Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016AP0017

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Jannar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (10725/2/2015 – C8-0328/2015 – 2015/0094(NLE))

    ĠU C 11, 12.1.2018, p. 155–155 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 11/155


    P8_TA(2016)0017

    Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Kosovo ***

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Jannar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (10725/2/2015 – C8-0328/2015 – 2015/0094(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2018/C 011/24)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10725/2/2015),

    wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (10728/1/2015),

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(i) u l-Artikolu 218(7) u (8), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0328/2015),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0372/2015),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kosovo.


    Top