Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0015

    P8_TA(2015)0015 Miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim mal-Islanda ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda (kodifikazzjoni) (COM(2014)0308 – C8-0011/2014 – 2014/0160(COD)) P8_TC1-COD(2014)0160 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Frar 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda (kodifikazzjoni)

    ĠU C 310, 25.8.2016, p. 85–86 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 310/85


    P8_TA(2015)0015

    Miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim mal-Islanda ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda (kodifikazzjoni) (COM(2014)0308 – C8-0011/2014 – 2014/0160(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

    (2016/C 310/12)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0308),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u 207(2), skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0011/2014),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014 (1),

    wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0031/2014),

    A.

    billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, li tidher hawn taħt;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;


    (1)  Għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

    (2)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


    P8_TC1-COD(2014)0160

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Frar 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda (kodifikazzjoni)

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/475.)


    Top