Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016AP0461

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa, u l-Istati Federali tal-Mikroneżja, min-naħa l-oħra, dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09780/2016 – C8-0388/2016 – 2016/0098(NLE))

    ĠU C 224, 27.6.2018, p. 203–203 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.6.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 224/203


    P8_TA(2016)0461

    Ftehim UE-Mikroneżja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa, u l-Istati Federali tal-Mikroneżja, min-naħa l-oħra, dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09780/2016 – C8-0388/2016 – 2016/0098(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2018/C 224/41)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09780/2016),

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09779/2016),

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0388/2016),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0337/2016),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Federali tal-Mikroneżja.

    Top