This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016AP0264
P8_TA(2016)0264 Macro-financial assistance to Tunisia ***I European Parliament legislative resolution of 8 June 2016 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council providing further macro-financial assistance to Tunisia (COM(2016)0067 — C8-0032/2016 — 2016/0039(COD)) P8_TC1-COD(2016)0039 Position of the European Parliament adopted at first reading on 8 June 2016 with a view to the adoption of Decision (EU) 2016/… of the European Parliament and of the Council providing further macro-financial assistance to Tunisia
P8_TA(2016)0264 Assistenza makrofinanzjarja lit-Tuneżija ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lit-Tuneżija (COM(2016)0067 – C8-0032/2016 – 2016/0039(COD)) P8_TC1-COD(2016)0039 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lit-Tuneżija
P8_TA(2016)0264 Assistenza makrofinanzjarja lit-Tuneżija ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lit-Tuneżija (COM(2016)0067 – C8-0032/2016 – 2016/0039(COD)) P8_TC1-COD(2016)0039 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lit-Tuneżija
ĠU C 86, 6.3.2018, p. 174–175
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/174 |
P8_TA(2016)0264
Assistenza makrofinanzjarja lit-Tuneżija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lit-Tuneżija (COM(2016)0067 – C8-0032/2016 – 2016/0039(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 086/39)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0067), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0032/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-1 ta' Ġunju 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0187/2016), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, li tidher hawn taħt; |
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni. |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2016)0039
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lit-Tuneżija
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni UE 2016/1112.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
Din id-Deċiżjoni qed tiġi adottata bla ħsara għad-Dikjarazzjoni Konġunta adottata flimkien mad-Deċiżjoni 778/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja, li għandha tibqa' titqies bħala l-bażi għad-deċiżjonijiet kollha tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprovdu assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi u territorji terzi.