Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015PC0318

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli

    COM/2015/0318 final - 2013/0410 (COD)

    Brussell, 24.6.2015

    COM(2015) 318 final

    2013/0410(COD)

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

    skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    dwar

    il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli


    2013/0410 (COD)

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

    skont l-Artikolu 294(6)
    tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    dwar

    il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli

    1.Sfond

    Id-data meta l-proposta ntbagħtet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
    (id-dokument COM
    (2013) 0796 finali – 2013/0410 COD):

    25.11.2013.

    Id-data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew wara l-ewwel qari:

    18.03.2014.

    Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill:

    15.06.2015.

    2.L-objettiv tal-proposta mill-Kummissjoni

    Il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament 515/97 ġiet adottata fil-25 ta’ Novembru 2013. L-għan prinċipali tagħha huwa li tiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi doganali kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali billi ttejjeb id-disponibbiltà tad-dejta dwar l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu kif ukoll id-dejta dwar il-movimenti tal-kontejners. Barra minn hekk, il-proposta tipprova tiżgura disponibbiltà f’waqtha tad-dokumenti ta’ sostenn li jkollhom l-operaturi ekonomiċi. Barra minn hekk, il-proposta għandha l-għan li tiċċara l-possibbiltà li tintuża informazzjoni miksuba permezz tal-assistenza reċiproka bħala evidenza fi proċedimenti kriminali u amministrattivi fl-Istati Membri. L-elementi prinċipali tal-proposta huma dawn: il-ħolqien ta’ direttorju ċentralizzat tal-Messaġġi dwar l-Istatus tal-Kontejners (MIK); il-ħolqien ta’ direttorju tal-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet, it-tranżitu; il-proposta tiċċara wkoll il-possibbiltà li l-informazzjoni miksuba permezz tal-assistenza reċiproka tintuża bħala evidenza fi proċedimenti kriminali u amministrattivi; u tispeċifika l-proċedura biex il-Kummissjoni tikseb id-dokumenti ta’ sostenn li jkollhom l-operaturi ekonomiċi.

    3.Kummenti dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill

    Il-pożizzjoni tal-Kunsill, b’mod ġenerali tapprova l-elementi prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni, b’xi bidliet fid-dettalji. Dawn l-emendi jinkludu kjarifika li l-informazzjoni miksuba permezz tal-assistenza reċiproka tista’ tintuża bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji fil-każ biss li l-Istat Membru li jibgħat informazzjoni ma joġġezzjonax għat-tali użu. Il-pożizzjoni testendi wkoll l-emenda dwar l-ammissibbiltà tal-evidenza biex tkopri l-informazzjoni miksuba permezz ta’ mekkaniżmu ta’ assistenza spontanja; tillimita l-ambitu tad-dejta li tiġi inkluża fid-direttorji proposti; iżżid dispożizzjoni li tirregola s-sanzjonijiet għat-trasportaturi li jonqsu milli jirrapportaw il-MIK; telimina d-dispożizzjoni dwar it-trasferiment tad-dejta mid-direttorji proposti lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u aġenziji tal-UE; u timmodifika ftit il-proċedura ta' kif il-Kummissjoni tikseb id-dokumentazzjoni ta’ sostenn.

    Il-Kummissjoni tappoġġa dawn l-emendi.

    Wara d-diskussjonijiet tripartiti informali tal-11 ta’ Novembru 2014, l-10 ta’ Diċembru 2014 u t-18 ta’ Diċembru 2014, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni laħqu ftehim politiku proviżorju dwar it-test tal-emendar tar-Regolament 515/97.

    Dan il-ftehim politiku kien ikkonfermat mill-Kunsill fl-10 ta’ Ġunju 2015, u fil-15 ta’ Ġunju 2015 il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari.

    4.Konklużjoni

    Peress li l-emendi kollha li ddaħħlu fil-proposta tal-Kummissjoni ġew diskussi waqt id-diskussjonijiet tripartiti informali, il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-emendi li adotta l-Kunsill fil-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari.

    Top