Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0281

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-politika soċjali (06732/2015 – C8-0079/2015 – 2014/0259(NLE))

    ĠU C 316, 22.9.2017, p. 275–275 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 316/275


    P8_TA(2015)0281

    Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat tal-ILO: politika soċjali ***

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-politika soċjali (06732/2015 – C8-0079/2015 – 2014/0259(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2017/C 316/34)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abboż ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06732/2015),

    wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 153(2), b'rabta mal-Artikolu 153(1)(a) u (b), l-Artikolu 218(6)(2a)(v) u l-Artikolu 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0079/2015),

    wara li kkunsidra l-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0243/2015),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


    Top