Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0352

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (10506/2015 – C8-0193/2015 – 2015/0807(CNS))

    ĠU C 349, 17.10.2017, p. 107–107 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 349/107


    P8_TA(2015)0352

    Aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) mill-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra *

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (10506/2015 – C8-0193/2015 – 2015/0807(CNS))

    (Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

    (2017/C 349/30)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10506/2015),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, skont liema Artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0193/2015),

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(2) tagħha,

    wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (2),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0287/2015),

    1.

    Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

    2.

    Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    3.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll


    (1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129.

    (2)  Testi adottati, P8_TA(2015)0269.


    Top