Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016AP0353

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Settembru 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ (COM(2015)0583 – C8-0375/2015 – 2015/0268(COD)) [Emenda 1, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor]

ĠU C 204, 13.6.2018, p. 227–295 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/227


P8_TA(2016)0353

Il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Settembru 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ (COM(2015)0583 – C8-0375/2015 – 2015/0268(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

[Emenda 1, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor]

(2018/C 204/41)

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*1)

għall-proposta tal-Kummissjoni


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0238/2016).

(*1)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.


Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew  (2),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi pass essenzjali lejn it-tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali kif stipulat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u il-Kumitat tar-Reġjuni, intitolat “Pjan ta' Azzjoni dwar il-Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali” tat-30 ta' Settembru 2015. L-għan tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali huwa li jgħin lill-impriżi jisfruttaw aktar sorsi differenti ta' kapital minn kullimkien fi ħdan l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “l-Unjoni”), li s-swieq jaħdmu b'mod aktar effiċjenti u joffru lill-investituri u lil dawk li jfaddlu opportunitajiet addizzjonali biex ipoġġu l-flus tagħhom biex joperaw, sabiex jissaħħaħ it-tkabbir u joħolqu l-impjiegi.

(2)

Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistabbilixxi l-prinċipji u r-regoli armonizzati dwar il-prospett li għandu jiġi mfassal, approvat u ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat. Minħabba l-iżviluppi leġiżlattivi u tas-suq mid-dħul fis-seħħ tagħha, dik id-Direttiva għandha tiġi ssostitwita.

(3)

Id-divulgazzjoni tal-informazzjoni f'każ ta' offerti ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni ta' titoli għall-kummerċ f'suq regolat huwa vitali biex jipproteġi lill-investituri billi jitneħħew l-asimmetriji ta' informazzjoni li jeżistu bejniethom u l-emittenti. L-armonizzazzjoni ta' din id-divulgazzjoni jippermetti l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' passaport transkonfinali li jiffaċilita l-funzjonament effettiv tas-suq intern fil-varjetà wiesgħa ta' titoli.

(4)

Metodi diverġenti jistgħu jirriżultaw fil-frammentazzjoni tas-suq intern peress li emittenti, offerenti u persuni li jitolbu l-ammissjoni jkunu suġġetti għal regoli differenti fi Stati Membri differenti u prospetti approvati fi Stat Membru wieħed jistgħu ma jitħallewx jintużaw fi Stati Membri oħra. Fin-nuqqas ta' qafas armonizzat li jiżgura l-uniformità ta' divulgazzjoni u l-funzjonament tal-passaport fl-Unjoni huwa għalhekk probabbli li d-differenzi fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri joħolqu ostakoli għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern għat-titoli. Għalhekk, sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jittejbu l-kundizzjonijiet tal-funzjonament tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tas-swieq kapitali, u biex jiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u tal-investitur, huwa xieraq li jiġi stabbilit qafas regolatorju għall-prospetti fil-livell ta' Unjoni.

(5)

Huwa xieraq u neċessarju għar-regoli tad-divulgazzjoni meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat li jieħdu l-forma leġiżlattiva ta' Regolament sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet li jimponu direttament obbligi fuq il-persuni involuti fl-offerti ta' titoli lill-pubbliku u fl-ammissjonijiet ta' titoli għall-kummerċ f'suq regolat jiġu applikati b'mod uniformi fl-Unjoni kollha. Peress li qafas ġuridiku għad-dispożizzjonijiet dwar il-prospetti neċessarjament jinvolvi miżuri li jispeċifikaw ir-rekwiżiti preċiżi dwar l-aspetti differenti kollha inerenti għall-prospetti, anke diverġenzi żgħar dwar il-metodu użat fir-rigward ta' wieħed minn dawn l-aspetti jistgħu jwasslu għal tfixkil sinifikattiv għal offerti transkonfinali ta' titoli, għall-kwotazzjoni ta' titoli multipli fi swieq regolati u għar-regoli tal-UE għall-ħarsien tal-konsumatur. Għalhekk, l-użu ta' Regolament, li huwa direttament applikabbli mingħajr ma tkun meħtieġa leġiżlazzjoni nazzjonali, għandu jnaqqas il-possibbiltà ta' miżuri diverġenti meħuda fil-livell nazzjonali, u għandu jiżgura strateġija konsistenti, ċertezza tad-dritt ikbar u jipprevjeni l-preżenza ta' impedimenti sinifikanti għall-offerti transkonfinali u għall-kwotazzjonijiet multipli ta' ishma. L-użu ta' Regolament għandu jsaħħaħ ukoll il-fiduċja fit-trasparenza tas-swieq fl-Unjoni kollha, u jnaqqas il-kumplessità regolatorja kif ukoll l-ispejjeż tat-tiftix u tal-konformità għall-kumpaniji.

(6)

Il-valutazzjoni tad-Direttiva 2010/73/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill uriet  (5) li ċerti tibdiliet introdotti b'dik id-Direttiva ma laħqux l-għanijiet oriġinali tagħhom u li emendi addizzjonali għar-reġim tal-prospett fl-Unjoni huma meħtieġa biex tiġi ssemplifikata u tittejjeb l-applikazzjoni tagħha, tiżdied l-effiċjenza tagħha u tissaħħaħ il-kompetittività internazzjonali tal-Unjoni, biex b'hekk tikkontribwixxi għal tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi.

(7)

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiżgura l-protezzjoni tal-investituri u l-effiċjenza tas-suq, filwaqt li jsaħħaħ is-suq uniku għall-kapital. Il-forniment ta' informazzjoni li, skont in-natura tal-emittent u tat-titoli, hija meħtieġa biex investituri jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni ta' investiment infurmata jiżgura, flimkien mar-regoli dwar it-twettiq tan-negozju, il-protezzjoni tal-investituri. Barra minn hekk, dan it-tagħrif jipprovdi mezz effettiv sabiex tiżdied il-fiduċja fit-titoli u b'hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament u l-iżvilupp xierqa tas-swieq tat-titoli. Il-mod xieraq biex dan it-tagħrif ikun disponibbli huwa li jiġi ppubblikat prospett.

(8)

Ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tar-Regolament preżenti ma jipprevjenux lil Stat Membru jew lil awtorità kompetenti jew lil borża li permezz tal-ġabra tar-regoli tagħha timponi rekwiżiti oħra partikolari fil-kuntest ta' ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli f'suq regolat (b'mod partikolari rigward il-governanza korporattiva). Dawn ir-rekwiżiti ma jistgħux jirrestrinġu direttament jew indirettament it-tfassil, il-kontenut u t-tixrid ta' prospett approvat minn awtorità kompetenti.

(9)

It-titoli mhux ta' ekwità maħruġa minn Stat Membru jew mill-awtoritajiet lokali jew reġjonali ta' Stat Membru, minn korpi pubbliċi internazzjonali li tagħhom ikunu membri Stat Membru jew iktar, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-banek ċentrali tal-Istati Membri m'għandhomx ikunu koperti minn dan ir-Regolament, u għalhekk għandhom jibqgħu mhux affettwati minn dan ir-Regolament.

(10)

L-ambitu tar-rekwiżit tal-prospett għandu jkopri kemm it-titoli ta' ekwità u mhux ta' ekwità offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar fi swieq regolati sabiex tiġi żgurata il-protezzjoni għall-investitur. Uħud mit-titoli koperti b'dan ir-Regolament jagħtu d-dritt lid-detentur li jikseb titoli trasferibbli jew li jirċievi ammont fi flus kontanti permezz ta' pagament fi flus determinati b'referenza għal strumenti oħra, partikolarment titoli trasferibbli, valuti, rati ta' mgħax jew profitti, prodotti bażiċi jew indiċijiet jew miżuri oħra. Dan ir-Regolament ikopri b'mod partikolari warrants, warrants koperti, ċertifikati, riċevuti depożitarji u bonds konvertibbli, bħal titoli konvertibbli fuq l-għażla tal-investitur.

(11)

Biex tiġi żgurata l-approvazzjoni u l-passporting tal-prospett kif ukoll is-superviżjoni ta' konformità ma' dan ir-Regolament b'mod partikolari rigward l-attività ta' reklamar, jeħtieġ li tiġi identifikata awtorità kompetenti għal kull prospett. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jiddetermina b'mod ċar l-Istat Membru ta' domiċilju biex japprova l-prospett.

(12)

Għal offerti ta' titoli lill-pubbliku ta' korrispettiv totali fl-Unjoni taħt il-EUR 1 000 000 , l-ispiża tal-produzzjoni ta' prospett skont dan ir-Regolament x'aktarx tkun sproporzjonata għar-rikavat previst tal-offerta. Huwa għalhekk xieraq li r-rekwiżit li jitfassal prospett skont dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-offerti ta' skala tant żgħira. L-Istati Membri ma għandhomx jestendu r-rekwiżiti għat-tfassil ta' prospett skont dan ir-Regolament għall-offerti ta' titoli b'korrispettiv totali taħt tali limitu minimu. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jimponu f'livell nazzjonali rekwiżiti ta' divulgazzjoni oħra li jistgħu joħolqu piż sproporzjonat jew mhux meħtieġ fir-rigward ta' offerti bħal dawn u b'hekk iżidu l-frammentazzjoni tas-suq intern. Meta l-Istati Membri jimponu tali rekwiżiti nazzjonali ta' divulgazzjoni, huma għandhom jinnotifikaw ir-regoli applikabbli lill-Kummissjoni u lill-ESMA.

(12a)

Il-Kummissjoni għandha tanalizza tali rekwiżiti nazzjonali ta' divulgazzjoni u tinkorpora r-riżultati fil-ħidma tagħha fil-qasam tal-crowdfunding, fid-dawl tal-bżonn li tkun evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern. Huwa importanti li l-kuntest regolatorju fil-livell tal-Unjoni jiżgura li l-kumpaniji jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biżżejjed għażliet biex jinġabar il-kapital. Għalhekk, fl-ispirtu tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali u biex jitnieda mill-ġdid l-investiment, il-Kummissjoni għandha tipproponi inizjattiva regolatorja sabiex tirregola u tarmonizza prattiki ta' finanzjament kollettiv fl-Unjoni kollha.

(13)

Barra minn hekk, fid-dawl tad-daqs varjabbli tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, huwa xieraq li l-Istati Membri jingħataw l-għażla ta' eżenzjoni tal-offerti ta' titoli lill-pubbliku li ma jeċċedux il-EUR 5 000 000 mill-obbligu ta' prospett kif previst f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li fid-dritt nazzjonali tagħhom jiffissaw limitu minimu bejn EUR 1 000 000 u EUR 5 000 000, espress bħala korrispettiv totali tal-offerta fl-Unjoni fuq perjodu ta' 12-il xahar, li minnu tkun tapplika l-eżenzjoni, filwaqt li jikkunsidraw il-livell ta' protezzjoni tal-investitur nazzjonali li huma jqisu bħala xierqa. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-limitu minimu li jkunu għażlu lill-Kummissjoni u lill-ESMA. L-offerti ta' titoli lill-pubbliku li jsiru fl-ambitu ta' tali eżenzjoni ma għandhomx jibbenefikaw mir-reġim ta' passporting skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, tali offerti għandu jkun fihom indikazzjoni ċara li l-offerta pubblika ma għandhiex natura transkonfinali u ma għandhiex tissolleċita b'mod attiv lill-investituri barra dan l-Istat Membru.

(13a)

Meta Stat Membru jagħżel li jeżenta l-offerti ta' titoli lill-pubbliku b'korrispettiv totali li ma jeċċedix il-EUR 5 000 000, l-ebda element f'dan ir-Regolament ma għandu jipprevjeni lil tali Stat Membru milli jintroduċi regoli fil-livell nazzjonali li jippermettu lill-faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (MTFs) jiddeterminaw il-kontenut tad-dokument ta' ammissjoni li l-emittent huwa obbligat li jipproduċi mal-ammissjoni inizjali għall-kummerċ tat-titoli tiegħu. Fit-tali każ, jista' jkun xieraq għall-operatur tal-MTF li jiddefinixxi l-mod kif id-dokument ta' ammissjoni jiġi rieżaminat, li mhux neċessarjament ikun jinvolvi approvazzjoni formali tal-awtorità kompetenti jew tal-MTF.

(14)

Meta offerta ta' titoli tiġi indirizzata esklużivament lil ċirku ristrett ta' investituri li mhumiex investituri kwalifikati jew investituri oħrajn li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 , it-tfassil ta' prospett jirrappreżenta piż sproporzjonat fid-dawl tan-numru żgħir ta' persuni mmirati mill-offerta, u b'hekk ma jkunx hemm rekwiżit ta' prospett. Dan għandu japplika pereżempju għal offerta indirizzata lill-qraba jew konoxxenti personali tal-amministraturi ta' kumpanija.

(15)

L-għoti ta' inċentiv lid-diretturi u l-impjegati li jiddetjenu titoli tal-kumpanija tagħhom stess jista' jkollu impatt pożittiv fuq il-governanza tal-kumpaniji u jgħin sabiex joħolqu valur fit-tul billi jitrawmu d-dedikazzjoni tal-impjegati u s-sens ta' appartenenza, l-allinjament tal-interessi rispettivi tal-azzjonisti u l-impjegati, u b'hekk dawn tal-aħħar jingħataw opportunitajiet ta' investiment. Il-parteċipazzjoni tal-impjegati fis-sjieda tal-kumpanija tagħhom hija partikolarment importanti għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), li fihom l-impjegati individwali x'aktarx ikollhom rwol sinifikanti fis-suċċess tal-kumpanija. Għalhekk, m'għandux ikun hemm rekwiżit sabiex jitfassal prospett għall-offerti li jsiru fil-kuntest ta' skema kondiviża bejn l-impjegat ġewwa l-Unjoni, sakemm ikun hemm disponibbli dokument li jkun fih informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta, li jissalvagwardjaw il-protezzjoni tal-investitur. Biex jiġi żgurat aċċess ugwali għal skemi ta' kondiviżjoni bejn l-impjegati għad-diretturi u l-impjegati kollha, indipendentement minn jekk min iħaddimhom huwiex stabbilit fi jew barra l-Unjoni, l-ebda deċiżjoni ta' ekwivalenza ta' swieq ta' pajjiżi terzi m'għandha tkun meħtieġa għal żmien itwal, sakemm id-dokument imsemmi qabel ikun disponibbli. Għalhekk, il-parteċipanti kollha fi skemi ta' kondiviżjoni bejn l-impjegati se jibbenefikaw mill-istess trattament u informazzjoni.

(16)

Il-ħruġ b'effett dilwittiv ta' ishma jew titoli li jagħtu aċċess għall-ishma ta' spiss jindika tranżazzjonijiet b'impatt sinifikanti tal-istruttura tal-kapital tal-emittent, il-prospettivi u s-sitwazzjoni finanzjarja, li għalihom tkun meħtieġa l-informazzjoni li tinsab fil-prospett. Min-naħa l-oħra, meta emittent ikollu ishma diġà ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, il-prospett ma jkunx meħtieġ għal kwalunkwe ammissjoni sussegwenti tal-istess ishma fl-istess suq regolat, inkluż fejn tali ishma jirriżultaw mill-konverżjoni jew l-iskambju ta' titoli oħra jew mill-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija minn titoli oħra, sakemm l-ishma li għadhom kif ġew ammessi jirrappreżentaw proporzjon limitat dwar azzjonijiet tal-istess klassi li jkunu nħarġu diġà fl-istess suq regolat, sakemm tali ammissjoni tiġi kkombinata ma' offerta lill-pubbliku li taqa' fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. L-istess prinċipju għandu japplika b'mod aktar ġenerali għat-titoli funġibbli ma' titoli diġà ammessi għall-kummerċ f'suq regolat.

(17)

Meta tapplika d-definizzjoni ta' “offerta ta' titoli lill-pubbliku”, il-kapaċità ta' investitur li jieħu deċiżjoni individwali biex jixtri jew jissottoskrivi titoli għandu jkun kriterju deċiżiv. Għalhekk, fejn titoli jiġu offruti mingħajr element ta' għażla individwali min-naħa tal-benefiċjarju, inkluż f'allokazzjonijiet ta' titoli fejn m'hemm l-ebda dritt biex topponi l-allokazzjoni, din it-tranżazzjoni m'għandhiex taqa' taħt id-definizzjoni ta' offerta ta' “titoli lill-pubbliku” preskritta minn dan ir-Regolament.

(18)

L-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat tat-titoli li mhumiex suġġetti għall-obbligu biex jiġi ppubblikat prospett għandu jkollhom id-dritt li jfasslu, fuq bażi volontarja, prospett sħiħ jew prospett tat-tkabbir UE, skont il-każ, f'konformità ma' dan ir-Regolament. Għaldaqstant, għandhom jibbenefikaw mill-passaport uniku fejn jagħżlu li jikkonformaw ma' dan Regolament fuq bażi volontarja.

(19)

Id-divulgazzjoni permezz tal-prospett m'għandhiex tkun meħtieġa għal offerti limitati għal investituri kwalifikati. B'kuntrast ma' dan, kull bejgħ mill-ġdid lill-pubbliku jew il-kummerċ pubbliku permezz tal-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jeħtieġ il-pubblikazzjoni ta' prospett.

(20)

Prospett validu, imfassal minn emittent jew mill-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett u disponibbli għall-pubbliku fil-waqt tal-aħħar assenjazzjoni ta' titoli permezz ta' intermedjarji finanzjarji jew fi kwalunkwe bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta' titoli, jipprovdi biżżejjed tagħrif lill-investituri biex jaslu għal deċiżjoni informata dwar l-investiment. Għalhekk, l-intermedjarji finanzjarji li jqiegħdu jew li sussegwentement ibigħu mill-ġdid it-titoli għandu jkollhom id-dritt li joqogħdu fuq il-prospett inizjali ppubblikat mill-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett, sakemm dan ikun validu u ssupplimentat kif xieraq u li l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil ta' tali prospett tkun taqbel mal-użu tiegħu. L-emittent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett għandu jkun jista' jorbot il-kundizzjonijiet mal-kunsens tiegħu jew tagħha. Il-kunsens li juża l-prospett, inkluż il-kundizzjonijiet kollha mehmuża magħha, għandu jingħata fi ftehim bil-miktub li jippermetti valutazzjoni mill-partijiet rilevanti dwar jekk il-bejgħ mill-ġdid jew l-assenjazzjoni finali tat-titoli jikkonformawx mal-ftehim. Fil-każ li l-kunsens biex jintuża l-prospett ikun ingħata, l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett inizjali għandha tkun responsabbli għall-informazzjoni ddikjarata fih u fil-każ ta' prospett bażi, biex tipprovdi u tippreżenta l-kundizzjonijiet finali u l-ebda prospett ieħor ma jkun meħtieġ. Madankollu, fil-każ li l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil ta' tali prospett inizjali ma jaqbilx mal-użu tiegħu, l-intermedjarju finanzjarju għandu jkun meħtieġ jippubblika prospett ġdid. F'dak il-każ, l-intermedjarju finanzjarju għandu jkun responsabbli għall-informazzjoni fil-prospett, inkluża l-informazzjoni kollha inkorporata b'referenza u, fil-każ ta' prospett bażi, il-kundizzjonijiet finali.

(21)

L-armonizzazzjoni tat-tagħrif inkluż fil-prospett għandu jipprovdi protezzjoni ekwivalenti lill-investutur fil-livell ta' Unjoni. Sabiex l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni informata dwar l-investiment, prospett imfassal fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għandu jkun fih l-informazzjoni rilevanti u neċessarja fir-rigward ta' investiment f'titoli li investitur ikun, raġonevolment, jeħtieġ biex jagħmel valutazzjoni informata tal-attiv u tal-passiv, tal-pożizzjoni finanzjarja, tal-profitt u tat-telf u l-prospettivi tal-emittent u ta' kwalunkwe garanti ieħor, u d-drittijiet marbuta mat-titoli . Tali informazzjoni għandha tkun imfassla u ppreżentata f'forma faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem u tkun adattata għat-tip ta' prospett imfassal skont dan ir-Regolament, inkluż dawk li jsegwu r-reġim ta' divulgazzjoni issemplifikat għall-ħruġ sekondarju u  għar-reġim tal-prosett tat-tkabbir UE . Prospett m'għandux ikun fih informazzjoni li ma tkunx materjali jew speċifika għall-emittent u t-titoli kkonċernati, peress li dan jista' jaħbi l-informazzjoni rilevanti għall-investituri u b'hekk tkun imminata l-protezzjoni tal-investitur. Għalhekk, l-informazzjoni li hija inkluża fi prospett għandha tkun adattata biex tirrifletti n-natura u ċ-ċirkostanzi tal-emittent, it-tip ta' titoli, it-tip ta' investituri fil-mira tal-offerta jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat u l-probabbiltà ta' għarfien ta' tali investituri kif ukoll l-informazzjoni li tkun disponibbli għal tali investituri minħabba li tkun ġiet ippubblikata skont rekwiżiti ġuridiċi jew regolatorji oħra.

(22)

Is-sommarju tal-prospett għandu jkun sors ta' informazzjoni utli għall-investituri, b'mod partikolari l-investituri fil-livell tal-konsumatur. Għandha tkun parti kompluta u indipendenti tal-prospett u għandha tiffoka fuq l-informazzjoni ewlenija li l-investituri jeħtieġu biex ikunu jistgħu jiddeċiedu liema offerti u ammissjonijiet għall-kummerċ ta' titoli jixtiequ jeżaminaw ulterjorment billi jirrieżaminaw il-prospett kollu kemm hu bl-għan li jieħdu deċiżjoni informata dwar l-investiment. Dan jimplika li l-informazzjoni prodotta fis-sommarju mhijiex replikata fi ħdan il-korp ewlieni tal-prospett sakemm dan ma jkunx assolutament neċessarju . Informazzjoni ewlenija ta' dan it-tip għandha tagħti l-karatteristiċi essenzjali tal-emittent, kwalunkwe garanti, u t-titoli offruti jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, kif ukoll ir-riskji assoċjati magħhom , inklużi identifikaturi uniċi bħall-identifikatur ta' entità ġuridika (LEI) tal-atturi involuti fl-offerta u n-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) . Għandha wkoll tipprovdi l-patti u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-offerta. B'mod partikolari, il-preżentazzjoni ta' fatturi ta' riskju fis-sommarju għandha tikkonsisti minn għażla limitata ta' riskji speċifiċi li l-emittent iqis li jkun l-aktar ta' rilevanza għall-investitur huwa u jieħu deċiżjoni dwar l-investiment. Id-deskrizzjoni tal-fatturi ta' riskju fis-sommarju għandha tkun ta' rilevanza għall-offerta speċifika u titħejja esklużivament għall-benefiċċju tal-investituri u mhux tipprovdi dikjarazzjonijiet ġenerali dwar ir-riskju tal-investiment, jew tillimita r-responsabbiltà tal-emittent, tal-offerent jew ta' kwalunkwe persuna li taġixxi f'isimhom .

(22a)

Is-sommarju għandu jkun fih twissija ċara li tenfasizza r-riskji, partikolarment għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, fil-każ ta' titoli maħruġa minn banek li huma soġġetti għal rikapitalizzazzjoni interna skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (BRRD)  (6).

(23)

Is-sommarju tal-prospett għandu jkun qasir, sempliċi, ċar u faċli għall-investituri biex jifhmu. Għandu jiġi abbozzat f'lingwa ċara, mhux teknika, u li jippreżenta l-informazzjoni b'mod faċilment aċċessibbli. M'għandux ikun sempliċi kumpilazzjoni ta' siltiet mill-prospett. Huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu massimu għas-sommarju sabiex jiġi żgurat li l-investituri ma jiġux skoraġġiti milli jaqrawh u biex jinkoraġġixxu lill-emittenti biex jagħżlu l-informazzjoni li hi essenzjali għall-investituri. F'każijiet eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti għandha madankollu, tkun tista' tippermetti lill-emittent ifassal sommarju itwal sa 10 faċċati ta' folja A4 meta tistampah, li fiha l-kumplessità tal-attivitajiet tal-emittent, in-natura tal-ħruġ, jew in-natura tat-titoli maħruġa teħtieġ hekk, u meta l-investitur jiġi żgwidat mingħajr l-informazzjoni addizzjonali definita fis-sommarju bħala riżultat.

(24)

Biex tiġi żgurata l-istruttura uniformi tas-sommarju tal-prospett, għandhom jiġu pprovduti taqsimiet ġenerali u sottointestaturi, b'kontenut indikattiv li l-emittent għandu jimla b'deskrizzjonijiet fil-qosor, inklużi ċifri fejn xieraq. Sakemm dawn jippreżentawha b'mod ġust u bbilanċjat, l-emittenti għandhom jingħataw diskrezzjoni li jagħżlu l-informazzjoni li huma jqisu importanti u sinifikanti.

(25)

Is-sommarju tal-prospett għandu jkun immudellat kemm jista' jkun fuq id-dokument bl-informazzjoni ewlenija meħtieġa taħt ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Fejn titoli jaqgħu fl-ambitu kemm ta' dan ir-Regolament kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014, l-użu mill-ġdid sħiħ tal-kontenut tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jitħalla fis-sommarju sabiex jiġu minimizzati l-ispejjeż ta' konformità u l-piż amministrattiv fuq l-emittenti. Madankollu m'għandux ikun hemm deroga għar-rekwiżit li jitfassal prospett meta dokument bl-informazzjoni ewlenija jkun meħtieġ, peress li dan tal-aħħar ma jkollux informazzjoni ewlenija fuq l-emittent u l-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozju tat-titoli kkonċernati.

(26)

L-ebda responsabblità ċivili m'għandha tingħata lil persuna esklużivament abbażi tas-sommarju, inkluża kull traduzzjoni tiegħu, għajr jekk ikun qarrieqi, żbaljat jew inkonsistenti mal-partijiet rilevanti tal-prospett. Is-sommarju għandu jkun fih twissija ċara f'dan is-sens.

(27)

L-emittenti li ripetutament jiġbru l-finanzjament fis-swieq kapitali għandhom jiġu offruti formati speċifiċi ta' dokumenti ta' reġistrazzjoni u prospetti kif ukoll proċeduri speċifiċi għad-depożitu u għall-approvazzjoni tagħhom, sabiex jingħataw aktar flessibbiltà u jkunu jistgħu jaħtfu l-iżbokki fis-suq. Fi kwalunkwe każ, dawn il-forom u proċeduri għandhom ikunu fakultattivi skont l-għażla tal-emittenti.

(28)

Għat-titoli kollha mhux ta' ekwità, inkluż meta dawn ikunu maħruġa b'mod kontinwu jew ripetut jew bħala parti minn programm ta' offerti, l-emittenti għandhom jitħallew ifasslu prospett fil-forma ta' prospett bażi. Prospett bażi u l-kundizzjonijiet finali tiegħu għandu jkun fihom l-istess informazzjoni bħall-prospett.

(29)

Huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-kundizzjonijiet finali għall-prospett bażi għandu jkun fihom biss informazzjoni relatata man-nota tat-titoli li hija speċifika għall-ħruġ individwali u li tista' tiġi ddeterminata biss fil-mument tal-ħruġ individwali. Din l-informazzjoni tista', pereżempju, tinkludi n-numru tal-identifikazzjoni internazzjonali tat-titoli, il-prezz tal-ħruġ, id-data ta' maturità, kwalunkwe kupun, id-data tal-eżerċizzju, il-prezz tal-eżerċizzju, il-prezz biex tifdi u kundizzjonijiet oħra mhux magħrufa fil-waqt li jkun qed jitfassal il-prospett bażi. Meta l-kundizzjonijiet finali mhumiex inklużi fil-prospett bażi m'għandhomx bżonn ikunu approvati mill-awtorità kompetenti, iżda għandhom jiġu ddepożitati biss għandu. Informazzjoni ġdida oħra li tista' taffettwa l-valutazzjoni tal-emittent u t-titoli għandha tiġi inkluża f'suppliment mal-prospett bażi. La l-kundizzjonijiet finali u lanqas is-suppliment m'għandhom jintużaw biex jinkludu tip ta' titoli li ma jkunux deskritti diġà fil-prospett bażi.

(30)

Taħt il-prospett bażi, is-sommarju għandu jitfassal biss mill-emittent fir-rigward ta' kull ħarġa individwali offruta, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u biex itejbu l-leġġibbiltà għall-investituri. Dak is-sommarju speċifiku għall-ħarġa għandu jiġi anness mal-kundizzjonijiet finali u għandu jiġi approvat biss mill-awtorità kompetenti meta l-kundizzjonijiet finali huma inklużi fil-prospett bażi jew f'suppliment għal dan.

(31)

Sabiex tittejjeb il-flessibbiltà u l-kosteffikaċja tal-prospett bażi, l-emittent għandu jkun awtorizzat li jfassal prospett bażi bħala dokumenti separati u li juża d-dokument ta' reġistrazzjoni universali bħala parti kostituttiva ta' dak il-prospett bażi, fejn huwa jkun emittent frekwenti.

(32)

L-emittenti frekwenti għandhom ikunu mħeġġa li jfasslu l-prospett tagħhom bħala dokumenti separati peress li dan jista' jnaqqas l-ispiża ta' konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament u jħallihom jirreaġixxu malajr għall-iżbokki fis-suq. Għalhekk, l-emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ fis-swieq regolati jew f'faċilitajiet multilaterali tan-negozjar għandu jkollhom l-għażla, iżda mhux l-obbligu, li jfasslu u jippubblikaw kull sena finanzjarja dokument ta' reġistrazzjoni universali li jkun fih informazzjoni ġuridika, kummerċjali, finanzjarja, ta' kontabbiltà u dwar l-ishma u li jipprovdi deskrizzjoni tal-emittent għal dik is-sena finanzjarja. Dan għandu jippermetti lill-emittent biex iżomm l-informazzjoni aġġornata u jħejji prospett meta l-kundizzjonijiet tas-suq isiru favorevoli għal offerta jew ammissjoni billi jżid nota tat-titoli u sommarju. Id-dokument ta' reġistrazzjoni universali għandu jkollu għanijiet diversi, sakemm il-kontenut tiegħu jkun l-istess minkejja jekk l-emittent sussegwentement jużahx għal offerta jew ammissjoni għall-kummerċ ta' ekwità, titoli ta' dejn jew derivattivi. Huwa għandu jaġixxi bħala sors ta' referenza fuq l-emittent, li jagħti lill-investituri u l-analisti l-informazzjoni minima meħtieġa biex jagħmlu ġudizzju infurmat dwar l-attività tal-kumpanija, il-pożizzjoni finanzjarja, il-qligħ u l-prospettivi, il-governanza u l-parteċipazzjoni.

(33)

Emittent li jkun iddepożita u rċieva l-approvazzjoni għal dokument ta' reġistrazzjoni universali għal sentejn konsekuttivi jista' jitqies bħala magħruf sew għall-awtorità kompetenti. Id-dokumenti kollha sussegwenti ta' reġistrazzjoni universali u kull emenda tagħhom għandhom, għalhekk, jitħallew jiġu ddepożitati mingħajr l-approvazzjoni minn qabel u rieżaminati fuq bażi ex post mill-awtorità kompetenti meta dik l-awtorità kompetenti tqis li jkun meħtieġ , sakemm dawn l-emendi jikkonċernaw ommissjoni, jew żball materjali jew ineżattezza materjali, li x'aktarx tqarraq bil-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għall-valutazzjoni informata tal-emittent . Kull awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi l-frekwenza ta' tali rieżami billi tiġi kkunsidrata, pereżempju, il-valutazzjoni tar-riskji tal-emittent tagħha, il-kwalità tad-divulgazzjoni tal-passat tiegħu, jew it-tul ta' żmien li jkun għadda minn meta d-dokument ta' reġistrazzjoni universali ddepożitat ikun ġie rieżaminat l-aħħar.

(34)

Għandu jkun possibbli li d-dokument ta' reġistrazzjoni universali, sakemm ma jkunx sar parti kostituttiva ta' prospett approvat, li jrid jiġi emendat, jew volontarjament mill-emittent – pereżempju fil-każ ta' bidla materjali fl-organizzazzjoni tiegħu jew fis-sitwazzjoni finanzjarja – jew fuq talba mill-awtorità kompetenti fil-kuntest ta' rieżami ta' wara d-depożitu, meta l-istandards ta' kompletezza, komprensibbiltà u konsistenza ma jintlaħqux. Dawn l-emendi għandhom jiġu ppubblikati skont l-istess arranġamenti li japplikaw għad-dokument ta' reġistrazzjoni universali. B'mod partikolari, meta l-awtorità kompetenti tidentifika ommissjoni jew żball materjali jew ineżattezza, l-emittent għandu jemenda d-dokument ta' reġistrazzjoni universali tiegħu u jagħmel din l-emenda disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien żejjed. Peress li la offerta lill-pubbliku, u lanqas ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli mhi qed isseħħ, il-proċedura għall-emendar ta' dokument ta' reġistrazzjoni universali għandha tkun distinta mill-proċedura biex il-prospett ikollu suppliment, li għandha tapplika biss wara l-approvazzjoni tal-prospett.

(35)

Meta emittent iħejji prospett li jikkonsisti f'dokumenti separati, il-partijiet kollha li jikkostitwixxu l-prospett għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni, inkluż, fejn applikabbli, id-dokument ta' reġistrazzjoni universali u l-emendi tiegħu, fejn dawn ikunu ġew iddepożitati għand l-awtorità kompetenti iżda ma jkunux għadhom ġew approvati. Fil-każ ta' emittent frekwenti, l-ebda emenda tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali ma għandha bżonn tkun approvata qabel il-pubblikazzjoni, iżda minflok għandha tkun tista' tiġi rieżaminata mill-awtorità kompetenti fuq bażi ex post.

(36)

Biex jitħaffef il-proċess ta' tħejjija ta' prospett u biex jiffaċilitaw l-aċċess għas-swieq kapitali b'mod effettiv għan-nefqa, l-emittenti frekwenti li jipproduċu dokument ta' reġistrazzjoni universali għandhom jingħataw il-benefiċċju ta' proċess ta' approvazzjoni aktar mgħaġġel, peress li l-parti kostituttiva prinċipali tal-prospett tkun jew diġà ġiet approvata jew diġà tkun disponibbli għar-rieżami mill-awtorità kompetenti. Il-ħin meħtieġ biex tinkiseb l-approvazzjoni tal-prospett għandha għalhekk titqassar meta d-dokument ta' reġistrazzjoni jieħu l-forma ta' dokument ta' reġistrazzjoni universali.

(37)

Sakemm l-emittent jikkonforma mal-proċeduri għall-preżentazzjoni, it-tixrid u l-ħażna ta' informazzjoni regolata u mal-iskadenzi stipulati fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), dan għandu jitħalla jippubblika r-rapporti finanzjarji annwali u ta' nofs is-sena meħtieġa mid-Direttiva 2004/109/KE bħala partijiet tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, sakemm l-Istati Membri ta' domiċilju tal-emittent ikunu differenti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2004/109/KE u sakemm il-lingwa tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/109/KE. Dan jista' jnaqqas il-piż amministrattiv marbut ma' applikazzjonijiet żejda, mingħajr ma jaffettwa l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku jew is-superviżjoni ta' dawn ir-rapporti skont id-Direttiva 2004/109/KE.

(38)

Għandu jingħata limitu ta' żmien ċar għall-validità ta' prospett sabiex jiġu evitati deċiżjonijiet ta' investiment li jkunu bbażati fuq tagħrif skadut. Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza tad-dritt, il-validità tal-prospett għandha tibda mal-approvazzjoni tiegħu, f'ħin partikolari li jista' faċilment jiġi vverifikat mill-awtorità kompetenti. Offerta ta' titoli lill-pubbliku skont prospett bażi għandha tiġi estiża biss lil hinn mill-validità tal-prospett bażi fejn il-prospett bażi sussegwenti jiġi approvat qabel ma dik il-validità tagħhom tiskadi u tkopri l-offerta li jmiss.

(39)

Min-natura tagħha stess, informazzjoni dwar taxxi fuq l-introjtu mit-titoli fi prospett tista' tkun ġenerika biss, li żżid valur informattiv żgħir għall-investitur fil-livell tal-konsumatur. Minħabba li tali informazzjoni għandha tkopri mhux biss il-pajjiż tal-uffiċċju reġistrat tal-emittent, iżda wkoll il-pajjiżi fejn l-offerta qed issir jew fejn tkun qed tiġi mfittxija l-ammissjoni għall-kummerċ, fejn prospett ikollu passaport, ikun jiswa ħafna biex tipproduċih u dan jista' jxekkel l-offerti transkonfinali. Għalhekk prospett għandu jinkludi biss twissija li l-leġiżlazzjoni fiskali tal-Istat Membru tal-investitur u tal-Istat Membru fejn ġie inkorporat l-emittent jista' jkollha impatt fuq l-introjtu riċevut mit-titoli. Madankollu, il-prospett għandu xorta jkollu informazzjoni xierqa dwar it-tassazzjoni fejn l-investiment propost jinkludi sistema fiskali partikolari, pereżempju fil-każ ta' investimenti f'titoli li jagħtu lill-investituri trattament fiskali favorevoli.

(40)

Ladarba klassi ta' titoli tiġi ammessa għall-kummerċ f'suq regolat, l-investituri huma pprovduti b'divulgazzjoni kontinwa mill-emittent skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u d-Direttiva 2004/109/KE. Il-ħtieġa għal prospett sħiħ hija għalhekk inqas akuta fil-każ ta' offerti sussegwenti lill-pubbliku jew l-ammissjonijiet għall-kummerċ minn dan l-emittent. Prospett distint semplifikat għandu għalhekk ikun disponibbli għall-użu fil-każ ta' ħruġ sekondarju u l-kontenut tiegħu għandu jiġi mħaffef meta mqabbel mar-reġim normali, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-informazzjoni divulgata diġà. Madankollu, l-investituri jeħtieġu li jingħataw informazzjoni kkonsolidata u strutturata tajjeb fuq dawn l-elementi bħal kundizzjonijiet tal-offerta u l-kuntest tagħha▌. Għalhekk, il-prospett semplifikat għal ħruġ sekondarju għandu jkun fih l-informazzjoni ridotta rilevanti li jkunu, raġonevolment, jeħtieġu l-investituri biex jifhmu l-prospettivi tal-emittent u ta' kwalunkwe garanti, id-drittijiet marbuta mat-titoli kif ukoll ir-raġunijiet tal-ħruġ u l-impatt tiegħu fuq l-emittent, partikolarment id-dikjarazzjoni tal-kapital operatorju, id-divulgazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u d-dejn, l-impatt fuq l-istruttura tal-kapital kumplessiv u sommarju konċiż tal-informazzjoni rilevanti divulgata fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 mid-data tal-aħħar ħruġ.

(41)

Ir-reġim semplifikat ta' divulgazzjoni għall-ħruġ sekondarju għandu jkun estiż għat-titoli nnegozjati fis-swieq tat-tkabbir tal-SMEs peress li l-operaturi tagħhom huma meħtieġa skont id-Direttiva 2014/65/UE li jistabbilixxu u japplikaw regoli li jiżguraw divulgazzjoni kontinwa xierqa mill-emittenti li t-titoli tagħhom huma nnegozjati f'dawn il-postijiet. Ir-reġim għandu wkoll japplika għall-MTFs, barra milli għas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs, meta tali MTFs ikollhom rekwiżiti ta' divulgazzjoni ekwivalenti għal dawk rikjesti għas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs fl-ambitu tad-Direttiva 2014/65/UE.

(42)

Ir-reġim semplifikat ta' divulgazzjoni għall-ħruġ sekondarju għandu jkun disponibbli għall-użu biss wara li jkun għadda perjodu minimu ta' żmien mill-ammissjoni inizjali għall-kummerċ ta' klassi ta' titoli ta' emittent. Terminu ta' 18-il xahar għandu jiżgura li l-emittent ikun konformi mill-inqas darba mal-obbligu tiegħu li jippubblika rapport finanzjarju annwali skont id-Direttiva 2004/109/KE jew taħt ir-regoli tal-operatur tas-suq ta' suq tat-tkabbir tal-SMEs jew MTF b'rekwiżiti ta' divulgazzjoni ekwivalenti .

(43)

Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali huwa li jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament fis-swieq kapitali għall-SMEs fl-Unjoni. Peress li kumpaniji bħal dawn normalment ikollhom bżonn li jgħollu l-ammonti relattivament aktar baxxi minn emittenti oħrajn, l-ispiża biex jitfassal prospett sħiħ jista' jkun sproporzjonatament għoli u jista' jżommhom lura milli joffru t-titoli tagħhom lill-pubbliku. Fl-istess ħin, minħabba d-daqs tagħhom u s-suċċess iqsar, l-SMEs jistgħu jwasslu għal riskju ta' investiment speċifiku meta mqabbla ma' emittenti akbar u għandhom jiddivulgaw informazzjoni suffiċjenti lill-investituri biex jieħdu d-deċiżjoni fuq l-investiment tagħhom. Barra minn dan, bil-għan li jkun inkoraġġit ir-rikors għal finanzjament mis-suq tal-kapital min-naħa tal-SMEs, dan ir-Regolament għandu jiżgura li tingħata kunsiderazzjoni speċjali lis-swieq tat-tkabbir tal-SMEs. Is-swieq tat-tkabbir tal-SMEs huma strument promettenti biex jippermettu lill-kumpaniji iżgħar u li qed jikbru, biex jiġbru l-kapital. Is-suċċess ta' dawn il-postijiet jiddependi, madankollu, minn kemm huma attraenti għal kumpaniji ta' ċertu daqs. Analogament, l-emittenti li joffru titoli lill-pubbliku b'korrispettiv totali fl-Unjoni li ma jeċċedix l-EUR 20 000 000 kieku jibbenefikaw minn aċċess aktar faċli għall-finanzjament mis-swieq tal-kapital biex ikunu jistgħu jikbru u jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom u jkunu jistgħu jiġbru l-fondi bi spejjeż li ma jkunux sproporzjonatament għoljin. Għaldaqstant, huwa opportun li dan ir-Regolament jistabbilixxi reġim speċifiku proporzjonat ta' prospett tat-tkabbir UE li jkun disponibbli għall-SMEs, għall-emittenti li jagħmlu offerta ta' titoli lill-pubbliku li jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq tat-tkabbir tal-SMEs kif ukoll għall-emittenti li joffru titoli lill-pubbliku b'korrispettiv totali fl-Unjoni li ma jeċċedix l-EUR 20 000 000. Għalhekk għandu jintlaħaq bilanċ xieraq bejn l-aċċess effiċjenti għan-nefqa għas-swieq finanzjarji u l-protezzjoni tal-investituri meta jiġi kkalibrat il-kontenut ta' prospett tat-tkabbir UE li japplika għall-SMEs, u r-reġim ta' divulgazzjoni speċifiku għandu għalhekk jiġi żviluppat għall-SMEs biex jintlaħaq dak l-għan. Ladarba jiġu approvati, il-prospetti tat-tkabbir UE għandhom jibbenefikaw mir-reġim ta' passporting skont dan ir-Regolament u għandhom għalhekk ikunu validi għal kwalunkwe offerta ta' titoli lill-pubbliku fl-Unjoni kollha.

(44)

L-informazzjoni ridotta meħtieġa li tiġi divulgata fil-prospetti tat-tkabbir UE għandha tiġi kkalibrata b'mod li tiffoka fuq l-informazzjoni li hija materjali u rilevanti meta jsir investiment fit-titoli maħruġa tkun teħtieġ li tiżgura l-proporzjonalità bejn id-daqs tal-kumpanija u l-ħtiġijiet tagħha għal ġbir ta' fondi, fuq naħa waħda, u l-ispiża tal-produzzjoni ta' prospett, min-naħa l-oħra. Sabiex jiġi żgurat li tali kumpaniji jkunu jistgħu jfasslu prospetti mingħajr ma jeħlu spejjeż li mhumiex proporzjonati għad-daqs tagħhom, u għaldaqstant id-daqs tal-ġbir ta' fondi tagħhom, ir-reġim tal-prospett tat-tkabbir UE għandu jkun aktar flessibbli mir-reġim li japplika għall-kumpaniji fi swieq regolati sal-punt kompatibbli mal-garanzija li l-informazzjoni ewlenija meħtieġa għall-investituri tiġi divulgata.

(45)

Ir-reġim ta' divulgazzjoni proporzjonat għall-prospetti tat-tkabbir UE m'għandux ikun disponibbli meta t-titoli jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għaliex l-investituri fi swieq regolati għandhom ikunu kunfidenti li l-emittenti li jinvestu t-titoli tagħhom ikunu soġġetti għal sett wieħed ta' regoli ta' divulgazzjoni. Għalhekk m'għandux ikun hemm standard ta' divulgazzjoni ta' żewġ livelli għall-ammissjoni ta' titoli fi swieq regolati skont id-daqs tal-emittent.

(46)

Il-prospett tat-tkabbir UE għandu jkun dokument standardizzat, li jkun faċli għall-emittenti li jimlew u għandu jkopri l-informazzjoni ewlenija dwar l-emittent, dwar it-titoli u dwar l-offerta. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa atti delegati biex tispeċifika l-kontenut ridott u l-format tal-prospett tat-tkabbir UE standardizzat. Hija u tistabbilixxi d-dettalji tar-reġim ta' divulgazzjoni proporzjonat għall-prospetti tat-tkabbir UE, il-Kummissjoni għandha tqis il-bżonn li jiġi żgurat li l-prospett tat-tkabbir UE jkun notevolment u tassew eħfef mill-prospett sħiħ f'termini ta' piż amministrattiv u ta' spejjeż tal-ħruġ, il-bżonn li jiġi aġevolat l-aċċess għas-swieq tal-kapital għall-SMEs u tiżgura li l-fiduċja tal-investitur biex jinvesti f'tali kumpaniji, il-bżonn li jiġu minimizzati l-ispejjeż u l-piż għall-SMEs, il-bżonn li tiġi fornuta informazzjoni speċifika partikolarment rilevanti għall-SMEs, id-daqs tal-emittent u ż-żmien kemm ilu jopera, id-diversi tipi u karatteristiċi tal-offerti u d-diversi tipi ta' informazzjoni meħtieġa mill-investituri fir-rigward tat-tipi differenti ta' titoli.

 

(48)

L-għan primarju li jiġu inklużi fatturi ta' riskju fi prospett huwa li jiġi żgurat li l-investituri jagħmlu valutazzjoni informata ta' tali riskji u b'hekk jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment b'għarfien sħiħ tal-fatti. Il-fatturi ta' riskju għandhom għalhekk ikunu limitati għal dawk ir-riskji li jkunu sostanzjali u speċifiċi għall-emittent u t-titoli tiegħu u li huma kkorroborati mill-kontenut tal-prospett. Prospett m'għandux jinkludi fatturi ta' riskju li jkunu ġeneriċi u li jservu biss bħala dikjarazzjonijiet ta' ċaħda, għax dawn jistgħu joskuraw fatturi ta' riskju aktar speċifiċi li l-investituri għandhom ikunu konxji minnhom, u b'hekk jipprevjenu milli l-prospett jippreżenta informazzjoni f'forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem. L-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida dwar il-valutazzjoni tal-ispeċifiċità u tas-sinifikat tal-fatturi ta' riskju biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rieżami tagħhom tal-fatturi ta' riskju b'tali mod li jinkoraġġixxi fattur ta' divulgazzjoni tar-riskju xieraq u ffokat mill-emittenti.

(49)

L-ommissjoni ta' informazzjoni sensittiva fi prospett għandha tkun awtorizzata f'ċerti ċirkostanzi permezz ta' deroga mogħtija mill-awtorità kompetenti sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' dannu għall-emittent.

(50)

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ħafna informazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja tagħhom li ġeneralment tkun disponibbli fid-dominju pubbliku. Għalhekk, meta Stat Membru jiggarantixxi offerta ta' titoli, tali informazzjoni m'hemmx bżonn li tingħata fil-prospett.

(51)

Li l-emittenti jitħallew jinkorporaw b'dokumenti ta' referenza li jkun fih l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata fi prospett jew fi prospett bażi  — sakemm id-dokumenti inkorporati b'referenza jkunu ġew ippubblikati qabel elettronikament — għandha tiffaċilita l-proċedura tat-tfassil ta' prospett u tbaxxi l-ispejjeż għall-emittenti mingħajr ma tiġi pperikolata l-protezzjoni tal-investitur. Madankollu, dan l-għan tas-semplifikazzjoni u ta' tnaqqis tal-ispejjeż biex jitħejja prospett m'għandux jinkiseb għad-detriment tal-interessi l-oħra li l-prospett huwa intiż li jipproteġi, inkluża l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni. Il-lingwa użata għall-informazzjoni inkorporata b'referenza għandha ssegwi r-reġim lingwistiku li japplika għall-prospetti. Informazzjoni inkorporata b'referenza tista' tirreferi għad-data storika, madankollu fejn din l-informazzjoni ma tibqax rilevanti minħabba bidla materjali, dan għandu jiġi ddikjarat b'mod ċar fil-prospett u għandha tiġi pprovduta wkoll informazzjoni aġġornata. Barra minn hekk, l-emittenti frekwenti għandhom ikunu liberi li jagħżlu li jinkorporaw kwalunkwe bidla għad-dokument ta' reġistrazzjoni universali permezz ta' referenza dinamika fil-prospett. Tali referenza dinamika tiżgura li l-qarrej jirreferi dejjem għall-verżjoni l-iktar reċenti tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, mingħajr il-bżonn ta' suppliment. L-użu ta' referenza dinamika minflok suppliment m'għandux jaffettwa d-dritt tal-irtirar tal-investitur.

(52)

Kwalunkwe informazzjoni regolata ▌għandha tkun eliġibbli għall-inkorporazzjoni b'referenza fi prospett. L-emittenti li t-titoli tagħhom ikunu negozjati f'faċilità multilaterali tan-negozjar, u l-emittenti li huma eżenti milli jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji annwali u ta' kull sitt xhur skont l-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 2004/109/KE, għandhom jitħallew ukoll jinkorporaw b'referenza fi prospett l-informazzjoni finanzjarja annwali u interim tagħhom kollha jew parzjali, ir-rapporti ta' verifika, ir-rapporti finanzjarji, ir-rapporti ta' ġestjoni jew dikjarazzjonijiet ta' governanza korporattiva, sakemm dawn ikunu ppubblikati elettronikament.

(53)

Mhux l-emittenti kollha jkollhom aċċess għall-informazzjoni u gwida adegwati dwar l-iskrutinju u l-proċess ta' approvazzjoni u l-passi meħtieġa li jridu jsegwu biex ikollhom prospett approvat, peress li jeżistu metodi differenti mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. Dan ir-Regolament għandu jelimina dawn id-differenzi billi jiġu armonizzati r-regoli li japplikaw għall-proċess ta' skrutinju u l-approvazzjoni u jissemplifika l-proċess ta' approvazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti kollha jsegwu metodu konverġenti meta tkun qed tiġi analizzata l-kompletezza, il-konsistenza u l-komprensibbiltà tal-informazzjoni li tinsab fi prospett. Gwida dwar kif jitolbu l-approvazzjoni ta' prospett għandha tkun disponibbli pubblikament fuq is-siti web tal-awtoritajiet kompetenti. L-ESMA għandu jkollha rwol ewlieni fit-trawwim ta' konverġenza superviżorja f'dan il-qasam billi tuża s-setgħat tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). B'mod partikolari, l-ESMA għandha twettaq rieżamijiet bejn il-pari li jkopru l-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament fi żmien xieraq qabel ir-rieżami ta' dan ir-Regolament u skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha tiżviluppa sistema ta' fluss ta' xogħol ċentrali li tintegra l-proċess ta' approvazzjoni tal-prospett mill-bidu sal-approvazzjoni, li tippermetti li l-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-emittenti jiġġestixxu u jimmonitorjaw it-talbiet għall-approvazzjoni online. Din is-sistema tkun tforni informazzjoni ewlenija u taħdem bħala strument għall-ESMA u għall-awtoritajiet kompetenti biex tiggwida l-konverġenza tal-proċessi u tal-proċeduri ta' approvazzjoni tal-prospett fl-Unjoni u tiżgura, fil-futur, li l-prospetti jkunu approvati bl-istess mod fl-Unjoni kollha.

(53a)

L-ESMA għandha tagħmel valutazzjoni dwar it-tfassil, il-finanzjament u l-operat ta' sistema ċentrali tal-fluss tax-xogħol fil-kuntest tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(54)

Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq tal-Istati Membri, huwa importanti li t-tariffi mitluba mill-awtoritajiet kompetenti għall-approvazzjoni u d-depożitu tal-prospetti u d-dokumenti relatati tagħhom ikunu raġonevoli u jiġu divulgati. It-tariffi imposti fuq l-emittenti stabbiliti f'pajjiż terz għandhom jirriflettu l-piż li tali ħruġ jirrappreżenta.

(55)

Peress li l-internet jiżgura l-aċċess faċli għall-informazzjoni, u sabiex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà aħjar għall-investituri, il-prospett approvat għandu dejjem jiġi ppubblikat f'forma elettronika. Il-prospett għandu jkun ippubblikat f'sezzjoni ddedikata tas-sit web tal-emittent, l-offerent jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni, jew, fejn applikabbli, fuq is-sit web tal-intermedjarji finanzjarji fejn iqiegħdu jew ibigħu t-titoli, inklużi l-aġenti li jħallsu, jew fuq is-sit web tas-suq irregolat fejn wieħed ifittex l-ammissjoni għall-kummerċ, jew tal-operatur tal-faċilità multilaterali tan-negozjar, u jiġi trażmess mill-awtorità kompetenti lill-ESMA flimkien mad-data rilevanti li tippermetti l-klassifikazzjoni tiegħu. L-ESMA għandha tipprovdi mekkaniżmu tal-ħażna ċentralizzata ta' prospetti li jippermettu l-aċċess mingħajr ħlas u faċilitajiet ta' tiftix xierqa għall-pubbliku. Bil-għan li l-investituri jkollhom aċċess għal data affidabbli li tista' tintuża u tkun analizzata fil-pront u b'mod effiċjenti, l-informazzjoni ewlenija li tinsab fil-prospetti, bħan-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) u l-identifikatur ta' entità ġuridika (LEI) li jidentifika l-emittenti, l-offerenti u l-garanti, għandha tkun leġġibbli elettronikament anki meta tintuża l-metadata. Il-prospetti għandhom jibqgħu disponibbli għall-pubbliku għal mill-inqas 10 snin wara l-pubblikazzjoni tagħhom biex jiżguraw li dak il-perjodu tagħhom ta' disponibbiltà pubblika huwa allinjat ma' dak tar-rapporti finanzjarji annwali u ta' kull sitt xhur skont id-Direttiva 2004/109/KE. Il-prospett għandu madankollu dejjem ikun disponibbli għall-investituri fuq mezz durevoli , mingħajr ħlas ▌fuq talba.

(56)

Huwa wkoll meħtieġ li jiġu armonizzati r-reklami sabiex jiġi evitat li tiddgħajjef il-fiduċja pubblika u li jiġi ippreġudikat il-funzjonament xieraq tas-swieq finanzjarji. Is-sens ta' ġustizzja u l-preċiżjoni tar-reklami, kif ukoll il-konsistenza tagħhom mal-kontenut tal-prospett huma ta' importanza kbira għall-protezzjoni tal-investituri, inklużi investituri fil-livell tal-konsumatur . Mingħajr preġudizzju għar-reġim ta' passporting skont dan ir-Regolament , is-superviżjoni ta' dawn ir-reklami hija parti integrali tar-rwol tal-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir r-reklamar għandu jkollha s-setgħa li teżerċita kontroll fuq il-konformità tal-attività tar-reklamar, relatata ma' offerta lill-pubbliku ta' titoli jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, mal-prinċipji msemmija f'dan ir-Regolament. Jekk ikun hemm bżonn, l-Istat Membru ta' domiċilju għandu jassisti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reklamar fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konsistenza tar-reklami mal-informazzjoni fil-prospett. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 30(1), l-iskrutinju tar-reklmar min-naħa ta' awtorità kompetenti m'għandux jikkostitwixxi prekundizzjoni għall-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ fi kwalunkwe Stat Membru ospitanti.

(57)

Kull fattur ġdid sinifikanti, żball jew ineżattezza materjali li tista' tinfluwenza l-valutazzjoni tal-investiment, li jirriżultaw wara l-pubblikazzjoni tal-prospett imma qabel l-għeluq tal-offerta jew il-ftuħ ta' kummerċ f'suq regolat, għandhom jiġu vvalutati mill-investituri u għalhekk jeħtieġ l-approvazzjoni u d-disseminazzjoni ta' suppliment mal-prospett mingħajr dewmien żejjed.

(58)

Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza tad-dritt, it-termini rispettivi li fihom l-emittent għandu jippubblika s-suppliment għall-prospett u li fih l-investituri għandhom dritt li jirtiraw l-aċċettazzjoni tagħhom tal-offerta wara l-pubblikazzjoni ta' suppliment għandha tiġi ċċarata. Min-naħa waħda, l-obbligu li jsir suppliment għall-prospett għandu japplika sal-għeluq finali tal-perjodu tal-offerta jew il-ħin meta n-negozjar ta' tali titoli f'suq regolat ikun beda, skont liema jseħħ l-aħħar. Min-naħa l-oħra, id-dritt li aċċettazzjoni tiġi rtirata għandu japplika biss meta l-prospett ikollu x'jaqsam ma' offerta ta' titoli lill-pubbliku u l-fattur ġdid, żball jew ineżattezza jkun beda qabel l-għeluq finali tal-offerta u l-konsenja tat-titoli. Għalhekk, id-dritt tal-irtirar għandu jkun marbut mal-ħin tal-fattur ġdid, żball jew ineżattezza li jagħti lok għal suppliment, u għandu jassumi li dan l-avveniment seħħ waqt li l-offerta hija miftuħa u qabel ma t-titoli kienu mogħtija. Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza tad-dritt, is-suppliment għall-prospett għandu jispeċifika meta jintemm id-dritt tal-irtirar. L-intermedjarji finanzjarji għandhom jiffaċilitaw il-proċeduri meta l-investituri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet.

(59)

L-obbligu tal-emittent li jittraduċi l-prospett kollu fil-lingwi uffiċjali kollha rilevanti jiskoraġġixxi l-offerti transkonfinali jew il-kummerċ multiplu. Biex jiġu faċilitati offerti transkonfinali, meta l-prospett jitfassal f'lingwa li hi komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, is-sommarju biss għandu jiġi tradott fil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat(i) Membru/i ospitanti jew ta' domiċilju jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali użata fil-parti tal-Istat Membru fejn il-prodott ta' investiment huwa distribwit .

(60)

L-ESMA u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollhom id-dritt li jirċievu ċertifikat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju li jiddikjara illi l-prospett , jew id-dokument ta' reġistrazzjoni universali individwali f'każijiet li fihom tali dokument biss ikun ġie approvat, tfassal skont dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tinnotifika wkoll lill-emittent jew lill-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett jew id-dokument ta' reġistrazzjoni universali, skont il-każ, taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tal-prospett li huwa indirizzat lill-awtorità tal-Istat Membru ospitanti sabiex jipprovdi lill-emittent jew lill-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett jew tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, skont il-każ, iċ-ċertezza dwar jekk u meta tkun seħħet in-notifika.

(61)

Sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament se jintlaħqu kompletament, huwa wkoll meħtieġ li jiġu inklużi fl-ambitu tiegħu titoli maħruġa minn emittenti li jkunu rregolati bil-liġijiet ta' pajjiżi terzi. ▌Sabiex jiġu żgurati skambji ta' informazzjoni u kooperazzjoni ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rigward l-infurzar effettiv ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom f'pajjiżi terzi. Kull trasferiment ta' data personali mwettaq abbażi ta' dawk il-ftehimiet għandu jkun konformi mad-Direttiva 95/46/KE u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(62)

Varjetà ta' awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, b'responsabbiltajiet differenti, toħloq spejjeż bla ħtieġa u duplikazzjoni ta' responsabbiltajiet mingħajr ma jkun hemm benefiċċju addizzjonali. F'kull Stat Membru għandha tinħatar awtorità kompetenti waħda sabiex tapprova l-prospetti u tassumi r-responsabbiltà għas-sorveljanza tal-konformità ma' dan ir-Regolament. Dik l-awtorità kompetenti għandha tiġi stabbilita bħala awtorità amministrattiva u f'tali forma li l-indipendenza tagħha mill-atturi ekonomiċi tkun garantita u sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interess. Il-ħatra ta' awtorità kompetenti għall-approvazzjoni ta' prospett m'għandhiex teskludi l-kooperazzjoni bejn din l-awtorità kompetenti u entitajiet oħra, bħar-regolaturi bankarji u tal-assigurazzjoni jew l-awtoritajiet inkarigati mis-sorveljanza tal-kwotazzjonijiet, bil-ħsieb li tiggarantixxi skrutinju effiċjenti u l-approvazzjoni tal-prospetti fl-interess tal-emittenti, l-investituri, il-parteċipanti fis-suq u s-swieq bl-istess mod. Id-delega tal-kompiti minn awtorità kompetenti lil entità oħra għandha tkun awtorizzata biss meta din tkun relatata mal-pubblikazzjoni tal-prospetti approvati.

(63)

Sett ta' għodod u setgħat u riżorsi effettivi għall-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jiggarantixxi l-effettività tas-superviżjoni. Dan ir-Regolament għalhekk b'mod partikolari jipprevedi sett minimu ta' setgħat superviżorji u investigattivi li għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f'konformità mad-dritt nazzjonali. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati, meta d-dritt nazzjonali jkun jirrikjedi dan, permezz ta' applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti. Meta jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jaġixxu b'mod oġġettiv u imparzjali u jibqgħu awtonomi fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom.

(64)

Għall-finijiet ta' sejbien ta' ksur ta' dan ir-Regolament, huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jaċċedu għal siti oħra minbarra r-residenzi privati ta' persuni fiżiċi sabiex jikkonfiskaw dokumenti. L-aċċess għal tali bini hu meħtieġ meta jkun hemm suspett raġonevoli li dokumenti u data oħra relatati mas-suġġett ta' spezzjoni jew investigazzjoni ikunu fil-fatt jeżistu u jistgħu jkunu rilevanti biex jippruvaw li hemm ksur ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-aċċess għal tali bini huwa meħtieġ meta: il-persuna li għaliha tkun diġà saret talba għal informazzjoni tonqos milli tikkonforma magħha; jew meta hemm raġunijiet ġustifikabbli biex wieħed jemmen li, kieku kellha ssir talba, ma tiġix milqugħa, jew id-dokumenti jew l-informazzjoni li t-talba għal informazzjoni tkun marbuta magħhom jitneħħew, jiġu mmanipulati jew jinqerdu.

(65)

F'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Diċembru 2010 intitolata “Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji” u sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti ta' dan ir-Regolament jiġu sodisfatti, huwa importanti li l-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ksur ta' dan ir-Regolament ikun soġġett għal penali amministrattivi u miżuri adatti. Dawk il-penali u miżuri amministrattivi għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u disważivi u jiżguraw metodu komuni fl-Istati Membri u effett deterrenti. Dan ir-Regolament m'għandux jillimita l-Istati Membri milli jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi ta' livelli ogħla.

(66)

Sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet magħmula mill-awtoritajiet kompetenti jkollhom effett dissważiv fuq il-pubbliku ġenerali, dawn għandhom normalment ikunu ppubblikati ħlief jekk l-awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament jidhrilha li jkun neċessarju li tintgħażel pubblikazzjoni fuq bażi anonima, sabiex tiddewwem il-pubblikazzjoni jew le tas-sanzjonijiet.

(67)

Għalkemm l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli għal penali amministrattivi u kriminali dwar l-istess ksur, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa jistabbilixxu regoli għal penali amministrattivi għall-ksur ta' dan ir-Regolament li huwa soġġett għad-dritt kriminali nazzjonali sa [daħħal id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. F'konformità mad-dritt nazzjonali, l-Istati Membri mhumiex obbligati li jimponu kemm penali amministrattivi u kriminali għall-istess vjolazzjoni, iżda għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan jekk dan ikun permess mid-dritt nazzjonali tagħhom. Madankollu, iż-żamma ta' penali kriminali minflok penali amministrattivi għall-ksur ta' dan ir-Regolament m'għandhiex tnaqqas jew taffettwa b'xi mod ieħor il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jikkooperaw, jaċċedu għal u jiskambjaw informazzjoni fil-ħin mal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, inkluż wara kwalunkwe riferiment tal-ksur rilevanti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għal prosekuzzjoni kriminali.

(68)

L-iżvelar ta' informazzjoni protetta jista' jġib informazzjoni ġdida għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li tgħinhom sabiex jidentifikaw u jimponu sanzjonijiet f'każijiet ta' ksur ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jiżgura li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti adegwati li jippermettu li l-iżvelar ta' informazzjoni protetta jkun jista' jallerta lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur reali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament u biex ikunu protetti minn ritaljazzjoni.

(69)

Sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kontenut ta' informazzjoni minima tad-dokumenti msemmija fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 1(3) u punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(4), l-aġġustament tad-definizzjonijiet tal-Artikolu 2, ▌il-format tal-prospett, il-prospett bażi u l-kundizzjonijiet finali, u l-informazzjoni speċifika li għandha tkun inkluża fil-prospett, l-informazzjoni minima li tinsab fid-dokument ta' reġistrazzjoni universali, l-informazzjoni ridotta li tinsab fil-prospett semplifikat fil-każ ta' ħruġ sekondarju u mill-SMEs, il-kontenut ridott u l-format speċifiċi tal-prospett tat-tkabbir UE previst f'dan ir-Regolament, ir-reklami għat-titolu li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, u l-kriterji ġenerali ta' ekwivalenza għall-prospetti mfassla mill-emittenti ta' pajjiżi terzi. Huwa ta' importanza partikolari li, matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti , u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom għandu jkollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati .

(70)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-ekwivalenza tal-leġiżlazzjonijiet tal-prospett ta' pajjiż terz, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni biex tieħu deċiżjoni fuq tali ekwivalenza. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(71)

L-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw protezzjoni adegwata għall-investituri u l-konsumaturi madwar l-Unjoni. Bħala entità b'kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li l-ESMA tiġi fdata bl-elaborazzjoni ta' abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet ta' politika, li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni.

(72)

Il-Kummissjoni għandha tadotta abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ESMA, rigward il-kontenut u l-format tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja essenzjali storika li għandha tiddaħħal fis-sommarju, l-iskrutinju, l-approvazzjoni, id-depożitu u r-rieżami tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-emenda jew għall-aġġornament tiegħu u l-kundizzjonijiet fil-każ li l-istatus tal-emittent frekwenti jistgħu jintilfu, l-informazzjoni li għandha tkun inkorporata b'referenza u tipi oħra ta' dokumenti mitluba skont id-dritt tal-Unjoni, il-proċeduri għall-iskrutinju u għall-approvazzjoni tal-prospett, il-pubblikazzjoni tal-prospett, l-informazzjoni meħtieġa għall-klassifikazzjoni tal-prospetti fil-mekkaniżmu tal-ħażna mħaddem mill-ESMA, id-dispożizzjonijiet marbuta mar-reklamar, is-sitwazzjonijiet fejn fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza relatati mal-informazzjoni inkluża fil-prospett teħtieġ suppliment għall-prospett li għandu jiġi ppubblikat, l-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA fil-kuntest tal-obbligu ta' kooperazzjoni, u  l-kontenut minimu tal-kooperazzjoni ma' awtoritajiet superviżorji f'pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tadotta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(73)

Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE, u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ESMA għandha tkun fdata bit-tfassil ta' standards tekniċi li jridu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni tal-formoli, mudelli u proċeduri bażiċi għan-notifika taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni, il-prospett, is-suppliment għall-prospett u t-traduzzjoni tal-prospett u/jew is-sommarju, il-formoli standard, il-mudelli u l-proċeduri għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, u l-proċeduri u l-formoli għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA.

(74)

Fl-eżerċizzju tal-poteri delegati u implimentattivi tagħha skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipji li ġejjin:

il-ħtieġa li tiġi assigurata l-fiduċja fis-swieq finanzjarji fost l-investituri fil-livell tal-konsumatur u l-SMEs billi jiġu promossi standards għoljin ta' trasparenza fis-swieq finanzjarji,

il-ħtieġa li tikkalibra r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni ta' prospett filwaqt li tqis id-daqs tal-emittent u l-informazzjoni li emittent ikun meħtieġ li jiddivulga skont id-Direttiva 2004/109/KE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014,

il-ħtieġa li tiffaċilita l-aċċess għas-swieq kapitali għall-SMEs, filwaqt li tiżgura l-fiduċja tal-investituri li jinvestu f'dawn il-kumpaniji,

il-ħtieġa li l-investituri jiġu pprovduti b'firxa wiesgħa ta' opportunitajiet ta' investiment li jikkompetu ma' xulxin u livell ta' divulgazzjoni u protezzjoni mfassla apposta skont iċ-ċirkostanzi tagħhom,

il-ħtieġa li jiġi żgurat illi l-awtoritajiet regolatorji indipendenti jinfurzaw ir-regoli b'mod konsistenti, speċjalment rigward il-ġlieda kontra d-delitti tal-kullar abjad,

il-ħtieġa ta' trasparenza u ta' konsultazzjoni ta' livell għoli mal-parteċipanti kollha tas-swieq u mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill,

il-ħtieġa li tiġi inkoraġġita l-innovazzjoni fis-swieq finanzjarji jekk dawn iridu jkunu dinamiċi u effiċjenti,

il-ħtieġa li tiġi żgurata l-istabbiltà sistemika tas-sistema finanzjarja billi l-innovazzjoni finanzjarja tiġi mmonitorjata mill-qrib u b'mod reattiv,

l-importanza li titnaqqas l-ispiża tal-kapital u li jiżdied l-aċċess għalih,

il-ħtieġa li jiġu bbilanċjati, fuq bażi fit-tul, l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-parteċipanti kollha tas-suq ta' kull miżura ta' implimentazzjoni,

il-ħtieġa li titrawwem il-kompetittività internazzjonali tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni mingħajr preġudizzju għall-estensjoni tant meħtieġa tal-kooperazzjoni internazzjonali,

il-ħtieġa li tinkiseb bażi ugwali għall-parteċipanti kollha tas-suq billi tiġi stabbilita leġiżlazzjoni tal-Unjoni kull darba li jkun xieraq,

il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni f'dan il-qasam, minħabba li l-iżbilanċi fl-informazzjoni u n-nuqqas ta' trasparenza jistgħu jipperikolaw l-operat tas-swieq u fuq kollox jagħmlu dannu lill-konsumaturi u lill-investituri żgħar.

(75)

Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mwettaq fil-qafas ta' dan ir-Regolament, bħall-iskambju jew it-trażmissjoni ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jsir b'mod konformi mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-ESMA għandu jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(76)

Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tevalwa b'mod partikolari jekk ir-reġimi ta' divulgazzjoni għall-ħruġ sekondarju u għall-SMEs, id-dokument ta' reġistrazzjoni universali u s-sommarju tal-prospett għadhomx xierqa biex jilħqu l-għanijiet segwiti minn dan ir-Regolament.

(77)

L-applikazzjoni tar-rekwiżiti f'dan ir-Regolament għandha tiġi ddifferita sabiex tippermetti l-adozzjoni ta' atti delegati u implimentattivi u sabiex tippermetti lill-parteċipanti fis-suq jassimilaw u jippjanaw l-applikazzjoni tal-miżuri l-ġodda.

(78)

Ladarba l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-tisħiħ tal-protezzjoni tal-investitur u l-effiċjenza tas-suq filwaqt li tiġi stabbilita l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-effetti tagħha, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(79)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat b'rispett għal dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(80)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001▌.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan u kamp ta' applikazzjoni

1.   L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tfassil, l-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat stabbilit fi Stat Membru.

2.   Dan ir-Regolament , bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 4,  m'għandux japplika għat-tipi ta' titoli li ġejjin:

(a)

l-unitajiet maħruġa minn impriżi oħra ta' investiment kollettiv▌;

(b)

it-titoli mhux ta' ekwità maħruġa minn Stat Membru jew mill-awtoritajiet lokali jew reġjonali ta' Stat Membru, minn korpi pubbliċi internazzjonali li tagħhom ikunu membri Stat Membru jew iktar, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-banek ċentrali tal-Istati Membri;

(c)

l-ishma fil-kapital tal-banek ċentrali tal-Istati Membri;

(d)

it-titoli ggarantiti bis-sħiħ, mingħajr kundizzjonijiet u b'mod irrevokabbli minn Stat Membru jew minn waħda mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali ta' Stat Membru;

(e)

it-titoli maħruġa minn assoċjazzjonijiet bi status ġuridiku jew korpi mingħajr skop ta' lukru, rikonoxxuti minn Stat Membru, għall-finijiet li jinkiseb il-finanzjament meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħhom mingħajr skop ta' profitt;

 

(g)

ishma mhux funġibbli ta' kapital li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jipprovdu lid-detentur bi dritt li jokkupa appartament, jew għamla oħra ta' proprjetà immobbli jew parti minnha u meta l-ishma ma jkunux jistgħu jinbiegħu lil ħaddieħor mingħajr ma jirrinunzja dan id-dritt;

 

(i)

titoli mhux ta' ekwità maħruġa b'manjiera ssuktata jew imtennija mill-istituzzjoni ta' kreditu, fejn il-korrispettiv totali aggregat fl-Unjoni għat-titoli offruti ikun inqas minn EUR 75 000 000 għal kull istituzzjoni ta' kreditu fuq perjodu ta' 12-il xahar, sakemm dawn it-titoli:

(i)

ma jkunux subordinati, konvertibbli jew skambjabbli;

(ii)

ma jagħtux id-dritt li jiġu sottoskritti jew miksuba tipi oħra ta' titoli u li ma jkunux marbuta ma' strument derivattiv.

3.   Dan ir-Regolament , bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 4,  m'għandux japplika għal kwalunkwe mit-tipi ta' offerti ta' titoli lill-pubbliku li ġejjin:

(a)

indirizzati lill-investituri kkwalifikati biss;

(b)

indirizzati lil inqas minn 350  persuna fiżika jew ġuridika għal kull Stat Membru u f'total ta' mhux aktar minn 4 000 persuna fiżika jew ġuridika fl-Unjoni għajr għall-investituri kkwalifikati jew investituri oħrajn li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 ;

(c)

indirizzati lill-investituri li jiksbu titoli għal ammont totali ta' mill-inqas EUR 100 000 għal kull investitur, għal kull offerta separata;

(d)

▌b'korrispettiv totali fl-Unjoni ta' inqas minn EUR 1 000 000 , li għandu jiġi kkalkolat fuq perjodu ta' 12-il xahar;

(e)

l-ishma maħruġa minflok l-ishma tal-istess klassi diġà maħruġa, jekk il-ħruġ ta' dawn l-ishma ġodda ma jinvolvi l-ebda żieda fil-kapital maħruġ;

(f)

titoli offruti b'konnessjoni ma' akkwiżizzjoni permezz ta' offerta ta' skambju, sakemm ikun hemm dokument li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi l-operazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

(g)

titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati b'konnessjoni ma' fużjoni jew diviżjoni, sakemm ikun hemm disponibbli dokument li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi t-tranżazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

(h)

id-dividendi mħallsa lill-azzjonisti eżistenti fl-għamla ta' ishma tal-istess klassi bħall-ishma li fir-rigward tagħhom qed jitħallsu dawn id-dividendi, sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tal-ishma u r-raġunijiet għall-offerta u d-dettalji dwarha;

(i)

titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati lid-diretturi jew lill-impjegati eżistenti jew preċedenti minn min jimpjegahom jew minn impriża affiljata , li tinsab fl-Unjoni jew le, sakemm ikun hemm dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew l-assenjazzjoni.

L-Istati Membri ma għandhomx jestendu r-rekwiżit tat-tfassil ta' prospett skont dan ir-Regolament għall-offerti ta' titoli msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jastjenu milli jimponu fuq tali tipi ta' offerti ta' titoli rekwiżiti ta' divulgazzjoni oħrajn li jistgħu jikkostitwixxu piż sproporzjonat jew bla bżonn. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA bir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni applikati fil-livell nazzjonali, jekk eżistenti, inkluż it-test tad-dispożizzjonijiet rilevanti.

4.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ta' kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

titoli funġibbli ma' titoli diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, sakemm dawn jirrappreżentaw, fuq perjodu ta' 12-il xahar, inqas minn 20 fil-mija tan-numru ta' ishma diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat;

(b)

ishma li jirriżultaw mill-konverżjoni jew l-iskambju ta' titoli oħra jew mill-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti minn titoli oħra, meta l-ishma li jirriżultaw huma tal-istess klassi bħall-ishma diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, sakemm l-ishma li jirriżultaw jirrappreżentaw, matul perjodu ta' 12-il xahar, inqas minn 20 fil-mija tan-numru ta' ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat. Jekk il-prospett tfassal skont dan ir-Regolament jew id-Direttiva 2003/71/KE fil-mument tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli li jagħtu aċċess għall-ishma, jew jekk it-titoli li jagħtu aċċess għall-ishma nħarġu qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat tal-ishma li jirriżultaw minkejja l-proporzjon tagħhom fir-rigward tan-numru ta' ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat.

(c)

ishma maħruġa minflok l-ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, meta l-ħruġ ta' tali ishma ma jinvolvix xi żieda fil-kapital maħruġ;

(d)

titoli offruti b'konnessjoni ma' akkwiżizzjoni permezz ta' offerta ta' skambju, sakemm ikun hemm dokument li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi l-operazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

(e)

titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati b'konnessjoni ma' fużjoni jew diviżjoni, sakemm ikun hemm dokument li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi l-operazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

(f)

l-ishma offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati mingħajr ħlas lill-azzjonisti eżistenti, u d-dividendi mħallsa fl-għamla ta' ishma tal-istess klassi bħall-ishma li fir-rigward tagħhom jitħallsu dawn id-dividendi, sakemm l-ishma msemmija jkunu tal-istess klassi bħal ishma diġà ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u jkun hemm disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif dwar in-numru u n-natura tal-ishma u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew assenjazzjoni;

(g)

titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati lid-diretturi jew lill-impjegati eżistenti jew preċedenti minn min jimpjegahom jew impriża affiljata, li tinsab fl-Unjoni jew le, sakemm it-titoli msemmija jkunu tal-istess klassi bħat-titoli diġà ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar in-numru u n-natura tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew assenjazzjoni;

(h)

ishma diġà ammessi għall-kummerċ f'suq ieħor regolat, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

li dawn it-titoli, jew titoli tal-istess klassi, ikunu ġew ammessi għall-kummerċ fis-suq l-ieħor regolat għal iktar minn 18-il xahar;

(ii)

li, għal titoli ammessi l-ewwel għall-kummerċ f'suq regolat wara l-1 ta' Lulju 2005, l-ammissjoni għall-kummerċ f'dan is-suq regolat ieħor kienet suġġetta għal prospett approvat u ppubblikat skont id-Direttiva 2003/71/KE;

(iii)

li, ħlief fejn il-punt (ii) japplika, għat-titoli ammessi għall-ewwel darba għall-kwotazzjoni wara t-30 ta' Ġunju 1983, id-dettalji tal-kwotazzjoni kienu ġew approvati skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 80/390/KEE (14) jew id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15);

(iv)

li jkunu sodisfatti l-obbligi kontinwi għall-kummerċ f'dan is-suq l-ieħor regolat; u

(v)

li persuna li titlob l-ammissjoni ta' titolu għall-kummerċ f'suq regolat skont din l-eżenzjoni tforni lill-pubbliku fl-Istat Membru tas-suq regolat meta l-ammissjoni għall-kummerċ tkun qed tintalab, bil-mod iddikjarat f'dan Artikolu 20(2), dokument li l-kontenut tiegħu jkun konformi mal-Artikolu 7, li jkun imfassal f'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tas-suq regolat meta l-ammissjoni tkun qed tintalab. Id-dokument għandu jiddikjara minn fejn il-prospett l-iktar reċenti jista' jinkiseb u fejn l-informazzjoni finanzjarja ppubblikata mill-emittent skont l-obbligi ta' divulgazzjoni tiegħu tkun disponibbli.

6.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 li jistabbilixxi l-kontenut ta' informazzjoni minima tad-dokumenti msemmija fil-punti (f) u (g) tal-paragrafu 3 u l-punti (d) u(e) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(a)

“titoli” tfisser titoli trasferibbli kif iddefiniti fl-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE bl-eċċezzjoni ta' strumenti tas-suq monetarju kif definit mill-Artikolu 4(1)(17) tad-Direttiva 2014/65/UE, li jkollhom maturità ta' inqas minn 12-il xahar;

(b)

“titoli ta' ekwità” tfisser l-ishma u t-titoli l-oħra trasferibbli ekwivalenti għall-ishma fil-kumpaniji, kif ukoll kull tip ieħor ta' titoli trasferibbli li jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati t-titoli msemmija hawn fuq bħala konsegwenza tal-konverżjoni jew tal-eżerċizzju tad-drittijiet ikkonferiti minnhom, sakemm it-titoli tat-tip tal-aħħar jinħarġu minn emittent tal-ishma sottostanti jew minn entità li tappartjeni għall-grupp tal-imsemmi emittent;

(c)

“titoli mhux ta' ekwità” tfisser it-titoli kollha li mhumiex titoli ta' ekwità;

(d)

“offerta tat-titoli lill-pubbliku” tfisser komunikazzjoni lil persuni f'kull għamla u b'kull mezz, li tippreżenta informazzjoni biżżejjed dwar il-kundizzjonijiet tal-offerta u dwar it-titoli li jkunu sejrin jiġu offerti, hekk li jgħinu lill-investitur jiddeċiedi jixtrix jew jissottoskrivix dawn it-titoli. Din id-definizzjoni tapplika wkoll għat-tqegħid tat-titoli permezz ta' intermedjarji finanzjarji;

(e)

“investituri kwalifikati” tfisser persuni jew entitajiet li huma elenkati fil-punti (1) sa (4) tat-Taqsima I tal-Anness II għad-Direttiva 2014/65/UE, u persuni jew entitajiet li huma, fuq talba, ittrattati bħala klijenti professjonisti skont it-Taqsima II tal-Anness II għad-Direttiva 2014/65/UE, jew rikonoxxuti bħala kontropartijiet eliġibbli skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2014/65/UE sakemm ma jkunux talbu li jiġu ttrattati bħala klijenti mhux professjonisti. Fuq talba, id-ditti ta' investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkomunikaw il-klassifikazzjonijiet tagħhom lill-emittent bla preġudizzju għal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data.

(f)

“impriżi żgħar u ta' daqs medju” (“SMEs”) tfisser jew

kumpaniji, li, skont il-kontijiet annwali jew ikkonsolidati tagħhom, jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin: numru medju ta' impjegati matul is-sena finanzjarja ta' inqas minn 250, karta tal-bilanċ totali li ma taqbiżx it-EUR 43 000 000 u fatturat nett annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 000 000; jew

impriżi żgħar u ta' daqs medju kif definiti fl-Artikolu 4(1)(13) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(g)

“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser impriża kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16);

(h)

“emittent” tfisser persuna ġuridika li toħroġ jew tipproponi li toħroġ it-titoli;

(i)

“offerent” tfisser persuna ġuridika jew fiżika li toffri t-titoli lill-pubbliku;

(j)

“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit bl-Artikolu 4(1)(21) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(k)

“reklam” tfisser avviżi:

dwar offerta speċifika ta' titoli għall-pubbliku ▌jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat;

ippubblikata minn jew f'isem l-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew il-garanti; u

li jfittxu li jippromwovu speċifikament is-sottoskrizzjoni potenzjali jew l-akkwiżizzjoni ta' titoli.

(l)

“informazzjoni regolata” tfisser l-informazzjoni kollha li l-emittent, jew kwalunkwe persuna oħra li applikat għall-ammissjoni għall-kummerċ ta' titoli f'suq regolat mingħajr il-kunsens tal-emittent, huwa meħtieġ jiddivulga, fl-ambitu tad-Direttiva 2004/109/KE jew tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' Stat Membru adottati skont l-Artikolu 2(1)(k) ta' dik id-Direttiva u skont l-Artikoli 17 u 19 jew tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 ;

(m)

“Stat Membru ta' domiċilju” tfisser:

(i)

għal dawk kollha li joħorġu titoli stabbiliti fl-Unjoni li mhumiex imsemmija fil-punt (ii), l-Istat Membru fejn l-emittent ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;

(ii)

għal kull ħruġ ta' titoli mhux ta' ekwità li d-denominazzjoni għal kull unità tammonta għal mill-inqas EUR 1 000, u għal kull ħruġ ta' titoli mhux ta' ekwità li jagħti d-dritt li jakkwistaw kwalunkwe titolu trasferibbli jew li jirċievu ammont fi flus kontanti, bħala konsegwenza li dawn ikunu ġew konvertiti jew id-drittijiet ikkonferiti minnhom jiġu eżerċitati, bil-kundizzjoni li l-emittent tat-titoli mhux ta' ekwità ma jkunx l-emittent tat-titoli sottostanti jew entità li tappartjeni għall-grupp tal-emittent tal-aħħar, l-Istat Membru fejn l-emittent ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, jew meta t-titoli kienu jew ikunu ser jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku, skont l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li qed tagħmel it-talba għall-ammissjoni. L-istess għandu japplika għat-titoli mhux ta' ekwità f'munita oħra għajr l-euro, sakemm il-valur ta' tali denominazzjoni minima jkun ta' kważi EUR 1 000;

(iii)

għall-emittenti kollha ta' titoli stabbiliti f'pajjiż terz li mhumiex imsemmija fil-punt (ii), l-Istat Membru meta t-titoli jkunu intiżi li jiġu offruti lill-pubbliku għall-ewwel darba jew meta tkun saret l-ewwel applikazzjoni għall-ammissjoni fil-kummerċ f'suq regolat, skont l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni, soġġett għall-għażla sussegwenti ta' emittenti stabbiliti f'pajjiż terz f'waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

fejn l-Istat Membru ta' domiċilju ma jkunx ġie stabbilit mill-għażla ta' dawn l-emittenti,

skont il-punt (1)(i)(iii) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/109/KE;

(n)

“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru fejn issir l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew fejn tkun qed tintalab l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat , meta dan ikun differenti mill-Istat Membru ta' domiċilju;

(na)

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità nominata minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 29, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament;

(o)

“impriża ta' investiment kollettiv▌” tfisser impriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) awtorizzati skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (17) u fondi ta' investiment alternattivi (AIFs) skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (18);

(p)

“unitajiet ta' impriża ta' investiment kollettiv” tfisser titoli maħruġa minn impriża ta' investiment kollettiv li jirrappreżentaw id-drittijiet tal-parteċipanti f'din l-impriża fuq l-assi tagħha;

(q)

“approvazzjoni” tfisser l-att pożittiv mar-riżultat tal-iskrutinju mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri ta' domiċilju rigward il-kompletezza, il-konsistenza u kemm tinftiehem l-informazzjoni mogħtija fil-prospett;

(r)

“prospett bażi” tfisser prospett li jkun konformi mal-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, u, skont l-għażla tal-emittent, il-kundizzjonijiet finali tal-offerta;

(s)

“ġranet ta' xogħol”, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tfisser ġranet tax-xogħol tal-awtorità ▌kompetenti rilevanti esklużi s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi, kif iddefinit mid-dritt nazzjonali applikabbli għal tali awtorità nazzjonali kompetenti;

(t)

“faċilità multilaterali tan-negozjar” tfisser sistema multilaterali kif definita fl-Artikolu 4(1)(22) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(u)

“suq tat-tkabbir tal-SMEs” tfisser suq tat-tkabbir tal-SMEs kif definit fl-Artikolu 4(1)(12) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(v)

“emittent ta' pajjiż terz” tfisser emittent stabbilit f'pajjiż terz.

(va)

“mezz durevoli” tfisser kwalunkwe strument li:

(i)

jippermetti lil klijent jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dak il-klijent b'mod li tkun aċċessibbli għal referenza futura u għal perjodu ta' żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni; u

(ii)

jippermetti r-riproduzzjoni bla tibdil tal-informazzjoni maħżuna .

2.   Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 biex tispeċifika xi elementi tekniċi tad-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għajr id-definizzjoni ta' “impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)” fil-punt (f) tal-paragrafu 1, filwaqt li tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni fis-swieq nazzjonali differenti, ▌ il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ▌kif ukoll l-iżviluppi ekonomiċi.

Artikolu 3

Obbligu ta' pubblikazzjoni ta' prospett u eżenzjoni

1.    It-titoli għandhom ikunu offruti lill-pubbliku fl-Unjoni biss wara l-pubblikazzjoni minn qabel tal-prospett skont dan ir-Regolament .

2.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15, Stat Membru jista' jiddeċiedi li jeżenta l-offerta ta' titoli lill-pubbliku mill-obbligu ta' pubblikazzjoni ta' prospett stabbilit fil-paragrafu 1 sakemm il-korrispettiv totali tal-offerta fl-Unjoni ma jeċċedix il-EUR 5 000 000 kkalkolat fuq perjodu ta' 12-il xahar,

L-offerti pubbliċi li jsiru fil-qafas tal-eżenzjoni stabbilita skont l-ewwel subparagrafru:

(a)

m'għandhomx jibbenefikaw mir-reġim ta' passporting skont dan ir-Regolament u għalhekk m'għandhomx japplikaw l-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament;

(b)

għandu jkun fihom indikazzjoni ċara li l-offerta pubblika ma għandhiex naturali transkonfinali; u

(c)

ma għandhomx jissolleċitaw b'mod attiv lill-investituri barra l-Istat Membru msemmijin fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA b'kull deċiżjoni meħuda skont l-ewwel subparagrafu u l-limitu minimu magħżul għall-korrispettiv totali msemmi fiha .

3.   It-titoli għandhom ikunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat stabbilit fl-Unjoni biss wara l-pubblikazzjoni minn qabel ta' prospett.

3a.     Sabiex jitqiesu l-movimenti tar-rata tal-kambju, inklużi l-inflazzjoni u r-rati tal-kambju ta' valuti oħra għajr l-euro, il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 42, miżuri li jispeċifikaw il-limitu minimu stabbilit fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Prospett volontarju

Meta offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ammissjoni ta' titoli għall-kummerċ f'suq regolat ma taqax fl-ambitu ta' dan ir-Regolament kif speċifikat fl-Artikolu 1, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat għandu jkollha d-dritt li volontarjament tfassal prospett jew prospett tat-tkabbir UE, skont il-każ, skont dan ir-Regolament.

Tali prospett, imfassal fuq bażi volontarja, approvat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, kif stabbilit skont l-Artikolu 2(1)(m), għandu jinkludi d-drittijiet u l-obbligi previsti fil-prospett meħtieġ minn dan ir-Regolament u għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, taħt is-superviżjoni ta' dik l-awtorità kompetenti.

Artikolu 5

Il-bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta' titoli

Kwalunkwe bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta' titoli li qabel kienu s-suġġett ta' tip wieħed jew aktar ta' offerta ta' titoli esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skont il-punti  (a) sa (d) tal-Artikolu 1(3) għandu jitqies bħala offerta separata u d-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(1)(d) għandha tapplika sabiex ikun stabbilit jekk dan il-bejgħ mill-ġdid huwiex offerta ta' titoli għall-pubbliku. It-tqegħid tat-titoli permezz ta' intermedjarji finanzjarji għandu jkun soġġett għall-pubblikazzjoni ta' prospett fejn l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 1(3) ma jkunu sodisfatti għat-tqegħid finali.

L-ebda prospett addizzjonali m'għandu jkun meħtieġ fi kwalunkwe bejgħ mill-ġdid sussegwenti bħal dan ta' titoli jew tqegħid finali ta' titoli permezz ta' intermedjarji finanzjarji sakemm prospett validu jkun disponibbli skont l-Artikolu 12 u l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil ta' tali prospett jaqblu mal-użu tiegħu permezz ta' ftehim bil-miktub.

KAPITOLU II

IT-TFASSIL TAL-PROSPETT

Artikolu 6

Il-prospett

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 17(2), il-prospett għandu jkun fih l-informazzjoni rilevanti u neċessarja li investitur ikun, raġonevolment, jeħtieġ fir-rigward ta' investiment f'titoli bil-għan li jkun jista' jagħmel valutazzjoni informata:

(a)

tal-attiv u l-passiv, il-pożizzjoni finanzjarja, il-profitt u t-telf, u l-prospettivi tal-emittent u ta' kull garanti; u

(b)

tad-drittijiet marbuta ma' dawn it-titoli.

Dik l-informazzjoni għandha tkun imfassla u ippreżentata f'forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem u tista' tvarja skont:

(a)

in-natura tal-emittent;

(b)

it-tip ta' titoli;

(c)

iċ-ċirkostanzi tal-emittent;

(d)

jekk ikun il-każ, it-tip ta' investitur fil-mira tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ, l-għarfien li x'aktarx ikollu dan it-tip ta' investitur, u s-suq li fih it-titoli għandhom jiġu ammessi għall-kummerċ;

(e)

kwalunkwe informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-investituri lil hinn mill-obbligi imposti fuq l-emittent tat-titoli skont id-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni jew ir-regoli ta' kwalunkwe awtorità kompetenti jew ċentru tan-negozjar li fihom it-titoli tal-emittent ikunu elenkati jew ammessi għall-kummerċ jew permezz tagħhom u li jista' jinkiseb aċċess għalihom permezz ta' mekkaniżmu maħtur uffiċjalment kif imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/109/KE;

(f)

l-applikabbiltà ta' kwalunkwe reġim ta' divulgazzjoni semplifikat jew proporzjonat kif stabbilit fl-Artikolu 14 u l-Artikolu 15.

2.   L-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni fil-kummerċ f'suq regolat jistgħu jfasslu l-prospett bħala dokument uniku jew bħala dokumenti separati.

Prospett magħmul minn dokumenti separati għandu jaqsam l-informazzjoni meħtieġa f'dokument tar-reġistrazzjoni, nota tat-titoli u s-sommarju, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(7) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) . Id-dokument ta' reġistrazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni li għandha x'taqsam mal-emittent. In-nota dwar it-titoli għandu jkun fiha l-informazzjoni li tirrigwarda t-titoli li jkunu sejrin jiġu offruti lill-pubbliku jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat.

Artikolu 7

Is-sommarju tal-prospett

1.   Il-prospett għandu jinkludi sommarju li jipprovdi l-informazzjoni ewlenija li l-investituri jeħtieġu biex jifhmu n-natura u r-riskji tal-emittent, il-garanti u t-titoli li qed jiġu offruti jew ammessi għan-negozjar f'suq regolat, u li, għandu jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett biex jgħin lill-investituri meta jiġu biex jikkunsidraw jekk jinvestux f'dawn it-titoli.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, meta l-prospett jikkonċerna l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ta' titoli mhux ta' ekwità offruti biss lil investituri kwalifikati, m'għandu jinħtieġ l-ebda sommarju.

2.   Il-kontenut tas-sommarju għandu jkun preċiż, ġust, ċar u ma jiżgwidax. Għandu jinqara bħala introduzzjoni għall-prospett u għandu jkun konsistenti mal-partijiet l-oħra tal-prospett.

3.   Is-sommarju għandu jitfassal bħala dokument qasir miktub b'mod konċiż u ta' massimu ta' sitt faċċati ta' folja A4 meta stampat.

F'każijiet eċċezzjonali biss iżda, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-emittent ifassal sommarju itwal sa massimu ta' 10 faċċati ta' folja A4 meta stampat, li fiha l-kumplessità tal-attivitajiet tal-emittent, in-natura tal-ħruġ, jew in-natura tat-titoli maħruġa teħtieġ hekk, u meta jokkorri r-riskju li l-investitur jiġi żgwidat mingħajr l-informazzjoni addizzjonali definita fis-sommarju bħala riżultat.

Is-sommarju għandu:

(a)

jiġi ppreżentat u strutturat b'mod li jkun faċli biex jinqara, bl-użu ta' tipa li tinqara;

(b)

ikun miktub f'lingwaġġ u stil li jiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni, b'mod partikolari, li l-lingwaġġ ikun ċar, mhux tekniku, konċiż u li jinftiehem għat-tip ta' investituri kkonċernati .

4.   Is-sommarju għandu jkun magħmul mill-erba' taqsimiet li ġejjin:

(a)

introduzzjoni li tinkludi t-twissijiet ġenerali u speċifiċi, inkluża l-portata tat-telf eventwali għall-investituri fl-agħar każ possibbli ;

(b)

informazzjoni ewlenija dwar l-emittent, l-offerent jew il-persuna li qed tagħmel it-talba għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ;

(c)

informazzjoni ewlenija fuq it-titoli;

(d)

informazzjoni ewlenija dwar l-offerta nnifisha u/jew l-ammissjoni għall-kummerċ.

5.   L-introduzzjoni tas-sommarju għandu jkun fiha:

(a)

l-isem u n-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) tat-titoli;

(b)

l-identità u d-dettalji tal-emittent , inkluż l-identifikatur ta' entità ġuridika (LEI) tiegħu;

(c)

l-identità u d-dettalji tal-offerent, inkluż il-LEI tiegħu jekk l-offerent ikollu personalità ġuridika, jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni;

(d)

l-identità u d-dettalji tal-awtorità kompetenti ta' domiċilju u d-data tad-dokument.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, meta l-prospett ikun jikkonsisti minn dokumenti separati approvati minn awtoritajiet kompetenti differenti, l-introduzzjoni tas-sommarju għandha tidentifika l-awtoritajiet kompetenti kollha kif ukoll tforni d-dettalji tal-kuntatt tagħhom.

Dan għandu jkun fih twissijiet li:

(a)

il-ġabra fil-qosor għandha tinqara bħala introduzzjoni għall-prospett;

(b)

kull deċiżjoni ta' investiment fit-titoli għandha tiġi bbażata fuq kunsiderazzjoni tal-prospett sħiħ mill-investitur;

(c)

meta jsir appell li jkollu x'jaqsam mat-tagħrif li jkun jinsab fi prospett jitressaq quddiem il-qorti, l-investitur rikorrenti jista', skont id-dritt nazzjonali tal-Istati Membri, jkollu jbati l-ispejjeż tat-traduzzjoni tal-prospett qabel ma jinbdew il-proċeduri legali;

(d)

ir-responsabbiltà ċivili tinkombi biss lil dawk il-persuni li jkunu intavolaw is-sommarju, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, iżda biss fejn is-sommarju jkun iqarraq, ineżatt jew inkonsistenti meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, jew fejn dan ma jipprovdix, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, l-informazzjoni ewlenija sabiex tgħin lill-investituri meta jiġu biex jikkunsidraw jekk jinvestux f'tali titoli.

6.   Is-sezzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

taħt is-subsezzjoni bit-titolu “Min hu l-emittent tat-titoli?”, deskrizzjoni qasira tal-emittent tat-titoli, inklużi mill-inqas dawn li ġejjin:

id-domiċilju u l-forma ġuridika tiegħu, l-identifikatur LEI tiegħu, il-leġiżlazzjoni li taħtha dan jopera u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni tiegħu;

l-attivitajiet prinċipali tiegħu;

l-azzjonisti ewlenin tiegħu, inkluż jekk ikunx direttament jew indirettament immexxi jew ikkontrollat u minn min;

l-identità tad-diretturi eżekuttivi ewlenin tiegħu u tal-bord tad-diretturi ;

l-identità tal-awdituri statutorji tiegħu.

(b)

taħt is-subsezzjoni bit-titolu “X'inhi l-informazzjoni finanzjarja prinċipali li tirrigwarda l-emittent?” għażla ta' informazzjoni finanzjarja ewlenija storika, inklużfejn applikabbli informazzjoni pro forma, ippreżentata għal kull sena finanzjarja tal-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, u kull perjodu finanzjarju interim sussegwenti akkumpanjat minn data komparattiva mill-istess perjodu fis-sena finanzjarja preċedenti. L-informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ għandha tiġi approvata bil-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-karta tal-bilanċ tat-tmiem tas-sena.

(c)

taħt is-subsezzjoni bit-titolu “X'inhuma r-riskji ewlenin li huma speċifiċi għall-emittent?” deskrizzjoni qasira ta' mhux aktar minn  10 mill-fatturi ta' riskju sinifikanti l-aktar speċifiċi għall-emittent li jinsabu fil-prospett inklużi, partikolarment, ir-riskji operattivi u ta' investiment .

7.   Is-sezzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

taħt is-subsezzjoni bit-titolu “X'inhuma l-karatteristiċi ewlenin tat-titoli?”, deskrizzjoni qasira tat-titoli offruti u/jew introdotti kummerċjalment inklużi mill-inqas:

it-tip u l-klassi tagħhom, l-ISIN tagħhom , il-valuta tagħhom, id-denominazzjoni, il-valur nominali, in-numru ta' titoli maħruġa, it-terminu tat-titoli;

id-drittijiet marbuta mat-titoli;

is-superjorità relattiva tat-titoli fl-istruttura tal-kapital tal-emittent fl-eventwalità ta' insolvenza, inkluża, meta jkun il-każ, l-informazzjoni dwar il-livell ta' subordinazzjoni tat-titoli u t-trattament tagħhom fil-każ ta' riżoluzzjoni fl-ambitu tad-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (BRRD);

kull restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà libera tat-titoli;

fejn applikabbli, il-politika tad-dividendi jew ħlas.

(b)

taħt is-subsezzjoni bit-titolu “Fejn se jiġu nnegozjati t-titoli?”, indikazzjoni dwar jekk it-titoli offruti humiex jew hux se jkunu s-suġġett ta' applikazzjoni għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew għall-kummerċ f'faċilità multilaterali tan-negozjar u l-identità tas-swieq kollha fejn it-titoli huma jew se jiġu nnegozjati.

(c)

taħt is-subsezzjoni bit-titolu “Hemm garanzija mehmuża mat-titoli?” deskrizzjoni qasira tan-natura u l-ambitu tal-garanzija, jekk ikun hemm, kif ukoll deskrizzjoni qasira tal-garanti , inkluż il-LEI tiegħu .

(d)

taħt is-subsezzjoni bit-titolu “X'inhuma r-riskji ewlenin li huma speċifiċi għat-titoli?” deskrizzjoni qasira ta' mhux aktar minn  10 mill-fatturi ta' riskju sinifikanti l-aktar speċifiċi għat-titoli, li jinsabu fil-prospett .

Meta dokument ta' informazzjoni ewlenija jkun meħtieġ li jiġi ppreparat skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), l-emittent, l-offerent jew il-persuna li tagħmel it-talba għall-ammissjoni jistgħu jissostitwixxu l-kontenut stabbilit f'dan paragrafu bl-informazzjoni stabbilita fil-punti (b) sa (i) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014. F'dak il-każ u meta sommarju wieħed ikopri diversi titoli li jvarjaw biss f'xi dettalji limitati ħafna, bħall-prezz tal-ħruġ jew id-data tal-maturità, skont l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 8(8), il-limitu tat-tul stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jiġi estiż bi 3 faċċati addizzjonali ta' folja A4 għal kull titolu addizzjonali.

8.   Is-sezzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 4 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

taħt is-subsezzjoni bit-titolu “Taħt liema kundizzjonijiet u kalendarju nista' ninvesti f'dan it-titolu?”, fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet ġenerali, il-kundizzjonijiet u l-kalendarju mistenni tal-offerta, id-dettalji tal-ammissjoni għall-kummerċ, il-pjan ta' distribuzzjoni, l-ammont u l-perċentwali ta' dilwizzjoni immedjata li tirriżulta mill-offerta u l-istima tal-ispejjeż totali tal-ħruġ u/jew offerta, inklużi l-ispejjeż stmati li se jintalbu lill-investitur mill-emittent jew l-offerent.

(b)

taħt it-taqsima bit-titolu “Għaliex għandu l-emittent jipproduċi dan il-prospett?” deskrizzjoni qasira tar-raġunijiet għall-offerta jew għall-ammissjoni għall-kummerċ, kif ukoll l-użu u l-ammont nett stmat tar-rikavat.

9.   Taħt kull sezzjoni deskritta fil-paragrafi 6, 7 u 8, l-emittent jista' jżid subintestaturi fejn ikun meħtieġ.

10.   Is-sommarju m'għandux ikun fih kontroreferenzi għall-partijiet l-oħra tal-prospett jew jinkorpora fih tagħrif b'referenza.

11.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kontenut u l-format tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja ewlenija storika msemmija taħt il-punt (b) tal-paragrafu 6, filwaqt li tqis id-diversi tipi ta' titoli u emittenti u tiżgura li l-informazzjoni mogħtija tkun qasira, konċiża u tinftiehem .

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [ 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 8

Il-prospett bażi

1.   Għal titoli mhux ta' ekwità, il-prospett jista', skont l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jikkonsisti fi prospett bażi li jkun fih l-informazzjoni rilevanti ▌li tikkonċerna l-emittent u t-titoli offruti lill-pubbliku jew li jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat.

2.   Il-prospett bażi għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

lista tal-informazzjoni li se tkun inkluża fil-kundizzjonijiet finali tal-offerta;

(b)

mudell, intitolat “formola tal-kundizzjonijiet finali”, li għandu jimtela għal kull ħruġ individwali;

(c)

l-indirizz tas-sit web fejn il-kundizzjonijiet finali se jkunu ppubblikati.

3.   Il-kundizzjonijiet finali għandhom jiġu ppreżentati fil-forma ta' dokument separat jew għandhom ikunu inklużi fil-prospett bażi jew f'suppliment tiegħu. Il-kundizzjonijiet finali għandhom jitħejjew f'forma faċilment analizzabbli u komprensibbli.

Il-kundizzjonijiet finali għandhom jinkludu biss informazzjoni relatata man-nota tat-titoli u m'għandhomx jintużaw biex iservu ta' suppliment tal-prospett bażi. L-Artikolu 17(1)(a) għandu japplika f'każijiet bħal dawn.

4.   Meta l-kundizzjonijiet finali la jkunu inklużi fil-prospett bażi u lanqas f'suppliment, l-emittent għandu jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku skont l-Artikolu 20 u jiddepożitahom għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, kemm jista' jkun malajr qabel il-bidu tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ.

Għandha tiddaħħal fil-kundizzjonijiet finali dikjarazzjoni ċara u prominenti li tindika:

(a)

li l-kundizzjonijiet finali jkunu ġew ippreparati għall-għan ta' dan ir-Regolament u għandhom jinqraw flimkien mal-prospett bażi u s-suppliment(i) tiegħu sabiex tinkiseb l-informazzjoni kollha rilevanti;

(b)

fejn il-prospett bażi u s-suppliment(i) tiegħu jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 20;

(c)

li sommarju tal-ħruġ individwali jkun l-anness għall-kundizzjonijiet finali.

5.   Prospett bażi jista' jitfassal bħala dokument wieħed jew bħala dokumenti separati.

Meta l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni fil-kummerċ f'suq regolat qabel tkun iddepożitat dokument ta' reġistrazzjoni għal tip partikolari ta' titoli mhux ta' ekwità, jew dokument ta' reġistrazzjoni universali kif definit fl-Artikolu 9, u, fi stadju aktar tard, jagħżel li jfassal prospett bażi, il-prospett bażi għandu jikkonsisti f'dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni inkluża fid-dokument ta' reġistrazzjoni, jew id-dokument ta' reġistrazzjoni universali;

(b)

l-informazzjoni li kieku kellha tiġi inkluża fin-nota tat-titoli rilevanti, bl-eċċezzjoni tal-kundizzjonijiet finali meta l-kundizzjonijiet finali mhumiex inklużi fil-prospett bażi.

6.   L-informazzjoni speċifika dwar kull wieħed mit-titoli differenti inklużi fi prospett bażi għandha tkun segregata b'mod ċar.

7.   Is-sommarju għandu jitfassal biss meta l-kundizzjonijiet finali jkunu inklużi fil-prospett bażi skont il-paragrafu 3 jew iddepożitati u tali sommarju għandu jkun speċifiku għall-ħruġ individwali.

8.   Is-sommarju tal-ħruġ individwali għandu jkun soġġett għall-istess ħtiġijiet bħall-kundizzjonijiet finali, kif stabbiliti f'dan l-Artikolu, u għandhom ikunu annessi magħhom.

Is-sommarju tal-ħruġ individwali għandu jikkonforma mal-Artikolu 7 u għandu jipprovdi l-informazzjoni ewlenija tal-prospett bażi u tal-kundizzjonijiet finali. Għandu jkun fih dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni tal-prospett bażi li hija rilevanti biss għall-ħruġ individwali, inkluża l-informazzjoni essenzjali fuq l-emittent;

(b)

l-għażliet li jkunu jinsabu fil-prospett bażi li huma rilevanti biss għall-ħruġ individwali kif determinat fil-kundizzjonijiet finali;

(c)

l-informazzjoni rilevanti mogħtija fil-kundizzjonijiet finali li preċedentement kienet tħalliet barra fil-prospett bażi.

Meta l-kundizzjonijiet finali jirreferu għal diversi titoli li huma differenti biss f'ċerti dettalji limitati ħafna, bħall-prezz tal-ħruġ jew id-data ta' maturità, sommarju wieħed tal-ħruġ individwali jista' jiġi mehmuż ma' dawk it-titoli kollha, sakemm l-informazzjoni li tirreferi għat-titoli differenti tkun segregata b'mod ċar.

9.   L-informazzjoni li tinsab fil-prospett bażi għandha tkun supplimentata, fejn meħtieġ, skont l-Artikolu 22, b'informazzjoni aġġornata fuq l-emittent u rigward it-titoli li jiġu offruti lill-pubbliku jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat.

10.   Offerta lill-pubbliku tista' tkompli wara l-iskadenza tal-prospett bażi li taħtu kienet bdiet sakemm il-prospett bażi sussegwenti jiġi approvat sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tal-validità tal-prospett bażi preċedenti. Il-kundizzjonijiet finali ta' offerta bħal din għandu jkollhom twissija prominenti fuq l-ewwel paġna tagħhom li tindika l-aħħar jum tal-validità tal-prospett bażi preċedenti u fejn il-prospett bażi sussegwenti se jkun ippubblikat. Il-prospett bażi sussegwenti għandu jinkludi jew jinkorpora b'referenza l-formola tal-kundizzjonijiet finali tal-prospett bażi inizjali u jirreferi għall-kundizzjonijiet finali rilevanti għall-offerta kontinwa.

Id-dritt tal-irtirar mogħti skont l-Artikolu 22(2) għandu japplika wkoll għall-investituri li jkunu qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli matul il-perjodu tal-validità tal-prospett bażi preċedenti, ħlief jekk it-titoli jkunu diġà ngħataw lilhom.

Artikolu 9

Dokument ta' reġistrazzjoni universali

1.   Kwalunkwe emittent li jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu fi Stat Membru u li t-titoli tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew f'faċilità multilaterali tan-negozjar jista' jfassal għal kull sena finanzjarja dokument ta' reġistrazzjoni fil-forma ta' dokument ta' reġistrazzjoni universali li jiddeskrivi l-organizzazzjoni, l-attività tal-kumpanija, il-pożizzjoni finanzjarja, il-qligħ u l-prospettivi, il-governanza u l-istruttura tal-ishma.

2.    Kwalunkwe emittent li jagħżel li jfassal dokument ta' reġistrazzjoni universali għal kull sena finanzjarja għandu jippreżentah għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 4 u 5 tal-Artikolu 19.

Wara li l-emittent kellu dokument ta' reġistrazzjoni universali approvat mill-awtorità kompetenti għal sentejn finanzjarji konsekuttivi , id-dokumenti ta' reġistrazzjoni universali sussegwenti jew l-emendi ta' tali dokumenti ta' reġistrazzjoni universiali , jistgħu jiġu ddepożitati għand l-awtorità kompetenti mingħajr l-approvazzjoni minn qabel , sakemm dawn l-emendi jikkonċernaw ommissjoni, jew żball materjali jew ineżattezza, li x'aktarx tqarraq bil-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għall-valutazzjoni infurmata tal-emittent .

Meta l-emittent wara jonqos milli jiddepożita dokument ta' reġistrazzjoni universali għal sena finanzjarja waħda, il-benefiċċju tad-depożitu mingħajr l-approvazzjoni jintilef u d-dokumenti kollha sussegwenti ta' reġistrazzjoni universali għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni sakemm il-kundizzjoni tat-tieni subparagrafu terġa' tkun sodisfatta.

3.   L-emittenti li, qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kellhom ċertifikat tar-reġistrazzjoni, imfassal skont l-Anness I jew XI tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 (20), approvat minn awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn konsekuttivi u li wara ġie ddepożitat, skont l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/71/KE, jew fejn tali dokument ta' reġistrazzjoni ġie approvat kull sena, għandhom ikunu awtorizzati biex jiddepożitaw dokument ta' reġistrazzjoni universali mingħajr l-approvazzjoni minn qabel skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

4.   Ladarba jkun ġie approvat jew iddepożitat mingħajr l-approvazzjoni, id-dokument ta' reġistrazzjoni universali, kif ukoll l-emendi tiegħu msemmija fil-paragrafi 7 u 9, għandu jkun disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien żejjed u skont l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 20.

5.   Id-dokument ta' reġistrazzjoni universali għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-lingwa stipulati fl-Artikolu 25.

6.   L-informazzjoni tista' tkun inkorporata b'referenza f'dokument ta' reġistrazzjoni universali fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18.

7.   Wara d-depożitu jew l-approvazzjoni ta' dokument ta' reġistrazzjoni universali, l-emittent jista' f'kull mument jaġġorna l-informazzjoni li jkun fih billi jibgħat emenda għad-dokument ta' reġistrazzjoni universali tiegħu lill-awtorità kompetenti.

8.   L-awtorità kompetenti tista' f'kull mument tirrieżamina l-kontenut ta' kull dokument ta' reġistrazzjoni universali li jkun ġie ddepożitat mingħajr l-approvazzjoni minn qabel, kif ukoll il-kontenut tal-emendi tiegħu.

Ir-rieżami mill-awtorità kompetenti għandu jikkonsisti fl-iskrutinju tal-kompletezza, il-konsistenza u l-komprensibbiltà tal-informazzjoni mogħtija fid-dokument ta' reġistrazzjoni universali u l-emendi tiegħu.

9.   Meta l-awtorità kompetenti, matul ir-rieżami, tikkonstata li d-dokument ta' reġistrazzjoni universali ma jissodisfax l-istandards ta' kompletezza, komprensibbiltà u konsistenza, u/jew li l-emendi jew l-informazzjoni supplimentari huma neċessarji, din għandha tinnotifika lill-emittent.

Talba għal emenda jew informazzjoni supplimentari indirizzata mill-awtorità kompetenti lill-emittent għandha tiġi kkunsidrata biss mill-emittent fid-dokument ta' reġistrazzjoni universali sussegwenti ddepożitat għas-sena finanzjarja ta' wara, ħlief meta l-emittent jixtieq juża dokument ta' reġistrazzjoni universali bħala parti kostituttiva ta' prospett ippreżentat għall-approvazzjoni. F'dak il-każ, l-emittent għandu jiddepożita emenda għad-dokument ta' reġistrazzjoni universali sa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(5).

B'deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-emittent li l-emenda tiegħu tikkonċerna ommissjoni jew żball materjali jew ineżattezza materjali, li x'aktarx tqarraq bil-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għall-valutazzjoni infurmata tal-emittent, l-emittent għandu jiddepożita emenda fil-konfront tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali mingħajr dewmien żejjed.

10.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 7 u 9 għandhom japplikaw biss meta d-dokument ta' reġistrazzjoni universali ma jintużax bħala parti kostituttiva ta' prospett. Kull meta dokument ta' reġistrazzjoni universali jintuża bħala parti kostituttva ta' prospett, ir-regoli biss tal-Artikolu 22 li jissupplimentaw il-prospett għandhom japplikaw mill-mument meta l-prospett jiġi approvat sal-għeluq finali tal-offerta lill-pubbliku jew, skont il-każ kif ikun, il-mument meta l-kummerċ f'suq regolat jibda, skont liema minn dawn iseħħ l-aħħar.

11.   L-emittent li jissodisfa l-kundizzjonijiet deskritti fl-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 jew il-paragrafu 3 għandu jkollu l-istatus ta' emittent frekwenti u għandu jibbenefika mill-proċess ta' approvazzjoni aktar mgħaġġel deskritt fl-Artikolu 19(5), sakemm:

(a)

meta kull dokument ta' reġistrazzjoni universali jiġi ddepożitat jew ippreżentat għall-approvazzjoni, l-emittent jipprovdi konferma bil-miktub lill-awtorità kompetenti li l-informazzjoni regolata kollha li hija meħtieġa li tiġi divulgata skont id-Direttiva 2004/109/KE, jekk applikabbli, u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tkun ġiet iddepożitata u ppubblikata skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'dawk l-atti; u

(b)

meta l-awtorità kompetenti twettaq ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 8, l-emittent għandu jemenda d-dokument ta' reġistrazzjoni universali tiegħu skont l-arranġamenti stabbiliti fil-paragrafu 9.

Meta xi waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma tiġix sodisfatta mill-emittent, l-istatus ta' emittent frekwenti jintilef.

12.   Meta d-dokument tar-reġistrazzjoni universali ddepożitat għand jew approvat mill-awtorità kompetenti jiġi ppubblikat mhux aktar tard minn erba' xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja, u dan ikun fih l-informazzjoni meħtieġa li tkun divulgata fir-rapport finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), l-emittent għandu jitqies li ssodisfa l-obbligu tiegħu li jippubblika r-rapport finanzjarju annwali previst minn dan l-Artikolu.

Meta d-dokument ta' reġistrazzjoni universali, jew emenda tiegħu, jiġi ddepożitat għand jew approvat mill-awtorità kompetenti u jsir pubbliku mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem tal-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja, u fih ikun hemm l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi divulgata fir-rapport finanzjarju ta' nofs is-sena msemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/109/KE, l-emittent għandu jitqies li ssodisfa l-obbligu tiegħu li jippubblika r-rapport finanzjarju ta' nofs is-sena previst skont dak l-Artikolu.

Fil-każijiet deskritti taħt l-ewwel jew it-tieni subparagrafu, l-emittent:

(a)

għandu jinkludi fid-dokument ta' reġistrazzjoni universali lista b'kontroreferenzi li tidentifika fejn kull punt meħtieġ fir-rapporti finanzjarji annwali u ta' nofs is-sena jistgħu jinstabu fid-dokument ta' reġistrazzjoni universali;

(b)

għandu jiddepożita dokument ta' reġistrazzjoni universali skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2004/109/KE u jagħmlu disponibbli għall-mekkaniżmu maħtur b'mod uffiċjali msemmi fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/109/KE;

(c)

għandu jinkludi fid-dokument ta' reġistrazzjoni universali dikjarazzjoni ta' responsabbiltà fil-kundizzjonijiet mitluba mill-Artikolu 4(2)(c) u 5(2)(c) tad-Direttiva 2004/109/KE.

13.   Il-paragrafu 12 għandu japplika biss meta l-Istat Membru tad-domiċilju tal-emittent għall-finijiet ta' dan ir-Regolament huwa wkoll l-Istat Membru ta' oriġini għall-finijiet tad-Direttiva 2004/109/KE, u meta l-lingwa tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/109/KE.

14.    L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-proċedura għall-iskrutinju, l-approvazzjoni, id-depożitu u r-rieżami tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-emenda u l-kundizzjonijiet meta l-istatus tal-emittent frekwenti jista' jintilef.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 10

Prospetti li jikkonsistu f'dokumenti separati

1.   L-emittent li jkollu diġà ċertifikat tar-reġistrazzjoni approvat mill-awtorità kompetenti għandu jkun meħtieġ li jħejji biss in-nota tat-titoli u s-sommarju meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat. F'dak il-każ, in-nota tat-titoli u s-sommarju għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni separata.

Meta, mill-approvazzjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni 'il quddiem, kien hemm fattur sinifikanti ġdid, żball jew ineżattezza materjali marbuta mal-informazzjoni inkluża fid-dokument ta' reġistrazzjoni li jista' jaffettwa l-valutazzjoni tat-titoli, is-suppliment għad-dokument ta' reġistrazzjoni għandu jkun ippreżentat għall-approvazzjoni fl-istess ħin bħan-nota tat-titoli u s-sommarju. Id-dritt li jiġu rtirati l-aċċettazzjonijiet skont l-Artikolu 22(2) m'għandux japplika f'dak il-każ.

Id-dokument ta' reġistrazzjoni u s-suppliment tiegħu, fejn applikabbli, akkumpanjat bin-nota tat-titoli u s-sommarju għandu jikkostitwixxi prospett, ladarba approvat mill-awtorità kompetenti.

2.   L-emittent li jkollu diġà ċertifikat tar-reġistrazzjoni approvat mill-awtorità kompetenti jew li jkun iddepożata dokument ta' reġistrazzjoni universali mingħajr approvazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2), għandu jkun meħtieġ li jħejji biss in-nota tat-titoli u s-sommarju meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat. F'dak il-każ, in-nota tat-titoli, is-sommarju u l-emendi kollha tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali ddepożitati sa mill-approvazzjoni jew mid-depożitu tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, ħlief l-emendi tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali ta' emittent frekwenti skont l-Artikolu 19(5), għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni separata.

Meta l-emittent ikun iddepożita dokument universali ta' reġistrazzjoni mingħajr approvazzjoni, id-dokument sħiħ, inklużi l-emendi tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni, minkejja l-fatt li dawn id-dokumenti jibqgħu separati.

Id-dokument ta' reġistrazzjoni universali, emendat skont il-paragrafi 7 u 9 tal-Artikolu 9, flimkien man-nota tat-titoli u s-sommarju għandhom jikkostitwixxu prospett, ladarba approvati mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 11

Responsabbiltà marbuta mal-prospett

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà għall-informazzjoni mogħtija fil-prospett tkun marbuta mal-emittent jew l-entitajiet amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tiegħu, l-offerent, il-persuna li tagħmel talba għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew mal-garanti. Il-persuni responsabbli għandhom ikunu identifikati b'mod ċar fil-prospett b'isimhom u l-funzjonijiet tagħhom jew, fil-każ ta' persuni ġuridiċi, isimhom u l-uffiċċji reġistrati tagħhom, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tagħhom li, safejn ikunu jafu, l-informazzjoni li tkun tinsab fil-prospett tkun skont il-fatti u li l-prospett ma jħalli barra xejn li x'aktarx jaffettwa l-portata tiegħu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar ir-responsabbiltà ċivili japplikaw għal dawk il-persuni responsabbli mill-informazzjoni mogħtija fil-prospett.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma tiġi attribwita l-ebda responsabbiltà ċivili lil persuna esklużivament abbażi tas-sommarju, inkluż kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm ma jkunx qarrieqi, impreċiż jew inkonsistenti, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, jew ma jkunx jipprovdi, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, l-informazzjoni ewlenija bħala għajnuna għall-investituri meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jinvestux f'tali titoli. Is-sommarju għandu jkun fih twissija ċara għal dak il-għan.

3.   Ir-responsabbiltà għall-informazzjoni mogħtija f'dokument ta' reġistrazzjoni universali għandha tkun marbuta mal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 biss f'każijiet li fihom id-dokument ta' reġistrazzjoni universali jkun użat bħala parti kostituttiva ta' prospett approvat. Dan għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE meta l-informazzjoni f'dawn l-Artikoli tiġi inkluża f'dokument ta' reġistrazzjoni universali.

Artikolu 12

Validità ta' prospett, ta' prospett bażi u ta' dokument ta' reġistrazzjoni

1.   Prospett jew prospett bażi, kemm jekk ikun dokument uniku jew inkella jikkonsisti f'dokumenti separati, għandu jkun validu għal 12-il xahar wara li jiġi approvat għall-offerti lill-pubbliku jew l-ammissjonijiet għall-kummerċ f'suq regolat, sakemm ikun imtela b'kull suppliment meħtieġ skont l-Artikolu 22.

Fejn prospett jew prospett bażi ikun jikkonsisti f'dokumenti separati, il-validità għandha tibda wara l-approvazzjoni tan-nota tat-titoli.

2.   Dokument ta' reġistrazzjoni, inkluż dokument ta' reġistrazzjoni universali kif imsemmi fl-Artikolu 9, li jkun ġie ddepożitat jew approvat qabel, għandu jkun validu biex jintuża bħala parti kostituttiva ta' prospett għal 12-il xahar wara d-depożitu jew l-approvazzjoni tiegħu.

It-tmiem tal-validità ta' tali dokument ta' reġistrazzjoni m'għandhiex taffettwa l-validità ta' prospett li dan ikun parti kostituttiva tiegħu.

KAPITOLU III

KONTENUT U FORMAT TAL-PROSPETT

Artikolu 13

Informazzjoni minima u format

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, f'konformità mal-Artikolu 42, l-atti li jirrigwardaw il-format tal-prospett, il-prospett bażi u l-kundizzjonijiet finali, u l-iskedi li jiddefinixxu l-informazzjoni speċifika li għandha tkun inkluża fi prospett, filwaqt li tkun evitata d-duplikazzjoni tal-informazzjoni meta prospett ikun mibni fuq dokumenti separati.

B'mod partikolari, meta jiġu mfassla l-iskedi ta' prospett varji, għandhom jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin:

(a)

it-tipi varji ta' informazzjoni meħtieġa mill-investituri fejn jidħlu t-titoli ta' ekwità mqabbla mat-titoli mhux ta' ekwità; għandu jiġi segwit metodu konsistenti rigward l-informazzjoni meħtieġa fi prospett għat-titoli li jkollhom razzjonal ekonomiku simili, partikolarment it-titoli derivattivi;

(b)

it-tipi u l-karatteristiċi varji tal-offerti u l-ammissjonijiet għall-kummerċ f'suq regolat tat-titoli mhux ta' ekwità;

(c)

il-format użat u l-informazzjoni meħtieġa fil-prospetti bażi li jirrigwardaw it-titoli mhux ta' ekwità, inklużi l-warrants f'kull għamla;

(d)

fejn applikabbli, in-natura pubblika tal-emittent;

(e)

fejn applikabbli, in-natura speċifika tal-attivitajiet tal-emittent.

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tfassal żewġ gruppi ta' skedi tal-prospett separati u materjalment differenti li jistabbilixxu r-rekwiżiti ta' informazzjoni applikabbli għal titoli mhux ta' ekwità adattati għad-diversi kategoriji ta' investituri – kwalifikati jew mhux kwalifikati – li l-offerta tiġi indirizzata lilhom, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta' informazzjoni differenti ta' dawk l-investituri.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, f'konformità mal-Artikolu 42, l-atti delegati li jistabbilixxu l-iskeda li tiddefinixxi l-informazzjoni minima li tinsab fid-dokument ta' reġistrazzjoni universali, kif ukoll skeda ddedikata għad-dokument tar-reġistrazzjoni universali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.

Tali skeda għandha tiżgura li d-dokument ta' reġistrazzjoni universali jkun jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-emittent sabiex l-istess dokument ta' reġistrazzjoni universali jkun jista' jintuża bl-istess mod għall-offerta sussegwenti għall-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozju tal-ekwità, titoli ta' dejn jew derivattivi. Rigward l-informazzjoni finanzjarja, ir-rieżami operattiv u finanzjarju kif ukoll il-prospetti u l-governanza korporattiva, din l-informazzjoni għandha tiġi allinjata kemm jista' jkun mal-informazzjoni meħtieġa biex tiġi divulgata fir-rapporti finanzjarji annwali u ta' kull sitt xhur imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE, inkluż ir-rapport ta' ġestjoni u d-dikjarazzjoni tal-governanza korporattiva.

3.   L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 u 2 għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards fil-qasam tal-informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja stipulati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-kummissjonijiet tat-titoli, b'mod partikolari mill-IOSCO u fl-Annessi I, II u III ta' dan ir-Regolament. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa [ 6 xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ].

Artikolu 14

Reġim ta' divulgazzjoni semplifikat għall-ħruġ sekondarju

1.   Il-persuni li ġejjin jistgħu jagħżlu li jħejju prospett semplifikat taħt ir-reġim semplifikat ta' divulgazzjoni għall-ħruġ sekondarju, f'każ ta' offerta ta' titoli lill-pubbliku jew ta' ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli f'suq regolat:

(a)

emittenti li t-titoli tagħhom ikunu ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew f'suq tat-tkabbir għall-SMEs jew MTF, għajr suq tat-tkabbir għall-SMEs, b'rekwiżiti ta' divulgazzjoni ekwivalenti għal mill-inqas dawk previsti għal suq tat-tkabbir għall-SMEs kif speċifikat fl-Artikolu 33(3)(d), (e), (f) u (g) tal-MiFID, għal mill-inqas 18-il xahar u li joħorġu aktar titoli tal-istess klassi;

(b)

emittenti li t-titoli ta' ekwità tagħhom ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew f'suq tat-tkabbir għall-SMEs jew MTF, għajr suq tat-tkabbir għall-SMEs, b'rekwiżiti ta' divulgazzjoni ekwivalenti għal mill-inqas dawk previsti għal suq tat-tkabbir għall-SMEs kif speċifikat fl-Artikolu 33(3)(d), (e), (f) u (g) tal-MiFID, għal mill-inqas 18-il xahar u li joħorġu titoli mhux ta' ekwità;

(c)

offerenti ta' klassi ta' titoli ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew f'suq tat-tkabbir għall-SMEs jew MTF, għajr suq tat-tkabbir għall-SMEs, b'rekwiżiti ta' divulgazzjoni ekwivalenti għal mill-inqas dawk previsti għal suq tat-tkabbir għall-SMEs kif speċifikat fl-Artikolu 33(3)(d), (e), (f) u (g) tal-MiFID, għal mill-inqas 18-il xahar.

Il-prospett semplifikat previst fl-ewwel subparagrafu għandu , minbarra s-sommarju stabbilit fl-Artikolu 7, jikkonsisti f'dokument speċifiku tar-reġistrazzjoni li jista' jintuża mill-persuni msemmija taħt il-punti (a), (b) u (c) u n-nota tat-titoli speċifiċi li tista' tintuża mill-persuni msemmija taħt il-punti (a) u (c).

Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tippubblika u taġġorna regolarment lista tal-MTFs, apparti s-swieq tat-tkabbir għall-SMEs, b'rekwiżiti ta' divulgazzjoni ekwivalenti għal mill-inqas dawk previsti għal suq tat-tkabbir għall-SMEs kif speċifikat fl-Artikolu 33(3), (d), (e), (f) u (g) tal-MiFID.

2.    F'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu  6(1), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(2), il-prospett semplifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi biss l-informazzjoni rilevanti ridotta li investitur raġonevolment ikollu bżonn b'rabta ma' ħruġ sekondarju biex ikun jista' jagħmel valutazzjoni informata dwar:

(a)

prospetti tal-emittent u ta' kull garanti, ibbażata fuq informazzjoni finanzjarja ▌inkluża jew inkorporata b'referenza fil-prospett li jkopri l-aħħar sena finanzjarja biss,

(b)

id-drittijiet marbuta mat-titoli,

(c)

ir-raġunijiet għall-ħruġ u l-impatt tiegħu fuq l-emittent , partikolarment id-dikjarazzjoni tal-kapital operatorju, id-divulgazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u tad-dejn, l-impatt fuq l-istruttura tal-kapital kumplessiv u sommarju konċiż tal-informazzjoni rilevanti divulgata fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 mid-data tal-aħħar ħruġ.

Is-sommarju għandu jkopri biss l-informazzjoni rilevanti meħtieġa skont ir-reġim ta' divulgazzjoni semplifikat għal ħruġ sekondarju.

L-informazzjoni li tinsab fil-prospett semplifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi abbozzata u ppreżentata f'forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem u għandha tippermetti lill-investituri sabiex jagħmlu deċiżjoni informata dwar l-investiment.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 biex tispeċifika l-informazzjoni ridotta msemmija fil-paragrafu 2, li għandha tiġi inkluża fl-iskedi applikabbli taħt ir-reġim ta' divulgazzjoni semplifikat imsemmi fil-paragrafu 1.

Meta tispeċifika l-informazzjoni ridotta li għandha tiġi inkluża fl-iskedi applikabbli taħt ir-reġim ta' divulgazzjoni semplifikat, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq tal-kapital, l-importanza tat-tnaqqis tal-ispiża ta', u taż-żieda ta' aċċess għal, kapital, u l-informazzjoni li emittent huwa diġà obbligat jiddivulga skont id-Direttiva 2004/109/KE, fejn applikabbli, u r-Regolament (UE) Nru 596/2014. Sabiex tevita li timponi piżijiet bla bżonn fuq l-emittenti, il-Kummissjoni għandha tikkalibra r-rekwiżiti sabiex jiffokaw fuq l-informazzjoni li hija materjali u rilevanti għal ħruġ sekondarju u jkunu proporzjonati.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa [ 6 xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ].

Artikolu 15

Prospett tat-tkabbir UE

1.    L-entitajiet li ġejjin għandu jkollhom id-dritt li jfasslu Prospett tat-tkabbir UE taħt ir-reġim ta' divulgazzjoni proporzjonat stabbilit f'dan l-Artikolu fil-każ ta' offerta ta' titoli lill-pubbliku ħlief meta t-titoli se jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat:

(a)

l-SMEs;

(b)

l-emittenti, apparti l-SMEs, meta l-offerta lill-pubbliku tikkonċerna titoli li għandhom jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq tat-tkabbir tal-SMEs;

(c)

l-emittenti, apparti dawk li hemm referenza għalihom fil-punti (a) u (b), meta l-korrispettiv totali fl-Unjoni tal-offerta tat-titoli lill-pubbliku ma jaqbiżx il-EUR 20 000 000 kkalkulati fuq perjodu ta' 12-il xahar.

Prospett tat-tkabbir UE approvat skont dan l-Artikolu għandu jkun validu għal kwalunkwe offerta ta' titoli lill-pubbliku fi kwalunkwe numru ta' Stati Membri ospitanti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 23, 24 u 25.

Prospett tat-tkabbir UE taħt ir-reġim ▌ta' divulgazzjoni proporzjonat li hemm referenza għalih fl-ewwel subparagrafu għandu jkun dokument standardizzat, li jkun faċli għall-emittenti biex ilestuh .

1a.     Il-Prospett tat-tkabbir UE għandu jkopri t-tliet elementi ewlenin li ġejjin:

(a)

informazzjoni ewlenija dwar l-emittent, bħal:

(i)

l-isem tal-emittent u l-persuni responsabbli għall-prospett;

(ii)

deskrizzjoni ġenerali tal-attivitajiet, il-kummerċ attwali u l-prospettivi tal-emittent;

(iii)

fatturi ta' riskju relatati mal-emittent;

(iv)

informazzjoni finanzjarja, li tista' tiġi inkorporata b'referenza;

(b)

informazzjoni ewlenija dwar it-titoli, bħal:

(i)

l-għadd u n-natura tat-titoli li jiffurmaw parti mill-offerta;

(ii)

il-patti u l-kundizzjonijiet tat-titoli u deskrizzjoni ta' kwalunkwe dritt marbut mat-titoli;

(iii)

fatturi ta' riskju relatati mat-titoli;

(c)

informazzjoni ewlenija dwar l-offerta, bħal:

(i)

il-patti u l-kundizzjonijiet tal-offerta, inkluż il-prezz tal-ħruġ;

(ii)

ir-raġunijiet għall-offerta u l-użu maħsub tar-rikavati netti.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 sabiex tispeċifika l-kontenut ridott u l-format speċifiku għall-prospett tat-tkabbir UE msemmi f'paragrafi 1 u 1a . Dawk l-atti għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni meħtieġa fl-iskedi tal-prospett b'lingwaġġ sempliċi, bl-użu ta' inkorporazzjoni b'referenza fejn xieraq.

Meta tispeċifika l-kontenut u l-format ridotti tal-prospett tat-tkabbir UE standardizzat, il-Kummissjoni għandha tikkalibra r-rekwiżiti biex jikkonċentraw fuq:

(a)

l-informazzjoni li hija materjali u rilevanti meta jsir investiment fit-titoli maħruġa għall-investituri;

(b)

il-ħtieġa li tiġi żgurata l-proporzjonalità bejn id-daqs tal-kumpanija u l-ħtiġijiet tagħha fejn jidħlu fondi; u

(c)

l-ispiża tal-produzzjoni tal-prospett.

Hija u tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:

il-bżonn li jiġi żgurat li l-prospett tat-tkabbir UE jkun notevolment u tassew eħfef mill-prospett sħiħ f'termini ta' piż amministrattiv u ta' spejjeż għall-emittenti;

il-ħtieġa li tiffaċilita l-aċċess għas-swieq kapitali għall-SMEs filwaqt li tiżgura l-fiduċja tal-investituri li jinvestu f'dawn il-kumpaniji;

il-ħtieġa li jiġu mminimizzati l-ispejjeż u l-piżijiet għall-SMEs;

il-ħtieġa li jinkisbu tipi speċifiċi ta' informazzjoni ta' rilevanza speċjali għall-SMEs;

id-daqs tal-emittent u kemm ilu jopera;

il-varji tipi u karatteristiċi tal-offerti;

il-varji tipi ta' informazzjoni meħtieġa mill-investituri relatata mat-tipi differenti ta' titoli.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa [ 6 xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ].

Artikolu 16

Fatturi ta' riskju

1.   Il-fatturi ta' riskju li dehru fil-prospett għandhom ikunu limitati għal riskji li huma speċifiċi għall-emittent u/jew it-titoli u huma materjali biex tittieħed deċiżjoni informata dwar l-investiment, kif ikkorroborat mill-kontenut tad-dokument tar-reġistrazzjoni u n-nota tat-titoli. ▌

1a.     Il-fatturi ta' riskju għandhom jinkludu wkoll dawk li jirriżultaw mil-livell ta' subordinazzjoni ta' titolu u l-impatt fuq id-daqs jew it-tempistika mistennija tal-pagamenti lid-detenturi tat-titoli li jkunu ddikjaraw falliment, jew kwalunkwe proċedura oħra simili, inkluż, jekk ikun il-każ, l-insolvenza ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ir-riżoluzzjoni jew ir-ristrutturar tagħha f'konformità mad-Direttiva 2014/59/UE (BRRD).

2.   L-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida dwar il-valutazzjoni mill-awtoritajiet ▌dwar l-ispeċifiċità u l-materjalità tal-fatturi ta' riskju▌. Barra minn hekk, l-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rieżami tagħhom tal-fatturi ta' riskju b'tali mod li tinkoraġġixxi divulgazzjoni tal-fattur ta' riskju xieraq u ffokat mill-emittenti.

Artikolu 17

Ommissjoni tal-informazzjoni

1.   Meta l-prezz finali tal-offerta u/jew l-ammont tat-titoli li jridu jiġu offruti lill-pubbliku ma jistgħux jiġu inkużi fil-prospett:

(a)

il-kriterji, u/jew il-kundizzjonijiet li skonthom l-elementi t'hawn fuq għandhom jiġu ddeterminati jew, fil-każ tal-prezz, il-prezz massimu, għandhom jiġu divulgati fil-prospett; jew

(b)

l-aċċettazzjonijiet tax-xiri jew is-sottoskrizzjoni ta' titoli jistgħu jiġu rtirati għal mhux inqas minn jumejn tax-xogħol wara l-prezz tal-offerta finali u/jew l-ammont tat-titoli li jridu jiġu offruti lill-pubbliku jkunu ġew depożitati.

L-offerta finali u l-ammont tat-titoli għandhom jiġu depożitati għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u ppubblikati skont l-Artikolu 20(2).

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tista' tawtorizza l-ommissjoni mill-prospett ta' ċerta informazzjoni li tiġi inkluża fi prospett, meta jkun jidhrilha li xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tkun sodisfatta:

(a)

id-divulgazzjoni ta' din l-informazzjoni ikun kuntrarju għall-interess pubbliku;

(b)

id-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni tkun ta' detriment serju għall-emittent, sakemm l-ommissjoni ta' dik l-informazzjoni ma tkunx tiżgwida lill-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għall-valutazzjoni infurmata tal-emittent, l-offerent jew il-garanti, jekk ikun hemm, u tad-drittijiet marbuta mat-titoli tad-dejn kkonċernati ma' dan il-prospett;

(c)

din l-informazzjoni tkun ta' importanza minuri fir-rigward ta' offerta speċifika jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat u ma taffettwax il-valutazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja u l-prospetti tal-emittent, l-offerent jew il-garanti.

L-awtorità kompetenti għandha tippreżenta rapport lill-ESMA fuq bażi annwali dwar l-informazzjoni li l-ommissjoni tagħha tkun ġiet awtorizzata minnha.

3.   Mingħajr preġudizzju għal informazzjoni adegwata lill-investituri, meta, b'mod eċċezzjonali, ċerta informazzjoni meħtieġa li trid tiġi inkluża fi prospett ma tkunx xierqa għall-isfera ta' attività jew għall-forma ġuridika tal-emittent jew għat-titoli li magħhom ikollu x'jaqsam il-prospett, il-prospett għandu jkun fih informazzjoni ekwivalenti għall-informazzjoni meħtieġa, sakemm ma jkun hemm l-ebda informazzjoni bħal din.

4.   Meta t-titoli jkunu garantiti minn Stat Membru, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, meta jkun qed jitfassal prospett skont l-Artikolu 4, għandu jkollu d-dritt li jħalli barra l-informazzjoni li tappartjeni għal dak l-Istat Membru.

5.    L-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' linji gwida biex tispeċifika l-każijiet fejn l-informazzjoni tista' titħalla barra skont il-paragrafu 2, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-rapporti tal-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 18

Inkorporazzjoni b'referenza

1.   L-informazzjoni tista' tkun inkorporata b'referenza fi prospett jew prospett bażi fejn din tkun ġiet ippubblikata elettronikament qabel jew simultanjament, imfassla f'lingwa li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 25 u  depożitata fil-kuntest tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew depożitata skont ir-regoli taċ-ċentru tan-negozjar jew is-suq tat-tkabbir għall-SMEs :

(a)

id-dokumenti li jkunu ġew approvati minn awtorità kompetenti▌, jew depożitati għandu, bi qbil ma' dan ir-Regolament;

(b)

id-dokumenti msemmija fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 1(3) u l-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(4);

(c)

l-informazzjoni regolata kif definit fil-punt (l) tal-Artikolu 2(1);

(d)

l-informazzjoni finanzjarja annwali u proviżorja;

(e)

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti tal-awditur;

(f)

ir-rapporti ta' ġestjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);

(g)

id-dikjarazzjonijiet tal-governanza korporattiva kif definiti fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(h)

[rapporti tar-rimunerazzjoni kif definiti fl-Artikolu [X] tad-[Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Azzjonisti riveduta (23)];

(ha)

rapporti annwali jew kwalunkwe informazzjoni ta' divulgazzjoni f'konformità mal-Artikolu 22 u 23 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(i)

memorandum u artikli ta' assoċjazzjoni.

Tali informazzjoni għandha tkun dik l-iktar reċenti disponibbli għall-emittent.

Meta biss ċerti partijiet ta' dokument ikunu inkorporati b'referenza, għandha tiddaħħal dikjarazzjoni fil-prospett li l-partijiet mhux inkorporati huma jew mhumiex rilevanti għall-investitur jew koperti xi mkien ieħor fil-prospett.

2.   Meta tiġi inkorporata l-informazzjoni b'referenza, l-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu aċċess għall-kummerċ f'suq regolat għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni. B'mod partikolari, għandha tiġi pprovduta lista ta' referenzi inkroċjati fil-prospett sabiex tgħin lill-investituri biex jidentifikaw punti ta' informazzjoni li jkunu speċifiċi faċilment, filwaqt li l-prospett għandu jkun fih hyperlinks għad-dokumenti kollha li fihom informazzjoni li tkun inkorporata b'referenza.

3.   Fejn possibbli flimkien mal-ewwel abbozz tal-prospett ippreżentat lill-awtorità kompetenti, u fi kwalunkwe każ matul il-proċess tar-rieżami tal-prospett, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni fil-kummerċ f'suq regolat għandu jippreżenta kwalunkwe informazzjoni li tista' tiġi mfittxija elettronikament u li tkun inkorporata b'referenza fil-prospett, sakemm din l-informazzjoni tkun diġà ġiet approvata minn jew depożitata għand l-awtorità kompetenti li tapprova l-prospett.

4.   ▌L-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex taġġorna l-lista ta' dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 bl-inklużjoni ta' tipi addizzjonali ta' dokumenti meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni li jkunu depożitati jew approvati minn awtorità pubblika.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU IV

ARRANĠAMENTI GĦALL-APPROVAZZJONI U L-PUBBLIKAZZJONI TAL-PROSPETT

Artikolu 19

Skrutinju u approvazzjoni tal-prospett

1.   L-ebda prospett m'għandu jiġi ppubblikat sakemm hu , jew il-partijiet kostituttiva tiegħu, ikun ġie approvat mill-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru ta' domiċilju rispettiv.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, bid-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-prospett fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-preżentazzjoni tal-abbozz tal-prospett.

▌L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA l-approvazzjoni tal-prospett u kwalunkwe suppliment mehmuż miegħu fl-istess ħin peress li dik l-approvazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat.

3.   Il-limitu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi estiż għal 20 jum ta' xogħol meta l-offerta lill-pubbliku tinvolvi titoli maħruġa minn emittent li ma jkollu l-ebda titolu ammess għall-kummerċ f'suq regolat u li qabel ma jkunx offra titoli lill-pubbliku.

Il-limitu ta' żmien ta' 20 jum ta' xogħol għandu japplika biss għall-preżentazzjoni inizjali tal-abbozz tal-prospett. Meta l-preżentazzjonijiet sussegwenti jkunu meħtieġa skont il-paragrafu 4, għandu japplika l-limitu ta' żmien tal-paragrafu 2.

4.   Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-abbozz tal-prospett ma jilħaqx livelli ta' kompletezza, komprensibbiltà u konsistenza meħtieġa għall-approvazzjoni tiegħu u/jew li emendi jew informazzjoni supplimentari jkunu meħtieġa:

(a)

din għandha tinforma lill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-preżentazzjoni tal-abbozz tal-prospett u/jew tal-informazzjoni supplimentari, u jiddikjara jew tiddikjara r-raġunijiet dettaljati għad-deċiżjoni , u

(b)

l-iskadenzi msemmija fil-paragrafi  2 u 3 għandhom konsegwentement japplikaw biss mid-data meta l-abbozz tal-prospett emendat u/jew l-informazzjoni supplimentari mitluba jiġu preżentati lill-awtorità kompetenti.

5.   B'deroga mill-paragrafi 2 u 4, l-iskadenza msemmija f'dawk il-paragrafi għandha titnaqqas għal 5 ijiem tax-xogħol għall-emittenti frekwenti msemmija fl-Artikolu 9 (11). L-emittent frekwenti għandu jinforma lill-awtorità kompetenti mill-inqas 5 ijiem ta' xogħol qabel id-data prevista għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni.

Emittent frekwenti għandu jippreżenta lill-awtorità kompetenti applikazzjoni li jkun fiha l-emendi meħtieġa għad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, fejn applikabbli, in-nota tat-titoli u s-sommarju preżentat għall-approvazzjoni.

Emittent frekwenti m'għandux ikun meħtieġ li jikseb approvazzjoni għall-emendi għad-dokument ta' reġistrazzjoni universali dment li dawk l-emendi jikkonċernaw ommissjoni, jew żball materjali jew ineżattezza materjali, li x'aktarx tqarraq bil-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għal valutazzjoni informata tal-emittent.

6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu fuq is-siti web tagħhom gwida fuq il-proċess ta' skrutinju u l-approvazzjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni effiċjenti u f'waqtha tal-prospetti. Din il-gwida għandha tinkludi il-punti tal-kuntatt fir-rigward tal-approvazzjonijiet. L-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett għandu jkollu l-possibbiltà li jikkomunika direttament u li jirreaġixxi mal-personal tal-awtorità kompetenti matul il-proċess tal-approvazzjoni tal-prospett.

9.   Il-livell tat-tariffi imposti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospetti, id-dokumenti tar-reġistrazzjoni, inklużi dokumenti ta' reġistrazzjoni universali, supplimenti u emendi, kif ukoll għad-depożitu ta' dokumenti ta' reġistrazzjoni universali, l-emendi għalihom u l-kundizzjonijiet finali, għandu jkun raġonevoli u proporzjonat u għandu jiġi divulgat lill-pubbliku mill-inqas fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti.

10.    L-ESMA tista' tabbozza standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-proċeduri għall-iskrutinju tal-kompletezza, kemm jinftiehem, il-konsistenza u l-approvazzjoni tal-prospett.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

11.   L-ESMA għandha tuża s-setgħat tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jippromwovi l-konverġenza superviżorja fir-rigward tal-proċessi ta' skrutinju u ta' approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti huma u jevalwaw l-kompletezza, il-konsistenza u kemm tinftiehem l-informazzjoni li tinsab fi prospett. Għal dan il-għan, l-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tas-superviżjoni u tal-infurzar tal-prospetti, li jkopru l-eżami tal-konformità ma' dan ir-Regolament u ma' eventwali atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati skont tali Regolament kif ukoll l-applikazzjoni ta' miżuri u sanzjonijiet amministrattivi adegwati fil-każ ta' ksur skont l-Artikoli 36 u 37. [Em. 2] B'mod partikolari, l-ESMA għandha tippromwovi l-konverġenza fir-rigward tal-effiċjenza, il-metodi u ż-żmien tal-iskrutinju mill-awtoritajiet kompetenti tal-informazzjoni mogħtija fil-prospett , permezz ta' rieżamijiet bejn il-pari jekk ikun xieraq .

11a.     L-ESMA għandha tiżviluppa sistema ta' fluss ta' xogħol ċentrali, li tintegra l-proċess ta' approvazzjoni tal-prospett mill-bidu sal-approvazzjoni, li tippermetti li l-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-emittenti jiġġestixxu u jimmonitorjaw it-talbiet għall-approvazzjoni online u fl-Unjoni kollha.

12.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha torganizza u twettaq tal-anqas rieżami bejn il-pari wieħed tal-proċeduri ta' skrutinju u ta' approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, inklużi n-notifiki tal-approvazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Ir-rieżami bejn il-pari għandu jivvaluta wkoll l-impatt ta' metodi differenti rigward l-iskrutinju u l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-kapaċità tal-emittenti li jiġbru l-kapital fl-Unjoni Ewropea. Ir-rapport dwar dan ir-rieżami bejn il-pari għandu jiġi ppubblikat sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fil-kuntest ta' dan ir-rieżami bejn il-pari, l-ESMA għandha tqis il-parir mill-Grupp tal-Partijiet Interessati tas-Swieq u t-Titoli msemmi fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 20

Pubblikazzjoni tal-prospett

1.   Ladarba approvat, il-prospett għandu jkun disponibbli għall-pubbliku mill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fi żmien raġonevolment bil-quddiem, u l-aktar tard fil-bidu tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli involuti.

Fil-każ ta' offerta inizjali lill-pubbliku ta' klassi ta' ishma li huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għall-ewwel darba, il-prospett għandu jkun disponibbli mill-inqas sitt ijiem tax-xogħol qabel it-tmiem tal-offerta.

2.   Il-prospett, jekk ikun dokument uniku jew jikkonsisti f'dokumenti separati, għandu jitqies disponibbli għall-pubbliku meta dan jiġi ppubblikat f'forma elettronika fuq wieħed minn dawn is-siti web:

(a)

is-sit web tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni,

(b)

is-sit web tal-intermedjarji finanzjarji fejn jitqiegħdu jew jinbiegħu t-titoli, inklużi l-aġenti li jħallsu,

(c)

is-sit web tas-suq regolat meta tintalab l-ammissjoni għall-kummerċ, jew tal-operatur tal-faċilità multilaterali tan-negozjar, fejn applikabbli.

3.   Il-prospett għandu jiġi ppubblikat f'sezzjoni dedikata tas-sit web li tkun faċilment aċċessibbli meta wieħed jidħol fiha. Dan għandu jkun jista' jitniżżel, jiġi stampat u f'format li jitfittex elettronikament u ma jistax jiġi modifikat.

Id-dokumenti li fihom informazzjoni inkorporata b'referenza fil-prospett, u s-supplimenti u/jew il-kundizzjonijiet finali marbuta mal-prospett għandhom ikunu aċċessibbli taħt l-istess taqsima flimkien mal-prospett, inkluż permezz ta' hyperlinks fejn meħtieġ.

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-irtirar imsemmi fl-Artikolu 22(2), emittenti frekwenti, kif imsemmija fl-Artikolu 9(11), jistgħu, minflok suppliment, jagħżlu li jinkorporaw kull bidla għad-dokument ta' reġistrazzjoni universali inkluż fil-prospett permezz ta' referenza dinamika għall-verżjoni l-aktar reċenti tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali.

4.   L-aċċess għall-prospett m'għandux ikun soġġett għat-tlestija ta' proċess tar-reġistrazzjoni, l-aċċettazzjoni ta' ċaħda li tillimita r-responsabbiltà legali jew il-ħlas ta' tariffa.

5.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-prospetti kollha approvati jew għall-inqas il-lista tal-prospetti approvati, inkluża hyperlink għas-sezzjonijiet ddedikati tas-sit web imsemmi fil-paragrafu 3 kif ukoll bħala identifikazzjoni tal-Istat(i) Membru/i ospitanti fejn il-prospetti jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 24. Il-lista ppubblikata, inklużi l-hyperlinks, għandhom jinżammu aġġornati u kull parti għandha tibqa' fuq is-sit web għall-perjodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 7.

Fl-istess żmien li tinnotifika lill-ESMA bl-approvazzjoni ta' prospett jew kull suppliment għal dan, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-ESMA b'kopja elettronika tal-prospett u bi kwalunkwe suppliment mehmuż miegħu, kif ukoll id-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni tagħha mill-ESMA fil-mekkaniżmu ta' ħażna msemmija fil-paragrafu 6 u għar-rapport imsemmi fl-Artikolu 45.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tippubblika l-informazzjoni fuq is-sit web tagħha dwar in-notifiki kollha li jaslulha skont l-Artikolu 24.

6.   Sa mhux aktar tard mill-ftuħ tal-offerta għall-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli involuti, l-ESMA għandha tippubblika l-prospetti kollha li jkunu waslu mill-awtoritajiet kompetenti fuq is-sit web tagħha, inkluż kwalunkwe suppliment għal dawn, il-kundizzjonijiet finali u t-traduzzjonijiet relatati fejn applikabbli, kif ukoll l-informazzjoni dwar l-Istat(i) Membru/i ospitanti fejn il-prospetti jkunu ġew notifikati skont l-Artikolu 24. Il-pubblikazzjoni għandha tkun żgurata permezz ta' mekkaniżmu ta' ħażna li jipprovdi lill-pubbliku aċċess mingħajr ħlas u funzjonijiet ta' tfittxija. L-informazzjoni ewlenija inkluża fil-prospetti, bħall-ISIN li jidentifika lit-titoli u l-LEI li jidentifika lill-emittenti, l-offerenti u l-garanti, għandha tkun tista' tinqara permezz ta' magna inkluż meta tintuża metadata.

7.   Il-prospetti kollha approvati għandhom jibqgħu disponibbli għall-pubbliku f'format diġitali għal mill-inqas 10 snin wara l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-siti web speċifikati fil-paragrafi 2 u 6.

8.   Fil-każ ta' prospett li jkun fih numru ta' dokumenti u/jew li jinkorpora informazzjoni b'referenza, id-dokumenti u l-informazzjoni li jikkostitwixxu l-prospett jistgħu jiġu ppubblikati u distribwiti separatament sakemm dawk id-dokumenti jkunu disponibbli għall-pubbliku skont il-paragrafu 2. Kull dokument kostituttiv tal-prospett għandu jindika minn fejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti l-oħra li huma diġà approvati u/jew li se jiġu depożitati lill-awtorità kompetenti.

9.   It-test u l-format tal-prospett, u/jew is-supplimenti għall-prospett li jkunu disponibbli għall-pubbliku għandhom f'kull ħin ikunu identiċi għall-verżjoni oriġinali approvata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

10.   Għandha tintbagħat kopja ▌tal-prospett fuq mezz durevoli lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, fuq talba u mingħajr ħlas, mill-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ jew l-intermedjarji finanzjarji li jqiegħdu jew ibiegħu t-titoli. Il-konsenja għandha tkun limitata għall-ġurisdizzjonijiet li fihom l-offerta għall-pubbliku jew fejn l-ammissjoni għall-kummerċ qed issir taħt dan ir-Regolament.

11.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti tal-proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar ir-rekwiżiti relatati mal-pubblikazzjoni tal-prospett.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

12.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa għall-klassifikazzjoni tal-prospetti msemmija fil-paragrafu 5.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [ 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 21

Reklami

1.   Kwalunkwe reklam relatat jew ma' offerta ta' titoli lill-pubbliku ▌ jew mal-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat għandu jkun konformi mal-prinċipji li jinsabu f'dan l-Artikolu.

2.   Ir-reklami għandhom jiddikjaraw illi ġie ppubblikat jew ser jiġi ppubblikat prospett u għandhom jindikaw fejn l-investituri għandhom jew jistgħu jiksbuh.

3.   Ir-reklami jridu jintgħarfu b'mod ċar. L-informazzjoni li tkun tinsab fir-reklam m'għandhiex tkun żbaljata jew qarrieqa. Din l-informazzjoni fir-reklam għandha tkun ukoll konsistenti mal-informazzjoni inkluża fil-prospett, fejn ikun diġà ppubblikat, jew mal-informazzjoni meħtieġa li tkun fil-prospett, fejn il-prospett jiġi ppubblikat wara.

4.   L-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-offerta tat-titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat divulgata f'għamla orali jew miktuba, anki meta mhux għal skopijiet ta' pubbliċità, għandha tkun konsistenti ma' dik li hemm fil-prospett.

Meta emittent jew offerent jiddivulga informazzjoni importanti lil investitur magħżul wieħed jew aktar f'forma orali jew bil-miktub, din l-informazzjoni għandha tkun divulgata lill-investituri kollha l-oħra li għalihom hija indirizzata l-offerta, kemm jekk huwa meħtieġ prospett skont dan ir-Regolament kif ukoll jekk mhuwiex. Meta prospett ikun meħtieġ li jiġi ppubblikat, din l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fil-prospett jew f'suppliment mal-prospett skont l-Artikolu 22(1).

5.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ▌ fejn isir ir-reklamar għandu jkollha s-setgħa li teżerċita kontroll fuq il-konformità tal-attività tar-reklamar, relatata ma' offerta ta' titoli lill-pubbliku ▌jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, mal-prinċipji msemmija fil-paragrafi 2 sa 4.

Jekk ikun hemm bżonn, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tassisti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reklamar fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konsistenza tar-reklami mal-informazzjoni fil-prospett.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 30(1), l-iskrutinju tar-reklamar min-naħa ta' awtorità kompetenti m'għandux jikkostitwixxi prekundizzjoni għall-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fi kwalunkwe Stat Membru ospitanti.

5b.     M'għandha tintalab l-ebda tariffa minn awtorità kompetenti għall-iskrutinju tar-reklami skont dan l-Artikolu.

5c.     L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reklamar tista' taqbel mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, meta dan tal-aħħar ikun awtorità kompetenti differenti, li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandu jkollu s-setgħa li jeżerċita kontroll fuq il-konformità tal-attività ta' reklamar skont il-paragrafu 5. Fl-eventwalità ta' tali ftehim, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tinnotifika lill-emittent u lill-ESMA b'dan mingħajr dewmien.

6.    L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-reklami stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4 u 5a ta' dan ir-Regolament , inkluż sabiex tispeċifika d-dispożizzjonijet dwar it-tixrid tar-reklami u biex jiġu stabbiliti proċeduri dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istat Membru fejn isir ir-reklamar .

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12 -il xahar mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 22

Supplimenti tal-prospetti

1.   Kull fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza relatati mal-informazzjoni inkluża fil-prospett li jistgħu jaffettwaw il-valutazzjoni tat-titoli u li jinħoloq jew jiġi nnutat bejn iż-żmien meta l-prospett jiġi approvat u l-għeluq finali tal-offerta lill-pubbliku jew meta l-kummerċ f'suq regolat jibda, skont liema jseħħ l-aħħar, għandu jissemma f'suppliment għall-prospett mingħajr dewmien żejjed.

Tali suppliment għandu jiġi approvat bl-istess mod bħall-prospett f'massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol u jiġi ppubblikat skont tal-inqas l-istess arranġamenti li kienu applikati meta l-prospett orġinali kien ippubblikat skont l-Artikolu 20. Is-sommarju, u kull traduzzjoni tiegħu, għandhom ukoll jiġu ssupplimentati, fejn ikun meħtieġ, biex tiġi kkunsidrata l-informazzjoni l-ġdida inkluża fis-suppliment.

2.   Meta l-prospett ikollu x'jaqsam ma' offerta ta' titoli lill-pubbliku, l-investituri li jkunu diġà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma s-suppliment jiġi ppubblikat għandu jkollhom id-dritt, li jiġi eżerċitat fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment, li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom, sakemm il-fattur, l-iżball jew l-ineżattezza msemmija fil-paragrafu 1 ikunu seħħew qabel l-għeluq finali tal-offerta lill-pubbliku jew l-kunsinna tat-titoli, liema minnhom iseħħ l-ewwel. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż mill-emittent jew l-offerent. Id-data finali tad-dritt ta' rtirar għandha tiġi ddikjarata fis-suppliment.

Meta emittent jagħżel li jinkorpora kwalunkwe tibdil fid-dokument ta' reġistrazzjoni universali bħala referenza dinamika għall-aktar verżjoni reċenti tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, minflok suppliment skont l-Artikolu 20(3), dan m'għandux jaffettwa d-dritt tal-investitur li jirtira skont kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu.

3.   Meta l-emittent iħejji suppliment dwar l-informazzjoni fil-prospett bażi li jirrigwarda kwistjoni waħda jew aktar, id-dritt tal-investituri li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom skont il-paragrafu 2 għandu japplika biss għall-kwistjoni(jiet) rilevanti u mhux għal ħruġ ieħor ta' titoli taħt il-prospett bażi.

4.   Suppliment wieħed biss għandu jiġi mfassal u approvat meta l-fattur ġdid sinifikanti, żball jew ineżattezza importanti msemmija fil-paragrafu 1 jikkonċernaw biss l-informazzjoni li tinsab f'dokument ta' reġistrazzjoni jew f'dokument ta' reġistrazzjoni universali u meta dan id-dokument ta' reġistrazzjoni jew dan id-dokument ta' reġistrazzjoni universali jkun użat fl-istess ħin bħala parti kostituttiva ta' diversi prospetti. F'dak il-każ, is-suppliment għandu jsemmi l-prospetti kollha li dan ikopri.

5.   Meta jiġi eżaminat suppliment qabel l-approvazzjoni, mingħajr preġudizzju għas-subparagrafu 2a tal-Artikolu 20(3), l-awtorità kompetenti tista' titlob biex is-suppliment jinkludi fih verżjoni konsolidata tal-prospett issupplimentat fl-anness, fejn dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat li l-informazzjoni mogħtija fil-prospett tkun tinftiehem sew. Din it-talba għandha titqies li tkun talba għal informazzjoni supplimentari skont l-Artikolu 19(4).

6.   Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika sitwazzjonijiet fejn fattur sinifikanti ġdid, żball jew ineżattezza materjali marbuta mal-informazzjoni inkluża fil-prospett tkun teħtieġ suppliment għall-prospett li għandu jiġi ppubblikat.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [ 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU V

OFFERTI TRANSKONFINALI U AMMISSJONIJIET GĦALL-KUMMERĊ U L-UŻU TAL-LINGWI

Artikolu 23

Kamp ta' applikazzjoni tal-Unjoni tal-approvazzjonijiet ta' prospetti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35, meta offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jingħataw fi Stat Membru wieħed jew aktar, jew fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta' domiċilju, il-prospett approvat mill-Istat Membru ta' domiċilju u kwalunkwe suppliment għal dan għandu jkun validu għall-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'kull numru ta' Stati Membri ospitanti, sakemm l-ESMA u l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru ospitanti jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 24. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti m'għandhomx jindaħlu għall-ebda approvazzjoni jew proċeduri amministrattivi li jkollhom x'jaqsmu mal-prospetti.

Id-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għad-dokumenti ta' reġistrazzjoni universali li diġà ġew approvati.

Meta prospett jiġi preżentat għall-approvazzjoni fi Stat Membru wieħed jew aktar u jkun fih dokument ta' reġistrazzjoni universali li jkun diġà ġie approvat fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti li tikkunsidra l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-prospett m'għandhiex terġa' teżamina d-dokument ta' reġistrazzjoni universali u għandha taċċetta l-approvazzjoni preċedenti tiegħu.

2.   Meta fatturi ġodda sinifikanti, żbalji materjali jew ineżattezzi jinħolqu wara l-approvazzjoni tal-prospett, kif imsemmi fl-Artikolu 22, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha teħtieġ li l-pubblikazzjoni tas-suppliment għandha tiġi approvata skont l-Artikolu 19(1). L-ESMA u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju dwar il-bżonn ta' informazzjoni ġdida.

Artikolu 24

Notifika

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha, fuq talba tal-emittent jew tal-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett u fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara l-wasla ta' dik it-talba jew, meta t-talba tiġi preżentata flimkien mal-abbozz tal-prospett, fi żmien ġurnata tax-xogħol wara l-approvazzjoni tal-prospett, tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti permezz ta' ċertifikat ta' approvazzjoni li jattesta li l-prospett tfassal skont dan ir-Regolament u kopja elettronika ta' dak il-prospett. L-ESMA għandha tistabbilixxi portal li kull awtorità kompetenti nazzjonali tpoġġi din l-informazzjoni fuqu.

Fejn applikabbli, in-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn traduzzjoni tal-prospett u/jew sommarju magħmul taħt ir-responsabbiltà tal-emittent jew tal-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett.

Meta dokument ta' reġistrazzjoni universali jkun ġie approvat skont l-Artikolu 9, l-ewwel u t-tieni suparagrafi ta' dan il-paragrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis.

L-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett jew tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, kif xieraq, għandhom jiġu nnotifikati biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni fl-istess ħin li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tkun ġiet innotifikata.

2.   L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(2) u (3) għandha tiġi ddikjarata fiċ-ċertifikat, kif ukoll il-ġustifikazzjoni tagħha.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tinnotifika lill-ESMA biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-prospett fl-istess ħin li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

4.   Meta l-kundizzjonijiet finali tal-prospett bażi li kien notifikat qabel la jkunu inklużi fil-prospett bażi u lanqas f'suppliment, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tikkomunikahom b'mod elettroniku lill-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti u lill-ESMA kemm jista' jkun malajr malli dan ikun prattiku wara li jiġu depożitati.

5.   M'għandha tiġi imposta l-ebda tariffa mill-awtoritajiet kompetenti għan-notifika, jew ir-riċevuta tan-notifika, ta' prospetti u supplimenti mehmużin magħhom, jew tad-dokument ta' reġistrazzjoni universali, kif ikun japplika, jew kwalunkwe attività superviżorja relatata, kemm fl-Istat Membru ta' domiċilju jew fl-Istat(i) Membru/i ospitanti.

6.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifika taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni, il-prospett, is-suppliment għall-prospett jew id-dokument ta' reġistrazzjoni universali, u t-traduzzjoni tal-prospett u/jew is-sommarju.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa biex tadotta standards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 25

Użu tal-lingwi

1.   Meta ssir offerta lill-pubbliku jew tintalab ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fl-Istat Membru ta' domiċilju biss, il-prospett għandu jitfassal b'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

2.   Meta ssir offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fi Stat Membru jew iktar minbarra l-Istat Membru ta' domiċilju, il-prospett għandu jitfassal jew f'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri jew f'lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, fuq l-għażla tal-emittent, tal-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni.

L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru ospitanti għandha teħtieġ li s-sommarju msemmi fl-Artikolu 7 għandu jinqaleb fil-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tagħha, iżda m'għandhiex teħtieġ it-traduzzjoni ta' xi parti oħra tal-prospett. [Em. 3]

Għall-fini tal-iskrutinju u l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, il-prospett għandu jitfassal jew f'lingwa aċċettata minn din l-awtorità jew b'lingwa użata fl-isfera finanzjarja internazzjonali, fuq l-għażla tal-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ.

3.   Meta ssir offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat fi Stat Membru jew iktar inkluż l-Istat Membru ta' domiċilju, il-prospett għandu jitfassal f'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, u għandu jkun disponibbli wkoll jew f'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru ospitanti jew inkella f'lingwa komuni fl-isfera finanzjarja internazzjonali, skont l-għażla tal-emittent, tal-offerent, jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ.

L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru ospitanti tista' teħtieġ li s-sommarju msemmi fl-Artikolu 7 jinqaleb fil-lingwa jew fil-lingwi uffiċjali tagħha, iżda m'għandhiex teħtieġ it-traduzzjoni ta' xi parti oħra tal-prospett.

4.   Il-kundizzjonijiet finali u s-sommarju tal-ħruġ individwali għandhom jitfasslu fl-istess lingwa bħal-lingwa tal-prospett bażi approvat.

Meta l-kundizzjonijiet finali jiġu kkomunikati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jew, fejn hemm Stat Membru ospitanti wieħed jew aktar, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti, il-kundizzjonijiet finali u s-sommarju tal-ħruġ individwali anness miegħu, għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti tal-lingwa stipulati f'dan l-Artikolu.

KAPITOLU VI

REGOLI SPEĊIFIĊI RIGWARD EMITTENTI STABBILITI F'PAJJIŻI TERZI

Artikolu 26

Offerta ta' titoli jew l-ammissjoni għall-kummerċ magħmula taħt prospett imfassal f'konformità ma' dan ir-Regolament

1.    Meta emittent ta' pajjiż terz ikun beħsiebu joffri titoli lill-pubbliku fl-Unjoni jew ifittex ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli f'suq regolat stabbilit fl-Unjoni skont prospett imfassal f'konformità ma' dan ir-Regolament , huwa għandu jikseb l-approvazzjoni tal-prospett tiegħu, skont l-Artikolu 19, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu.

Ladarba prospett jiġi approvat f'konformità mal-ewwel subparagrafu, dan għandu jinkludi d-drittijiet u l-obbligi kollha previsti għal prospett skont dan ir-Regolament u l-prospett u l-emittent ta' pajjiż terz għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

Artikolu 27

Offerta ta' titoli jew ammissjoni għall-kummerċ magħmula taħt prospett imfassal skont il-leġiżlazzjoni ta' pajjiż terz

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju ta' emittent ta' pajjiż terz tista' tapprova prospett għal offerta lill-pubbliku jew għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, imfassal skont, u li huwa soġġett għal, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-emittent ta' pajjiż terz, sakemm:

(a)

ir-rekwiżiti tal-informazzjoni imposti mill-imsemmija leġiżlazzjoni ta' pajjiż terz ikunu ekwivalenti għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament : u

(b)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tkun ikkonkludiet arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji rilevanti tal-emittent tal-pajjiż terz skont l-Artikolu 28.

2.   Fil-każ ta' offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għalll-kummerċ f'suq regolat tat-titoli maħruġa minn emittent ta' pajjiż terz, fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta' domiċilju, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 23, 24 u 25 għandhom japplikaw.

Għal dawn l-emittenti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju fejn għandhom ikunu jistgħu jitolbu tariffa addizzjonali li tirrifletti l-piż li jirrappreżenta tali ħruġ.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 42 li jistabbilixxi l-kriterji ġenerali ta' ekwivalenza, ibbażati fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 7, 8 u 13.

Fuq il-bażi tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tiddikjara li r-rekwiżiti tal-informazzjoni imposti minn leġiżlazzjoni ta' pajjiż terz huma ekwivalenti għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament. Tali deċiżjoni ta' implimentazzjoni għandha tiġi adottata skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).

Artikolu 28

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 27, u, fejn ikun meħtieġ, għall-finijiet tal-Artikolu 26, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkonkludu arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi dwar l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji f'pajjiżi terzi u l-infurzar tal-obbligi li jirriżultaw taħt dan ir-Regolament fil-pajjiżi terzi sakemm dak il-pajjiż terz ma jkunx ffil-lista ta' pajjiżi li ma jikkooperawx imfassla mill-Kummissjoni . Dawn l-arranġamenti ta' kooperazzjoni għandhom jiżguraw mill-inqas skambju effiċjenti ta' informazzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu d-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament.

Awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra meta tipproponi li tidħol f'arranġament bħal dan.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 27, u, fejn ikun meħtieġ, għall-finijiet tal-Artikolu 26, l-ESMA għandha tiffaċilita u tikkoordina l-iżvilupp ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta' pajjiżi terzi.

L-ESMA għandha wkoll, fejn ikun meħtieġ, tiffaċilita u tikkoordina l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti tat-tagħrif miksub mill-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi li jista' jkun rilevanti għall-adozzjoni ta' miżuri taħt l-Artikoli 36 u 37.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu arranġamenti ta' kooperazzjoni dwar l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni divulgata tkun soġġetta għal garanziji ta' segretezza professjonali li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 33. Dan l-iskambju ta' informazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti.

3a.     L-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3b.     Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi mudell ta' dokument għall-arranġamenti ta' kooperazzjoni li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

KAPITOLU VII

ESMA U AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 29

Awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità amministrattiva kompetenti unika li tkun responsabbli għat-twettiq tad-dmirijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament jiġu applikati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra ta' Stati Membri oħra dwar dan.

L-awtorità kompetenti għandha tkun ▌indipendenti mill-parteċipanti kollha tas-suq.

2.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti tagħhom sabiex tiddelega l-kompiti tal-pubblikazzjoni fuq l-Internet tal-prospetti approvati.

Kwalunkwe delega ta' kompiti lill-entitajiet għandha ssir b'deċiżjoni speċifika li tiddikjara l-kompiti li se jitwettqu u l-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jitwettqu, u li tinkludi klawsola li tobbliga lill-entità kkonċernata sabiex taġixxi u tkun organizzata b'tali mod li jiġu evitati kunflitti ta' interess u b'hekk l-informazzjoni miksuba permezz tal-kompiti delegati ma tintużax b'mod inġust jew biex timpedixxi l-kompetizzjoni. Tali deċiżjoni trid tispeċifika l-arranġamenti konklużi bejn l-awtorità kompetenti u l-entità li lilha jiġu ddelegati l-kompiti.

Ir-responsabbiltà aħħarija għas-sorveljanza tal-konformità ma' dan ir-Regolament u għall-approvazzjoni tal-prospett għandha tkun tal-awtorità kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra bid-deċiżjoni msemmija fis-subparagrafu 2, inklużi l-kundizzjonijiet preċiżi li jirregolaw din id-delega.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stat Membru jagħmel arranġamenti legali u amministrattivi separati għat-territorji barranin Ewropej li dak l-Istat Membru jkun responsabbli għar-relazzjonijiet esterni tagħhom.

Artikolu 30

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Sabiex jaqdu d-dmirjiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f'konformità mad-dritt nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigatorji li ġejjin:

(a)

li jeħtieġu lill-emittenti, offerenti jew lil persuni li jitolbu għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat li jinkludu fil-prospett informazzjoni supplimentari, fejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-investituri;

(b)

li jeħtieġu lill-emittenti, offerenti u lill-persuni li jitolbu għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, u lill-persuni li jikkontrollawhom jew li huma kkontrollati minnhom, biex jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumenti;

(c)

li jeħtieġu lill-awdituri u l-maniġers tal-emittenti, l-offerenti jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, kif ukoll lill-intermedjarji finanzjarji kummissjonati li jwettqu l-offerta lill-pubbliku jew li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ, biex jipprovdu l-informazzjoni;

(d)

li jissospendu offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ għal massimu ta' 25 jum tax-xogħol konsekuttiv f'kull okkażjoni meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu nkisru;

(e)

li jipprojbixxu jew jissospendu r-reklami jew jeħtieġu lill-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, jew l-intermedjarji finanzjarji rilevanti sabiex iwaqqfu jew jissospendu r-reklami għal massimu ta' 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi f'kull okkażjoni meta jkun hemm bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu nkisru;

(f)

li jipprojbixxu offerta lill-pubbliku fejn issib illi d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu nkisru jew fejn hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li jistgħu jinkisru;

(g)

li jissospendu jew jitlobu lis-swieq regolati rilevanti li jissospendu l-kummerċ f'suq regolat għall-massimu ta' 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi f'kull okkażjoni meta jkun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament inkisru;

(h)

li jipprojbixxu l-kummerċ f'suq regolat, meta jsibu li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu nkisru;

(i)

li jagħmlu pubbliku l-fatt li emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ qed jonqos milli jħares l-obbligi tiegħu;

(j)

li jissospendu l-iskrutinju tal-prospett preżentat għall-approvazzjoni jew jissospendu l-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ meta l-awtorità kompetenti tagħmel użu mis-setgħa li timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), sakemm tali projbizzjoni jew restrizzjoni tkun waqfet;

(k)

li jirrifjutaw l-approvazzjoni ta' kwalunkwe prospett imfassal minn ċertu emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ għal massimu ta' 5 snin, meta dan l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ ripetutament u serjament ikun kiser id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

(l)

li jiddivulgaw, jew li jeħtieġu lill-emittent biex jiżvela l-informazzjoni materjali kollha li jista' jkollha effett fuq il-valutazzjoni tat-titoli ammessi għall-kummerċ f'suq regolat sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-investituri jew sabiex titwitta l-ħidma tas-suq;

(m)

li jissospendu jew jitolbu lis-suq regolat rilevanti biex jissospendi t-titoli mill-kummerċ meta jikkunsidraw li s-sitwazzjoni tal-emittent hija dik li l-iskambju ikun ta' detriment għall-interessi tal-investituri;

(n)

biex iwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post f'siti minbarra dawk tar-residenzi privati ta' persuni fiżiċi, u għal dan il-għan li jidħlu fil-bini sabiex jaċċessaw dokumenti u data oħra fi kwalunkwe forma, fejn ikun hemm suspett raġonevoli li jeżistu dokumenti u data oħra relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni jew investigazzjoni li jistgħu jkunu rilevanti biex jipprovaw il-ksur ta' dan ir-Regolament.

Fejn meħtieġ taħt id-dritt nazzjonali, l-awtorità kompetenti tista' titlob lill-awtorità ġudizzjarja rilevanti biex tiddeċiedi dwar l-użu tas-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu. Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fl-ispezzjonijiet fuq il-post imsemmija fil-punt (n) fejn jitwettqu b'mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom, imsemmija fil-paragrafu 1, bl-aħjar mod meħtieġ biex jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom għas-superviżjoni tal-konformità ma' dan ir-Regolament u għall-approvazzjoni tal-prospett fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

direttament;

(b)

f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħrajn;

(c)

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b'delega lil tali awtoritajiet;

(d)

b'applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigatorji li jkunu jeħtieġu biex iwettqu dmirijiethom.

4.   Persuna li tagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament m'għandhiex tkun kkunsidrata li kisret xi restrizzjoni fuq divulgazzjoni ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew b'xi dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva, u m'għandha tkun soġġetta għall-ebda tip ta' responsabbiltà relatata ma' tali notifika.

5.   Il-paragrafi 1 sa 3 huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stat Membru jagħmel arranġamenti legali u amministrattivi separati għal territorji barranin Ewropej li għar-relazzjonijiet barranin tagħhom ikun responsabbli l-Istat Membru.

Artikolu 31

Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma' xulxin u mal-ESMA għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed u jikkooperaw f'attivitajiet ta' investigazzjoni, superviżjoni u ta' infurzar.

Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, skont l-Artikolu 36, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, dawn għandhom jiżguraw li l-miżuri xierqa jkunu fis-seħħ sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji biex jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom li jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma' investigazzjonijiet kriminali jew proċeduri mibdija għal ksur possibbli ta' dan ir-Regolament u jipprovdu l-istess lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u l-ESMA biex dawn iwettqu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma' xulxin u mal-ESMA għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

2.   Awtorità kompetenti tista' tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni jew talba sabiex tikkoopera f'investigazzjoni biss f'xi waħda miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin:

(a)

fejn il-konformità mat-talba x'aktarx li taffettwa ħażin l-investigazzjoni, l-attivitajiet ta' infurzar jew l-investigazzjoni kriminali tagħha stess;

(b)

meta l-proċeduri ġudizzjarji jkunu diġà nbdew fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat;

(c)

meta sentenza finali tkun diġà ngħatat fir-rigward ta' dawn il-persuni għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru indirizzat.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jipprovdu immedjatament kull informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

4.   L-awtorità kompetenti tista' titlob l-għajnuna mingħand l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor fir-rigward ta' spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post.

Awtorità kompetenti rikjedenti għandha tinforma lill-ESMA b'kull talba msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fil-każ ta' investigazzjoni jew spezzjoni b'effett transkonfinali, l-ESMA għandha, fejn tintalab tagħmel hekk minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti, tikkoordina l-investigazzjoni jew l-ispezzjoni.

Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni, tista':

(a)

twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;

(b)

tippermetti lill-awtorità kompetenti li preżentat it-talba tipparteċipa fl-ispezzjoni fil-post jew l-investigazzjoni;

(c)

tippermetti lill-awtorità kompetenti li preżentat it-talba twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hija stess;

(d)

taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post, u/jew

(e)

taqsam kompiti speċifiċi relatati ma' attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

5.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-ESMA sitwazzjonijiet fejn tkun ġiet rifjutata talba għall-kollaborazzjoni, b'mod partikolari għal skambju ta' informazzjoni, jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fil-każijiet msemmija fl-ewwel sentenza l-ESMA tista' taġixxi skont is-setgħa mogħtija lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.   L-ESMA tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 1.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.   L-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 32

Kooperazzjoni mal-ESMA

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tiddetermina l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta' informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa biex tadotta standards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 33

Segretezza professjonali

1.   L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li tikkonċerna n-negozju jew kundizzjonijiet operattivi u affarijiet oħra ekonomiċi jew personali għandha titqies kunfidenzjali u tkun soġġetta għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali, ħlief fejn l-awtorità kompetenti jew awtorità jew korp ieħor ikkonċernat jiddikjaraw fil-ħin tal-komunikazzjoni li din l-informazzjoni tista' tiġi divulgata jew tali divulgazzjoni tkun meħtieġa għal proċeduri legali.

2.   L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti jew għal kwalunkwe entità li lilha l-awtorità kompetenti tkun iddelegat il-poteri. L-informazzjoni koperta b'segretezza professjonali ma tistax tiġi divulgata lill-ebda persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bid-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.

Artikolu 34

Protezzjoni tad-data

Rigward l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta' dan ir-Regolament skont il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE.

Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-ESMA fil-qafas ta' dan ir-Regolament, l-ESMA għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 35

Miżuri kawtelatorji

1.   Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ssib li ġew imwettqa irregolaritajiet mill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ jew mill-istituzzjonijiet finanzjarji responsabbli mill-offerta lill-pubbliku jew li dawk il-persuni jkunu kisru l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament, għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u lill-ESMA.

2.   Fejn, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ jew l-istituzzjonijiet finanzjarji responsabbli mill-offerta lill-pubbliku jibqgħu jiksru d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u l-ESMA, għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri u għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-ESMA b'dan mingħajr dewmien żejjed.

3.   L-ESMA tista', fis-sitwazzjonijiet imsemmija fit-tieni paragrafu, taġixxi skont is-setgħa mogħtija lilha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU VIII

MIŻURI U SANZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

Artikolu 36

Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

1.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji u investigatorji tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 30, u d-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu għal u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom, f'konformità mad-dritt nazzjonali, jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti biex ikollhom is-setgħa li jieħdu miżuri amministrattivi xierqa u jimponu sanzjonijiet amministrattivi , li għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. Dawn il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi għandhom japplikaw mill-inqas għal:

(a)

il-ksur tal-Artikolu 3, Artikolu 5, Artikolu 6, Artikolu 7(1) sa (10), Artikolu 8, Artikolu 9(1) sa (13), Artikolu 10, Artikolu 11(1) u (3), Artikolu 12, Artikolu 14(2), Artikolu 15(1) u (2), Artikolu 16(1), Artikolu 17(1) u (3), Artikolu 18(1) sa (3), Artikolu 19(1), Artikolu 20(1) sa (4) u (7) sa (10), Artikolu 21(2) to (4), Artikolu 22(1), (2) u (4), u Artikolu 25 ta' dan ir-Regolament;

(b)

nuqqas ta' kooperazzjoni jew konformità f'investigazzjoni jew ma' spezzjoni jew talba koperta mill-Artikolu 30.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu meta l-ksur imsemmi fil-punt (a) jew punt (b) ta' dak is-subparagrafu ikun diġà soġġett għal sanzjonijiet kriminali fid-dritt nazzjonali tagħhom sa [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ]. Meta jiddeċiedu hekk, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, lill-Kummissjoni u lill-ESMA, il-partijiet rilevanti tal-liġi kriminali tagħhom.

Sa [12-il xahar wara mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, ir-regoli msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu lill-Kummissjoni u lill-ESMA. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-ESMA mingħajr dewmien rigward kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

2.   L-Istati Membri għandhom, skont id-dritt nazzjonali, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas dawn is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri li ġejjin fir-rigward tal-ksur elenkat fil-punt (a) tal-paragrafu 1:

(a)

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli u n-natura tal-ksur f'konformità mal-Artikolu 40 ;

(b)

inġunzjoni lill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli biex twaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur;

(c)

sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi mill-inqas darbtejn l-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(d)

fil-każ ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta' mill-inqas EUR 5 000 000, jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ], jew 3 % tal-fatturat annwali totali ta' dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar rapporti finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali.

Meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta' impriża prinċipali li hi meħtieġa biex tipprepara l-kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta' dħul skont iddritt rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija.

(e)

fil-każ ta' persuna fiżika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi għall-inqas ta' EUR 700 000, jew fl-Istati Membri fejn il-munita mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ]

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu sanzjonijiet jew miżuri addizzjonali u livelli ogħla ta' multi amministrattivi minn dawk previsti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 37

Eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u s-setgħat ta' sanzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta' sanzjonijiet u miżuri amministrattivi, għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti inkluż, fejn xieraq:

(a)

il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur;

(b)

il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

(c)

is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)

l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri individwali;

(e)

l-importanza tal-profitti miksuba, it-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur jew it-telf għall-partijiet terzi minħabba l-ksur, safejn dawn ikunu jistgħu jiġu stabbiliti;

(f)

il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(g)

ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;

(h)

miżuri meħuda wara l-ksur mill-persuna responsabbli biex tiġi evitata r-ripetizzjoni tiegħu.

2.   Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom biex jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra taħt l-Artikolu 36, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u s-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi li jimponu jkunu effettivi u xierqa taħt dan ir-Regolament. Huma għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw id-duplikazzjoni meta jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u meta jiġu imposti sanzjonijiet u miżuri amministrattivi f'każijiet transkonfinali.

Artikolu 38

Dritt ta' appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu mmotivati kif xieraq u soġġetti għad-dritt tal-appell quddiem tribunal.

Artikolu 39

Rappurtar tal-ksur

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jinkoraġġixxu u jippermettu r-rappurtar ta' ksur attwali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament lilhom.

2.   Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:

(a)

proċeduri speċifiċi għar-riċeviment ta' rapporti ta' ksur attwali jew potenzjali u l-issuktar tagħhom, inkluż l-istabbiliment ta' kanali ta' komunikazzjoni siguri għal rapporti bħal dawn;

(b)

protezzjoni xierqa lill-impjegati li jaħdmu taħt kuntratt ta' impjieg li jirrapportaw il-ksur mill-inqas kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni u tipi oħra ta' trattament inġust mill-impjegatur tagħhom jew partijiet terzi;

(c)

protezzjoni tal-identità u d-data personali kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur u tal-persuna naturali li hija allegatament responsabbli tal-ksur, fl-istadji kollha tal-proċedura, sakemm tali divulgazzjoni tkun meħtieġa mid-dritt nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjoni ulterjuri jew wara proċeduri ġudizzjarji.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu inċentivi finanzjarji lil persuni li joffru informazzjoni rilevanti dwar ksur attwali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament li għandhom jingħataw skont id-dritt nazzjonali fejn tali persuni ma jkollhomx dmirijiet ġuridiċi jew kuntrattwali preeżistenti li jirrapportaw tali informazzjoni oħra, u sakemm l-informazzjoni tkun ġdida u li din tirriżulta fl-impożizzjoni ta' sanzjoni amministrattiva jew kriminali, jew fit-teħid ta' miżura amministrattiva oħra, għall-ksur ta' dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw lil impjegaturi li jkunu involuti f'attivitajiet li huma regolati għal skopijiet tas-servizzi finanzjarji biex ikollhom fis-seħħ proċeduri adatti għall-impjegati tagħhom sabiex jirrappurtaw ksur attwali jew potenzjali internament permezz ta' kanal speċifiku, indipendenti u awtonomu.

Artikolu 40

Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet

1.   Deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura għal ksur ta' dan ir-Regolament għandha tkun ippubblikata mill-awtoritajiet kompetenti fuq is-sit web uffiċjali tagħhom immedjatament wara li l-persuna sanzjonata tiġi infurmata dwar dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi għallinqas l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli. Dak l-obbligu m'għandux japplika għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta' natura investigatorja.

2.   Meta l-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuni ġuridiċi jew id-data tal-identità jew personali ta' persuni fiżiċi, tkun meqjusa mill-awtorità kompetenti li tkun sproporzjonata wara valutazzjoni każ b'każ mwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' tali data, jew meta din il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew tal-investigazzjoni li tkun għaddejja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jew:

(a)

jipposponu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura sal-mument meta r-raġunijiet għan-nuqqas ta' pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;

(b)

jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima b'mod li jkun konformi mad-dritt nazzjonali, fejn il-pubblikazzjoni anonima tista' tassigura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata. Fil-każ ta' deċiżjoni li tippubblika sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista' tiġi posposta għal perjodu raġonevoli ta' żmien fejn huwa previst li f'dak il-perjodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima m'għandhomx jibqgħu jeżistu;

(c)

ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura fil-każ li l-għażliet stipulati fil-punti (a) u (b) hawn fuq jitqiesu li huma insuffiċjenti biex jiżguraw:

(i)

li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx imxekkla;

(ii)

il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tat-tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-miżuri li jitqiesu li huma ta' natura minuri.

3.   Meta d-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet rilevanti oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom xorta waħda jippubblikaw, immedjatament, fuq is-sit web uffiċjali tagħhom din l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta' tali appell. Barra minn dan, għandha tiġi ppubblikata wkoll kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti li timponi penali jew miżura.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal tal-anqas ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Id-data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm biss fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti għal perjodu li jkun meħtieġ f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 41

Rappurtar tas-sanzjonijiet lill-ESMA

1.   L-awtorità kompetenti għandha, fuq bażi annwali, tipprovdi lill-ESMA bl-informazzjoni aggregata rigward is-sanzjonijiet amministrattivi kollha u l-miżuri imposti skont l-Artikolu 36. L-ESMA għandha tippubblika din l-informazzjoni f'rapport annwali.

Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, skont l-Artikolu 36(1), li jiġu stabbiliti sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(1) l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jipprovdu lill-ESMA kull sena b'informazzjoni anonimizzata u aggregata dwar l-investigazzjonijiet kriminali kollha mwettqa u l-penali kriminali imposti. L-ESMA għandha tippubblika d-data dwar pieni kriminali imposti f'rapport annwali.

2.   Meta l-awtorità kompetenti tkun divulgat sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali jew miżuri amministrattivi oħra lill-pubbliku, hija għandha fl-istess ħin tirrapporta dawk is-sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri lill-ESMA.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-ESMA dwar is-sanzjonijiet amministrattivi kollha jew il-miżuri imposti iżda mhux ippubblikati skont l-Artikolu 40(2)(c) inkluż kwalunkwe appell dwarhom u l-eżitu tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni u s-sentenza finali b'rabta ma' kwalunkwe piena kriminali imposta u jippreżentawha lill-ESMA. L-ESMA għandha żżomm database ċentrali ta' penali komunikati lilha għall-finijiet biss tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Din id-database għandha tkun aċċessibbli biss għall-awtoritajiet kompetenti u għandha tkun aġġornata fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.

KAPITOLU IX

ATTI DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 42

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   ▌ Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 1 ▌(6), l-Artikolu 2(2b), ▌l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(3) ▌u l-Artikolu 27(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ].

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 1▌ u (6), l-Artikolu 2(2), ▌ l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(3), ▌u l-Artikolu 27(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 1 ▌(6), l-Artikolu 2(2), ▌ l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(3), ▌ u l-Artikolu 27(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew meta, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 43

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (25). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 44

Revoka

1.   Id-Direttiva 2003/71/KE qed tiġi rrevokata b'effett minn [daħħal id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ].

2.   Referenzi għad-Direttiva 2003/71/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

4.   Prospetti approvati skont il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2003/71/KE qabel \ [daħħal id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] għandhom jibqgħu jiġu rregolati minn dik il-leġiżlazzjoni nazzjonali sal-aħħar tal-validità tagħhom, jew sakemm ikunu għaddew tnax-il xahar wara \ [daħħal id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], skont liema jseħħ l-ewwel.

Artikolu 45

Rapport tal-ESMA dwar il-prospetti

1.   Fuq il-bażi tad-dokumenti ppubblikati permezz tal-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 20(6), l-ESMA għandha tippubblika kull sena rapport li jkun fih statistika dwar il-prospetti approvati u notifikati fl-Unjoni u analiżi tax-xejriet li jqisu t-tipi ta' emittenti, b'mod partikolari l-SMEs, u t-tipi ta' ħruġ, b'mod partikolari l-konsiderazzjoni tal-offerta, it-tip ta' titoli trasferibbli, it-tip ta' post tan-negozjar u d-denominazzjoni.

2.   Dan ir-rapport għandu jkun fih b'mod partikolari:

(a)

analiżi tal-punt sa fejn ir-reġimi ta' divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 14 u 15 u d-dokument ta' reġistrazzjoni universali stabbilit fl-Artikolu 9 qed jintużaw fl-Unjoni kollha;

(b)

statistika dwar prospetti bażi u l-kundizzjonijiet finali, u dwar il-prospetti mfassla bħala dokumenti separati jew bħala dokument uniku;

(c)

statistika dwar l-ammonti medji u globali miġburin permezz ta' offerta ta' titoli lill-pubbliku soġġett għal dan ir-Regolament, skont kumpaniji mhux ikkwotati, kumpaniji li t-titoli tagħhom huma nnegozjati fuq faċilitajiet ta' kummerċ multilaterali, inkluż swieq ta' tkabbir tal-SMEs, u kumpaniji li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ fis-swieq regolati. Fejn applikabbli, dawn l-istatistiċi għandhom jipprovdu rendikont dettaljat bejn offerti pubbliċi inizjali u offerti sussegwenti, u bejn titoli ta' ekwità u dawk mhux ta' ekwità;

(ca)

statistika dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' prospett, imqassma, almenu, fi klassijiet differenti ta' emittenti, id-daqs u l-post tal-ħruġ, kif ukoll il-klassijiet tat-tariffi u l-ħlasijiet inkorsi mill-emittenti u l-klassijiet tal-fornituri tas-servizzi li jitolbuhom; l-istatistika għandha tkun akkumpanjata minn analiżi tal-effikaċja tal-kompetizzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi involuti fit-tħejjija ta' prospetti u rakkomandazzjonijiet dwar kif jistgħu jitnaqqsu l-ispejjeż.

Artikolu 46

Rieżami

Qabel [ ħames  snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ] il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jkun akkumpanjat fejn meħtieġ bi proposta leġiżlattiva.

Ir-rapport għandu jevalwa, fost affarijiet oħrajn, jekk is-sommarju tal-prospett, ir-reġimi ta' divulgazzjoni stipulati fl-Artikoli 14 u 15 u d-dokument ta' reġistrazzjoni universali stabbiliti fl-Artikolu 9 jibqgħux xierqa fid-dawl tal-għanijiet segwiti tagħhom. Ir-rapport għandu jikkunsidra r-riżultati tar-rieżami bejn il-pari msemmi fl-Artikolu 19(12).

Artikolu 47

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan għandu japplika minn [ 24  xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ].

2a.     B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw il-limiti minimi stabbiliti għall-finijiet tal-eżenzjoni fl-Artikolu 1(3)(d) jew l-għażla fl-Artikolu 3(2), mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex ikunu konformi mal-Artikolu 11, l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 29, l-Artikolu 30, l-Artikolu 36, l-Artikolu 37, l-Artikolu 38, l-Artikolu 39, l-Artikolu 40, u l-Artikolu 41 sa [ 24  xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C  177, 18.5.2016, p. 9 .

(2)   ĠU C 195, 2.6.2016, p. 1.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-…[(ĠU …)/(għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)] u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ ….

(4)   Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).

(5)   Direttiva 2010/73/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat (ĠU L 327, 11.12.2010, p. 1).

(6)   Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(7)  Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar id-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għall-prodotti aggregati ta' investiment bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).

(8)  Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

(9)  Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(10)  Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(11)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(12)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(13)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(14)  Direttiva tal-Kunsill 80/390/KEE tas-17 ta' Marzu 1980 li tikkoordina l-ħtiġijiet għat-tfassil, l-iskrutinju u d-distribuzzjoni tad-dettalji tal-kwotazzjoni li għandhom jiġu ppubblikati għall-ammissjoni ta' titoli għall-kwotazzjoni uffiċjali f'borża (ĠU L 100, 17.4.1980, p. 1).

(15)  Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 dwar l-ammissjoni ta' titoli fil-listi uffiċjali tal-borża u dwar informazzjoni li għandha tkun ippubblikata dwar dawk it-titoli (ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1).

(16)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(17)  Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(18)  Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(19)  Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar id-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għall-prodotti aggregati ta' investiment bbażati fuq l-assigurazzjoni (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).

(20)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplimenta d-Direttiva Nru 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1).

(21)  Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

(22)  Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(23)  [ĠU C , , p.].

(24)  Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar swieq fi strumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(25)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta' Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tat-Titoli Ewropej (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45).

ANNESS I

PROSPETT

I.   Sommarju

II.   L-identità tad-diretturi, tad-diriġenti għoljin, tal-konsulenti u tal-awdituri

L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpanija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpanija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett u dawk responsabbli mill-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

III.   L-istatistika dwar l-offerta u l-iskeda mistennija taż-żmien

L-għan huwa li tiġi pprovduta l-informazzjoni essenzjali li tirrigwarda l-kondotta ta' kull offerta u l-identifikazzjoni tad-dati importanti li jkollhom x'jaqsmu ma' din l-offerta.

A.

L-istatistika tal-offerta

B.

Il-metodu u l-iskeda mistennija taż-żmien

IV.   Informazzjoni essenzjali

L-għan huwa li jsir sommarju tal-informazzjoni essenzjali dwar il-kundizzjoni finanzjarja tal-kumpanija, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpanija jew il-politika tal-kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

A.

L-informazzjoni finanzjarja magħżula

B.

Kapitalizzazzjoni u d-dejn

C.

Raġunijiet għall-offerta u l-użu tar-rikavat

D.

Fatturi ta' riskju

V.   Informazzjoni dwar il-kumpanija

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-kumpanija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, u l-fatturi li jaffettwaw l-attivitajiet. Huwa maħsub ukoll li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda kemm huma adegwati u xierqa l-proprjetajiet, l-impjant u t-tagħmir, kif ukoll il-pjanijiet tagħha għaż-żidiet jew it-tnaqqis tal-kapaċità futura.

A.

L-istorja u l-iżvilupp tal-kumpanija

B.

Ħarsa ġenerali tal-attivitajiet

C.

Struttura organizzattiva

D.

Proprjetà, impjant u tagħmir

VI.   Rieżami operattiv u finanzjarju u prospetti

L-għan huwa li tiġi pprovduta l-ispjega tal-ġestjoni dwar il-fatturi li jkunu affettwaw il-kundizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u r-riżultati tal-ħidmiet għall-perjodi storiċi taż-żmien koperti bir-rapporti finanzjarji, u l-istima tal-ġestjoni dwar il-fatturi u x-xejriet li jkunu mistennija li jkollhom effett materjali fuq il-kundizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u r-riżultati tal-ħidmiet fil-perjodi futuri taż-żmien.

A.

Riżultati tal-operat

B.

Likwidità u riżorsi kapitali

C.

Riċerka u żvilupp, privattivi u liċenzji, eċċ.

D.

Xejriet

VII.   Id-diretturi, id-diriġenti għolja u l-impjegati

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda d-diretturi u d-diriġenti tal-kumpanija li jippermetti lill-investituri li jistmaw l-esperjenza, il-kwalifiki u l-livelli tar-rimunerazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija.

A.

Diretturi u diriġenti għolja

B.

Remunerazzjoni

C.

Prattiki tal-Bord

D.

Impjegati

E.

Sjieda tal-ishma

VIII.   L-azzjonisti maġġuri u t-tranżazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-partijiet

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda l-azzjonisti maġġuri u oħrajn li jistgħu jikkontrollaw jew ikollhom influwenza fuq il-kumpanija. Tiġi provduta wkoll informazzjoni li tirrigwarda t-tranżazzjonijiet li l-kumpanija tkun daħlet għalihom ma' persuni affiljati mal-kumpanija u jekk il-kundizzjonijiet ta' dawn it-tranżazzjonijiet ikunux ġusti għall-kumpanija.

A.

Azzjonisti maġġuri

B.

Tranżazzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-partijiet

C.

Interessi tal-esperti u tal-konsulenti

IX.   Informazzjoni finanzjarja

L-għan huwa li jiġu speċifikati liema rapporti finanzjarji jridu jiġu inklużi fid-dokument, kif ukoll il-perjodi taż-żmien li jridu jiġu koperti, l-età tar-rapporti finanzjarji u informazzjoni oħra ta' natura finanzjarja. Il-prinċipji tal-kontabbiltà u tal-verifika li jridu jiġu aċċettati sabiex jintużaw fit-tħejjija u l-verifika tar-rapporti finanzjarji jridu jiġu stabbiliti skont l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u l-verifika.

A.

Dikjarazzjonijiet ikkonsoliati u informazzjoni finanzjarja oħra

B.

Bidliet sinifikanti

X.   Id-dettalji tal-offerta u d-dettalji dwar l-ammissjoni għall-kummerċ

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda l-offerta u l-ammissjoni tat-titoli għall-kummerċ, il-pjan tad-distribuzzjoni tat-titoli u materji relatati.

A.

L-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

B.

Pjan għad-distribuzzjoni

C.

Swieq

D.

Pussessuri tat-titoli li jkunu qegħdin ibigħu

E.

Effett ta' dilwizzjoni (it-titoli ta' ekwità biss)

F.

Spejjeż tal-ħruġ

XI.   Informazzjoni addizzjonali

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li l-biċċa l-kbira minnha hija ta' natura statutorja, li mhi koperta fi mkien ieħor fil-prospett.

A.

Kapital azzjonarju

B.

Memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni,

C.

Kuntratti materjali

D.

Kontrolli tal-iskambju

E.

Twissija dwar il-konsegwenzi fiskali

F.

Dividendi u l-aġenti ta' pagament

G.

Dikjarazzjoni tal-esperti

H.

Dokumenti murija

I.

Informazzjoni sussidjarja

ANNESS II

DOKUMENT TA' REĠISTRAZZJONI

I.   L-identità tad-diretturi, tad-diriġenti għolja, tal-konsulenti u tal-awdituri

L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpanija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpanija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett u dawk responsabbli mill-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

II.   Informazzjoni prinċipali dwar l-emittenti

L-għan huwa li jsir sommarju tal-informazzjoni essenzjali dwar il-kundizzjoni finanzjarja tal-kumpanija, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju. Jekk ir-rapporti finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpanija jew il-politika tal-kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

A.

L-informazzjoni finanzjarja magħżula

B.

Kapitalizzazzjoni u d-dejn

C.

Fatturi ta' riskju

III.   Informazzjoni dwar il-kumpanija

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni dwar il-ħidmiet tan-negozju tal-kumpanija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, u l-fatturi li jaffettwaw l-attivitajiet. Huwa maħsub ukoll li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda kemm huma adegwati u xierqa l-proprjetajiet, l-impjant u t-tagħmir tal-kumpanija, kif ukoll il-pjanijiet tagħha għaż-żidiet jew it-tnaqqis tal-kapaċità futura.

A.

L-istorja u l-iżvilupp tal-kumpanija

B.

Ħarsa ġenerali tal-attività

C.

Struttura organizzattiva

D.

Proprjetà, impjant u tagħmir

IV.   Rieżami operattiv u finanzjarju u l-prospetti

L-għan huwa li tiġi pprovduta l-ispjega tal-ġestjoni dwar il-fatturi li jkunu affettwaw il-kundizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u r-riżultati tal-ħidmiet għall-perjodi storiċi taż-żmien koperti bir-rapporti finanzjarji, u l-istima tal-ġestjoni dwar il-fatturi u x-xejriet li jkunu mistennija li jkollhom effett materjali fuq il-kundizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u r-riżultati tal-ħidmiet fil-perjodi futuri taż-żmien.

A.

Riżultati tal-operat

B.

Likwidità u riżorsi kapitali

C.

Riċerka u żvilupp, privattivi u liċenzji, eċċ.

D.

Xejriet

V.   Id-diretturi, id-diriġenti għolja u l-impjegati

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda d-diretturi u d-diriġenti tal-kumpanija li jippermetti lill-investituri li jistmaw l-esperjenza, il-kwalifiki u l-livelli tar-rimunerazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija.

A.

Diretturi u diriġenti għolja

B.

Remunerazzjoni

C.

Prattiċi tal-Bord

D.

Impjegati

E.

Sjieda tal-ishma

VI.   L-azzjonisti maġġuri u t-tranżazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-partijiet

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda l-azzjonisti maġġuri u oħrajn li jistgħu jikkontrollaw jew ikollhom influwenza fuq il-kumpanija. Tiġi provduta wkoll informazzjoni li tirrigwarda t-tranżazzjonijiet li l-kumpanija tkun daħlet għalihom ma' persuni affiljati mal-kumpanija u jekk il-kundizzjonijiet ta' dawn it-tranżazzjonijiet ikunux ġusti għall-kumpanija.

A.

Azzjonisti maġġuri

B.

tranżazzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-partijiet

C.

Interessi tal-esperti u tal-konsulenti

VII.   Informazzjoni finanzjarja

L-għan huwa li jiġu speċifikati liema dikjarazzjonijiet finanzjarji jridu jiġu inklużi fid-dokument, kif ukoll il-perjodi taż-żmien li jridu jiġu koperti, l-età tadr-rapporti finanzjarji u informazzjoni oħra ta' natura finanzjarja. Il-prinċipji tal-kontabbiltà u tal-verifika li jridu jiġu aċċettati sabiex jintużaw fit-tħejjija u l-verifika tar-rapporti finanzjarji jridu jiġu stabbiliti skont l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u l-verifika.

A.

Dikjarazzjonijiet ikkonsoliati u informazzjoni finanzjarja oħra

B.

Bidliet sinifikanti

VIII.   Informazzjoni addizzjonali

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li l-biċċa l-kbira minnha hija ta' natura statutorja, li mhi koperta fi mkien ieħor fil-prospett.

A.

Kapital azzjonarju

B.

Memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni,

C.

Kuntratti materjali

D.

Dikjarazzjoni tal-esperti

E.

Dokumenti murija

F.

Informazzjoni sussidjarja

ANNESS III

NOTA TAT-TITOLI

I.   L-identità tad-diretturi, tad-diriġenti għolja, il-konsulenti u l-awdituri

L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpanija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpanija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett u dawk responsabbli mill-verifika tar-rapporti finanzjarji.

II.   L-istatistika dwar l-offerta u l-iskeda mistennija taż-żmien

L-għan huwa li tiġi pprovduta l-informazzjoni essenzjali li tirrigwarda l-kondotta ta' kull offerta u l-identifikazzjoni tad-dati importanti li jkollhom x'jaqsmu ma' din l-offerta.

A.

L-istatistika tal-offerta

B.

Il-metodu u l-iskeda mistennija taż-żmien

III.   Informazzjoni prinċipali dwar l-emittent

L-għan huwa li jsir sommarju tal-informazzjoni essenzjali dwar il-kundizzjoni finanzjarja tal-kumpanija, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju. Jekk ir-rapporti finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpanija jew il-politika tal-kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

A.

Kapitalizzazzjoni u d-dejn

B.

Raġunijiet għall-offerta u l-użu tar-rikavat

C.

Fatturi ta' riskju

IV.   L-interessi tal-esperti

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda t-tranżazzjonijiet li l-kumpanija tkun daħlet għalihom mal-esperti jew il-konsulenti impjegati fuq bażi ta' kontinġenza.

V.   Dettalji tal-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li tirrigwarda l-offerta u l-ammissjoni tat-titoli għall-kummerċ, il-pjan tad-distribuzzjoni tat-titoli u materji relatati.

A.

L-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

B.

Pjan għad-distribuzzjoni

C.

Swieq

D.

Pussessuri tat-titoli li jbigħu

E.

Effett ta' dilwizzjoni (għat-titoli ta' ekwità biss)

F.

Spejjeż tal-ħruġ

VI.   Informazzjoni addizzjonali

L-għan huwa li tiġi provduta informazzjoni li l-biċċa l-kbira minnha hija ta' natura statutorja, li mhi koperta fi mkien ieħor fil-prospett.

A.

Kontrolli tal-iskambju

B.

Twissija dwar il-konsegwenzi fiskali

C.

Dividendi u l-aġenti ta' pagament

D.

Dikjarazzjoni tal-esperti

E.

Dokumenti murija

Anness IV

Tabella ta' korrelazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 44)

Direttiva 2003/71/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2), ħlief l-Artikolu 1(2)(h)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)(h)

Artikolu 1(3)(d)

Artikolu 1(3)

Artikolu 4

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(5)(a) u (b)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)(a)

Artikolu 1(3)(a)

Artikolu 3(2)(b)

Artikolu 1(3)(b)

Artikolu 3(2)(c)

Artikolu 1(3)(c)

Artikolu 3(2)(d)

Artikolu 3(2)(e)

Artikolu 3(2) subparagrafi 2 u 3

Artikolu 5

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 1(5)(b)

Artikolu 4(1)(a)

Artikolu 1(3)(e)

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 1(3)(f)

Artikolu 4(1)(c)

Artikolu 1(3)(g)

Artikolu 4(1)(d)

Artikolu 1(3)(h)

Artikolu 4(1)(e)

Artikolu 1(3)(i)

Artikolu 4(1), subparagrafi 2 sa 5

Artikolu 4(2)(a)

Artikolu 1(4)(a)

Artikolu 4(2)(b)

Artikolu 1(4)(c)

Artikolu 4(2)(c)

Artikolu 1(4)(d)

Artikolu 4(2)(d)

Artikolu 1(4)(e)

Artikolu 4(2)(e)

Artikolu 1(4)(f)

Artikolu 4(2)(f)

Artikolu 1(4)(g)

Artikolu 4(2)(g)

Artikolu 1(4)(b)

Artikolu 4(2)(h)

Artikolu 1(4)(h)

Artikolu 4(3)

Artikolu 1(6)

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 7

Artikolu 5(3)

Artikolu 6(2)

Artikolu 5(4) subparagrafu 1

Artikolu 8(1)

Artikolu 5(4) subparagrafu 2

Artikolu 8(9)

Artikolu 5(4) subparagrafu 3

Artikolu 8(4) u Artikolu 24(4)

Artikolu 5(5)

Artikolu 13(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 7(1)

Artikolu 13(1) subparagrafu 1

Artikolu 7(2)(a)

Artikolu 13(1) subparagrafu 2, punt (a)

Artikolu 7(2)(b)

Artikolu 13(2) subparagrafu 2, punt (b)

Artikolu 7(2)(c)

Artikolu 13(2) subparagrafu 2, punt (c)

Artikolu 7(2)(d)

Artikolu 13(2) subparagrafu 2, punt (c)

Artikolu 7(2)(e)

Artikolu 15

Artikolu 7(2)(f)

Artikolu 13(2) subparagrafu 2, punt (d)

Artikolu 7(2)(g)

Artikolu 14

Artikolu 7(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 7(4)

Artikolu 8(1)

Artikolu 17(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 17(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 17(3)

Artikolu 8(3a)

Artikolu 17(4)

Artikolu 8(4)

Artikolu 17(5)

Artikolu 8(5)

Artikolu 9(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 12(1)

Artikolu 9(3)

Artikolu 12(1)

Artikolu 9(4)

Artikolu 12(2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 18(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 18(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 18(4)

Artikolu 12(1)

Artikolu 10(1) subparagrafu 1

Artikolu 12(2)

Artikolu 10(1) subparagrafu 2

Artikolu 12(3)

Artikolu 13(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 19(2)

Artikolu 13(3)

Artikolu 19(3)

Artikolu 13(4)

Artikolu 19(4)

Artikolu 13(5)

Artikolu 19(7)

Artikolu 13(6)

Artikolu 19(8)

Artikolu 13(7)

Artikolu 19(10)

Artikolu 14(1)

Artikolu 20(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 20(2)

Artikolu 14(3)

Artikolu 14(4)

Artikolu 20(5)

Artikolu 14(4a)

Artikolu 20(6)

Artikolu 14(5)

Artikolu 20(8)

Artikolu 14(6)

Artikolu 20(9)

Artikolu 14(7)

Artikolu 20(10)

Artikolu 14(8)

Artikolu 20(11)

Artikolu 15(1)

Artikolu 21(1)

Artikolu 15(2)

Artikolu 21(2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 21(3)

Artikolu 15(4)

Artikolu 21(4)

Artikolu 15(5)

Artikolu 15(6)

Artikolu 21(5)

Artikolu 15(7)

Artikolu 21(6)

Artikolu 16(1)

Artikolu 22(1)

Artikolu 16(2)

Artikolu 22(2)

Artikolu 16(3)

Artikolu 22(6)

Artikolu 17(1)

Artikolu 23(1)

Artikolu 17(2)

Artikolu 23(2)

Artikolu 18(1)

Artikolu 24(1)

Artikolu 18(2)

Artikolu 24(2)

Artikolu 18(3) subparagrafu 1

Artikolu 24(3)

Artikolu 18(3) subparagrafu 2

Artikolu 20(5) subparagrafu 3 u Artikolu 20(6)

Artikolu 18(4)

Artikolu 24(6)

Artikolu 19(1)

Artikolu 25(1)

Artikolu 19(2)

Artikolu 25(2)

Artikolu 19(3)

Artikolu 25(3)

Artikolu 19(4)

Artikolu 20(1)

Artikolu 27(1)

Artikolu 20(2)

Artikolu 27(2)

Artikolu 20(3)

Artikolu 27(3)

Artikolu 21(1)

Artikolu 29(1)

Artikolu 21(1a)

Artikolu 32(1)

Artikolu 21(1b)

Artikolu 32(2)

Artikolu 21(2)

Artikolu 29(2)

Artikolu 21(3)(a)

Artikolu 30(1)(a)

Artikolu 21(3)(b)

Artikolu 30(1)(b)

Artikolu 21(3)(c)

Artikolu 30(1)(c)

Artikolu 21(3)(d)

Artikolu 30(1)(d)

Artikolu 21(3)(e)

Artikolu 30(1)(e)

Artikolu 21(3)(f)

Artikolu 30(1)(f)

Artikolu 21(3)(g)

Artikolu 30(1)(g)

Artikolu 21(3)(h)

Artikolu 30(1)(h)

Artikolu 21(3)(i)

Artikolu 30(1)(i)

Artikolu 21(3) subparagrafu 2

Artikolu 30(1) subparagrafu 2

Artikolu 21(4)(a)

Artikolu 30(1)(l)

Artikolu 21(4)(b)

Artikolu 30(1)(m)

Artikolu 21(4)(c)

Artikolu 21(4)(d)

Artikolu 30(1)(n)

Artikolu 21(4) subparagrafu 2

Artikolu 30(1) subparagrafu 3

Artikolu 21(5)

Artikolu 29(3) u Artikolu 30(5)

Artikolu 22(1)

Artikolu 33(2)

Artikolu 22(2) subparagrafu 1

Artikolu 31(1)

Artikolu 22(2) subparagrafu 2

Artikolu 22(2) subparagrafu 3

Artikolu 31(5)

Artikolu 22(3)

Artikolu 22(4)

Artikolu 31(6) u (7)

Artikolu 23(1)

Artikolu 35(1)

Artikolu 23(2)

Artikolu 35(2)

Artikolu 24

Artikolu 43

Artikolu 24a(1)

Artikolu 42(2)

Artikolu 24a(2)

Artikolu 42(4)

Artikolu 24a(3)

Artikolu 42(1)

Artikolu 24b

Artikolu 42(3)

Artikolu 24c

Artikolu 42(5)

Artikolu 25(1)

Artikolu 36(1)

Artikolu 25(2)

Artikolu 40

Artikolu 26

Artikolu 38

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 31

Artikolu 46

Artikolu 32

Artikolu 47

Artikolu 33

Artikolu 47


Top