Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015PC0060

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    /* COM/2015/060 final - 2015/0035 (NLE) */

    52015PC0060

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea /* COM/2015/060 final - 2015/0035 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1) Kuntest tal-proposta

    110 || · Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha / kuntest ġenerali Il-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova ġie negozjat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2011 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati. Il-Ftehim ġie ffirmat fis-26 ta’ Ġunju 2012.

    120 || Ir-Repubblika tal-Kroazja ngħaqdet mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013. Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-Kundizzjonijiet tal-Adeżjoni, il-Kroazja ntrabtet li taderixxi mal-ftehimiet konklużi jew iffirmati mill-Istati Membri u l-Unjoni ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma’ organizzazzjoni internazzjonali. Ġie negozjat Protokoll, li fih l-adattamenti lingwistiċi meħtieġa tal-Ftehim li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja. Skont l-Artikolu 6(2) imsemmi hawn fuq kif ukoll l-Artikoli 100(2) u 218(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-iffirmar tal-Protokoll ġie approvat permezz tad-Deċiżjoni ta' […], u l-Protokoll ġie ffirmat fi [….] Il-Protokoll issa għandu jkun approvat, abbażi tal-Artikoli 100(2) u 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni.

    130 || · Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam kopert mill-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll jieħdu post jew jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet fil-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova.

    140 || · Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Il-Ftehim mal-Moldova jifforma parti mill-qafas tal-politika esterna tal-avjazzjoni tal-Unjoni stabbilit permezz tal-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2005)79: “Developing the agenda for the Community’s external aviation policy” u reċentament riveduta permezz tal-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2012)556: “Il-Politika Esterna tal-UE dwar l-Avjazzjoni - Nindirizzaw l-Isfidi tal-Futur" u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill korrispondenti.

    2) Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt

    · || · Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

    211 || Metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' dawk li wieġbu Mhux applikabbli

    212 || Sommarju tar-risposti u kif dawn ġew ikkunsidrati Mhux applikabbli

    3) ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    305 || · Sommarju tal-miżuri proposti Il-Protokoll jiżgura li ssir l-emenda meħtieġa li għandha ssir fil-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE fl-1 ta’ Lulju 2013.

    310 || · Bażi legali L-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni.

    4) Implikazzjonijiet tal-baġit

    409 || Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni.

    5) INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    570 || · Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Il-Kunsill huwa mitlub japprova l-iffirmar tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova.

    2015/0035 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 100(2) u 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew[1],

    Billi:

    (1)       Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/ …/UE[2], il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova[3], biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ("il-Protokoll") ġie ffirmat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    (2)       Il-Protokoll għandu jkun approvat.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha[4].

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiddepożita/jiddepożitaw, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, l-istrument tal-approvazzjoni previst fl-Artikolu 3 tal-Protokoll.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    [1]               ĠU C , , p. .

    [2]               ĠU L […], […], p. […].

    [3]               It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L 292, 20.10.2012, p. 3.

    [4]               It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU L ................, flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.

    ANNESS

    Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    tal-

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

    dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    PROTOKOLL

    Li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

    IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    L-UNGERIJA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

    IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-RUMANIJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IR-RENJU TA' SPANJA,

    IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

    li huma partijiet għat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u li huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem 'l-Istati Membri'), u

    L-UNJONI EWROPEA,

    fuq naħa waħda, u

    IR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

    fuq in-naħa l-oħra;

    Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013,

    QABLU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ir-Repubblika tal-Kroazja hija Parti għall-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni ffirmat mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova fis-26 ta' Ġunju 2012 (minn hawn 'il quddiem 'il-Ftehim').

    Artikolu 2

    It-test tal-Ftehim fil-lingwa Kroata, li huwa anness ma' dan il-Protokoll, għandu jsir awtentiku taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-verżjonijiet tal-lingwi l-oħrajn.

    Artikolu 3

    1.         Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess. Għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Madankollu, jekk dan il-Protokoll jiġi approvat mill-Partijiet wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, f'dak il-każ jidħol fis-seħħ, skont l-Artikolu 29(1) tal-Ftehim, xahar wara d-data tan-nota l-iktar tard fi skambju ta' noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li jikkonfermaw it-tlestija tal-proċeduri kollha neċessarji għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll.

    2.         Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-iffirmar tiegħu mill-Partijiet.

    Artikolu 4

    Magħmul fi ................., duplikat, fi ................. 2014, f'kull lingwa uffiċjali tal-Partijiet, fejn kull test huwa ugwalment awtentiku.

    GĦALL-ISTATI MEMBRI   GĦAR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

    GĦALL-UNJONI EWROPEA

    Top