Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015DC0650

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI Rapport dwar il-perjodu addizzjonali biex jiġu ssodisfati l-impenji skont il-Protokoll ta' Kjoto (meħtieġ skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE u d-Deċiżjoni 13/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto)

    COM/2015/0650 final

    Brussell, 15.12.2015

    COM(2015) 650 final

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

    Rapport dwar il-perjodu addizzjonali biex jiġu ssodisfati l-impenji skont il-Protokoll ta' Kjoto (meħtieġ skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE u d-Deċiżjoni 13/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto)

    {SWD(2015) 288 final}


    Ir-rapport dwar il-perjodu addizzjonali għall-issodisfar tal-impenji skont il-Protokoll ta' Kjoto

    Dan ir-Rapport u d-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjawh, jikkostitwixxu r-rapport tal-Unjoni dwar il-perjodu addizzjonali għall-issodisfar tal-impenji skont l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll ta’ Kjoto għall-ewwel perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto, kif meħtieġ skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 1 , skont id-Deċiżjoni 13/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kjoto. Dawn se jintbagħtu lill-UNFCCC.

    L-informazzjoni li hemm fir-rapport se tiffaċilita l-valutazzjoni tal-konformità tal-Unjoni mal-impenji tagħha skont l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll ta’ Kjoto għall-ewwel perjodu ta’ impenn. Din il-valutazzjoni se tkun ibbażata fuq it-tqabbil bejn il-kwantità tal-unitajiet validi għall-ewwel perjodu ta’ impenn irtirat sa tmiem il-perjodu addizzjonali għall-issodisfar tal-impenji bl-emissjonijiet aggregati għall-ewwel perjodu ta’ impenn.

    L-Irtirar tal-Unitajiet tal-Protokoll ta’ Kjoto

    Il-Protokoll ta’ Kjoto ġie rratifikat mill-Unjoni Ewropea, li f’dak iż-żmien kienet il-Komunità Ewropea, u l-Istati Membri tagħha fil-31 ta’ Mejju 2002. L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jissodisfaw l-impenji tagħhom taħt l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll b’mod konġunt, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tiegħu. Fiż-żmien tar-ratifika, il-15-il pajjiż li ġejjin kienu Stati Membri: L-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Dawn kienu wkoll il-15-il Stat Membru meta l-Protokoll ta’ Kjoto ġie adottat f’Diċembru 1997. F’konformità mal-Artikolu 4(4) tal-Protokoll ta’ Kjoto, l-adeżjoni tat-13-il Stat Membru wara l-addozzjoni tal-Protokoll ma taffettwax l-impenji li ttieħdu skont l-ewwel perjodu ta’ impenn.

    Il-kwantità tal-unitajiet irtirati għall-UE hija kkalkulata bħala l-kwantità totali ta’ unitajiet fil-kontijiet ta’ rtirar fir-reġistri tal-15-il Stat Membru. Il-kwantità totali ta’ unitajiet irtirati għall-UE fi tmiem il-perjodu addizzjonali għall-issodisfar tal-impenji skont l-Artikolu 3(1) għall-ewwel perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto, tammonta għal 18,843,518,768. It-tabella ta’ hawn taħt turi informazzjoni speċifika għal kull wieħed mill-15-il Stat Membru.

    Il-kwantità totali ta’ unitajiet f’kont ta’ rtirar

    L-Awstrija

    414,658,054

    Il-Belġju

    626,316,229

    Id-Danimarka

    297,984,143

    Il-Finlandja

    338,353,531

    Franza

    2,538,856,531

    Il-Ġermanja

    4,706,574,671

    Il-Greċja

    598,504,091

    L-Irlanda

    308,508,846

    L-Italja

    2,479,638,840

    Il-Lussemburgu

    60,116,132

    In-Netherlands

    997,119,267

    Il-Portugall

    362,098,075

    Spanja

    1,791,980,049

    L-Iżvezja

    305,573,749

    Ir-Renju Unit

    3,017,236,560

    Ir-Riport tal-Unitajiet ta’ Kjoto

    Il-kwantità totali ta’ unitajiet ta’ ammont assenjat fil-kontijiet ta’ depożitu tar-Reġistru tal-UE mitluba li jiġu rriportati mill-UE mill-ewwel għat-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto tammonta għal 2,124,109,368.

    Il-kwantità totali ta’ unitajiet f’kontijiet ta’ depożitu tal-Istati Membri mitluba li jiġu rriportati mill-Istati Membri se jiġu rrappurtati fir-rapporti tal-Istati Membri dwar il-perjodu addizzjonali għall-issodisfar tal-impenji skont il-Protokoll ta’ Kjoto.

    (1)

     Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE, ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13-40.

    Top