Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0396

    P8_TA(2015)0396 It-tħassir ta' ċerti atti mill-acquis ta' Schengen ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar ċerti atti fil-Qasam ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (COM(2014)0713 – C8-0277/2014 – 2014/0337(COD)) P8_TC1-COD(2014)0337 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Novembru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ċerti atti mill-acquis ta' Schengen

    ĠU C 366, 27.10.2017, p. 161–161 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 366/161


    P8_TA(2015)0396

    It-tħassir ta' ċerti atti mill-acquis ta' Schengen ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar ċerti atti fil-Qasam ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (COM(2014)0713 – C8-0277/2014 – 2014/0337(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2017/C 366/19)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014) 0713),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 77(2)(a), (b) u (d), l-Artikolu 78(2)(e) u (g), l-Artikolu 79(2)(c) u (d) u l-Artikolu 87(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0277/2014),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' Ottubru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(2) tar-Regoli ta ' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0250/2015),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    P8_TC1-COD(2014)0337

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Novembru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ċerti atti mill-acquis ta' Schengen

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/93.)


    Top