EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015DC0371

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar in-nefqa tal-FAEG Sistema ta' Twissija Bikrija Nru 6-7/2015

COM/2015/0371 final

Brussell, 22.7.2015

COM(2015) 371 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar in-nefqa tal-FAEG

Sistema ta' Twissija Bikrija Nru 6-7/2015


WERREJ

1.Introduzzjoni

2.Dħul assenjat lill-FAEG

3.Kummenti dwar l-implimentazzjoni proviżorja tal-baġit tal-FAEG għall-2015

4.Implimentazzjoni tad-dħul assenjat lill-FAEG

5.Konklużjonijiet

anness 1:

Konsum proviżorju tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG sal-31/05/2015

1.Introduzzjoni

Dan ir-rapport jippreżenta aġġornament tal-eżekuzzjoni proviżorja tal-baġit tal-2015 għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG). B’mod partikolari, l-Anness 1 jippreżenta t-tqabbil bejn il-livell reali tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-FAEG għall-perjodu mis-16 ta’ Ottubru 2014 sal-31 ta’ Mejju 2015 u l-profil tan-nefqa previst. Dan tal-aħħar jirriżulta mill-applikazzjoni tal-indikatur għal-livell tal-approprjazzjonijiet baġitarji. L-indikatur huwa stabbilit abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni 1 .

2.Dħul assenjat lill-FAEG

Skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, id-dħul li ġej mill-korrezzjonijiet finanzjarji skont id-deċiżjonijiet tal-kontabilità u tal-approvazzjoni tal-konformità, mill-irregolaritajiet u mill-imposta fuq il-ħalib, jitqies bħala dħul assenjat lill-finanzjament tan-nefqa tal-FAEG. Id-dħul assenjat jista’ jintuża biex ikopri l-finanzjament ta’ kwalunkwe nefqa tal-FAEG. F’każ li xi parti minn dan id-dħul ma tintużax fi żmien is-sena baġitarja, din il-parti tiġi riportata awtomatikament għas-sena baġitarja li jmiss 2 .

Il-baġit tal-FAEG għall-2015 kif adottat mill-Awtorità tal-Baġit jinkludi:

l-istimi tal-Kummissjoni dwar il-ħtiġijiet biex tkun iffinanzjata n-nefqa mistennija għall-miżuri tas-suq u l-pagamenti diretti, u

l-istimi tad-dħul assenjat li kien mistenni li jinġabar matul is-sena baġitarja tal-2015 kif ukoll id-dħul assenjat riportat mis-sena baġitarja tal-2014.

Meta ġie stabbilit il-baġit għall-2015, l-istimi tal-Kummissjoni għad-dħul assenjat kienu jammontaw għal EUR 1 768,6 miljun. Dan kien jinkludi:

Id-dħul assenjat stmat li mistenni jiġi ġġenerat tul is-sena baġitarja tal-2015 li huwa ta’ EUR 1 438,6 miljun, jiġifieri: EUR 868,6 miljun għal korrezzjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità, EUR 165 miljun għall-irregolaritajiet u EUR 405 miljun għall-qligħ mill-imposta fuq il-ħalib.

Ġie stmat li d-dħul assenjat li mistenni jiġi riportat mis-sena baġitarja 2014 għall-2015 se jammonta għal EUR 330 miljun.

Fil-baġit tal-2015, il-Kummissjoni assenjat dan id-dħul, oriġinarjament stmat għal EUR 1 768,6 miljun, għall-partiti tal-baġit fl-artikoli li ġejjin:

05 02 08 – Frott u Ħxejjex: EUR 469,3 miljun 3  

05 02 12 – Ħalib u prodotti tal-ħalib: EUR 54,3 miljun 4  

05 03 01 – Pagamenti diretti diżakkoppjati: EUR 1 245 miljun 5 .

Għal dawn l-iskemi, l-Awtorità tal-Baġit eventwalment ivvutat favur l-approprjazzjonijiet skont il-proposta tal-Kummissjoni. Is-somma totali tal-approprjazzjonijiet ivvutati u d-dħul assenjat imsemmi hawn fuq tikkorrispondi għat-total tal-istima tal-ħtiġijiet.

Fl-Anness 1, iċ-ċifri tal-approprjazzjonijiet tal-baġit fil-livell tal-artikolu għas-settur tal-frott u l-ħxejjex, għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, u għall-pagamenti diretti diżakkoppjati, huma marbutin mal-approprjazzjonijiet ivvutati għal dawn dawn l-artikoli li jammontaw għal EUR 836,2 miljun, għal EUR 77,1 miljun u għal EUR 37 397 miljun rispettivament, mingħajr ma jitqies id-dħul assenjat imsemmi hawn fuq. Wara li jiġi inkluż id-dħul assenjat lil dawn l-artikoli, l-approprjazzjonijiet totali previsti fil-baġit tal-2015 jammontaw għal EUR 1 305,5 miljun għas-settur tal-frott u l-ħxejjex, EUR 131.4 miljun għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u għal EUR 38 642 miljun għall-pagamenti diretti diżakkoppjati.

3.Kummenti dwar l-implimentazzjoni proviżorja tal-baġit tal-FAEG għall-2015

L-implimentazzjoni proviżorja tal-baġit għall-perjodu mis-16 ta’ Ottubru 2014 sal-31 ta’ Mejju 2015, kif ippreżentata fl-Anness 1, titqabbel mal-profil tan-nefqa abbażi tal-indikatur stabbilit f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Hawn taħt qed jingħata kummentarju qasir dwar ċerti artikoli tal-baġit, li juru d-differenzi l-aktar sinifikanti bejn il-livell tal-implimentazzjoni reali u dak mistenni għall-baġit tal-2015.

3.1.Miżuri tas-suq

L-użu tal-approprjazzjonijiet għall-interventi fis-swieq agrikoli kien ogħla meta mqabbel mal-livell tal-approprjazzjonijiet ivvutati mill-baġit, kif determinat mil-livell tal-indikatur fil-31 ta’ Mejju 2015, permezz ta' EUR 22,7 miljun. Din id-diverġenza hija l-effett nett tax-xejriet tal-eżekuzzjoni primarjament fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex, fis-setturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u dak tal-inbid.

3.1.1.Il-frott u l-ħaxix (+ EUR 88,6 miljun meta mqabbel mal-approprjazzjonijiet ivvutati)

Dan il-livell ta’ implimentazzjoni huwa primarjament dovut għan-nefqa għall-fondi operazzjonali għall-iskema tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u miżuri oħra fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, li hija ffinanzjata kemm mill-approprjazzjonijiet ivvutati kif ukoll mid-dħul assenjat (NB: Għal aktar dettalji, ara l-punt 2 hawn fuq). B’kuntrast ma’ dan, għall-perjodu sal-31 ta’ Mejju 2015, l-indikatur huwa applikat biss għall-approprjazzjonijiet ivvutati tal-baġit ta’ EUR 836,2 miljun, u b’hekk ma jitqiesx id-dħul assenjat.

Nota f’qiegħ il-paġna * fit-tabella tal-eżekuzzjoni proviżorja fl-Anness 1 turi kif kienet tkun is-sitwazzjoni kieku l-indikatur ġie applikat għat-total tal-approprjazzjonijiet għal dan l-artikolu inkluż id-dħul assenjat ta' EUR 469,3 miljun. Li kieku l-indikatur ġie applikat għall-finanzjament totali li mistenni jkun disponibbli għal dan l-artikolu (EUR 1 305,5 miljun), imbagħad tkun tidher sottoeżekuzzjoni ta’ - EUR 71,3 miljun.

Dan huwa l-effett ta' utilizzazzjoni anqas mgħaġġla tal-iskemi kollha ffinanzjati minn dan l-artikolu, għajr għal miżuri oħra tas-settur tal-frott u l-ħxejjex (il-partita tal-baġit 05 02 08 99). Ta’ min jinnota li r-ritmu tal-utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet baġitarji għall-miżuri ta’ kriżi, disponibbli bil-fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-miżuri l-oħra tas-settur tal-frott u l-ħxejjex ma setax jiġi stmat b’mod affidabbli. Għalhekk huwa probabbli li jvarja mill-medja tal-profil tal-konsum ta' 3 snin li hija l-bażi għall-indikatur għal dan l-artikolu. 

F’dan l-istadju, din is-sitwazzjoni titqies li hija temporanja u l-eżekuzzjoni ta' dan l-artikolu hija mmonitorjata mill-qrib mis-servizzi tal-Kummissjoni.

3.1.2.Prodotti tas-settur tal-vinikultura (- EUR 95 miljun)

Din is-sottoeżekuzzjoni hija dovuta għal ritmu inqas mgħaġġel ta’ pagamenti magħmula mill-Istati Membri meta mqabbel mal-profil tan-nefqa tal-indikatur stabbilit għall-programmi nazzjonali għall-inbid. Madankollu, normalment l-Istati Membri jħaffu r-ritmu tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi lejn tmiem is-sena baġitarja. Għaldaqstant, f’dan l-istadju, din is-sitwazzjoni titqies li hija temporanja.

3.1.3.Ħalib u prodotti tal-ħalib (+ EUR 33,9 miljun)

Prinċipalment, dan il-livell ta’ implimentazzjoni huwa dovut għan-nefqa għall-ħżin u għall-miżuri l-oħra tas-settur tal-ħalib u l-prodottti tal-ħalib (il-partita tal-baġit 05 02 12 99), li hija ffinanzjata kemm mill-approprjazzjonijiet ivvutati kif ukoll mid-dħul assenjat (NB: Għal aktar dettalji, ara l-punt 2 hawn fuq). B’kuntrast ma’ dan, għall-perjodu sal-31 ta’ Mejju 2015, l-indikatur huwa applikat biss għall-approprjazzjonijiet ivvutati tal-baġit ta’ EUR 77,1 miljun, u b’hekk ma jitqiesx id-dħul assenjat.

Nota f’qiegħ il-paġna * fit-tabella tal-eżekuzzjoni proviżorja fl-Anness 1 turi kif kienet tkun is-sitwazzjoni kieku l-indikatur ġie applikat għat-total tal-approprjazzjonijiet għal dan l-artikolu inkluż id-dħul assenjat ta' EUR 54,3 miljun. Li kieku l-indikatur ġie applikat għall-finanzjament totali li mistenni jkun disponibbli għal dan l-artikolu (EUR 131,4 miljun), imbagħad tkun tidher sottoeżekuzzjoni ta’ – EUR 18,6 miljun.

Fil-biċċa l-kbira dan huwa l-effett tal-utilizzazzjoni anqas mgħaġġla tal-approprazzjonijiet fl-iskema tal-ħalib għall-iskejjel. Ta’ min jinnota li r-ritmu tal-utlizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet baġitarji għall-miżuri ta’ kriżi, disponibbli għall-ħżin u għall-miżuri l-oħra tas-settur tal-ħalib u l-prodottti tal-ħalib ma setax jiġi stmat b’mod affidabbli. Għalhekk x'aktarx il-profil tan-nefqa jvarja mill-medja ta' 3 snin li hija l-bażi għall-indikatur għal dan l-artikolu. 

F’dan l-istadju, din is-sitwazzjoni titqies li hija temporanja u l-eżekuzzjoni ta' dan l-artikolu hija mmonitorjata mill-qrib mis-servizzi tal-Kummissjoni.

3.2.Pagamenti diretti

Il-livell ta' utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-pagamenti diretti, meta mqabbel mal-livell tal-indikatur fil-31 ta' Mejju 2015, kien ogħla b'EUR 991,1 miljun.

3.2.1.Il-pagamenti diretti diżakkoppjati (+ EUR 999 miljun meta mqabbel mal-approprjazzjonijiet ivvutati)

Dan il-livell ta’ implimentazzjoni huwa primarjament dovut għan-nefqa tal-iskema ta’ pagament uniku, li hija ffinanzjata kemm mill-approprjazzjonijiet ivvutati kif ukoll mid-dħul assenjat (NB: Għal aktar dettalji, ara l-punt 2 hawn fuq). B’kuntrast ma’ dan, għall-perjodu sal-31 ta’ Mejju 2015 l-indikatur huwa applikat biss għall-approprjazzjonijiet ivvutati tal-baġit ta’ EUR 37 397 miljun, u b’hekk ma jitqiesx id-dħul assenjat.

Nota f’qiegħ il-paġna* fit-tabella tal-eżekuzzjoni proviżorja fl-Anness 1 tidher kif kienet tkun is-sitwazzjoni kieku l-indikatur ġie applikat għat-total tal-approprjazzjonijiet għal dan l-artikolu inkluż id-dħul assenjat ta' EUR 1 245 miljun. Li kieku l-indikatur ġie applikat għall-finanzjament totali li mistenni jkun disponibbli għal dan l-artikolu (EUR 38 642 miljun), kienet tkun tidher sottoeżekuzzjoni ta’ – EUR 231 miljun.

Din id-diverġenza fil-livell ta' implimentazzjoni tal-baġit għal pagamenti diretti diżakkoppjati tirriżulta primarjament minn ritmu ta’ implimentazzjoni iktar bil-mod tal-iskema ta’ appoġġ speċifiku (l-Artikolu 68) meta mqabbel mal-livell tal-indikatur għall-perjodu sal-31 ta’ Mejju 2015. Madankollu, għandu jiġi nnutat li l-Istati Membri qed ibassru l-implimentazzjoni sħiħa tal-approprjazzjonijiet għall-2015 ta' din l-iskema sa tmiem is-sena baġitarja.

Għandu jiġi nnutat ukoll li minkejja l-fatt li l-eżekuzzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku tjieb fl-ilħuq (98,4 % tal-ħtiġijiet sal-31 ta’ Mejju 2015 meta mqabbel ma’ 97,8 % sal-31 ta’ Mejju 2014), it-tbassir tal-Istati Membri indika li tista' sseħħ sottoimplimentazzjoni żgħira ta’ dan il-punt fi tmiem is-sena baġitarja. Madankollu, minħabba li l-2015 hija l-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni tkompli ssegwi bir-reqqa l-użu tal-approprjazzjonijiet għal din l-iskema.

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni tistenna li l-approprjazzjonijiet disponibbli u d-dħul assenjat ikunu biżżejjed biex ikopru l-bżonnijiet ta’ finanzjament għal dan l-artikolu.

4.Implimentazzjoni tad-dħul assenjat lill-FAEG

It-tabella fl-Anness 1 turi li d-dħul assenjat li jammonta għal EUR 1 263,1 miljun, inġabar sal-31 ta’ Mejju 2015. B’mod speċifiku:

id-dħul mill-korrezzjonijiet ibbażat fuq deċiżjonijiet tal kontabilità u tal-approvazzjoni tal-konformità kien jammonta għal EUR 746,7 miljun b’ammonti addizzjonali li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (ad hoc 48) 6 għadhom mistennija sa tmiem is-sena baġitarja;

id-dħul mill-irregolaritajiet kien jammonta għal EUR 107,9 miljun b'ammonti addizzjonali mistennija wkoll sa tmiem is-sena baġitarja, u

f'dan l-istadju, inġabar kważi d-dħul kollu mill-imposta fuq il-ħalib, u dan jammonta għal madwar EUR 408,5 miljun;

Fl-aħħar nett, l-ammont tad-dħul assenjat li eventwalment ġie riportat mill-2014 għall-2015 ammonta għal EUR 341,3 miljun.

Għaldaqstant, l-ammont ta’ dħul assenjat disponibbli għall-finanzjament tan-nefqa tal-FAEG fil-31 ta’ Mejju 2015 jammonta għal EUR1 604,4 miljun, b’ammonti addizzjonali ta' dħul assenjat li jkun għadu kemm inġabar minn deċiżjonijiet tal-kontabilità u tal-approvazzjoni tal-konformità u minn irregolaritajiet, mistennija sa tmiem is-sena baġitarja.

5.Konklużjonijiet

L-eżekuzzjoni provviżorja tal-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-FAEG tal-2015, għall-perjodu sal-31 ta’ Mejju 2015, juri li r-rimborżi mensili lill-Istati Membri qabżu l-profil tan-nefqa għall-eżekuzzjoni tal-baġit abbażi tal-indikatur, b’madwar EUR 1 004 miljun.

Diġà huwa disponibbli dħul assenjat li jammonta għal EUR 1 604,4 miljun, u fl-2015 għadhom mistennija li jinġabru ammonti addizzjonali.

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni tqis li l-ammonti tal-approprjazzjonijiet ivvutati u tad-dħul assenjat li diġà huwa disponibbli u li huwa mistenni sal-aħħar tas-sena, se jkun biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet tal-FAEG fl-2015, inkluża l-implimentazzjoni tal-miżuri għal kriżi meħuda mill-Kummissjoni wara l-projbizzjoni Russa kif kien mistenni oriġinarjament meta ġie stabbilit il-baġit tal-2015.

(1)

     ĠU L 347, 20.12.2013, p.549

(2)

     L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni jiddetermina li d-dħul assenjat intern għandu jiġi riportat għal sena waħda biss. Għaldaqstant, fl-interess ta’ ġestjoni soda tal-baġit, ġeneralment l-ewwel jintuża dan id-dħul assenjat, qabel kwalunkwe approprjazzjoni vvutata tal-artikolu tal-baġit ikkonċernat.

(3)

     EUR 362,4 miljun għall-fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u EUR 106,9 miljun għall-miżuri l-oħra fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

(4)

   EUR 0,9 miljun għal miżuri ta’ ħżin għat-trab tal-ħalib xkumat, EUR 2,9 miljun għal miżuri tal-ħżin għall-butir u l-krema u EUR 50,5 miljun għall-miżuri l-oħra fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

(5)

     L-ammont kollu ġie assenjat għall-iskema ta' pagament uniku.

(6)

   Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

Top

Brussell, 22.7.2015

COM(2015) 371 final

ANNESS

tar-

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar in-nefqa tal-FAEG

Sistema ta' Twissija Bikrija Nru 6-7/2015


Top