Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016AP0097

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud f'dak li għandu x'jaqsam mal-perjodu ta' obbligu li tiġi rispettata r-rata standard minima (COM(2015)0646 – C8-0009/2016 – 2015/0296(CNS))

    ĠU C 58, 15.2.2018, p. 229–229 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 58/229


    P8_TA(2016)0097

    Rata standard minima ta' VAT *

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud f'dak li għandu x'jaqsam mal-perjodu ta' obbligu li tiġi rispettata r-rata standard minima (COM(2015)0646 – C8-0009/2016 – 2015/0296(CNS))

    (Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

    (2018/C 058/28)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0646),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0009/2016),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0063/2016),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

    2.

    Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ppubblikat l-proposta tagħha daqshekk tard li jfisser li l-applikazzjoni ta' rata standard minima ta' VAT tkun retroattiva;

    3.

    Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    4.

    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    5.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

    6.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    Emenda 1

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1

    Direttiva 2006/112/KE

    Artikolu 97

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru  2017 , ir-rata standard ma tistax tkun inqas minn 15 %.

    Mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru  2018 , ir-rata standard ma tistax tkun inqas minn 15 %.


    Top