim mill-ġdid tan-nefqa jibqa’ xi ftit differenti mit-tqassim mill-ġdid fil-pjanijiet finanzjarji għall-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013 (32,6%, 46,0%, 13,2% u 6,2% għall-assi 1 sa 4 rispettivament).

Il-miżuri tal-assi 2 jinvolvu l-aktar pagamenti annwali (eżempju miżuri agroambjentali) waqt li l-assi 1, 3 u, b'ammont inqas l-assi 4 jirrigwardaw l-aktar il-miżuri pluriennali li jeħtieġu proċedimenti iktar fit-tul biex jiġu approvati u implimentati (eżempju proġetti ta’ investiment).



Tabella 11

In-nefqa ddikjarata tal-FAEŻR fl-2014 (Q4 2013-Q3 2014) u n-Nefqa totali kumulattiva (Q4 2006 sa Q3 2014)

imqabbla mal-Pjanijiet Finanzjarji

 

In-nefqa ddikjarata fl-2014 (Q4 2013 sa Q3 2014)

In-nefqa kumulattiva ddikjarata (Q4 2006 sa Q3 2014)

Il-Pjanijiet Finanzjarji 2007-2013

Assi/Miżura tal-FAEŻR

(f'miljun ta' EUR)

(%)

(f'miljun ta' EUR)

(%)

(f'miljun ta' EUR)

(%)

111 Taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet informattivi

136,4

1,1%

655,0

0,8%

928,5

1,0%

112 Trawwim ta’ bdiewa żgħażagħ

286,2

2,4%

2 382,4

3,1%

2 949,3

3,1%

113 Irtirar bikri

335,0

2,8%

2 386.9

3,1%

2 459,1

2,6%

114 Użu ta’ servizzi ta’ konsulenza

21,9

0,2%

111,2

0,1%

167,2

0,2%

115 Twaqqif ta' servizzi ta’ ġestjoni, ta’ għajnuna u…

4,0

0,0%

28,8

0,0%

46,9

0,0%

121 Modernizzar ta’ azjendi agrikoli

1 386,2

11,5%

9 589,6

12,3%

11 888,4

12,4%

122 Titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti

44,2

0,4%

255,4

0,3%

356,4

0,4%

123 Żieda tal-valur tal-agrikoltura u tal-forestrija...

519,8

4,3%

3 510,8

4,5%

5 307,3

5,5%

124 Kooperazzjoni għall-iżvilupp ta’ prodotti ġodda

45,3

0,4%

158,6

0,2%

284,5

0,3%

125 Infrastruttura marbuta mal-iżvilupp ...

779,5

6,4%

3 117,9

4,0%

4 677,4

4,9%

126 Ristawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola

128,5

1,1%

477,1

0,6%

686,8

0,7%

131 Ilħuq tal-istandards ibbażati fuq il-Komunità...

2,2

0,0%

61,8

0,1%

67,0

0,1%

132 Parteċipazzjoni ta’ bdiewa fil-kwalità tal-ikel

14,3

0,1%

79,6

0,1%

113,6

0,1%

133 Attivitajiet informattivi u promozzjonali

23,2

0,2%

89,9

0,1%

144,9

0,2%

141 Biedja ta' semisussistenza

84,1

0,7%

693,8

0,9 %

802.1

0,8 %

142 Gruppi ta’ produtturi

34,5

0,3%

187,5

0,2%

246,5

0,3%

143 Pagamenti Diretti (BG + RO)

1,8

0,0%

8,9

0,0%

15,8

0,0%

144 Impriżi li għaddejjin minn ristrutturar

32,7

0,3%

179,6

0,2%

191,0

0,2%

Assi 1

3 879,8

32,1%

23 974,8

30,8%

31 332,7

32,6%

211 Pagamenti għal żvantaġġi naturali lil bdiewa fi ...

613,2

5,1%

6 878,8

8,8%

6 810,9

7,1%

212 Pagamenti lil bdiewa f’żoni żvantaġġati…

774,1

6,4%

7 131,2

9,1%

7 718.4

8,0%

213 Pagamenti ta’ Natura 2000 u pagamenti marbuta ..

44,4

0,4%

210,3

0,3%

274,9

0,3%

214 Pagamenti agroambjentali

2 937,2

24,3%

21 536,3

27,6%

23 522,9

24,5%

215 Pagamenti għal trattament xieraq tal-annimali

242,9

2,0%

641,8

0,8 %

891,5

0,9%

216 Investimenti mhux produttivi

131,2

1,1%

459,9

0,6%

584,2

0,6%

221 L-ewwel afforestazzjoni ta’ art agrikola

184,8

1,5%

1 410,4

1,8%

1 630,2

1,7%

222 L-ewwel twaqqif ta’ sistemi agroforestali...

0,3

0,0%

0,9

0,0%

8,9

0,0%

223 L-ewwel afforestazzjoni ta’ art mhux agrikola

22,4

0,2%

138,4

0,2%

204,1

0,2%

224 Pagamenti ta’ Natura 2000

16,7

0,1%

49,8

0,1%

72,1

0,1%

225 Pagamenti forestali ambjentali

13,1

0,1%

54,0

0,1%

106,7

0,1%

226 Ristawr tal-potenzjal forestali u ...

183,1

1,5%

1 145,3

1,5%

1 637,2

1,7%

227 Investimenti mhux produttivi

124,0

1,0%

504,4

0,6%

733,7

0,8%

Assi 2

5 287,31

43,7%

40 161,61

51,5%

44 195,65

46,0%

311 Diversifikazzjoni lejn attivitajiet mhux agrikoli

152,9

1,3%

866,9

1,1%

1 220,5

1,3%

312 Ħolqien u żvilupp ta’ negozji

212,6

1,8%

1 094,0

1,4%

1 729,0

1,8%

313 Appoġġ għal attivitajiet turistiċi

140,6

1,2%

623,4

0,8%

1 191,8

1,2%

321 Servizzi bażiċi għall-ekonomija u rurali ...

523,9

4,3%

2 487,1

3,2%

3 757,9

3,9%

322 Tiġdid u żvilupp ta’ rħula

403,2

3,3%

2 702,3

3,5%

3 337,4

3,5%

323 Konservazzjoni u titjib tal-wirt rurali...

180,6

1,5%

862,8

1,1%

1 218,8

1,3%

331 Taħriġ u informazzjoni

13,3

0,1%

71,9

0,1%

102,1

0,1%

341 Kisba ta’ kompetenzi, animazzjoni u impliment...

10,0

0,1%

83,6

0,1%

105,2

0,1%

Assi 3

1 637,21

13,5%

8 792,0

11,3%

12 662,7

13,2%

411 Implimentazzjoni ta’ strateġiji lokali ta’ żvilupp...

105,9

0,9%

251,3

0,3%

520,5

0,5%

412 Implimentazzjoni ta’ strateġiji lokali ta’ żvilupp...

13,6

0,1%

34,9

0,0%

80,0

0,1%

413 Implimentazzjoni ta’ strateġiji lokali ta’ żvilupp…

778,7

6,4%

2 486,4

3,2%

4 139,3

4,3%

421 Implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni

26,8

0,2%

73,8

0,1%

214,6

0,2%

431 Tmexxija tal-grupp ta’ azzjoni lokali, kisba …

154,4

1,3%

700,2

0,9%

964,7

1,0%

Assi 4

1 079,4

8,9%

3 546,5

4,5%

5 919,1

6,2%

511 Għajnuna Teknika

220,2

1,8%

1 053,7

1,4%

1 525,1

1,6%

611 Pagamenti Diretti (BG + RO)

-0,4

0,0%

436,6

0,6%

437,8

0,5%

Total kumplessiv

12 103,5

100,0%

77 965,3

100,0%

96 073,2

100,0%

*L-Istati Membri jiddikjaraw in-nefqa tagħhom kull tliet xhur. Madankollu għas-sena n, id-dikjarazzjonijiet Q4 jiġu ppreżentati f’Jannar tas-sena n+1. Għaldaqstant, ir-rimborżi korrispondenti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri fis-sena n ikomplu minn Q4 tas-sena n-1 sa Q3 tas-sena n.

3.5.    L-implimentazzjoni tal-programmi tal-FAEŻR - Il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013

Il-Grafika 2 tippreżenta r-rata ta’ implimentazzjoni finanzjarja tal-programmi ta' żvilupp rurali 2007-2013 għal kull Stat Membru: pagamenti mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni sal-2014, inkluż il-Q4 2014 li jiġi rrimborżat fis-sena finanzjarja 2015, meta mqabbla mal-impenji tal-perjodu 2007-2013 skont il-pjan finanzjarju. Billi l-2013 kienet l-aħħar sena li fiha saru l-impenji, ir-rata ta' implimentazzjoni hija ekwivalenti għar-rata ta' assorbiment (pagamenti li saru mill-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni mqabbla mal-allokazzjoni kollha tal-2007 sal-2013). Ir-rata medja tal-implimentazzjoni finanzjarja tal-FAEŻR għall-programmi kollha tal-FAEŻR hija ta' 91%.

Il-Grafika 2 turi li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri assorbew aktar minn 90%
tal-impenji tal-2007 sal-2013.

Sal-aħħar tal-2014, l-applikazzjoni tar-regola N+2 irriżultat f'diżimpenji relattivament żgħar għall-programmi ta’ żvilupp rurali. Dawk id-diżimpenji jammontaw għal total ta' EUR 171,7 miljun u jirrigwardaw is-snin 2008. 2009. 2010 u 2011. Id-diżimpenji fir-rigward tas-sena 2012 saru fl-2015.

Top