Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015DP0448

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew biex ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (C(2015)07555) – 2015/2939(DEA))

    ĠU C 399, 24.11.2017, p. 233–234 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/233


    P8_TA(2015)0448

    Deċiżjoni li ma' jiġix oppost att iddelegat: ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew biex ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (C(2015)07555) – 2015/2939(DEA))

    (2017/C 399/47)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2015)07555),

    wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2015, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament delegat,

    wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tas-27 ta' Novembru 2015,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 210 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni mill-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura li skada fil-15 ta' Diċembru 2015,

    A.

    billi d-Direttivi 2014/23/UE (3) u 2014/24/UE (4), li l-Istati Membri għandhom sat-18 ta’ April 2016 biex jittrasponuhom fil-liġi nazzjonali tagħhom, ħolqu l-ħtieġa li jiġu emendati kemm ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 fir-rigward tal-proċeduri ta’ akkwist tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-kuntratti li huma jagħtu f'isimhom stess;

    B.

    billi r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 b'hekk ġie emendat fit-28 ta’ Ottubru 2015 bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929, li allinjah mad-direttivi msemmija hawn fuq, u daħal fis-seħħ fit-30 ta’ Ottubru 2015;

    C.

    billi fit-30 ta’ Ottubru 2015 il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat (C(2015)07555) bil-għan li jiġi żgurat li l-aġġornament korrispondenti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 ikun jista' japplika mill-bidu tas-sena finanzjarja, u b'hekk tiġi żgurata tranżizzjoni ċara għar-regoli l-ġodda dwar l-akkwist pubbliku u l-kuntratti ta’ konċessjoni tal-UE;

    D.

    billi, skont l-Artikolu 210 tar-Regolament (EU, Euratom) Nru 966/2012, li jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati bħal dawn, ir-Regolament Delegat (C(2015)07555) jista' fil-prinċipju jidħol fis-seħħ biss fi tmiem il-perjodu ta’ skrutinju tal-Parlament u tal-Kunsill, li għandu durata ta' xahrejn mid-data ta’ notifika – jiġifieri sat-30 ta’ Diċembru 2015 – u jista’ jiġi estiż b’xahrejn oħra;

    E.

    billi, madankollu, il-Kummissjoni talbet lill-Parlament fit-12 ta’ Novembru 2015, biex jekk ma jkollux l-intenzjoni li joġġezzjona għall-att delegat, jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan sa mhux aktar tard mill-21 ta’ Diċembru 2015, peress li sabiex tiġi żgurata l-pubblikazzjoni tiegħu f'waqtha f’Il-Ġurnal Uffiċjali qabel il-31 ta’ Diċembru 2015 u b’hekk jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tal-att delegat fl-1 ta’ Jannar 2016 kif previst, ikollu jintbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet sa mhux aktar tard mill-21 ta’ Diċembru 2015;

    1.

    Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L 286, 30.10.2015, p. 1.

    (3)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

    (4)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).


    Top